Malta MIssjunarja Novembru 2023

Page 1


Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.

Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm

Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm

Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà , il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272

Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt

Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm

BORD EDITORJALI

Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt)

Membri:Mons. Valent Borg

Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia

Websajt u Facebook: missiomalta

Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant.

Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)

Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja.

Abbonament għal sena €10.00

Ritratt tal‑faċċata: Żewġt itfal żgħar mit‑tribù Afrikan Maasai b’libsa nazzjonali fl‑isfond tar‑raħal tradizzjonali tagħhom.

Is‑Sistema Devadasis

Uħud mid‑Devadasis u wliedhom waqt il‑laqgħa.

Dun Jai Prakash minn Kuditini fid‑Djoċesi ta’ Bellary fl‑Indja kitbilna biex jgħidilna dwar laqgħa mill‑isbaħ li saret ftit tal‑ġimgħat ilu mad‑Devadasis tal‑komunità tiegħu. Dawn huma nisa ‘single’ li jiddedikaw ħajjithom għas‑servizz tal‑allat tat‑tempju, li b’kollox jammontaw għal 62 mara.

Attendew għal‑laqgħa 55 omm flimkien ma’ wliedhom. Mistednin għal‑laqgħa kien hemm Mons. Henry li huwa l‑isqof tad‑djoċesi, saċerdoti, sorijiet minn kunventi lokali u Jindal, viċi president ta’ fabbrika fil‑qrib. Il‑programm beda billi nxtegħlet lampa fuq id‑Dias mid‑dinjitarji u mit‑tfal tad‑Devadasis. Id‑Devadasis kantaw xi innijiet tagħhom segwiti bit‑talba tal‑bidu minn Dun Alphonse. Dun Jai laqa’ lil kulħadd u ta taħdita introduttorja dwar x’kienet is‑sistema Devadasis. Kif kienet sekli ilu u kif inhi issa? Il‑ħajja tad‑Devadasis fid‑dinja tal‑lum u kif se jagħmlu ħajjithom aħjar. Is‑sistema Devadasis tieħu tfajliet, l‑aktar mill‑klassi baxxa, ħafna drabi qabel ma jilħqu l‑pubertà, biex iżewġuhom lil xi alla permezz ta’ ritwal. Wara, dawn il‑bniet jaġixxu bħala servituri tat‑tempju

Id‑Devadasis flimkien ma' wliedhom.

kkunsidrati ineliġibbli biex qatt ma jiżżewġu raġel, ladarba żżewġu alla. Kull raġel mir‑raħal iżur id‑dar tagħhom u joffrilhom sarijiet, flus jew prodotti tal‑merċa bi skambju għal lejl magħhom jew anke għal ftit xhur. Sintendi, din hija sistema ħażina, li teżisti fejn hemm l‑illitteriżmu, twemmin

Il‑mixgħela tal‑lampa.

superstizzjuż, pressjoni komunitarja, tradizzjoni u kontinwazzjoni tan‑nisel, l‑aktar fost in‑nies ta’ klassi baxxa, partikolarment fost id‑Dalits. Kif spjega tant tajjeb Dun Jai, din is‑sistema ħażina trid tieqaf billi t‑tfal tad‑Devadasis ma jitħallewx ikomplu dan u minflok jedukawhom u jpoġġuhom f’xogħol tajjeb biex jiżżewġu u jgħixu ħajja normali bħal ħaddieħor fis‑soċjetà.

Yenkamma u Huligamma, il‑mexxejja tad‑Devadasis tkellmu kemm huwa terribbli li tgħix bħala Devadasis f’din is‑soċjetà. Uliedhom iridu jgħixu ħajjithom kollha mingħajr qatt isemmu isem missierhom u kwalunkwe bniedem jista’ jiġi jħajjarhom biex jabbuża minnhom. Huma esprimew bil‑mod u b’mod kostanti l‑istil ta’

ħajja tagħhom bħala ‘infern’. Talbu biex uliedhom bla missierhom jiġu megħjuna fl‑edukazzjoni u biex xi wħud mid‑Devadasis ikollhom dar żgħira b’kamra waħda sabiex ikunu jistgħu jgħixu u jmutu fil‑paċi meta jaslu fix‑xjuħija. Wara tkellmu d‑dinjitarji u l‑isqof talab lid‑Devadasis biex jingħaqdu u jiġġieldu din is‑sistema ħażina. Huwa żgurahom li dak kollu li seta’ jagħmel permezz tal‑Knisja kien se jagħmlu. L‑isqof ħatar kummissjoni u lil Dun Jai għamlu segretarju tal‑kummissjoni li hija magħrufa bħala l‑Kummissjoni Djoċesana għall‑Ewnuki u d‑Devadasis. Saħaq li din is‑sistema ħażina għandha tispiċċa magħhom. Fl‑aħħar sar iż‑żfin ritwali u ġie propost il‑vot ta’ ringrazzjament. Wara kulħadd gawda ikla sabiħa flimkien.

“Li taħdem ma’ dawn il‑komunitajiet hija dejjem ta’ sfida. Jien dejjem niġġieled biex nagħmlilhom il‑ġid. Għalkemm dawn il‑komunitajiet spiss jidhru diżorjentati, diżorganizzati u ma jiffunzjonawx, issa, bl‑għajnuna tagħkom, se nkun f’pożizzjoni li nħejji żewġt idjar għal dawn l‑ommijiet,” temm l‑ittra tiegħu Dun Jai. 

Jekk Jogħġbok u Grazzi

Matul dan ix‑xahar nippruvaw ngħidu aktar:

“jekk jogħġbok” u “grazzi”.

Il‑filosfu Grieg Aristotli, kien waqqaf skola famuża li kienet imsejħa ‘Peripato’ li tfisser passiġġata. Dan l‑isem jirreferi wkoll għal dik il‑parti tal‑ġnien li tkun kuritur twil, bil‑kolonni u msaqqfa, fejn in‑nies tista’ tippassiġġa. F’dan il‑post l‑imgħallem u l‑istudenti tiegħu kienu jippassiġġaw u jiddiskutu. Għal Aristotli, li tiddiskuti kienet ħaġa utli u tajba, għax kienet tgħin biex wieħed jitgħallem affarijiet ġodda u jara t‑tajjeb ta’ dawk l‑affarijiet. Meta wieħed jitgħallem u jiskopri t‑tajjeb tal‑affarijiet, huwa stess isir tajjeb, jitgħallem iħobb u hekk jikbru fih it‑tajjeb u t‑tjubija.

L‑istess jiġri meta n‑nies jikkomunikaw ma’ xulxin. Jekk il‑lingwaġġ

huwa sabiħ, tajjeb, edukat u diskret, dan jgħin biex jinħolqu relazzjonijiet pożittivi u jqanqal it‑tajjeb fl‑ieħor. Fl‑użu tal‑kelma jistgħu jsiru mirakli jew traġedji u diżastri. Allura, li titkellem tajjeb mhux biss hija edukazzjoni, imma sinjal ta’ progress, ta’ ċiviltà u fl‑aħħar mill‑aħħar ta’ mħabba. Minbarra dan, il‑kelma hija l‑aktar realtà importanti għall‑bniedem, għaċ‑ċivilizzazzjoni tal‑lingwa u ta’ kif nitkellmu, li tikkorrispondi wkoll

għaċ‑ċivilizzazzjoni tal‑biedem. Aktar ma l‑kliem ikun għoli u aktar uman, bil‑mod il‑mod, isir luminuż u divin, għax sostanzjat minn imħabba pura u vera. Għandna kliem u espressjonijiet li bl‑iżvilupp tas‑soċjetà jesprimu din l‑imħabba; din ix‑xewqa ta’ relazzjonijiet bejn il‑persuni. Meta ngħidu “jekk jogħġbok” mhix sempliċiment imġiba li turi kemm aħna edukati, imma tista’ tindika li f’qalbna hemm ix‑xewqa u l‑ferħ li nilqgħu, u l‑inkoraġġament li nagħtu. Insomma, lista sħiħa ta’ atteġġjamenti pożittivi li nistgħu naqsmu ma’ xulxin. Fid‑dinja tal‑lum, fejn il‑komunikazzjoni tal‑massa qiegħda

dejjem iżjed tinfirex permezz tal‑mezzi soċjali, il‑kelma qed tinvadi kollox u lil kulħadd. Għalhekk, huwa importanti li nipparteċipaw għal dan l‑iżvilupp b’mod pożittiv, billi nespandu madwarna kliem li jagħmel sens u li jkun ta’ użu tajjeb. It‑tfal imbagħad, li jħarsu lejn il‑ġenituri tagħhom bħala ‘il‑kbar li jafu’, huma lesti li jimitaw dak li jirċievu, kemm fit‑tajjeb u kemm fil‑ħażin.

Nippruvaw nidraw ngħidu dejjem “jekk jogħġbok” kull meta għandna bżonn xi ħaġa u meta nixtiequ li l‑ieħor jagħmel xi ħaġa. Niftakru ngħidu dejjem “grazzi”, biex nivvalorizzaw l‑attenzjoni u l‑ħsieb li l‑ieħor wera lejna. B’hekk niskopru li l‑“jekk jogħġbok” mhix sempliċiment kelma vojta, imma kelma ħajja li tista’ ssir il‑pedament li fuqu jinbnew relazzjonijiet li jistgħu jsiru dejjem aktar b’saħħithom u dejjiema. 

Jien

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel 21236962

. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Novembru 2023

IGħall‑Papa.

Nitolbu

għall‑Papa sabiex iwettaq il‑missjoni tiegħu u jkompli jmexxi l‑merħla fdata lilu bl‑għajnuna tal‑Ispirtu s‑Santu.

lkoll kemm aħna, Maltin u Għawdxin, fraħna

bl‑aħbar li kkonfermat

ruħha nhar l‑10 ta’ Frar

min‑Nunzju Appostoliku

fil‑Knisja Kolleġġjata ta’

San Pawl fil‑Belt Valletta, li Papa Franġisku kien se jżur il‑gżejjer tagħna. Din iż‑żjara seħħet tassew is‑Sibt 2 u l‑Ħadd 3 t’April, li kien il‑Ħames Ħadd tar‑Randan. Iż‑żjara tal‑Papa Ġiżwita fostna, bħala Pietru fil‑gżira ta’ Pawlu, ġabet qawmien spiritwali ġdid wara xhur ta’ nixfa u qtigħ il‑qalb spiritwali li kienet ġabet fostna anke bħala Knisja, il‑pandemija.

Il‑Papa sejħilna lkoll

għall‑imħabba u l‑fraternità għaliex din hija fuq kollox

il‑missjoni tiegħu, li jgħallem u jwissi lill‑merħla ta’ Kristu fil‑gżejjer tagħna u fil‑Knisja kollha. Il‑Papa, bħala kap tal‑Knisja Kattolika, m’għandux missjoni faċli, l‑iktar meta jkollu jħabbat wiċċu ma’ problemi u sfidi ġejjin minn ġewwa l‑Knisja. Imma nemmnu wkoll li huwa għandu tassew l‑għajnuna tal‑Ispirtu s‑Santu u d‑dgħajsa tal‑Knisja li qed imexxi mhix se tegħreq u li s‑setgħat tal‑infern mhumiex se jegħlbuha. Huwa Papa li jixtieq ikun dejjem qrib tan‑nies, tal‑batut, tal‑fqir u tas‑soċjetà.

Ritratt: Archdiocese of Malta

Nitolbu wkoll għall‑bżonnijiet tal‑Papa li issa dalwaqt jagħlaq 87 sena, sabiex ikollu s‑saħħa ta’ kuljum ħalli jmexxi

Charity Shop

No.92, Qormi Road, Hamrun

Opening hours:

Monday‑Friday 8.30am‑12.30pm

Saturday 8.30am‑3.00pm

We sell:

Clothing for men, women, children and babies:

Jackets, trousers, t‑shirts, shirts, tops, socks, ties, suits, dresses, bags, gloves, baby grows, hats, etc.

Baby essentials: Push chairs, cots, car seats, potties, baby high‑chairs, etc.

Accessories: Jewellery

Books: Educational, classic, fiction, foreign, religious, etc.

School Items: Stationery, pencils, covers, etc.

Toys: Soft toys, games, puzzles, etc.

Cards: Birthday, anniversary, Holy Communion, Christmas, Easter, Wedding, Christening, etc.

Kitchenware: Crockery, cutlery, plates, bowls, glasses, utensils, waterjugs, etc.

Glassware: Adverts

Homeware: Ornaments, statuettes, china, frames, carpets, sheets, pillowcases, crochet, doilies, knitwear, prints, paintings, decorations, etc.

Household Goods: Shades

Gifts: Occasional cards, Holy Communion, Confirmation, Wedding party souvenirs, etc.

Bric & Brac: Knick knacks, and much more.

We accept plastic bottle caps.

L‑Arċisqof Emeritu Ġorġ Frendo O.P.

1. Tista’ tagħtina xi tagħrif dwarek? Jien twelidt Ħal Qormi fl‑1946, il‑ħames wild f’familja ta’ sebat aħwa. Ta’ għaxar snin tlift lil missieri. Madankollu, stajt inkompli l‑iskola fil‑Liċeo tal‑Ħamrun. Ta’ sittax‑il sena u nofs dħalt fl‑Ordni

Dumnikan, fejn ħija Patri Ġwann kien diġà daħal tmien snin qabel. L‑istudji tal‑filosofija u tat‑teoloġija għamilthom fil‑kulleġġ tagħna fir‑Rabat. Ġejt ordnat saċerdot f’April 1969; kont għadni kemm għalaqt 23 sena. Ksibt il‑grad ta’ Lettur fit‑Teoloġija, u ntbgħatt Ruma biex nispeċjalizza

fid‑Dritt Kanoniku u ksibt id‑Dottorat fl‑1973. Kif ġejt lura Malta, bdejt ngħallem it‑teoloġija dommatika fil‑Kulleġġ Teoloġiku tagħna fir‑Rabat. Inħtart imħallef fit‑Tribunal Ekkleżjastiku ta’ Malta. Fil‑Provinċja Maltija kelli diversi karigi: surmast tal‑istudenti, pirjol u kappillan fi Gwardamanġa, u provinċjal. Kont maħtur ukoll President tal‑Konferenza tas‑Superjuri Maġġuri tar‑Reliġjużi.

2. Kif ġietek il‑ħajra jew aħjar il‑vokazzjoni biex tmur missjunarju fl‑Albanija? Meta kont

provinċjal, il‑Ġeneral

tal‑Ordni tagħna avviċinani u talabni biex niftħu missjoni fl‑Albanija, fejn kienu diġà marru xi Sorijiet Dumnikani

Taljani. Iddiskutejt din il‑proposta mal‑Kunsill tal‑Provinċja u f’Awwissu 1996 ftaħna uffiċjalment il‑missjoni tagħna f’raħal bejn iż‑żewġt ibliet prinċipali tal‑Albanija, Tirana u Durazzo. L‑ewwel żewġ missjunarji kienu ħija Patri Ġwann u Patri Joseph Bonnici. Flimkien magħhom marret ukoll waħda għalliema, Grace Micallef, biex tgħallem l‑Ingliż. Wara sena, hekk kif temmejt tmien snin bħala provinċjal, mort bħala missjunarju fl‑Albanija flimkien ma’ Patri Raymond Gatt.

3. X’kienu d‑diffikultajiet li ltqajtu magħhom fl‑ewwel snin tagħkom f’dak il‑pajjiż? Barra d‑diffikultajiet li wieħed normalment jiltaqa’

magħhom meta jmur f’pajjiż ġdid; lingwa differenti, kultura differenti, eċċ.., ħabbatna wiċċna ma’ żewġ sitwazzjonijiet wisq diffiċli. Sewwasew fl‑ewwel sena li waslu l‑missjunarji Patri Ġwann, Patri Joe u Miss Grace Micallef, kien hemm l‑irvellijiet li kważi wasslu għal gwerra ċivili bejn Frar u April 1997. Kienu ġew attakkati l‑imħażen fejn kien hemm id‑depożiti tal‑armi, u tista’ tgħid li kull familja kienet armata b’pistoli u b’armi oħra. Il‑pajjiż kollu kien f’kaos, anarkija, serq u qtil. Kont għadni provinċjal u mill‑Ministeru għall‑Affarijiet Barranin ta’ Malta kienu insistewli li nsejjaħ lill‑missjunarji tagħna

Il‑jum li fih Mons. Frendo inħatar Arċisqof.

biex jiġu Malta. Iżda dawn ippreferew li jibqgħu hemm f’solidarjetà mal‑poplu li kien għaddej minn din it‑traġedja.

It‑tieni sitwazzjoni diffiċli kienet bejn Marzu u Ġunju 1999, fi żmien il‑gwerra fil‑Kosovo. Mijiet ta’ eluf ta’ refuġjati mill‑Kosovo ġew l‑Albanija. Dak iż‑żmien konna bħala missjunarji, jien u ħija, u ftit wara ngħaqad magħna Fra (illum Patri) Geoffrey Bugeja. Konna mdawrin minn eluf ta’ refuġjati mill‑Kosovo. Kien perijodu diffiċli ħafna; biżżejjed ngħid li ġejt mhedded erba’ darbiet li joqtluni! Imma kien żmien li tana sodisfazzjonijiet kbar.

Minn Malta waslitilna ħafna għajnuna finanzjarja biex stajna ngħinu lir‑refuġjati b’kull xorta ta’ għajnuna.

Għenna wkoll biex jinfetħu klassijiet tal‑iskola għat‑tfal u għenniehom b’ħafna modi. Qabel telqu lura f’pajjiżhom ma’ tmiem il‑gwerra,

ir‑refuġjati wrewna bosta sinjali ta’ apprezzament u rikonoxxenza, speċjalment għall‑fatt li aħna, saċerdoti Kattoliċi, tajniehom tant għajnuna avolja kważi kollha kienu Musulmani.

4. Mela mort l‑Albanija bħala missjunarju u spiċċajt Arċisqof ta’ Tirana. Tista’ tagħtina ħjiel tal‑mixja tiegħek lejn dan l‑uffiċċju ta’ responsabbiltà? Biex inkun sinċier, meta mort l‑Albanija ma kontx bil‑ħsieb li nagħmel bosta snin hemm. Imma l‑Mulej mill‑ewwel urieni li kellu pjanijiet oħra għalija. Inqas minn ġimgħa wara li wasalt, in‑Nunzju Appostoliku qalli li kelli ngħin lill‑Konferenza

tiegħu. Dan kollu kellu jġib bidliet kbar f’ħajti. Qabel ma nħtart isqof, kont ngħix fil‑komunità Dumnikana, f’Durazzo. Iżda mbagħad, bħala Isqof Awżiljarju, kelli mmur noqgħod Tirana fejn bqajt sakemm ġejt Malta f’Jannar 2022.

Episkopali biex jitfasslu n‑normi li, skont il‑Kodiċi tad‑Dritt Kanoniku tal‑1983, kellhom jiġu determinati mill‑Konferenza Episkopali. Sena biss wara, l‑Arċisqof ħatarni Vigarju Ġenerali tal‑arċidjoċesi. Imbagħad, fl‑2006, il‑Papa ħatarni Isqof Awżiljarju ta’ Tirana. Meta, f’Diċembru 2015, miet l‑arċisqof, xi xhur wara nħtart bħala s‑suċċessur

5. Bħala Arċisqof ta’ Tirana, kif kienu r‑relazzjonijiet tiegħek mal‑kleru u mar‑reliġjużi, mal‑poplu inġenerali, mal‑merħla tiegħek u mal‑awtoritajiet politiċi, meta nafu li sal‑waqgħa tal‑Komuniżmu fl‑1991, ir‑reġim kien tant ostili għal dak kollu li hu reliġjuż, speċjalment għall‑Knisja Kattolika, f’pajjiż iddikjarat bħala ateu? L‑ewwel nett, irrid ngħid li l‑kleru, ir‑reliġjużi u l‑lajċi Kattoliċi kienu diġà jafuni sew, billi għal għaxar snin kont Isqof Awżiljarju, u kienu jobsru li wara l‑arċisqof ta’ qabli kont se nkun jien is‑suċċessur. Nista’ ngħid li r‑relazzjonijiet tiegħi mal‑kleru, mar‑reliġjużi u mal‑lajċi kienu tajbin ħafna. Qatt ma ridt li xi ħadd jibża’ jew jistħi javviċinani. Ippruvajt kemm stajt inżomm ruħi qrib lejhom u tajt attenzjoni speċjali lill‑fqar, li stajt ngħinhom grazzi għall‑ġenerożità kbira tal‑Maltin. Kelli wkoll relazzjoni tajba

L‑Arċisqof Frendo ma’ Papa Franġisku.

ħafna mal‑Musulmani, u kelli x‑xorti li tajt sehemi biex twaqqaf il‑Kunsill Inter‑Reliġjuż u fit‑tfassil tal‑Istatuti tal‑Kunsill.

Ir‑relazzjonijiet tiegħi mal‑politiċi nista’ ngħid li, inġenerali ma kinux ħżiena. Il‑Kostituzzjoni tal‑pajjiż kienet tiggarantilna l‑libertà tal‑kelma. U fil‑fatt, meta ħassejt il‑bżonn, ħassejtni liberu li nitkellem kontra l‑korruzzjoni, kontra inġustizzji ma’ ċerti setturi tal‑popolazzjoni, bħaż‑żingari jew dawk li mill‑irħula tal‑muntanji niżlu jgħixu fil‑bliet, ċanfart bil‑qawwa lil dawk li, wara t‑terremot ta’ Novembru 2018, kif ukoll waqt il‑pandemija, bdew japprofittaw irwieħhom u jgħollu l‑prezzijiet.

Naturalment, minħabba f’hekk ċerti politiċi mhux dejjem rawni gustuż. Imma nista’ ngħid li l‑President tar‑Repubblika kellu rispett kbir lejja. Kien

hu li tani ċ‑ċittadinanza Albaniża u qabel tlaqt mill‑Albanija, tani l‑ogħla ġieh tar‑Repubblika.

6. Fil‑ħidma tiegħek bħala

Arċisqof Missjunarju, x’kienu l‑problemi mill‑aspett spiritwali, duttrinali u morali, eċċ... tal‑poplu Albaniż? X’taħseb li kienu l‑punti li inti l‑aktar ridt taħdem fuqhom, man‑nies, anzjani, żgħażagħ, tfal, familji, problemi tal‑familji, divorzji, abort, drogi, eċċ…? Mill‑aspett spiritwali, duttrinali u morali l‑akbar sfida tagħna kienet li nimlew il‑vojt reliġjuż li kien ħoloq il‑Komuniżmu, li ried jeqred kull sens reliġjuż, imma kellu mibegħda speċjali għall‑Knisja Kattolika. Il‑Kattoliċi li sibna kienu biss Kattoliċi ta’ tradizzjoni, iżda bil‑għatx għal Alla u għall‑prattika reliġjuża. Il‑Knisja Albaniża kienet Knisja fqira. Dan kien vantaġġ għax stajna nidhru

aktar bħala l‑Knisja ta’ Kristu fqir, Knisja qrib il‑fqar. Iżda mill‑banda l‑oħra, ma stajniex inwettqu ċerti proġetti tajbin li jinvolvu somom kbar. Pereżempju, kelli xewqa kbira li nibnu dar bħad‑Dar tal‑Providenza, imma mnejn se nġib il‑fondi għal proġett bħal dan? Naf xi problemi kellhom il‑familji li kellhom xi persuna b’diżabilità fil‑familja. X’se jsir minnha meta jmutu l‑ġenituri? Illum in‑numru tal‑fqar fl‑Albanija naqas, iżda l‑fqar tal‑bieraħ, illum saru ħafna aktar fqar. Għad hemm ħafna qgħad, pagi baxxi, pensjonijiet redikoli, il‑ħajja kompliet togħla infern u korruzzjoni, u fejn ikun hemm korruzzjoni fis‑soċjetà l‑akbar vittmi huma dejjem il‑klassi l‑fqira. Dan joħloq problemi għax‑xiri ta’ mediċini, speċjalment għax‑xjuħ, għal nuqqas ta’ mezzi edukattivi għat‑tfal u għaż‑żgħażagħ, għas‑sottonutriment tat‑tfal fil‑familji foqra, u problemi biex iħallsu għall‑ikel, il‑kera, u d‑dawl u l‑ilma, eċċ...

Mal‑waqgħa tal‑Komuniżmu żdiedu ħafna d‑divorzji u l‑aborti. Fid‑djoċesi kellna moviment favur il‑ħajja, attiv u organizzat ħafna, immexxi minn tabiba żagħżugħa u omm ta’ żewġt itfal. Id‑drogi wkoll xterdu ħafna.

Waqt laqgħa inter‑reliġjuża.

Kburi ngħid li kull meta ġew Maltin għall‑quddiesa fil‑katidral dejjem baqgħu impressjonati ħafna bl‑għadd kbir ta’ żgħażagħ preżenti. B’differenza miż‑żgħażagħ

Maltin, iż‑żgħażagħ Albaniżi ma jħarsux lejn ir‑reliġjon bħala sempliċi tradizzjoni, li bħal ħafna tradizzjonijiet, tista’ tgħaddi mingħajrha, imma hija sinjal ta’ tama li tagħti tifsira lill‑ħajja tal‑bniedem.

Mal‑President tal‑Albanija meta l‑Arċisqof Frendo ingħata ċ‑ċittanidanza Albaniża.

7. Wara ż‑żmien li domt fl‑Albanija, kien hemm affarijiet jew kwistjonijiet li xtaqt twettaq iżda ma rnexxilekx twettaqhom kif xtaqt inti? Ħafna wkoll. L‑aktar ħaġa importanti li xtaqt inwettaq kieku kelli iżjed żmien, hija l‑formazzjoni ta’ aktar lajċi appostli. Kelli ħafna lajċi li verament iħobbu l‑Knisja u lesti li jgħinu. Imma kellhom bżonn ta’ aktar formazzjoni biex ikunu jistgħu huma stess jiffurmaw oħrajn. Pereżempju, biex imexxu korsijiet ta’ tħejjija

għaż‑żwieġ, biex jgħinu bħala kunsilliera lill‑koppji bi problema, u aktar katekisti. Kieku kelli aktar żmien… Imma malli għalaqt 75 kelli nibgħat ir‑riżenja tiegħi lill‑Papa, kif jitlob id‑Dritt Kanoniku. Barra minn hekk, f’Novembru 2020 ħakimni l‑Covid‑19 li għattanni ħafna, u għalhekk, malli għalaqt 75 f’April 2021, fl‑ittra tlabt lill‑Papa biex kemm jista’ jkun ma jdumx ma jaċċetta r‑riżenja tiegħi. Fil‑fatt aċċettaha f’Diċembru ta’ dik is‑sena.

Xeni wara terremont kbir li seħħ f'Novembru 2016.

8. Meta tħares lura lejn iż‑żmien tiegħek fl‑Albanija bħala Arċisqof, taħseb li ħallejt l‑impatt spiritwali, soċjali u morali tiegħek fuq dak il‑poplu, li nimmaġina huwa tant f’qalbek u f’moħħok, u sintendi fit‑talb tiegħek? Bla dubju, il‑poplu Albaniż

għadu wisq preżenti f’qalbi u f’talbi. Kemm ħallejt impatt spiritwali, soċjali u morali fuq dak il‑poplu, Alla biss jaf. Imma ħaġa waħda ngħid u nagħlaq biha. Umilment nirringrazzja lill‑Mulej li nqeda bija tul il‑25 sena li għamilt f’dak il‑pajjiż. Kollox huwa don mill‑Mulej u jekk għamilt xi farka ġid, għal dan ngħidlu: “Grazzi Mulej, għax inqdejt bija!”

9. U issa li rtirajt mis‑servizz tiegħek fl‑Albanija, kif qed tgħaddi l‑ħin tiegħek hawn Malta? Ħafna fl‑Albanija ħasbu li issa qiegħed b’idejja fuq żaqqi! Fil‑fatt, għalkemm m’għandix dak il‑piż u responsabbiltà kbira li kelli bħala arċisqof, xorta waħda għandi aktar xogħol milli kelli hemm. Tant l‑aħjar, għax kelli l‑biża’ li niġi Malta u nsib ruħi bla xogħol. Xejn affattu. Minbarra xogħol ta’ prietki, konferenzi, xandiriet fuq ir‑radju u t‑televiżjoni, u fil‑komunità tagħna Dumnikana, ninsab attiv ħafna. Qed nagħti wkoll servizz fid‑djoċesi, attwalment bir‑reviżjoni tal‑Missal Ruman skont l‑aħħar edizzjoni tipika mill‑Vatikan, u xi ftit xogħol ieħor, bħall‑Griżma tal‑Isqof f’xi parroċċi, eċċ... U ninsab kuntent!! 

Dun Lawrenz Gauci

Il‑missjunarju u kappillan ta’ diversi parroċċi

f’Malta, Dun Lawrenz Gauci, miet nhar it‑30 t’Awwissu 2023, fl‑età ta’ 78 sena fid‑Dar tal‑Kleru wara marda qasira. Dun Lawrenz Gauci twieled l‑Imġarr fl‑1944 u rċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑Iskola Primarja tal‑Imġarr u fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, u kompla l‑istudji terzjarji fil‑Filosofija, fl‑Università ta’ Malta.

Fl‑1969 ħalla Malta lejn il‑Brażil fejn kompla l‑istudji tiegħu fit‑Teoloġija fis‑Seminarju ta’ Rainha dos Apostolos f’Curitiba. Huwa ġie ordnat saċerdot f’Malta fl‑1972 u serva bħala kappillan f’ħames parroċċi differenti fl‑istati Brażiljani ta’ Paraná u Sao Paulo, u fid‑djoċesijiet ta’ Maringá u Santo André. Flimkien ma’ Vincent Costa (illum Isqof Emeritu ta’ Jundiai) u l‑mibki Dun

John Caruana, il‑ħabrieki bi tbissima dejjem fuq wiċċu u lest biex jgħin, Dun Lawrenz, iddedika ħajtu għad‑djakonija tal‑Kelma t’Alla. Fil‑Komunitajiet Ekkleżjali Bażiċi, familji ta’ bdiewa żgħar u ħaddiema tal‑belt kienu jinġabru wara ġurnata ta’ xogħol iebes biex jirriflettu fuq it‑tensjonijiet ta’ ħajjithom fid‑dawl tal‑Vanġelu mmexxijin minn Dun Lawrenz. Wara medda ta’ 20 sena, Dun Lawrenz iddeċieda li jmur fid‑djoċesijiet ta’ Santo André u São Bernardo do Campo, qrib São Paulo, biex jistudja u jkollu esperjenza pastorali fil‑parroċċi ta’ Cristo Operário u Santa Edwiges, rispettivament. Huwa kiseb dottorat fit‑Teoloġija Pastorali b’referenza speċjali għall‑ħidma pastorali fl‑ibliet tal‑ħaddiema. Il‑Komunitajiet Ekkleżjali Bażiċi kienu għadhom il‑metodu tiegħu li jqajjem il‑kuxjenza f’ambjent pastorali ġdid, b’suċċess kbir. Huwa għeleb il‑ħidma pastorali tradizzjonali tas‑saċerdoti Ewroċentriċi li kienet tipproduċi waħedha, u ħa t‑triq tal‑bdiewa żgħar Brażiljani u ħaddiema

Ritratt:
Parroċċa
Santa Marija ‑
Imġarr, Malta

urbani li jrabbu l‑kuxjenza fid‑dawl tal‑Kelma t’Alla. Dun Lawrenz ġie lura Malta fl‑2009, u fi Frar tas‑sena ta’ wara nħatar rettur tal‑Knisja tal‑Erwieħ, f’Ħal Tarxien. Fl‑2013, l‑Arċisqof Mons. Pawlu Cremona ħatru kappillan tal‑parroċċa tal‑Madonna ta’ Lourdes f’Raħal Ġdid u wara ħadem ukoll fil‑parroċċa tal‑Imġarr. Fl‑aħħar snin, Dun Lawrenz serva wkoll bħala xandar, fejn kompla jaqdi l‑missjoni tiegħu permezz ta’ programmi televiżivi fuq Xejk TV, tal‑Fondazzjoni U.

L‑aħħar tislima lil Dun Lawrenz ingħatat nhar il‑31 t’Awwissu 2023. Fis‑2pm kien espost fl‑Oratorju Qalb Bla Tebgħa Ta’ Marija u fit‑3pm saret quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, fl‑Imġarr.

SORS: NEWSBOOK.COM.MT 

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5

Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24

Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35

Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43

Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.

• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:

€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha)

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

Jew fuq: www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑ QALB Kif

Elvis Thenya Boya

Elvis fl‑età ta’ 19‑il sena.

Dan il‑ġuvnott twieled

il‑Kenja nhar is‑17 t’Awwissu 2003. Fil‑familja qegħdin sitta: ommu, missieru, ħuh, żewġ ħutu bniet u hu. Il‑familja hija fqira ħafna u minkejja li l‑ġenituri ma jaħdmux, jagħmlu kemm jifilħu biex isibu xogħol manwali ta’ kuljum. Iżda ħafna drabi, huwa diffiċli li jsibu xi biċċa xogħol u għalhekk lanqas ikollhom

għaxja ta’ lejla, u mhux l‑ewwel darba li l‑familja kellha tmur torqod b’żaqq vojta!

Il‑ħolma ta’ Elvis hija li jsir tabib. Dan il‑vjaġġ jirrikjedi programm twil ta’ edukazzjoni u li jiswa l‑flus. Huwa jħobb jilgħab il‑futbol u jipprattika dan l‑isport bħala passatemp. B’xorti tajba għal Elvis, permezz

ta’ Missio Malta, instab benefattur Malti li mis‑sena l‑oħra beda u għadu jisponsorjah finanzjarjament sabiex ikun jista’ jistudja u jilħaq fejn jixtieq. Sintendi, minħabba nuqqas ta’ fondi, il‑ġuvnott qiegħed lura ħafna fl‑edukazzjoni, tant li din is‑sena skolastika, fl‑età ta’ 20 sena, se jkun qed jispiċċa l‑iskola sekondarja.

Jekk Alla jrid, bis‑saħħa tal‑benefattur, Elvis ikun jista’ jidħol fil‑kulleġġ biex ikompli bl‑istudji tiegħu fil‑mediċina, ħalli l‑ħolma tiegħu li jsir tabib issir realtà. Il‑ġuvnott huwa grat lejn il‑benefattur tiegħu li qed jgħinu sabiex jilħaq l‑għan tiegħu. 

Elvis illum għandu 20 sena. 2023

Me. You. Us. Together. CHILD SPONSORSHIP

€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

Grazzi mill‑Qalb

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 150 Rota għal missier ta’ familja biex imur ix‑xogħol biha

€ 39 Librerija fi skola primarja € 100 Mediċini u apparat mediku fi sptarijiet u kliniċi żgħar f’komunitajiet foqra

€ 300 Ħlas ta’ sena skola sekondarja lil bniet foqra fil‑periklu li jingħataw għal żwieġ imġiegħel jew bħala prostituti

€ 1,000 Xiri ta’ makkinarju għall‑biedja

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

Modi kif tista’ tgħin

 Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.

 Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: APS BANK

Account No: 41474120039

IBAN: MT94APSB77013000000041474120039

Swift Code: APSBMTMT

 Donazzjoni b’SMS

• 5061 7383 ‑ €2.33

• 5061 8998 ‑ €6.99

(Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar

• 5160 2036 ‑ €10 • 5170 2009 ‑ €15

• 5180 2026 ‑ €25

(Numri miftuħin is‑sena kollha.)

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 50011468005

IBAN: MT31VALL22013000000050011468005

Swift Code: VALLMTMT

www.missio.org.mt

 Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962  Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962

Fil‑ġimgħat li ġejjin se nkunu qed inqassmu l‑biljetti tal‑lotterija Missio lil kull dar. Inħeġġukom tieħdu sehem biex bid‑donazzjoni tagħkom inkomplu ngħinu aktar nies fil‑missjonijiet. Tista’ ċċempel fuq 2123 6962 biex titlob aktar biljetti. Grazzi.

Kemm nieħdu gost meta nisimgħu li xi ħadd qrib tagħna qed jirnexxi fil‑ħajja!

Frida

u se jilħaq il‑professjoni li dejjem xtaq! Din hija aktarx storja komuni fostna, għax bil‑grazzja t’Alla, f’Malta u f’Għawdex lil uliedna nagħtuhom

bil‑ferħ, meta smajt

Hija sejra tajjeb ħafna fl‑iskola u l‑għalliema tagħha qed

isegwuha mill‑qrib għax tipprometti ħafna! B’xorti ħażina, Frida ma tgħixx fil‑gżejjer tagħna, imma tgħix f’orfanatrofju f’Canaan it‑Tanżanija. Meta kellha biss 10 snin, il‑ġenituri tagħha mietu bl‑AIDS. Minnufih it‑tifla spiċċat bla saqaf fuq rasha u mingħajr għaxja ta’ lejla. Meta ħaduha fl‑orfanatrofju, Frida kienet batuta ħafna. Mit‑testijiet li sarulha ndunaw li kienet pożittiva għall‑HIV u sfortunatament innutaw ukoll li widnejha kienu spiss inixxu l‑materja. Ġrew biha lejn l‑isptar fejn irriżulta li Frida kellha infezzjoni kbira li kienet ta’ theddida għall‑iżvilupp tagħha u ta’ dannu permanenti fuq moħħha. L‑infezzjoni tant

kienet laħqet infirxet li t‑tnabar ta’ widnejha laħqu ttaqqbu! Għall‑grazzja t’Alla, Frida ngħatat il‑kura kollha meħtieġa f’waqtha u llum il‑ġurnata qiegħda tisma’ tajjeb. Fl‑istess waqt, il‑vajrus

tal‑HIV jinsab taħt kontroll u b’hekk tista’ tgħix ħajja normali. Meta fieqet, Frida marret lura fil‑klassi tal‑iskola u tgħidx kemm ferħet li setgħet terġa’ tisma’ l‑vuċijiet ta’ sħabha. Frida hija waħda mill‑aktar studenti promettenti fil‑klassi tagħha.

Din hija storja sabiħa, fost ħafna, li turi kif bi ftit attenzjoni u b’ħafna mħabba, flimkien kapaċi nagħmlu l‑għeġubijiet!

F’isem Missio Malta, għal

darb’oħra qed indur fuqek sabiex tgħinna nkomplu nassistu lil tfal bħal Frida u ’l‑familji tagħhom ħalli jinqalgħu mill‑jasar tal‑faqar, u jibdew ħajja ġdida b’dinjità u sodisfazzjon. Bl‑għajnuna tiegħek, Frida llum qed tistudja sabiex hija wkoll tilħaq l‑ambizzjonijiet ta’ ħajjitha u tirnexxi! Bħalma għamilt inti, ħeġġeġ lill‑familjari u ’l‑ħbieb tiegħek biex flimkien inkomplu ngħinu ħafna oħrajn! 

5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50

SMS 5061 8820 ‑ €6.99

RELAZZJONIJIET

Programm bi produzzjoni ta' Missio Malta u preżentazzjoni ta' Dun Victor Agius u Claudia Cini.

● Kull nhar ta' Tlieta u kull nhar ta' Ħamis fis‑2:30pm.

● Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

“Jekk tara lil xi ħadd mingħajr tbissima, agħtih waħda minn tiegħek.”

Dolly Rebecca Parton twieldet fid‑19 ta’ Jannar, 1946. Hija kantanta‑kittieba, mużiċista, attriċi, filantropa u negozjanta Amerikana, magħrufa primarjament għall‑karriera tagħha ta’ għexieren ta’ snin fil‑mużika ‘country’. Wara li kisbet suċċess bħala kittieba tal‑kanzunetti għal oħrajn, Parton għamlet id‑debutt tagħha fl‑1967 bl‑album ‘Hello, I’m Dolly’. Parton hija Kristjana attiva u dan influwenza ħafna l‑ħidma mużikali tagħha.

“Kun leali lejn il‑Mulej, aċċetta r‑rieda tiegħu.” Din kienet sentenza minn ittra li kiteb il‑qaddis San Pietru Ou lil martu mill‑ħabs. Huwa magħruf bħala wieħed mill‑martri taċ‑Ċina.

Dan il‑qaddis twieled fl‑1768 f’familja mhix

Kattolika u kien wieħed minn tal‑ewwel li kkonverta

San Pietru Ou

(1768‑1814)

meta waslu l‑missjunarji f’dawk l‑inħawi. Matul iż‑żgħożija tiegħu kien magħruf li kien jiddefendi d‑drittijiet tal‑fqar u l‑batuti. Wara li żżewweġ, sar negozjant u kien sid ta’ lukanda kbira. Meta kkonverta, beda jxandar il‑Kelma t’Alla lil kull min jiltaqa’ miegħu. Sar ukoll il‑mexxej ta’ dawk li

kkonvertew fir‑raħal tiegħu. Meta tgħammed, ingħata l‑isem ta’ Pietru. Wara beda jgħin lill‑missjunarji billi kien katekist u għallem il‑Kristjaneżmu lil madwar 600 persuna. Fit‑3 t’April 1814 safa arrestat wara reazzjoni vjolenti kontra l‑fidi. Huwa ttieħed il‑ħabs fejn ġie ttorturat. Kien proprju hawn li kien ta’

Tel: ispirazzjoni u konverżjoni għall‑ħabsin sħabu. Pietru kien imexxi laqgħat ta’ talb minn ġol‑ħabs. Il‑qaddis ġie kkundannat għall‑mewt

wara li rrifjuta li jirfes kurċifiss. Huwa nqatel fis‑7 ta’ Novembru 1814. Qabel ma miet, instema’ jgħid: “Sema, sema, id‑dar

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom:

Indirizz: Belt/ Raħal: Kodiċi Postali:

vera tiegħi!

Qed nara lil ommi tas‑sema u lill‑anġlu kustodju tiegħi ġejjin jeħduni d‑dar.”

San Pietru Ou ġie beatifikat fl‑1900 minn

Papa Ljun XIII u ġie ddikjarat qaddis mitt sena wara (2000) minn Papa Ġwanni Pawlu II. Il‑festa tiegħu niċċelebrawha fis‑7 ta’ Novembru. 

N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.

Laqgħa sabiħa u mistennija

mill‑voluntiera ta’

Missio, saret nhar il‑Ħamis

7 ta’ Settembru fl‑uffiċċju ta’

Missio fi Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta. Il‑laqgħa tmexxiet minn Dun Victor Agius, Direttur ta’ Missio Malta. F’din il‑laqgħa ġew diskussi fost oħrajn, l‑esperjenzi u x‑xogħol siewi li jsir permezz tal‑voluntiera ta’ Missio. Qabel il‑laqgħa Dun Victor ikkonċelebra

quddiesa u wara kulħadd kien mistieden jiekol xi ħaġa flimkien. B’kollox

Missio għandu ’l fuq minn 200 voluntier li minnhom attendew biss 20. Dan

għaliex sfortunatament, dakinhar tal‑laqgħa kien imbassar maltemp kbir u l‑voluntiera, li l‑maġġoranza tagħhom huma anzjani, beżgħu jattendu. 

Laqgħa mal‑Missjunarji Barranin f’Malta

Huwa mument

sabiħ fejn darbtejn fis‑sena Missio

Malta jlaqqa’ l‑missjunarji barranin li qegħdin f’Malta. Dawn jammontaw għal aktar minn 150 ruħ. Kien is‑Sibt 16 ta’ Settembru fejn kwazi 60 missjunarju ltaqgħu flimkien fil‑Knisja ta’ San Filippu Neri għand is‑Sależjani, l‑Isla. Wara li lkoll ingħaqdu għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa, il‑missjunarji kellhom pranzu flimkien. Huma kellhom ukoll l‑opportunità li jitilgħu fuq il‑bejt tal‑kunvent biex jammiraw il‑veduta sabiħa u jieħdu xi ritratti ta’ tifkira.

MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha.

Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek.

Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt VO/1178

Teodorico Pedrini [De Lige]: Missjunarju

Lazzarist u Mużiċist fiċ‑ Ċina Imperjali

Fil‑kitbiet tiegħi ta’ qabel il‑pandemija, ispirati dejjem minn Il‑Missjunarju x‑Xiħ

ta’ Dun Anton Xiberras (1922‑2006), li għal ħafna snin kienu jidhru fir‑rivista mensili ta’ Malta Missjunarja, laqqajtkom ma’ missjunarji kbar li użaw it‑talent mużikali tagħhom bħala mezz t’evanġelizzazzjoni: il‑vjolinist Spanjol

San Franġisk Solano (1549‑1610) [Diċembru 2019, pp.12‑14], il‑pjanista

Dom Rosendo Salvado Rotea (1814‑1900) fl‑Awstralja [Mejju 2020, pp.28‑9], l‑organista

Taljan Domenico Zipoli (1688‑1726) fl‑Amerika Latina [Ġunju 2020, pp.28‑9] u Jean Joseph

Marie Amiot (1718‑93), Franċiż ta’ żmien is‑seklu tmintax, u l‑aħħar Ġiżwita

mużiċist tal‑imperatur

Qianlong [Settembru 2020, 30‑2]. F’dan l‑artiklu se nibqgħu ċ‑Ċina, fejn se nlaqqagħkom ma’

Teodorico Pedrini [De Lige] (1671‑1746), missjunarju Lazzarist u mużiċist fil‑qorti imperjali Ċiniż taħt tliet imperaturi suċċessivi: Kangxi (1662–1722), Yongzheng (1722–1735) u Qianlong (1735–1796).

Il‑Lazzarist Teodorico Pedrini –il‑missjunarju li ħadem mill‑qrib mal‑imperaturi Ċiniżi.

Teodorico Pedrini, imwieled f’Fermo, raħal fil‑komun tal‑Marche, l‑Italja, fit‑30 ta’ Ġunju 1671, kien ġej minn familja borgiża tat‑tieni nofs tas‑seklu sbatax. Huwa rċieva l‑Griżma tal‑Isqof fl‑1677, it‑tonsura klerikali fl‑1687 u l‑ordni minuri fl‑1690. Sentejn wara ggradwa fil‑liġi mill‑università ta’

Fermo, u ftit wara telaq minn raħal twelidu biex qatt ma reġa’ lura. Bejn l‑1692 u l‑1697 insibuh jistudja fil‑Collegio Piceno ta’ Ruma. Sena wara ġie ordnat djaknu u mbagħad saċerdot fil‑Bażilika Laterana ta’ San Ġwann, f’Ruma. Fl‑istess żmien huwa affilja ruħu mal‑Kongregazzjoni tal‑Missjoni u ġie milqugħ fid‑Dar tal‑Qaddisin Ġwanni u Pawlu f’Celimontana. F’Jannar tal‑1702 mar il‑kunvent tal‑Lazzaristi f’Pariġi wara li ntgħażel biex jifforma parti mill‑ewwel legazzjoni papali, immexxija minn Carlo Tommaso Maillard de Tournon (1668‑1710), prelat ta’ Turin. Wara vjaġġ interminabbli ta’ disa’ snin ibaħħar bejn sema u ilma, Teodorico sa fl‑aħħar wasal f’Beijing, fiċ‑Ċina, fejn hemmhekk ħa post il‑Ġiżwita Portugiż Tomás Pereira (1645‑1708) bħala mużiċista fil‑qorti imperjali ta’ Kangxi. Għal 39 sena huwa ħadem mill‑qrib mal‑imperatur u fl‑istess ħin wettaq il‑ħajja reliġjuża u l‑għanijiet missjunarji tiegħu. Teodorico miet fir‑residenza

tiegħu f’Xitang nhar l‑10 ta’ Diċembru 1746.

Min huma l‑Lazzaristi?

Huma komunità Kattolika Rumana, magħrufa bħala l‑Kongregazzjoni tal‑Missjoni, imwaqqfa minn San Vinċenz de Paul (1581‑1660) fl‑1625 għall‑evanġelizzazzjoni tal‑fqir u l‑formazzjoni tal‑kleru. Jissejħu hekk għax il‑kunvent tagħhom f’Pariġi kien jismu proprju Saint Lazare. Bl‑għajnuna ta’ Santa Louise de Marillac (1591‑1660), San Vinċenz waqqaf ukoll il‑Kongregazzjoni tas‑Sorijiet tal‑Karità, fejn il‑knisja parrokkjali għamluha l‑kappella tagħhom, u fejn

il‑kunvent kien jikkonsisti fis‑swali tal‑isptarijiet bil‑morda u fit‑toroq mal‑fqar. Permezz ta’ dawn iż‑żewġ kongregazzjonijiet San Vinċenz irnexxielu jwaqqaf, mhux biss orfanatrofji għas‑subien u l‑bniet, imma wkoll sptarijiet u djar għall‑kura tal‑mard tal‑moħħ. Dan, minbarra li rnexxielu jifdi wkoll ’il fuq minn elf ilsir f’Tunes u l‑Alġier. Illum il‑ġurnata, is‑saċerdoti Vinċenzjani jammontaw għal ftit għexieren t’eluf mad‑dinja u jservu f’mhux anqas minn 86 pajjiż.

Bħala missjunarju, Pedrini rnexxielu jaħdem ma’ tliet imperaturi Ċiniżi wara xulxin: Kangxi (1662‑1722), Yongzheng (1722‑35) u Qainlong (1735‑1796).

Id‑dinastija imperjali Qing kienet l‑aħħar waħda tax‑xorta tagħha fiċ‑Ċina li matulha rat 12‑il ħakkiem jilħaq imperatur minn Nurhaci (1559‑1626) sa Xuantong (1906‑67).

Tabilħaqq, l‑imperatur Kangxi jista’ jitqies bħala l‑ikbar ħakkiem li qatt rat id‑dinja għax kien il‑kap assolut ta’ nazzjon 14‑il darba akbar u għaxar darbiet aktar mgħammar minn Franza ta’ Lwiġi XIV (1638‑1715), magħruf aħjar bħala r‑Re Xemx. Mhux ta’ b’xejn għalhekk li Kangxi kienu jsejħulu r‑Re Xemx tal‑Lvant. Pedrini l‑Lazzarist, magħruf ukoll bl‑isem Ċiniż ta’ ‘De Lige’, mar f’dan il‑pajjiż fuq talba ta’ Papa Klement XI (1649‑1721), patrun tal‑arti u x‑xjenza. Kangxi, għax kien iħobb il‑mużika oċċidentali, kien waqqaf orkestrina fir‑residenza uffiċjali tiegħu, u ħatar lil Pereira biex jidderiġiha, bil‑Ġiżwita Leopold Liebstein (1677‑1711) u Charles Slaviczek (1678‑1735) jgħinuh. L‑imperatur kien qabbad ukoll lil Pedrini biex jgħallem il‑mużika lit‑tlett itfal subien tiegħu, u biex jibnilu strumenti mużikali ġodda u jsewwi oħrajn fejn meħtieġ. Minbarra hekk, Pedrini kompla wkoll bil‑ħidma tal‑preċedessur tiegħu Pereira billi lesta

San Vinċenz de Paul – waqqaf il‑Kongregazzjoni tal‑Missjoni.
L‑imperatur Kangxi ta’ 45 sena –pittura tal‑1699.

t‑test tal‑ewwel trattat fuq it‑teorija mużikali tal‑Punent li qatt ġiet mitbugħa fiċ‑Ċina, il‑Lǜlǚ Zhèngyì‑Xùbiān, li aktar tard iddaħħlet fix‑xogħol enċiklopediku enormi bl‑isem ta’ Siku Quanshu tal‑1781. Permezz ta’ dan ix‑xogħol, il‑Lazzarist iddikkjara lilu nnifsu bħala l‑figura ewlenija fl‑introduzzjoni tal‑mużika oċċidentali fiċ‑Ċina.

Is‑sonata, kelma li ġejja mill‑verb Taljan, ‘suonare’ (huwa daqq), hija biċċa xogħol mużikali pjuttost twila, intiża biex tindaqq minn strument, aktarx tat‑tastiera, bħalma huwa l‑arpsikordju jew il‑pjanuforti, jew inkella xi strument ieħor bħalma hu l‑vjolin jew il‑vjolinċell. Ġieli wkoll, insibu sonati għal żewġ strumenti jew aktar. L‑ewwel kompożizzjonijiet ta’ din ix‑xorta nsibuhom fix‑xogħlijiet ta’ kompożituri Barokki, fejn kien hemm żewġ tipi: Sonata da chiesa, li f’dan il‑każ kienet tiġi eżegwita litteralment ġo xi knisja, knejsa jew kappella, għall‑akkumpanjament ta’ xi orgni jew armonju li jipprovdi l‑basso continuo. L‑oħra hija s‑Sonata da camera, fil‑każ li tindaqq ġo xi kamra jew aħjar

sala ta’ palazz, u li bħala kompożizzjoni aktarx tkun magħmula minn mużika ballabbli. Hemm imbagħad tip ta’ kompożizzjoni oħra li tissejjaħ kantata, ġejja mill‑verb bit‑Taljan ‘cantare’ (huwa kanta), li f’dal‑każ hija waħda vokali aktar milli strumentali. Tip ta’ xogħol mużikali bħalma hu dan, ħafna drabi jkollu tema reliġjuża u jkun imsieħeb minn xi orgni jew orkestra fl‑akkumpanjament.

Arcangelo Corelli ‑ kompożitur magħruf Barokk ta’ żmien Pedrini.

Il‑kontribuzzjoni l‑aktar importanti ta’ Pedrini fl‑istorja mużikali tas‑seklu

tmintax, partikolarment fejn tidħol ir‑relazzjoni bejn l‑Ewropa u ċ‑Ċina, hija bla dubju ta’ xejn it‑12‑il sonata għall‑vjolin taħt il‑psewdonimu ‘Nepridi’. Dawn huma t’importanza liema bħalha għax huma l‑uniċi xogħlijiet mużikali oċċidentali li jafu bihom iċ‑Ċina. Il‑manuskritt ta’ sitta u sebgħin paġna magħmul mill‑karti tar‑ross nej, għadhom sal‑lum il‑ġurnata merfugħin fil‑librerija nazzjonali ta’ Beijing. Is‑sonati tiegħu jinqasmu, tmienja da chiesa u erbgħa da camera, skont is‑soltu prattika ta’ dak iż‑żmien, u jfakkruk fl‑istil t’Arcangelo Corelli (1653‑1713) b’mod pjuttost li jingħaraf, fejn kultant jimxu fuq l‑iskema kompożizzjonali tas‑sonati tiegħu. Is‑sonati huma miġburin f’sett wieħed taħt opus 3, li jfisser li seta’ kien hemm xogħlijiet oħrajn minn tiegħu li ġew qabilhom, li iżda sfortunatament intilfu. Is‑sonati kollha għall‑vjolin Op.3

L‑ Isbaħ Ħolma

Xi ġmiel ta’ ħolma kelli, Mort tgezzist, ħassejt il‑bard, Inqtajt għal ftit mid‑dinja, Kollha gwerer, kollha mard.

Rajt lill‑Mulej nieżel mis‑sema, Għaddej minn qalb l‑għoljiet, Iħaddan miegħu blanzun li fetaħ U li spiċċa waqa’ u miet.

Rajt nies ferħana jgħajtu, In‑nies rawh nieżel b’għajnejhom fih. Rajt lil Kristu jixxotta kull demgħa U jfejjaq lin‑nies minn kull uġigħ.

Mulej ma nistax nifhem, Kif rajt kollox differenti. La rajt gwerer lanqas biki, Imma nies veru kuntenti.

Qomt veru b’qalbi ferħana, Mitluf f’dawn il‑ġrajjiet. Rajt ħwejjeġ mhux tas‑soltu, Għax żgur ġew mis‑smewwiet!

Dil‑ħolma żgur qatt ma ninsa, Għax wegħedna li reġa’ ġej. X’ferħ kbir fil‑jum li jasal U jinżel fostna Kristu l‑Mulej!

Paul Caruana

DMD Auto Parts

IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS

Tel: (+356) 27495752

Fax: (+356) 27495752

Mob: (+356) 99495752

Email: dmdautoparts@onvol.net

Website: www.dmdautoparts.com

Briffa International Funeral Service

Offices

Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819 25, Market Place Tarxien Tel: 21896728

Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509 Fax: 21232785 Mr. Lino Briffa Mob: 99492918

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija

Santissima B ħala Missjunarja

IT‑TLETIN PARTI

Il‑Ġrajja u d‑Devozzjoni

Lejn il‑Madonna Ta’ Pinu, Għawdex – It‑Tieni Parti

Tliet persuni li semmejna fl‑artiklu ta’ qabel fil‑ġrajja u d‑devozzjoni kbira

lejn il‑Madonna ta’ Pinu, kienu Filippu (Pinu)

Gauci (Seklu 16), Karmni Grima (1838‑1922) u Franġisku (Frenċ) Portelli (1850‑1926). Madankollu, persuna oħra li tissemma

ħafna b’rabta ma’ din d‑devozzjoni, kien Franġisku Saverju Mercieca, magħruf

bħala Frenċ tal‑Għarb (1892‑1967) li kien devot

ħafna tal‑Ewkaristija u tal‑Madonna ta’ Pinu.

Ħafna nies minn kull qasam tal‑ħajja kienu jfittxu

Franġisku Saverju Mercieca, magħruf bħala Frenċ tal‑Għarb.

l‑pariri tiegħu u jitolbuh jitlob għall‑bżonnijiet tagħhom. Frenċ għaqqad l‑għarfien tiegħu fil‑ħxejjex mediċinali qodma, mat‑talb u l‑fidi tiegħu fil‑Madonna għall‑fejqan tagħhom. Il‑fama tiegħu nfirxet malajr mal‑Gżejjer Maltin u anke barra minn xtutna. Ix‑xewqa tiegħu kienet li mal‑medda kollha tal‑għolja żgħira Ta’ Għammar quddiem il‑knisja jitqiegħdu statwi tal‑Via Sagra. Xewqa li twettqet fil‑bidu tas‑snin 80. Frenċ miet fid‑19 ta’ Mejju 1967.

Tliet Papiet konsekuttivi jqimu lill‑Madonna ta’ Pinu

Fis‑26 ta’ Mejju 1990, Papa San Ġwanni Pawlu II, wara li żar is‑Santwarju ta’ Pinu ċċelebra quddiesa fuq iz‑zuntier. Dakinhar poġġa ħames stilel tad‑deheb u djamanti madwar ras il‑Madonna. Xi siltiet qosra mill‑omelija tiegħu: “F’dan il‑venerabbli Santwarju tal‑Madonna Ta’ Pinu,

Ritratt: ladysapparitions.weebly.com

Ritratt: acrossmalta.eu

inroddu ħajr lil Sidna Ġesù Kristu għall‑preżenza tal‑imħabba u l‑ħarsien tal‑Omm Verġni tiegħu li esperjenzat il‑Knisja f’Malta u f’Għawdex tul l‑istorja tagħha. Għal sekli sħaħ, il‑fidili ta’ dawn il‑gżejjer resqu qrib Marija fit‑talb, u fittxew l‑interċessjoni u l‑imħabba tagħha biex tgħinhom fil‑bżonnijiet u biex tfarraġhom fit‑tbatija tagħhom. Waqt li sejħu lil Marija mbierka fost in‑nisa, huma għamlu eku tal‑kliem tal‑Anġlu

Gabrijel fit‑Tħabbira lil Marija (Lq.1:28), u wettqet il‑profezija li hija stess qalet lill‑qariba tagħha Eliżabetta: “Minn dan il‑jum ’il quddiem il‑ġenerazzjonijiet kollha se jsejħuli hienja.”

Fit‑18 t’April 2010, meta żar Malta Papa Benedittu XVI, ta u poġġa warda tad‑deheb quddiem ix‑Xbieha tal‑Madonna

Ta’ Pinu li nġiebet apposta minn Għawdex għal Malta għal din l‑okkażjoni speċjali, li kienet saret fuq il‑fosos tal‑Furjana. Papa Benedittu stieden lil kulħadd biex jitlob lil Marija Santissima taħt it‑titlu ta’ ‘Reġina tal‑Familja’.

Vatican Media

Fit‑2 t’April 2022, wara li żar il‑Kappella tal‑Madonna u talab fis‑skiet, Papa Franġisku mexxa laqgħa ta’ talb fuq iz‑zuntier. “Ħuti, minn dan is‑Santwarju ta’ Ta’ Pinu nistgħu nikkontemplaw flimkien il‑bidu ġdid li seħħ fis‑‘siegħa’ ta’ Ġesù. Hawnhekk, minflok l‑edifiċċju mill‑isbaħ li naraw illum, kien hawn biss kappella ċkejkna fi stat ta’ abbandun. Inħareġ digriet għat‑twaqqigħ tagħha; deher li kien it‑tmiem. Iżda sensiela ta’ ġrajjiet kienu dawru l‑affarijiet, bħallikieku l‑Mulej ried jgħid lil dan il‑poplu wkoll: “Ma jgħidulekx aktar

l‑‘Abbandunata’ lanqas lil artek l‑‘Imħarbta’. Lilek għad isejħulek ‘Għaxqti fiha’ u lil artek għad jgħidulha ‘Għarusa’ għax l‑għaxqa tal‑Mulej fik.” (Isaija 62:4) Dik il‑knisja ċkejkna saret is‑Santwarju Nazzjonali, destinazzjoni għall‑pellegrini u sors ta’ ħajja ġdida, San Ġwanni Pawlu II, llum huwa l‑anniversarju tal‑mewt tiegħu, kien hawn ukoll bħala pellegrin. Post li darba kien jidher mitluq, issa jqajjem il‑fidi u t‑tama fi ħdan il‑Poplu t’Alla. Naf li, mas‑Sinodu bdejtu proċess ta’ tiġdid u ta’ dan nirringrazzjaw lil Alla. Ħuti, issa wasal iż‑żmien li mmorru lura għall‑bidu, li nqumu taħt is‑salib u nħarsu lejn il‑komunità Nisranija tal‑bidu. Żmien li tkun Knisja li jkollha għal qalbha l‑ħbiberija ma’ Ġesù u l‑predikazzjoni tal‑Vanġelu tiegħu. Li tkun Knisja ċċentrata fuq ix‑xhieda u mhux ċerti drawwiet reliġjużi. Li tkun Knisja li tfittex li toħroġ tiltaqa’ ma’ kulħadd bil‑lampa taħraq tal‑Vanġelu, mhux li tkun ċirku magħluq. Tibżgħux timxu, kif diġà għamiltu f’toroq ġodda, forsi anke toroq riskjużi, ta’ evanġelizzazzjoni u tħabbira li jbiddlu l‑ħajjiet, għax il‑ferħ tal‑Knisja huwa li tevanġelizza. Dan huwa l‑Evanġelju li

Ritratt:

aħna msejħin inwettqu fil‑prattika: li nilqgħu lill‑oħrajn, li nkunu ‘esperti fl‑umanità’ u nixegħlu n‑nar ta’ mħabba tenera għal dawk li jafu l‑uġigħ u l‑ħruxija tal‑ħajja. Jalla l‑Mulej jakkumpanjakom f’din it‑triq u l‑Verġni Qaddisa tmexxi l‑passi tagħkom. Jalla l‑Madonna, li talbitna nitolbu tliet ‘Ave Marijiet, biex infakkru lilna nfusna fil‑qalb materna tagħha, terġa’ tqajjem fina, uliedha, in‑nar tal‑missjoni u x‑xewqa li nieħdu ħsieb xulxin. Jalla l‑Madonna tipproteġikom u tappoġġjakom fil‑ħidma tal‑evanġelizzazzjoni.”

Dehriet Oħra

Fil‑ Qosor

Tal‑Madonna

Id‑Dehra tal‑Madonna f’Le Puy, Franza

Xi

250 W.K., il‑Madonna dehret f’Le Puy, Haute‑Loire, Franza f’kappella mibnija ftit snin qabel fuq il‑muntanja Anis, lil Villa, mara li ftit qabel kienet ikkonvertiet għall‑Kristjaneżmu. Villa kienet marida serjament u l‑ebda tabib ma seta’ jfejjaqha. Il‑Madonna, waqt id‑dehra fejqitha għalkollox. L‑aħbar tal‑miraklu xterdet malajr u ħafna nies marru fil‑kappella b’radd il‑ħajr. Il‑Verġni semgħet it‑talb għall‑fejqan ta’ ħafna morda oħra. Wara, dak il‑post ta’ grazzja sar post ta’ pellegrinaġġi. Id‑diversi isqfijiet suċċessivi tad‑djoċesi bnew knisja mill‑isbaħ. Fis‑sena 1254 ġiet arrikkita b’pittura prezzjuża tal‑Verġni Marija mogħtija mir‑Re Lwiġi IX.

martu, iddeċidew li jħallu ġidhom kollu lill‑Knisja. Huma talbu lill‑Madonna biex tiggwidahom. Fil‑lejl ta’ bejn l‑4 u 5 t’Awwissu 352, dehritilhom il‑Madonna u qaltilhom li tixtieq li b’ġidhom jibnu knisja ddedikata lilha fuq l‑għolja Eskwilina, f’Ruma stess. Kienet se tħalli l‑borra b’mod mirakoluż, f’nofs ix‑xahar sħun t’Awwissu fuq iż‑żona preċiża li fiha l‑Madonna riedet li tinbena l‑knisja. Jingħad li f’dak l‑istess lejl, il‑Papa Liberju kellu l‑istess dehra. L‑għada filgħodu Ġwanni u martu, flimkien mal‑Papa marru fuq il‑quċċata tal‑muntanja Ekwilina li kienet miksija kollha bis‑silġ. Hekk kif kejlu ż‑żona għall‑bini tal‑knisja, il‑borra sparixxiet. Papa Liberju mill‑ewwel

Id‑Dehra tal‑Madonna tas‑Silġ f’Ruma

Koppja minn Ruma għanja iżda bla tfal, Ġwanni u sejjaħ għall‑bini tal‑Knisja. Fis‑sena 360 il‑knisja tlestiet, u fil‑ħames seklu nbidlet fi knisja akbar bl‑isem ta’ Santa

Maria Maggiore tas‑Silġ u ġiet ikkonsagrata fis‑sena 432. Il‑festa tal‑Madonna tas‑Silġ nhar il‑5 t’Awwissu, tfakkar din il‑ġrajja. Fis‑sena 435 San Girgor il‑Kbir għamel devozzjoni speċjali

lejn il‑Madonna waqt il‑pesta s‑sewda f’Ruma u ried li x‑xbieha tal‑Madonna tinġarr f’purċissjoni solenni mill‑Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore għall‑Bażilika ta’ San Pietru. San Mikiel

Ritratt: Wikipidea

deher fis‑sema biex iħabbar it‑tmiem tal‑pesta.

Id‑Dehra tal‑Madonna f’De Covadonga, Spanja Wieħed mill‑eqdem siti tad‑dehriet tal‑Madonna fi Spanja u l‑Portugall, huwa Real Sitio De Covadonga fejn Dom Pelayo, l‑ewwel sultan tal‑Asturias, mexxa l‑ewwel rebħa fuq il‑Mori Musulmani fil‑Peniżola Iberika kollha fis‑sena 722 W.K. Il‑Madonna dehret lil Dom Pelayo u ħalliet warajha statwa tagħha u ta’ Ġesù Bambin. Imbagħad il‑Kristjani raw l‑anġli fuq il‑muntanja l‑oħra jimbuttaw ’l isfel blat kbir fuq il‑Mori ta’ taħt li kienu telgħin mill‑wied. Minn Covadonga kompliet il‑kontro‑offensiva kontra l‑Mori sakemm dawn ġew mirbuħa mill‑Kristjani u imbuttati kollha barra mill‑Portugall u Spanja. Il‑festa tal‑Madonna ta’ Covadonga, magħrufa bħala La Santina, hija fit‑8 ta’ Settembru. 

ĦOBŻ TAL‑MEJTIN – Mill‑Italja

X’għandek bżonn:

• 150 gramma gallettini amaretti

• 350 gramma gallettini ‘ladyfingers’

• 120 gramma lewż

• 120 gramma tin niexef

• 120 gramma żbib

• 250 gramma dqiq tip 00

• 300 gramma zokkor

• 50 gramma kukkudina

• Kuċċarina ‘baking powder’

• Kuċċarina kannella mitħuna

• Kwart ta’ kuċċarina noċemuskata mitħuna

• Niskata melħ

• 125 gramma prinjoli

• 6 abjad tal‑bajd kbir

• 100 millilitru nbid abjad

• ‘Icing sugar’ għal fuq il‑ħobż

Metodu:

• 1. Saħħan il‑forn 180º Ċ u lesti tilar miksi b’karta tal‑forn.

• 2. Fi blender itħan fin iż‑żewġ tipi ta’ gallettini u l‑lewż.

• 3. Żid it‑tin u kompli itħan sakemm tifforma għaġna.

• 4. Ġo skutella kbira ħallat sew b’idejk it‑taħlita tal‑gallettini maż‑żbib, dqiq, zokkor, kukkudina, ‘baking powder’, ‘kannella’, noċemuskata, melħ u prinjol.

• 5. Wara żid l‑abjad tal‑bajd u l‑inbid u kompli ħawwad sew.

• 6. Ħu ftit ftit mit‑taħlita, ifforma f’ballun u ċċattjahom fuq it‑tilar f’forma ovali. Ħalli spazju bejn waħda u

oħra għax jikbru u jeħlu ma’ xulxin.

• 7. Aħmi għal madwar 30 minuta.

• 8. Wara ħallihom jiksħu u għarbel ftit ‘icing sugar’ fuqhom.

Kurżità:

Jeżistu ħafna riċetti marbuta max‑xahar ta’ Novembru, ix‑xahar tal‑mejtin. Aħna l‑Maltin nagħmlu l‑ħelu hekk imsejjaħ ‘għadam tal‑mejtin’. U t‑Taljani, fost tant riċetti għandhom din it‑tradizzjoni li jaħmu l‑‘ħobż tal‑mejtin’.

Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.

AF I THHOPE &CHAR I YT

GIFT SHOP

VALLETTA  MOSTA

Sibna wkoll fuq

Facebook: Faith

Hope & Charity

Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’

Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u s‑6:00pm.

Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm.

Nru.7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta

Faith Hope & Charity fetħu ħanut ieħor fil‑Mosta, Nru. 138/140, Triq Lorenzo Gafà.

Hawn issibu ħafna rigali sbieħ għal kull okkażjoni, bħal Preċetti, Griżma, Birthdays, Tiġijiet u oħrajn.

Għal aktar informazzjoni ċemplilna Mosta: 2123 6962 jew Valletta: 2123 4328.

FITTEX IL‑KLIEM: Tipi Ta’ Ħut

F’din it‑tabella hawn moħbija 25 tip ta’ ħut. Fittex fi 8 direzzjonijiet. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.

S T L W N T I C I M H D J L A

A T E A D U T Q A P A W L G L

W O R P M J T N A P O E G Q L

R N A L D A K R S T B V B P E

E F T I Q A T I A R T S X U D

L R T X N A X T U P A U L F R

L O A A L X X G E W K R S L A

A K G O I X B K T N A J A P T

U S N P S S K S A P I R L V S

D G T O N N K A S T X L B F A

A N I R O M N W V J L H L M P

P I Z Z I N T U N Q H U W A I

E K K A S T A R D E L L A K G

L N A N F R O K S P W L E K R

A N I L L A G L L E R B M U T

● ALONGA

● GALLINA

● GALLINETTA

● GATTAREL

● GURBELL

● KASTARDELLA

● KAVALL

● MAKKU

● MANKANA

● MORINA

● PARTUN

● PASTARDELLA

Isem u Kunjom: ________________________________ Indirizz:______________________________________

● PIXXISPAD

● PIZZINTUN

● QATTUS

● SAWRELLA

● SAWT

● SKORFNA

Kodiċi Postali:

● SKORFNOTT

● SPARLU

● TONN

● TUMBRELL

● VOPI

● XILPA

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Settembru 2023:

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Sara Incorvaja mill‑Iklin. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

Nitbissmu ftit:

Mara anzjana ta’ madwar 90 sena sfat arrestata minħabba li nqabdet tisraq minn ħanut tal‑merċa u tressqet il‑qorti.

Maġistrat: Xi sraqt?

Anzjana: Bott ħawħ.

Maġistrat: Għalfejn sraqt bott ħawħ?

Anzjana: Għax kelli l‑ġuħ.

Maġistrat: Xi kemm kien hemm ħawħ fil‑bott?

Anzjana: Sitta.

Maġistrat: Mela se nagħtik sitt ijiem ħabs.

Ir‑raġel tal‑anzjana: Sur Maġistrat, nixtieq ngħid xi ħaġa.

Maġistrat: Tkellem.

Ir‑raġel tal‑anzjana: Sur Maġistrat, nixtieq ninfurmak li serqet ukoll bott kbir piżelli!

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.

• 28 ta’ April 2017 Sabrina Pace mill‑Ħamrun

• 02 ta’ Frar 2019 Lina Zahra mill‑Belt Valletta

• 22 ta’ Ottubru 2022 Horace Galea miż‑Żejtun

• 18 ta’ Settembru 2023 Maddalena Abela minn Wied il‑Għajn

• 27 ta’ Settembru 2023 Gregory Schembri minn Wied il‑Għajn (eks benefattur)

• Twanny Briffa mill‑Marsa

• Saver Briffa mill‑Ħamrun

• Catherine Briffa mill‑Ħamrun

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal‑Milied u lanqas tal‑‘Birthdays’. Grazzi.

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq

• Raymond Falzon mill‑Gudja

• BOV Wealth Management, Santa Venera

Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

Nota mill‑Bord Editorjali: Inħeġġu lill‑qarrejja ta' Malta Missjunarja sabiex jagħmlu użu mis‑servizzi u/jew jixtru mingħand dawk il‑ħwienet li jirreklamaw fuq ir‑rivista. Grazzi.

Websajt Missio

• Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja

• Attivitajiet • Rivisti tal‑passat

• MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat

Jien. Int. Aħna. Flimkien (VO/1178)

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

Missio Malta • Missio Tfal

Nagħmlu xogħol ta' tindif ta' monumenti u lapidi, u memorji f'kull ċimiterju f'Malta u Għawdex.

Nagħmlu ritratti u memorji ġodda.

Nagħtu stima ta' kull biċċa xogħol.

Joseph Mary Mangion Tel. 2143 0185 • Mob. 9946 9467

FREE DELIVERY

Main Street, St Paul's Bay, Malta Mob: 7722 9904 / 9945 5282 · Tel: 2758 1500

OPEN ING HOURS

Monday: 7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 18:00 Tuesday: 7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 19:00 Wednesday: 7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 19:00 Thursday: 7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 19:00 Friday: 7:00 ‑ 12:00 / 16:00 ‑ 19:00 Saturday: 7:00 ‑ 13:00 Sunday: Closed

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.