Malta Missjunarja Mejju 2023

Page 1

VO/1178 Jien. Int. Aħna. Flimkien. #ilmissioint għal donazzjoni www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex | | 7 | 7  02 L‑Istorja Tal‑Fardal  12 Missio Fl‑Azzjoni  16 Maratona Ta’ Tama  24 Qlub Imkebbsa, Saqajn Mexjin NEWSPAPER POST Mejju 2023 SENA 91

Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju],

7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.

Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm

Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm

Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà , il‑Mosta MST 4128.

Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm

Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272

Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt

Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066.

Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt

Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm

BORD EDITORJALI

Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt)

Membri:Mons. Valent Borg

Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia

Websajt u Facebook: missiomalta

Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant.

Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)

Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar.

L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja.

Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja.

Abbonament għal sena €10.00

F’din il‑ħarġa:

2 Editorjal

4 Messaġġ Mid‑Direttur

6 Intenzjoni Missjunarja

L‑istorja tal‑Fardal

Niddubita kemm it‑tfal tal‑lum jafu fardal x’inhu! L‑għan ewlieni tal‑fardal tan‑nanniet u l‑ommijiet kien li jipproteġi l‑libsa li jkunu lebsin taħtu, għaliex din kienet tkun waħda mill‑ftit li kellhom. Fl‑istess ħin, kien aktar faċli li taħsel fardal milli libsa, u fardal kien jieħu anqas drapp biex jinħiet minn libsa. Imma barra minn hekk, il‑fardal kellu ħafna użi oħra.

L‑ommijiet u n‑nanniet kienu jużaw il‑fardal biex joħorġu d‑dixxijiet jaħarqu mill‑fran, u biex jimsħu l‑għaraq minn fuq ġbinhom jew idawruh ma’ dirgħajhom meta tkun il‑kesħa. Kien ideali sabiex jimsħu d‑dmugħ minn għajnejn it‑tfal u f’xi okkażjonijiet inaddfu l‑widnejn maħmuġin ta’ wliedhom. Dan minbarra li jimsħu l‑idejn ċkejknin u maħmuġin wara sigħat jilagħbu fit‑toroq jew fl‑għelieqi. It‑tfal min‑naħa tagħhom mhux l‑ewwel darba li kienu jinħbew wara l‑fardal meta jistħu min‑nies li ma jafux. U tiskanta dak l‑imbierek fardal kemm għamara kien ifarfar fi ftit sekondi meta jaslu l‑mistednin għal għarrieda! Mill‑gallinar tat‑tiġieġ, in‑nisa kienu jġorru fil‑fardal il‑bajd lejn il‑kċina u l‑flieles biex jitpoġġew ġo gallinar ieħor. Mhux darba u tnejn li fil‑fardal inġarr il‑ħatab għan‑nar jew il‑ħxejjex u l‑frott imkabbra fil‑ġardina, jew inkella l‑qxur tal‑piżelli u l‑ful wara li dan ikun tqaxxar. Meta mbagħad kien jasal ħin l‑ikel, l‑ommijiet u n‑nanniet erħilhom ixejru l‑fardal minn fuq l‑għatba tal‑bieb ta’ barra sabiex l‑irġiel ikunu jafu li l‑ikel kien lest u jaslu lura mill‑għelieqi.

Ritratt tal‑faċċata:

Mara Peruvjana bit‑tifel tagħha marbut fuq daharha.

Għad irid jasal iż‑żmien li xi ħadd jivvinta xi ħaġa li tieħu post il‑fardal antik li serva għal

Għall‑Ġurnata
8 Katekeżi 12 Esperjenza Missjunarja 16 Our Lady Of Peace And Good Voyage 18 Maratona Ta’ Tama 22 Il‑Qaddis Tax‑Xahar 24 Messaġġ Tal‑Papa
Missjunarja 2023 30 Direttur Ġdid Għal Missio Malta 32 Dehriet Tal‑Madonna 35 Poezija 36 Riċetta Tradizzjonali 38 Kompetizzjoni U Ċajt
39 Nitolbu Għall‑Mejtin Tagħna
2 Mejju 2023 EDITORJAL – CLAUDIA CINI
VO/1178 Jien. Int. Aħna. Flimkien.

ħafna skopijiet. In‑nanniet kienu jpoġġu t‑torti sħan fuq ħoġor it‑tieqa biex jibirdu u llum il‑ġurnata n‑neputijiet tagħhom ipoġġu t‑torti fuq ħoġor it‑tieqa biex jinżlu mis‑silġ. Żgur u mhux forsi li dawn l‑istess neputijiet jiġġennu jekk jippruvaw

jiskopru kemm

mikrobi

kien ikun fih il‑fardal!

Imma li nafu hu li jien qatt ma ħadt xejn mill‑fardal, ħlief IMĦABBA! 

Għad‑dinja intom sempliċi ommijiet, imma għalina intom id‑dinja!

L‑imħabba tagħna għalikom hija bla tarf!

Il‑Jum l‑Omm it‑Tajjeb!

3 Mejju 2023

Il‑Misteru tal‑Għid

Matul dawn l‑aħħar ġimgħat tfajna l‑attenzjoni kollha tagħna fuq il‑Misteru tal‑Għid tal‑Mulej Ġesù. Dan il‑misteru huwa l‑qofol; iċ‑ċentru tal‑fidi tagħna. San Pawl jgħallimna li kieku Kristu ma qamx mill‑mewt “fiergħa l‑fidi tagħkom u intom għadkom fi dnubietkom”. (1 Kor 15:17)

Imma Kristu qam tassew mill‑mewt. Ġesù għadda mit‑triq tal‑Kalvarju għall‑qawmien mill‑mewt biex jaqlgħalna mingħand il‑Missier, id‑dar tal‑Ispirtu s‑Santu.

Ġesù jagħmel dan b’mod l‑iżjed ċar waqt li kien qiegħed jiekol mad‑dixxipli fil‑lejl qabel ma bata. F’din il‑lejla, it‑tnax kienu qalbhom imnikkta għaliex Ġesù qalilhom li kienet waslet is‑siegħa tiegħu li jmur lura għand il‑Missier. Imma fl‑istess waqt, Ġesù għamlilhom il‑qalb għaliex ma kienx se jħallihom waħedhom. “Ngħidilkom

is‑sewwa, jaqblilkom li jiena mmur, nibgħathulkom meta jiġi Hu, l‑Ispirtu tal‑Verità, iwassalkom għall‑verità kollha.” (Ġw. 16:7‑13)

Kieku Ġesù ma bagħatx dan l‑ispirtu, il‑Misteru tal‑Għid kien ikun biss xi ħaġa tal‑imgħoddi, bla ebda effett fuqna. Huwa dan l‑Ispirtu Qaddis li jagħtina sehem mir‑rebħa ta’ Ġesù fuq il‑mewt u fl‑istess waqt idawwalna biex nistqarruh bħala l‑Mulej u s‑Salvatur waħdieni tagħna. Għalhekk u bir‑raġun, il‑ferħ tal‑Għid jagħlaq bil‑miġja tal‑Ispirtu s‑Santu fuq l‑Appostli.

“Meta wasal jum Għid il‑Ħamsin, huma kienu lkoll f’post wieħed. F’daqqa waħda ġie mis‑sema ħoss bħal ta’ riħ qawwi, imtlew ilkoll bl‑Ispirtu s‑Santu.”

(Atti 2:1‑2) Din is‑solennità se niċċelebrawha fit‑28 ta’ Mejju. Bħalma ħejjejna rwieħna għall‑Festa tal‑Għid, huwa importanti li nħejju rwieħna għal din il‑festa solenni permezz tat‑talb, familjarità akbar

mal‑Kelma t’Alla, sehem sħiħ fiċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ewkaristija u nersqu għas‑Sagrament tar‑Rikonċiljazzjoni. Għandna bżonn lil dan l‑Ispirtu Qaddis sabiex isaħħaħna u jqawwina ħalli nkunu nistgħu nkunu xhieda ħajja ta’ Ġesù u nwassluh lill‑oħrajn. “Morru fid‑dinja kollha xandru l‑Evanġelju lill‑ħolqien kollu.” (Mk. 16:15)

Dan ix‑xahar sabiħ ta’ Mejju huwa wkoll marbut mal‑Verġni Marija. Nistedinkom titolbuha titlob għalina u timxi magħna ħalli tiddisponi lil qalbna kif għamlet mal‑Appostli sabiex inkunu nistgħu nilqgħu l‑akbar rigal li binha Ġesù jista’ jagħtina: l‑Ispirtu s‑Santu. 

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel 21236962 Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178) MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
4 Mejju 2023

TALBA LILL‑ISPIRTU S‑SANTU

Ejja Spirtu s‑Santu, imla ’l qalbi bid‑doni qaddisa tiegħek. Agħmel li d‑dgħufija tiegħi tkun megħluba mill‑qawwa tiegħek illum stess biex naqdi d‑dmirijiet kif jitlob l‑istat tal‑ħajja tiegħi bil‑fedeltà, ħalli nagħmel biss dak li hu tajjeb u f’postu.

Agħmel li l‑imħabba tiegħi tkun tant soda li la noffendi lill‑oħrajn u lanqas inweġġa’ s‑sentimenti tagħhom.

Agħmel li nkun tant miftuħ għal ħaddieħor li nkun dejjem lest li naħfer minn qalbi kull ħsara li jagħmluli.

Għinni f’kull taqbida tal‑ħajja, dawwalni fl‑injoranza tiegħi, kun il‑kunsillier tiegħi meta nkun fid‑dubju, saħħaħ id‑dgħufija tiegħi, agħtini l‑għajnuna f’kull ħtieġa u fil‑mument tat‑tfixkil, ipproteġini f’kull tentazzjoni u farraġni fin‑niket.

Ismagħni O Spirtu Qaddis u itfa’ dawlek f’qalbi, f’ruħi u f’moħħi. Għinni ngħix ħajja qaddisa u kabbarni fil‑qdusija u l‑grazzja.

Ammen.

Nota:

Għeżież Ħbieb, Nixtieq ngħarrafkom li t‑terminu tiegħi bħala Direttur ta’ Missio Malta skada f’Jannar 2023.

Għandi l‑pjaċir ninfurmakom li l‑Kardinal Luis Antonio

G. Tagle kkonferma n‑nomina ta’ Dun Victor Agius, bħala d‑direttur il‑ġdid ta’ Missio Malta.

Fi tmiem din il‑ħidma nixtieq nirringrazzja lilkom u lil dawk kollha li għenuni f’din il‑ħidma. Nixtieq nawgura

lis‑suċċessur tiegħi, Dun Victor Agius, ħidma fejjieda fil‑missjoni ġdida tiegħu b’risq l‑artijiet fil‑missjoni.

Mons. Valentino Borg

B’SMS ta’ €6.99 tkun qed tixtri l‑kotba għal tifel jew tifla għal sena skolastika. B’SMS ta’ €2.33 tkun qed titma’ 7 t’itfal għal ġurnata. DONAZZJONIJIET B’RIS Q IL‑MISSJONI sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99 B’SMS ta’  6.99 tkun qed tixtri l‑kotba għal tifel jew tifla għal sena skolastika. B’SMS ta’  2.33 tkun qed titma’ 7t itfal għal ġurnata.
5 Mejju 2023

Għall‑Movimenti u l‑Gruppi tal‑Knisja.

Nitolbu sabiex il‑movimenti u l‑gruppi tal‑Knisja

jiskopru l‑missjoni

tal‑Evanġelizzazzjoni kuljum u jpoġġu

l‑kariżmi tagħhom għas‑servizz tal‑bżonnijiet fid‑dinja.

Illum ix‑xogħol pastorali huwa dejjem intensiv, il‑problemi pastorali

Mejju 2023

fil‑familji dejjem qegħdin jikkumplikaw irwieħhom u iktar minn qatt qabel irridu nkomplu nistinkaw. Is‑sekulariżmu huwa l‑isfida tal‑evanġelizzazzjoni l‑ġdida mixtieqa tant mill‑Knisja

Kattolika mmexxija mill‑Papa ħabrieki Franġisku.

Diversi movimenti religjużi fi ħdan il‑Knisja Kattolika qegħdin jgħinu u jagħtu s‑sehem tagħhom f’dan ir‑rigward, sabiex il‑Knisja ta’ Kristu tkompi tkun Knisja għal kulħadd mingħajr ebda distinzjoni. Il‑Leġjun ta’ Marija, pereżempju,

xettel l‑għeruq tiegħu f’diversi pajjiżi tal‑missjoni u ta’ evanġelizzazzjoni, fosthom fil‑Korea ta’ Isfel l‑Asja, fil‑Kongo l‑Afrika

INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
6 Mejju 2023

u fl‑Abanija l‑Ewropa. Fil‑Brażil, fl‑Arġentina u fil‑Filippini hemm madwar

miljun Kattoliku

fil‑Leġjun ta’ Marija u 2.25 miljun

leġjunarju f’170 pajjiż mad‑dinja kollha. Insemmu

hawnhekk il‑Mixja

Neokatekumenali fejn tgħodd mad‑19,400 komunità fid‑dinja; fejn fl‑Italja hemm 10,000 komunità u fi Spanja hemm 7,000 komunità. L‑Azzjoni

Kattolika wkoll tinsab

f’ħafna pajjiżi ta’ missjoni, fosthom fl‑Albanija, fil‑Bosnija, fil‑Burundi u f’Burma. Il‑preżenza

tal‑Kariżmatiċi hija qawwija

kemm fl‑Amerika kif ukoll fl‑Ewropa. Żgur li dawn il‑movimenti u l‑gruppi

fil‑Knisja komplew jgħinu sabiex il‑Knisja tkompli titħawwel f’diversi postijiet fid‑dinja. U hawnhekk naraw fuq kollox it‑teżor tal‑lajċi fil‑Knisja li jkomplu jibnu u jsaħħu fejn ma jistgħux jaslu s‑saċerdot u r‑reliġjuż.

Dan huwa fuq kollox l‑iskop tas‑sinodu li qiegħda titħejja għalih il‑Knisja. Ejjew mela nkomplu naħdmu biex ngħożżu dejjem il‑wirt

Charity Shop

No.92, Qormi Road, Hamrun

Opening hours:

Monday‑Friday 8.30am‑12.30pm

Saturday 8.30am‑3.00pm

We sell:

Clothing for men, women, children and babies: Jackets, trousers, t shirts, shirts, tops, socks, ties, suits, dresses, bags, gloves, baby grows, hats, etc.

Baby essentials: Push chairs, cots, car seats, potties, baby high chairs, etc.

Accessories: Jewellery

Books: Educational, classic, fiction, foreign, religious, etc.

School Items: Stationery, pencils, covers, etc.

Toys: Soft toys, games, puzzles, etc.

Cards: Birthday, anniversary, Holy Communion, Christmas, Easter, Wedding, Christening, etc.

Kitchenware: Crockery, cutlery, plates, bowls, glasses, utensils, waterjugs, etc.

Glassware: Adverts

tal‑fidi Nisranija f’Malta u f’Għawdex, u napprezzaw id‑diversi movimenti u gruppi, u tant oħrajn, bħas‑Soċjetà tad‑Duttrina

Nisranija li waqqaf San Ġorġ

Preca; għaliex it‑tagħlim hu l‑għajn ta’ kull ġid. 

Homeware: Ornaments, statuettes, china, frames, carpets, sheets, pillowcases, crochet, doilies, knitwear, prints, paintings, decorations, etc.

Household Goods: Shades

Gifts: Occasional cards, Holy Communion, Confirmation, Wedding party souvenirs, etc.

Bric & Brac: Knick knacks, and much more.

We accept plastic bottle caps.

7 Mejju 2023
Ikona tal‑Verġni Marija minn Kiko Argüello, il‑pittur Spanjol li ta bidu ’l‑Mixja Neokatekumenali

I

ltqajt ma’ Ġerard

f’Ottubru 1983 f’Tagaytay il‑Filippini, meta kien għadu seminarista. Kien student tat‑teoloġija fl‑Università

Kattolika ta’ San Tomas f’Manila. Ġerard kien

intbagħat jistudja hemm mill‑isqof tiegħu għaliex

kien intelliġenti u tifel tajjeb. Huwa kien tifel uniku minn

familja fqira. Kif jgħid

f’din l‑esperjenza, kien ġie

f’kuntatt mal‑grupp tagħna

f’Tagaytay meta ltaqa’ ma’

wieħed minna u hemm kien

sab mod ġdid kif jgħix ħajtu

bħala Nisrani u seminarista, u wara bħala saċerdot u isqof.

Mons. Ġerard Alminaza

llum huwa l‑isqof tad‑djoċesi

ta’ San Carlos fil‑gżira ta’ Negros fil‑Filippini. Huwa

jaħdem ħafna fil‑Konferenza

Il‑Katina Hija b’Saħħitha

Daqskemm l‑Iżgħar Ħolqa

Hija b’Saħħitha!

Episkopali Filippina għall‑formazzjoni tal‑kleru. Nisimgħu l‑esperjenza sabiħa tiegħu.

Bħala żagħżugħ, sa sena qabel ma sirt saċerdot, kont mort fi skola għas‑seminaristi f’Tagaytay, qrib Manila, fejn kollox kien mibni fuq l‑ispiritwalità tal‑unità. Id‑direttur ta’ din l‑iskola kien Dun Toni Weber, saċerdot b’għerf u qdusija kbira, mill‑Iżvizzera. Kienu jiġu wkoll f’din l‑iskola xi saċerdoti li kienu jkunu għaddejjin minn xi żmien diffiċli fil‑ħajja tagħhom. Konna ta’ spiss nisimgħuhom jaqsmu l‑esperjenzi tagħhom magħna, waqt li konna nkunu fuq il‑mejda għall‑ikel

jew f’xi gruppi waqt

‘sharing’, dwar kemm kienu batew minħabba nuqqas ta’ relazzjoni mal‑isqof

tagħhom. Ma ninsiex dak li kien jgħidilna ta’ spiss Dun Toni Weber: “Kull qassis għandu bżonn ta’ dar!” U kien jgħid ukoll: “Jiena persważ li d‑disponibbiltà li saċerdot għandu jkollu u l‑kapaċità li jkun lest li jmur fejn qatt ma ħaseb li jmur, jakkwistaha l‑aktar meta jkun qed jgħix f’għaqda fraterna ma’ ħutu s‑saċerdoti, għaqda li tinbena fosthom u ssir bħala d‑dar spiritwali tagħhom.”

Attenzjoni u prijorità lejn saċerdoti li qed ibatu.

Meta fl‑2008 ġejt nominat Isqof Awżiljarju ta’ Jaro,

KATEKEŻI – DUN VIKTOR AGIUS
8 Mejju 2023

fil‑gżira ta’ Panay, sibt ruħi Ruma nipparteċipa f’laqgħa mal‑isqfijiet, li bħali kien għadhom kif saru isqfijiet. Kien laqatni l‑kliem li kien qalilna Papa Benedittu XVI: “Ħudu ħsieb b’mod speċjali lis‑saċerdoti tagħkom, li huma l‑ewwel u l‑insostitwibbli kollaboraturi fil‑ministeru tagħkom. Huwa importanti li s‑saċerdoti kollha jħossu kemm l‑isqof tagħhom huwa qrib tagħhom bħala missier u bħala ħabib.” U hekk, bħala isqof awżiljarju, għal ħames snin, żammejt din bħala l‑prijorità tiegħi: l‑unità mal‑arċisqof tiegħi u r‑relazzjoni tajba tiegħi mal‑kleru tagħna. Konvint li l‑katina hija b’saħħitha daqskemm l‑iżgħar ħolqa hija b’saħħitha. Tajt

attenzjoni, żammejt kuntatti, u żort u sibt il‑ħin kollu l‑aktar għalihom, is‑saċerdoti li kont naf li kienu feruti jew li kienu jgergru, inkella jħossuhom mhux mifhuma minn xi ħadd minna u li minħabba f’hekk ma baqgħux jiġu għal‑laqgħat ta’ kull xahar għalina s‑saċerdoti jew li kienu jirrifjutaw li jikkollaboraw ma’ inizjattivi pastorali fid‑djoċesi.

Għax jiena jien, jekk aħna aħna.

Meta fl‑2013 Papa Franġisku nnominani bħala l‑ordinarju tad‑djoċesi ta’ San Carlos, kont fraħt ħafna meta rajt li l‑arma li kien hemm imwaħħla fuq il‑bieb tar‑residenza tiegħi kienet tgħid: “Id‑Dar tal‑Isqof”.

Mill‑ewwel fakkritni li rrid nagħmel mid‑djoċesi verament ‘id‑dar’. Ftit ġimgħat wara li bdejt, il‑kleru talabni nagħmlilhom l‑irtir annwali u t‑tema kienet proprju: “Nagħmlu mid‑djoċesi l‑vera dar tagħna”. Inqdejt bi storja effettiva ħafna minn tribù Afrikan li studjajtha minn wieħed antropoloġist. Darba kien ġiegħel lit‑tfal ta’ dak it‑tribù jilagħbu logħba. Poġġa kannestru frott qrib siġra u qal lit‑tfal li min jasal l‑ewwel jirbaħ dak il‑frott tajjeb kollu. Kif qalilhom biex jitilqu jiġru, kollha qabdu id xulxin u ġrew flimkien. Waslu flimkien u qagħdu bilqiegħda jieklu u jgawdu l‑frott flimkien. Meta staqsiehom għaliex

9 Mejju 2023

kienu ġrew flimkien b’dak

il‑mod, meta kienu jafu li

wieħed seta’ jirbaħ il‑frott

kollu għalih biss, qalulu: “Ubuntu! Kif jista’ wieħed minna jkun kuntent meta

l‑oħrajn mhumiex?” Ubuntu

tfisser: Jiena jien, jekk a ħna aħna . Għal ħames snin

issa, fil‑laqgħat ta’ kull

xahar u fl‑irtiri annwali

approfondejna

u qsamna

din il‑viżjoni

jew aħjar din il‑paradigma

ta’ ħajja. Is‑sala

fejn is‑soltu

niltaqgħu

semmejnieha

Sala Ubuntu.

Lit‑timijiet

tal‑kleru

tal‑basketball

u tal‑volleyball

jafuhom bħala

Tim Ubuntu.

Il‑grupp teatrali taż‑żgħażagħ

tagħna

huwa rreġistrat bħala

t‑Teatru ta’ Ubuntu u x‑xarabank tas‑seminarju

tissejjaħ il‑Linja Ubuntu.

Fl‑2019, fl‑għeluq tal‑irtir

annwali tal‑kleru, bħala

konklużjoni u kulmini

taċ‑ċelebrazzjoni tas‑Sena

tal‑Kleru, il‑presbiterju

qabel unanimament li

nipprattikaw il‑komunjoni

tal‑beni mill‑bidu tal‑2020.

U bħala sinjal tal‑fratellenza

sagramentali tagħna u tal‑komunjoni li l‑Vatikan II isejħilna għaliha, iddikjarajna r‑rieda li ninkarnaw bejnietna l‑ispirtu Ubuntu, jiġifieri s‑solidarjetà fraterna.

Il‑kustodji ta’ ħutna

Providenzjalment, b’din id‑deċiżjoni ġejna ppreparati

naħdmu flimkien ġo grupp, kemm fil‑vigarjat stess kif ukoll barra minnu, kull meta jkun hemm bżonn. Bejnietna hemm għarfien li qed jikber dejjem aktar, kif ukoll il‑konvinzjoni li aħna l‑kustodji ta’ xulxin. Li jkunu qrib tiegħi bħala l‑isqof tagħhom u li jkunu qrib ta’ xulxin hija xi ħaġa li aktar ma jgħaddi ż‑żmien aktar qed ninnutaw li ssir l‑għajnuna effettiva biex wieħed jegħleb is‑solitudni u t‑tentazzjonijiet fil‑ministeru, u anki li ssir l‑għajn li minnha joħroġ ministeru pastorali aktar effettiv. Bil‑mod il‑mod, qed nitgħallmu nsiru Knisja

biex inħabbtu wiċċna mal‑pandemija. Minn Ġunju tal‑2020 sar aktar faċli li s‑saċerdoti jkunu qrib xulxin. Rajna kemm

huwa veru dak li kien qal Dun Toni Weber, li meta aħna aħwa għal xulxin, insiru lesti li jibagħtuna fejn ikun hemm bżonn u fejn qatt ma immaġinajna li mmorru. Innutajt kemm kibret id‑drawwa li

Sinodali, anki qabel ma

Papa Franġisku indikalna t‑tema tal‑komunjoni, parteċipazzjoni u missjoni. Nimmassiminizzaw l‑użu tad‑diversi

organi ta’ komunjoni u parteċipazzjoni li tipproponilna l‑Knisja. U hekk nimxu flimkien

’l quddiem biex nagħmlu d‑djoċesi verament dar u familja. 

KATEKEŻI – DUN VIKTOR AGIUS
10 Mejju 2023

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.

www.adoptgrandparent.org

POWERED BY

Jien Int Aħna Flimkien

RIEDA LI TAGĦTI

Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet

Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha.

Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek.

Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.

Jien. Int. Aħna. Flimkien.

VO/1178

Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt

www.missio.org.mt

AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ
ĦAJTEK.
MALTA POWERED BY
Adopt a Grandparent Combat Loneliness
11 Mejju 2023
Dan il‑proġett huwa ffinanzjat mill‑Malta Social Impact Awards.

Missio fl‑Azzjoni – Filippini 2023

Mill‑ewwel sal‑ħmistax ta’ Frar, jiena flimkien ma’ ħdax oħra morna nagħmlu esperjenza missjunarja fil‑Filippini. Bħal oħrajn li bħalna marru u ġew lura mibdulin għax raw il‑faqar u tant tbatijiet fost in‑nies li żaru, aħna wkoll rajna dan u ħassejna qalbna tingħafas u staqsejna: “Għaliex tant tbatija? X’nistgħu nagħmlu biex ngħinu lil dawn in‑nies

ikollhom ħajja aħjar bħal tagħna?” Meta konna hemm ma domniex wisq biex irrealizzajna li, filwaqt li f’diversi affarijiet aħna wisq aħjar minnhom, f’ħafna affarijiet oħra huma ħafna aħjar minna. Dan kien is‑sabiħ ta’ din l‑esperjenza fejn tgħallimna ħafna minn dawn in‑nies.

Il‑Filippini huwa nazzjon indipendenti magħmul

minn madwar 7,200 gżira b’popolazzjoni ta’ madwar 110 miljun ruħ. Aħna żorna komunitajiet fil‑belt kapitali ta’ Manila li ġeografikament hija d‑doppju ta’ Malta, b’popolazzjoni ta’ ’l fuq minn 11‑il miljun ruħ. Żorna wkoll Tagaytay, belt li tinsab 50 kilometru fil‑Lbiċ ta’ Manila, u morna fi gżira mill‑isbaħ jisimha Mindoro, fejn żorna diversi gruppi ta’ komunitajiet li huma mit‑tribujiet tal‑Mangyans. Qgħadna attenti ħafna li mmorru niltaqgħu ma’ dawn in‑nies b’attitudni ta’ rispett

ESPERJENZA MISSJUNARJA – DUN VIKTOR AGIUS
Dun Victor ma’ tifel Mangyan. Il‑grupp missjunarju Malti ma’ Dun Chris, li jieħu ħsieb it‑tribujiet Mangyan; Adrian Mifsud, Doris Micallef, Roxanne Lia, Jesmond Lia, Karen Mugliette, Alison Difesa, Mark O'Neil, Darren Camilleri, Sarah Azzopardi, Ivan Sammut, Denise Ciangura ma’ Dun Victor.
12 Mejju 2023
Il‑grupp ta’ voluntiera Maltin fl‑eko farm f Tagaytay.

kbir. Fl‑aħħar mill‑aħħar konna aħna li qed nidħlu

f’darhom u huma laqgħuna

b’korteżija u b’imħabba tant kbira. Fissrulna tajjeb

ħafna, b’Ingliż impekkabbli, ix‑xogħol li qed jagħmlu

fost dawk li huma fil‑bżonn. Rajna wkoll kemm dawn il‑proġetti li qed jagħmlu, huma tajba, l‑aktar meta skoprejna li dawk stess li qed jispjegawlna kienu tfal li ġew iffurmati f’dan l‑istess programm.

Waqt żjara ġo skola tas‑Sorijiet Benedittini

ġejna milqugħa tant tajjeb minn tfajla li kantatilna biċċa minn opra klassika

Filippina, soprana mill‑aqwa akkumpanjata minn

orkestra ta’ madwar għoxrin

ruħ daqstant professjonali u ta’ livell tassew għoli. Sirna nafu li dawn iż‑żgħażagħ

fil‑maġġoranza tagħhom kienu kollha studenti

ġejjin minn familji fqar

ħafna. Ħaġa simili rajnieha

fil‑ħanut tal‑mastrudaxxi

tal‑Moviment tal‑Fokolari

f’Cainta, Rizal. Għamara

mill‑aqwa fuq stil modern u klassiku, magħmula mill‑ħaddiema żgħażagħ

li tgħallmu f’dan il‑ħanut stess, li issa spiċċaw u

għandhom xogħol tajjeb

ħafna u stabbli, fejn

saħansitra wħud minnhom

fetħu għal rashom

fl‑Afrika

jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5

Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36

Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48

Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60

Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.

• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:

€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż)

€2400 (l‑ispejjeż kollha)

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

Jew fuq: www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑ QALB

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja,
13 Mejju 2023

in‑negozju tagħhom. Rajna l‑programmi ta’ sponsorizzazzjoni tat‑tfal ta’ Pag‑Asa u ta’ Bukas

Palad, f’Tagaytay. Dawn it‑tfal jibqgħu joqogħdu mal‑familji tagħhom u l‑edukazzjoni tagħhom ma tikkonsistix biss

fl‑iskola, imma dawn jiġu akkumpanjati b’attivitajiet barra mill‑iskola wkoll.

Hemm interess kbir

fil‑familji tagħhom biex

dawn l‑istudenti kemm

jista’ jkun ma jsibux tfixkil

fil‑formazzjoni tagħhom.

Dan il‑proġett issa ilu sejjer

kważi 40 sena, u ħafna minn dawk li għaddew minnu, illum huma professjonisti u ffurmaw il‑familji tagħhom, u baqgħu fejn jistgħu jkomplu jgħinu lil dawk li huma fil‑programm.

Esperjenza oħra sabiħa kienet mal‑Mangyans f’Mindoro. Dawn huma nies li jissejħu primittivi minn dawk li jgħixu fl‑ibliet, imma aħna rajna fihom nies li għandhom qalb kbira b’sens ta’ responsabbilità lejn xulxin tant qawwi li lanqas biss jafu x’inhu serq.

Kemm impressjonawna t‑tfal meta tajniehom l‑ikel jew il‑ħelu! Minflok qabdu jieklu, l‑ewwel ħasbu fil‑familja tagħhom u ħadu l‑ikel id‑dar biex jinqasam ma’ kulħadd. Inkella jiġu jistaqsuk għall‑ħelu għax hemm tifel li kien għadu ma ħax. Jgħixu f’natura mill‑isbaħ u f’serenità li lilna impressjonatna ħafna. Dawn in‑nies għandhom sensibilità kbira u fehmu li aħna konna

hemm għax rajna t‑tajjeb tagħhom u magħhom

xtaqna naraw jekk nistgħux ngħinuhom. Kemm kien sabiħ il‑mument ta’ djalogu li kellna mal‑mexxejja tagħhom! Skantajna kemm din l‑għaqda flimkien fetħitilna moħħna u qalbna, biex insibu modi kif ngħinu u nkomplu nkabbru l‑ħbiberija tagħna magħhom.

F’ambjenti bħal dawn ma tistax ma toħlomx b’dinja aħjar. Kemm aħna u kemm huma ninsabu mtaqqlin mill‑ambjenti li ngħixu fihom. Kemm‑il darba naqtgħu qalbna u ma nibqgħux nemmnu li t‑tajjeb jista’ jirbaħ fuq il‑ħażin.

Huwa dan li jtaqqalna, jgħajjina u jdejjaqna. Imma meta tpoġġi nies ta’ rieda tajba flimkien, anki jekk forsi mhumiex perfetti, imma għandhom it‑tajjeb f’qalbhom u ma jibżgħux jaqsmuh mal‑oħrajn, allura huwa sabiħ li toħlom flimkien u tagħmel ħbieb ġodda li jġibu bidla f’ħajtek. Ġejna lura fiżikament

Qegħdin niġbru ‘soft toys’ f’kundizzjoni tajba. Jekk tista’ tgħin, jekk jogħġbok ċemplilna fuq 21236962 u staqsi għas‑Sa Nancy Camilleri.

ESPERJENZA MISSJUNARJA – DUN VIKTOR AGIUS
Tfal Mangyan ipinġu ma’ waħda mill‑voluntiera.
Grazzi. 14 Mejju 2023

għajjenin ħafna, imma l‑mistrieħ sibnieh tassew. Nirringrazzjaw lil Missio li tana din il‑possibilità li ppreparatna biex niftħu l‑orizzonti ta’ moħħna u ta’ qalbna għall‑popli differenti minna fejn fi żmien hekk qasir sirna aħwa vera għal xulxin.

MissioTfal għandu bżonn kotba tal‑qari (mhux workbooks) bil‑Malti u bl‑Ingliż f’kundizzjoni tajba. Jekk jogħġbok ikkuntattja lis‑Sa Nancy Camilleri fuq nancy@missio.org.mt

Grazzi mill‑qalb

Dun Chris, li jieħu ħsieb il‑komunitajiet Mangyan fil‑knisja li bena li tintuża wkoll bħala kenn mit‑tifuni. Tfal Mangyan jistennew il‑quddiesa biex tibda. Denise Ciangura, Doris Micallef u Mark O'Neil mexjin ħdejn id‑djar foqra f'Noveleta. Mabuhay Malta ‑ Merħba Filippini. 
15 Mejju 2023
Nisa Filippini f’Noveleta jagħmlu l‑ħasil tal‑ħwejjeġ u jieħdu ħsieb uliedhom.

Nuestra Señora de la Paz y Buen Viaje

Mahal na Birhen ng Kapayapaan at Mabuting Paglalakbay

the galleon El Almirante in 1626. It was known that whenever the statue was on board the ships crossing the Pacific Ocean from Mexico to the Philippines and back, the ships were protected and did not sink. On the contrary, when the statue was not on board, few of the ships did not arrive and therefore due to these safe voyages of the governor‑general Juan Nino, the image was given the title of ‘Our Lady of Peace and Good Voyage’.

Our Lady of Peace and Good Voyage, also known as Our Lady of Antipolo and the Virgin of Antipolo, is a 17th‑century Roman Catholic wooden image of the Blessed Virgin Mary venerated in the Philippines. This statue of the Black Madonna is enshrined in Antipolo Cathedral in the Sierra Madre Mountains East of Metro Manila. The image was brought to the country by the governor‑general of the Spanish Indies Juan Nino de Tabora from Mexico via

When the Governor Tabora died in 1632, the statue was transferred to the Jesuits to keep it enshrined in the church of Antipolo, which was being built in the place which is today known as Barangay Santa Cruz. Apart from being the protector during Pacific Ocean crossings, the statue of Antipolo also has claims of miracles. When the Cathedral of Antipolo was being built in the 1930s, the statue mysteriously vanished many times from its shrine and used to be found on top of the breadfruit tree

known as the tipolo tree. This was taken as a divine sign that the church is to be transferred to where the tipolo tree stood. Seven years after Governor Tabora passed away, the Chinese revolted in the Philippines and burnt down the church of Antipolo. To keep the statue of Our Lady safe, the Governor Sebastian Hurtado de Corcuera, ordered its transfer to Cavite and then back to Mexico on the galleon St Luis. The statue of the Lady of Antipolo served as the protector on board these Acapulco trade‑ships between the Philippines and Mexico, and crossed the Pacific six times aboard the following Manila‑Acapulco galleons:

San Luis ‑ (1648–1649)

Encarnación ‑ (1650)

San Diego ‑ (1651–1653)

San Francisco Javier ‑ (1659‑1662)

Nuestra Señora del Pilar ‑ (1663)

San José ‑ (1746–1748)

A royal decree by Isabella II of Spain on 19th May 1864 ordered that the curias of San Nicolas de Tolentino be turned over to the Jesuits

OUR LADY OF PEACE AND GOOD VOYAGE – SARAH AZZOPARDI
16 Mejju 2023

in exchange for the curias of Antipolo, Taytay and Morong, which were given to the Augustinian Recollects. The latter Order thus came into possession of the image. During World War II, in 1944, the Japanese Army fighting against the Philippines and Americans invaded Antipolo and turned it into a battle ground. To save the image, the church’s head sacristan, Procopio Ángeles, wrapped it in a thick woollen blanket and placed it in an empty petrol drum, which he then buried in a nearby kitchen. Fighting between Japanese troops and the combined American and Filipino forces drove Ángeles

and other devotees to take the image and move it to Sitio Colaique on the border with Angono and then to Pasig. The statue was then kept by Rosaria Alejandro, daughter of Pablo Ocampo, who was a Philippino Lawyer and Nationalist, at the Ocampo‑Santiago family residence in Qiuapo, Manila. It was then enshrined inside Quiapo Church during WWII. On 15th October 1945, the statue was given back to its church in Antipolo, where it has remained ever since.

The Diocese of Antipolo was created on the 24th January 1983 and has the formal

title of ‘National Shrine of Our Lady of Peace and Good Voyage‑Immaculate Conception Parish’. In 2022, Our Lady of Antipolo’s shrine was declared by the Vatican as the first ever international shrine in the Philippines and is also the first Marian international shrine in Asia. Hence, the statue is one of the most celebrated Marian images in the Philippines and was granted Pontifical Decree of Canonical Coronation on the 18th June 1925 by Pope Pius XI. The image attracts millions of pilgrims from all over the Philippines and from all over the world, especially in the month of May which is dedicated to the Virgin Mary.

CHILD SPONSORSHIP

Me. You. Us. Together.

€150 – edukazzjoni għal sena

sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.

Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child

Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑QALB

17 Mejju 2023

Mormi Barra t‑Triq

B’xorti ħażina, fit‑Tanżanija għad hemm min jaħseb li d‑diżabilità hija kastig jew xi diżunur. Għalkemm kontra l‑liġi, ikun hemm min saħansitra jasal li jeħles mit‑tarbija tiegħu baxx baxx jekk din tkun twieldet b’xi forma ta’ diżabilità.

Iċ‑ċkejken Movè huwa eżempju ċar ta’ din id‑diżgrazzja. It‑tifel twieled

Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

b’diżabilità u ntrema barra fit‑triq. B’xorti tajba, xi nies twajba sabuh u ħaduh f’Dar Ġwanni Pawlu II, ċentru ta’ rijabilitazzjoni għall‑persuni b’diżabilità, li joffri terapija u servizzi speċjalizzati. Peress li Movè nstab mormi barra, ftit li xejn jafu dwaru, għax la ħadd jaf min huma l‑qraba tiegħu, la ħadd jaf minn fejn hu u lanqas ħadd ma jaf kemm għandu età eżatt. Il‑voluntiera taċ‑ċentru

jikkalkulaw li għandu bejn tmien u għaxar snin. Meta nstab, it‑tifel ma kienx

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI!

€ 100 Mediċini u kura lill‑morda permanenti fi djar ta’ ‘Home Made Care’ € 200 Paga ta’ xahar għal għalliem/a li jedukaw tfal vulnerabbli € 400 Kontribuzzjoni lejn xiri ta’ fran għall‑Kors ta’ Preparazzjoni tal‑Ikel € 20 Platt ross u fażola lil 60 tifel u tifla bil‑ġuħ € 55 Mogħża tal‑ħalib għal familja żvantaġġata
MARATONA TA’ TAMA
18 Mejju 2023

jitkellem, imma kien jaf ilissen biss il‑kelma Movè, kelma li kien jirrepeti ta’ spiss u li kien iwieġeb għaliha. B’hekk it‑tifel issemma Movè.

Għalkemm juża s‑siġġu tar‑roti, Movè huwa tifel mimli enerġija u meta jara tfal oħra jilagħbu jkun irid imur jingħaqad magħhom u jagħmel bħalhom!

Minħabba li jbati minn paraliżi ċerebrali, it‑tifel jeħtieġ assistenza u attenzjoni kontinwa. Minkejja li

Dar Ġwanni Pawlu II m’għandhiex residenti fissi,

għaliex toffri rijabilitazzjoni

għal ftit ġranet biss, Movè qed jgħix f’dan iċ‑ċentru għaliex ma kellux fejn imur.

Jekk tixtieq tgħin lid‑Dar

Ġwanni Pawlu II tkompli

tagħti għajnuna lil tfal

f’sitwazzjonijiet simili

bħal ta’ Movè, tista’

tagħmel id‑donazzjoni

tiegħek fuq wieħed minn

dawn in‑numri li jidhru hawn.

5170 2063 ‑ €15

5180 2064 ‑ €25

5190 2061 ‑ €50

SMS 5061 8820 ‑ €6.99

Modi kif tista’ tgħin

 Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.

 Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: APS BANK

Account No: 41474120039

IBAN: MT94APSB77013000000041474120039

Swift Code: APSBMTMT

 Donazzjoni b’SMS

• 5061 7383 ‑ €2.33

• 5061 8998 ‑ €6.99

(Numri miftuħin is‑sena kollha.)

 Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar

• 5160 2036 ‑ €10

• 5170 2009 ‑ €15

• 5180 2026 ‑ €25

(Numri miftuħin is‑sena kollha.)

Account holder name: Missio Malta

Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 50011468005

IBAN: MT31VALL22013000000050011468005

Swift Code: VALLMTMT

www.missio.org.mt

 Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.

 Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’

ċempel: 2123 6962

 Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962

19 Mejju 2023
20 Mejju 2023 VO/1178 Jien. Int. Aħna. Flimkien.

Il‑Mara Għaqlija

Mara ta’ ħila min isibha? Tiswa ħafna aktar mill‑ ġawhar.

Fuqha tistrieħ qalb żewġha, u dan żgur ikunlu ta’ ġid.

Riżq tajjeb iġġiblu, u mhux ħażin, il‑jiem kollha ta’ ħajjitha.

Tfittex suf u ħjut tal‑qoton, u taħdmu bil‑qalb b’idejha.

Bħal ġifen tal‑merkanti, hi ġġib mill‑bogħod ikilha.

Tqum ikun għadu bil‑lejl, tħejji l‑ikel għan‑nies ta’ darha, u x‑xogħol lix‑xebbiet tagħha.

Titfa’ għajnejha fuq għalqa u tixtriha; bil‑qligħ ta’ jdejha tħawwilha dwieli.

Tħażżem ġenbejha bil‑qawwa, u ssaħħaħ għax‑xogħol dirgħajha.

Tara r‑riżq tax‑xogħol tagħha; lanqas billejl ma titfi l‑musbieħ tagħha.

Tmidd idejha għall‑magħżel, jaqbdu d‑dussies idejha.

Tiftaħ mal‑fqir idejha, tmidd idejha lejn l‑imsejken.

Ma tibżax mis‑silġ għan‑nies ta’ darha, għax kollha għandhom żewġ ilbiesi.

Ħwejjiġha hi tagħmilhom; għażel fin u porpra lbiesha.

Żewġha magħruf f’bieb il‑belt, meta joqgħod mal‑kbarat tal‑pajjiż.

Tinseġ drapp tal‑għażel u tbigħu; u tagħti trieħi lill‑merkanti.

Tilbes bil‑ġieħ u l‑qawwa, tħares daħkana lejn il‑ ġejjieni.

Kliem l‑għerf għandha fuq fommha, kliem it‑tjieba fuq ilsienha.

Ħsiebha fit‑tmexxija ta’ darha, minn ħobż l‑għażż ma tiekol qatt.

Uliedha jqumu u hienja jsejħulha; u żewġha wkoll ifaħħarha u jgħidilha:

Ħafna nisa wrew ħila kbira, imma inti lkoll għaddejthom.”

Qarrieqa l‑ħlewwa tal‑mara, fiergħa sbuħitha; mara li tibża’ mill‑Mulej ta’ min ifaħħarha.

Agħtuha mill‑frott ta’ xogħol idejha. Ħa jfaħħruha f’bibien il‑belt l‑għemejjel tagħha.

Mill‑Kotba tal‑ Għerf – Proverbji 31:10‑31

21 Mejju 2023

San Jozef Damjan de Veuster

Jozef Damjan twieled

f’Tremelo, il‑Belġju, fit‑3

ta’ Jannar 1840.

Fil‑bidu tal‑1859 beda n‑novizzjat

tiegħu u għażel l‑isem ta’ Damjan. Kien

ta’ kuljum jitlob quddiem ix‑xbieha

ta’ San Franġisk

Saverju, il‑patrun

tal‑missjonijiet, sabiex jintbagħat fil‑missjoni. Fl‑1863, ħuh li kellu jmur għall‑missjoni fil‑gżejjer tal‑Ħawaj, marad. Għalhekk, peress li kellu kollox lest, is‑Superjur

Ġenerali ta l‑permess lil Damjan biex imur minfloku. Damjan wasal Ħonolulu fid‑19 ta’ Marzu 1864 u xahrejn wara, fil‑21 ta’ Mejju, ġie ordnat qassis.

F’dawk iż‑żminijiet il‑gvern tal‑Ħawaj għamel miżuri

ħorox ta’ kwarantina bħala

prevenzjoni biex ma tinfirixx il‑marda tal‑lebbra. Kull min

kien infettat, kien jintbagħat fuq il‑gżira ta’ Molokaj.

L‑Isqof Louis Maigret

inkwieta fuq dawn in‑nies

u ħass li kien hemm bżonn

ta’ qassisin biex jassistu

lill‑morda. Imma ma xtaq

jibgħat lil ħadd għax kien jaf li din il‑missjoni setgħet tfisser il‑ħajja ta’ dawn il‑qassisin. Però erba’ qassisin riedu jmorru volontarjament fuq il‑gżira u Damjan kien

l‑ewwel wieħed li telaq lejn Kalawpapa, nhar l‑10 ta’ Mejju 1873. Fuq ix‑xewqa tiegħu u tal‑lebbrużi, huwa baqa’ Molokai għal sittax‑il sena sħaħ sakemm ittieħed ukoll mill‑marda kiefra. Huwa miet fil‑15

t’April 1889, fl‑età ta’ 49 sena u nħaraq fiċ‑ċimiterju taħt l‑istess siġra li raqad ta ħtha l‑ewwel darba li rifes Molokai. Fuq talba

tal‑gvern Belġjan, fl‑1936 il‑fdalijiet tiegħu tqiegħdu fil‑kripta tal‑Knisja tal‑Kongregazzjoni tal‑Qlub Imqaddsa f’Louvain.

Damjan kien magħruf mad‑dinja kollha li ta ħajtu volontarjament waqt kwarantina mal‑lebbrużi ta’ Kalawpapa tal‑Peninżula ta’ Molokaj. It‑tluq tiegħu lejn din il‑gżira, l‑aħbar tal‑marda tiegħu fl‑1884 u l‑mewt tiegħu ħallew impatt fuq id‑denominazzjonijiet kollha. Damjan kien fuq kollox missjunarju Nisrani li llum huwa magħruf bħala eroj tal‑karità għax ħadem mill‑qrib ma’ dawk morda bil‑lebbra. Huwa kellu rispett kbir lejn dawk ta’ reliġjonijiet oħra u dejjem aċċettahom bħala persuni b’ferħ kbir u kien jgħożż l‑għajnuna tagħhom. Kellu qalbu miftuħa għal min hu emarġinat u vulnerabbli, u dejjem sab post għal kulħadd fil‑knisja u fil‑parroċċa tiegħu. Ħbieb intimi tiegħu kienu Meyer: Luteran u supretendent tal‑lebbra,

IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI
22 Mejju 2023
Patri Damjan fl‑1873 qabel ma salpa lejn il‑Ħawaj.

Clifford: Anglikan, Moritz: ateu, pittur u tabib tal‑lebbrużi, u Masanao Gota: Buddista Ġappuniż u speċjalista tal‑lebbra.

Dan il‑qaddis għadu jispira eluf ta’ nies li jemmnu u li ma jemmnux, li jixtiequ jimitaw l‑eroiżmu tiegħu. Nies ta’ twemmin differenti u ta’ filosofiji diversi rrikonoxxewh bħala ‘Serv t’Alla’ għax hekk verament għex u għex dan ir‑rispett lejn kulħadd għas‑salvazzjoni tal‑erwieħ.

Papa Ġwanni Pawlu II ibbeatifika lil

Damjan De Veuster

fi Brussell nhar l‑4 ta’ Ġunju 1995 u l‑festa tiegħu hija fl‑10 ta’ Mejju, il‑jum li fih telaq lejn Kalawpapa. 

Patri Damjan fl‑1889, ftit ġimgħat qabel mewtu. Ritratt meħud minn William Brigham fejn il‑ħajt tal‑ġenb tal‑Knisja Kattolika ta’ Santa Filomena fuq l‑insedjament.

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom:

Indirizz:

Belt/ Raħal: Kodiċi Postali:

Tel:

N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.

23 Mejju 2023

Qlub Imkebbsa, Saqajn Mexjin (cf. Lq. 24:13‑35)

Għeżież ħuti, Għall‑Ġurnata Missjunarja

Dinjija ta’ din is‑sena għażilt tema ispirata mir‑rakkont tad‑dixxipli ta’ Għemmaws, fl‑Evanġelju ta’ San Luqa (ara 24:13‑35): “Qlub imkebbsa, saqajn mexjin”. Dawk iż‑żewġ dixxipli kienu mħawdin u diżappuntati, imma l‑laqgħa ma’ Kristu fil‑Kelma u fil‑ħobż

maqsum xegħlet fihom l‑entużjażmu biex jerġgħu jitilqu lejn Ġerusalemm u jxandru li l‑Mulej qam tassew. Fir‑rakkont tal‑Evanġelju, aħna nistgħu nintebħu bil‑bidla li seħħet fid‑dixxipli minn xi xbihat suġġestivi: qalbhom kienet imkebbsa ġewwa fihom waqt li Ġesù kien qed jispjegalhom l‑Iskrittura, għajnejhom infetħulhom meta għarfuh, u fl‑aħħarnett saqajhom mexjin. Filwaqt li nimmeditaw dawn it‑tliet aspetti, li jiddeskrivu

l‑mixja tad‑dixxipli missjunarji, nistgħu nġeddu l‑ħeġġa tagħna għall‑evanġelizzazzjoni fid‑dinja tal‑lum.

1. Qlub imkebbsa «meta spjegalna l‑Iskrittura». Il‑Kelma ta’ Alla ddawwal u tbiddel il‑qalb fil‑ħidma missjunarja. Fit‑triq minn Ġerusalemm għal Għemmaws, il‑qlub taż‑żewġ dixxipli kienu mnikktin – kif kien jixhed wiċċhom – minħabba l‑mewt ta’ Ġesù, li fih kienu emmnu (ara v.17). Quddiem il‑falliment tal‑Imgħallem imsallab, it‑tama tagħhom li Hu kien il‑Messija għebet u sfaxxat fix‑xejn (ara v.21).

Imbagħad, “huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu

resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom” (v.15). Bħal fil‑bidu tal‑vokazzjoni tad‑dixxipli, anke issa fil‑mument tat‑telfa tagħhom, il‑Mulej jieħu l‑inizjattiva li jersaq lejn id‑dixxipli tiegħu u jimxi magħhom. Fil‑ħniena kbira tiegħu, ma jegħja qatt ikun magħna, minkejja d‑difetti, id‑dubji, id‑dgħufijiet tagħna, minkejja d‑dwejjaq u l‑pessimiżmu li jwassluna biex insiru “boloh u tqal biex nemmnu” (v.25), nies ta’ fidi żgħira.

Illum bħal dakinhar, il‑Mulej irxoxt jinsab qrib id‑dixxipli missjunarji tiegħu u jimxi ħdejhom, speċjalment meta jħossuhom mitlufin, skuraġġuti, jibżgħu mill‑misteru tal‑ħażen li jdawwarhom u li jrid

MESSAĠĠ TAL‑QDUSIJA TIEGĦU PAPA FRANĠISKU GĦALL‑ĠURNATA MISSJUNARJA 2023 24 Mejju 2023

jegħlibhom. Għalhekk, “ejjew ma nħallux lil min jisirqilna t‑tama!” (Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium 86).

Il‑Mulej hu akbar mill‑problemi kollha tagħna, speċjalment meta niltaqgħu magħhom fil‑missjoni tagħna li nxandru l‑Evanġelju lid‑dinja, għax din il‑missjoni fl‑aħħar mill‑aħħar hija tiegħu u aħna sempliċiment kollaboraturi umli tiegħu, “qaddejja li ma niswew għalxejn” (ara Lq. 17:10).

Irrid ngħid li nħossni qrib fi Kristu ta’ dawk il‑missjunarji kollha fid‑dinja, irġiel u

nisa, l‑iktar ta’ dawk li għaddejjin minn mument diffiċli. Ħbieb l‑aktar għeżież, il‑Mulej irxoxt jinsab dejjem mag ħkom u jħares lejn il‑ġenerożità tagħkom u s‑sagrifiċċji li tagħmlu għall‑missjoni ta’ evanġelizzazzjoni f’artijiet imbiegħda. Mhux il‑jiem kollha ta’ ħajjitna huma mdawla u mingħajr sħab, imma ejjew dejjem niftakru fil‑kliem tal‑Mulej Ġesù lil ħbiebu qabel il‑Passjoni: “Fid‑dinja tbatu jkollkom, imma għamlu l‑qalb: jien irbaħt id‑dinja!” (Ġw. 16:33).

Wara li sema’ liż‑żewġ dixxipli fit‑triq ta’

Għemmaws, Ġesù Rxoxt “beda minn Mosè u l‑profeti kollha, ifissrilhom kulma kien hemm fuqu fl‑Iskrittura” (Lq. 24:27) U l‑qlub tad‑dixxipli tkebbsu, tant li fl‑aħħar wieħed lill‑ieħor bdew jgħidu: “Ma kinitx qalbna mkebbsa ġewwa fina huwa u jkellimna fit‑triq u jfissrilna l‑Iskrittura?” (v.32). Fil‑fatt, Ġesù huwa l‑Kelma Ħajja, li waħedha tista’ tkebbes il‑qlub, iddawwalhom u tibdilhom.

Hekk nistgħu nifhmu aħjar dak li qal San Ġilormu: “Min ma jafx l‑Iskrittura, ma jafx lil Kristu” (In Is. Prologu). “Jekk ma jkunx il‑Mulej

25 Mejju 2023
James Tissot (Franċiż, 1836‑1902). Il‑Pellegrini ta’ Għemmaws fit‑Triq (Les pèlerins d'Emmaüs en chemin), 1886‑1894. Brooklyn Museum.

li jdaħħalna fiha, huwa impossibbli li nifhmu

l‑Iskrittura Mqaddsa

fil‑profondità tagħha, imma l‑kontra hu daqshekk

ieħor minnu: mingħajr

l‑Iskrittura Mqaddsa nibqgħu ma nifhmux il‑ġrajjiet tal‑missjoni ta’ Ġesù u tal‑Knisja tiegħu fid‑dinja.”

(Ittra Appostolika Aperuit

Illis 1). Għalhekk, l‑għarfien tal‑Iskrittura huwa meħtieġ

għall‑ħajja tan‑Nisrani, iktar u iktar biex inxandru lil

Kristu u l‑Evanġelju tiegħu.

Inkella, x’se tgħaddi lil

ħaddieħor jekk mhux l‑ideat u l‑proġetti tiegħek? Qalb

bierda tista’ qatt tkebbes qlub l‑oħrajn?!

Għalhekk ejjew inħallu

lilna nfusna dejjem inkunu akkumpanjati mill‑Mulej Irxoxt li jfissrilna l‑Iskrittura.

Ejjew inħalluh ikebbes

lil qalbna, idawwalna u jibdilna, ħalli nkunu nistgħu nxandru lid‑dinja l‑misteru

tas‑salvazzjoni tiegħu

bil‑qawwa u l‑għerf li ġejjin mill‑Ispirtu tiegħu.

2. Għajnejna “infetħu u għarfuh” fil‑qsim tal‑ħobż. Ġesù fl‑Ewkaristija

huwa l‑qofol u l‑għajn tal‑missjoni.

Il‑fatt li qalbhom kienet

imkebbsa għall‑Kelma ta’

Alla wassal lid‑dixxipli ta’

Għemmaws biex jitolbu

lill‑vjaġġatur misterjuż biex jibqa’ magħhom meta l‑jum kien wasal biex jintemm. Meta nġabru madwar il‑mejda, għajnejhom infetħu u għarfuh meta qasam il‑ħobż. L‑element deċiżiv li jiftaħ għajnejn id‑dixxipli huwa s‑sekwenza ta’ azzjonijiet li għamel Ġesù: ħa l‑ħobż, bierku, qasmu u tahulhom. Huma ġesti ordinarji li jagħmel kull kap ta’ familja Lhudija, imma, magħmulin minn Ġesù Kristu bil‑grazzja tal‑Ispirtu s‑Santu, ġeddew fiż‑żewġ kumpanji tiegħu s‑sinjal tat‑tkattir tal‑ħobż u fuq kollox dak tal‑Ewkaristija, is‑Sagrament tas‑Sagrifiċċju tas‑Salib. Imma proprju fil‑mument li għarfu lil Ġesù fil‑qsim tal‑ħobż, “huwa għab minn quddiemhom”

(Lq. 24:31). Dan il‑fatt iġegħelna nifhmu realtà essenzjali tal‑fidi tagħna: Kristu li jaqsam il‑ħobż issa jsir il‑ħobż maqsum, imqassam bejn id‑dixxipli u kkunsmat minnhom. Huma ma rawhx aktar, għax issa kien daħal fil‑qlub tad‑dixxipli biex ikebbishom aktar u jqanqalhom biex jerġgħu jibdew il‑vjaġġ tagħhom bla tnikkir biex jikkomunikaw lil kulħadd l‑esperjenza unika tal‑laqgħa mal‑Mulej Irxoxt! Għalhekk Kristu Rxoxt huwa dak li jaqsam il‑ħobż u fl‑istess

ħin huwa nnifsu l‑ħobż maqsum għalina. Mela kull dixxiplu missjunarju huwa msejjaħ biex isir, bħal Ġesù u f’Ġesù, permezz tal‑azzjoni tal‑Ispirtu s‑Santu, dak li jaqsam il‑ħobż u dak li jsir ħobż maqsum għad‑dinja.

Hawnhekk wieħed irid

jiftakar li l‑qsim tal‑ħobż materjali, f’isem Kristu, ma’ dawk li huma bil‑ġuħ huwa diġà att missjunarju Nisrani. Aktar u aktar il‑qsim tal‑Ħobż Ewkaristiku li hu Kristu nnifsu, huwa l‑azzjoni missjunarja fl‑aqwa tagħha, għax l‑Ewkaristija hija l‑għajn u l‑qofol tal‑ħajja u l‑missjoni tal‑Knisja.

Bħalma fakkarna Papa

Benedittu XVI: «Ma nistgħux inżommu għalina l‑imħabba li niċċelebraw fis‑Sagrament [tal‑Ewkaristija]. Min‑natura tagħha stess, din titlob li tiġi kkomunikata lil kulħadd. Dak li għandha bżonn

id‑dinja hija l‑imħabba ta’ Alla, li tiltaqa’ ma’ Kristu u temmen fih. Għalhekk, l‑Ewkaristija mhijiex biss

l‑għajn u l‑qofol tal‑ħajja tal‑Knisja; iżda hija wkoll

l‑għajn u l‑qofol tal‑missjoni

tagħha: “Knisja tabilħaqq

Ewkaristika hija Knisja

missjunarja”» (Eżortazzjoni Appostolika Sacramentum Caritatis 84).

MESSAĠĠ TAL‑QDUSIJA TIEGĦU PAPA FRANĠISKU GĦALL‑ĠURNATA MISSJUNARJA 2023 26 Mejju 2023

Biex nagħtu l‑frott jeħtieġ li nibqgħu magħqudin miegħu (ara Ġw. 15:4‑9). U din l‑għaqda tinkiseb permezz tat‑talb ta’ kuljum, speċjalment fl‑Adorazzjoni Ewkaristika, billi nibqgħu siekta fil‑preżenza tal‑Mulej, li baqa’ magħna fl‑Ewkaristija. Id‑dixxiplu missjunarju jista’ jsir mistiku fl‑azzjoni billi jikkultiva bi mħabba din il‑komunjoni ma’ Kristu. Jalla qalbna dejjem tixxennaq għall‑kumpanija ta’ Ġesù, bħat‑talba ħerqana taż‑żewġ dixxipli ta’ Għemmaws, l‑iktar fil‑ħinijiet ta’ filgħaxija: “Ibqa’ magħna, Mulej!” (ara Lq. 24:29).

3. Saqajn mexjin, jirrakkuntaw lill‑oħrajn bil‑ferħ dwar Kristu Rxoxt. Iż‑żgħożija eterna ta’ Knisja li dejjem toħroġ.

Wara li għajnejhom infetħulhom, u għarfu lil Ġesù fil‑“qsim tal‑ħobż”, id‑dixxipli “dak il‑ħin stess qamu u reġgħu lura lejn Ġerusalemm” (ara Lq. 24:33). Din l‑għaġla biex wieħed jaqsam mal‑oħrajn il‑ferħ li ltaqa’ mal‑Mulej, turi li “il‑ferħ tal‑Vanġelu jimla l‑qalb u l‑ħajja kollha ta’ dawk li jiltaqgħu ma’ Ġesù. Dawk li jħallu lilu jsalvahom, jinħelsu mid‑dnub, min‑niket, mill‑vojt ġewwieni, mill‑iżolament. Ma’ Ġesù Kristu dejjem jitwieled u jerġa’ jitwieled mill‑ġdid il‑ferħ” (Eżortazzjoni

Appostolika Evangelii Gaudium 1). Wieħed ma jistax verament jiltaqa’ ma’ Ġesù Rxoxt mingħajr ma jkun imkebbes mix‑xewqa li jgħid lil kulħadd. Għalhekk, l‑ewwel aġenti, u l‑aġenti ewlenin tal‑missjoni huma dawk il‑persuni li għarfu lil Kristu Rxoxt, fl‑Iskrittura u fl‑Ewkaristija, u li jġorru f’qalbhom in‑nar tiegħu, u l‑leħħa tiegħu f’għajnejhom. Jistgħu jagħtu xhieda tal‑ħajja li ma tmut qatt, anke fl‑aktar sitwazzjonijiet

diffiċli u fl‑iktar mumenti mudlama.

Ix‑xbieha tas‑“saqajn mexjin” tfakkarna għal darb’oħra kemm hi meħtieġa l‑missio ad gentes, il‑missjoni mogħtija lill‑Knisja

mill‑Mulej Irxoxt biex twassal l‑Aħbar it‑Tajba lil kull persuna u lil kull poplu sa truf l‑art. Illum aktar minn qatt qabel l‑umanità, midruba minn tant inġustizzji, firdiet u gwerer, għandha bżonn il‑Bxara t‑Tajba tal‑paċi u s‑salvazzjoni fi Kristu. Għalhekk, nieħu din l‑okkażjoni biex nerġa’ ntenni li “Kulħadd għandu d‑dritt jirċievi l‑Vanġelu. L‑Insara huma fid‑dmir

li jxandruh mingħajr

ma jħallu lil ħadd barra, mhux qishom xi ħadd li qed jimponi obbligu ġdid, imma bħal min irid jaqsam ma’ ħaddieħor bil‑ferħ, jurih xefaq sabiħ, joffrilu ikla mixtieqa” (ibid. 14).

Il‑konverżjoni missjunarja tibqa’ l‑għan ewlieni li rridu npoġġu għalina nfusna bħala individwi u bħala komunità, għax “l‑azzjoni missjunarja hi l‑mudell ta’ kull ħidma tal‑Knisja” (ibid. 15).

Kif jgħid l‑Appostlu Pawlu, l‑imħabba ta’ Kristu ssuqna (ara 2 Kor. 5:14). Qegħdin nittrattaw hawnhekk

27 Mejju 2023
Ċena f’Għemmaws, tieqa tal‑ħġieġ fil‑Knisja ta’ Saint Gervais u Saint Protais, Pariġi.

imħabba doppja: dik li

għandu Kristu għalina li jsejjaħ, jispira u li jqanqal

l‑imħabba tagħna lejh. U hija din l‑imħabba li tagħmel

lill‑Knisja żagħżugħa, għax hija Knisja li dejjem toħroġ! Għax il‑membri kollha tagħha għandhom il‑missjoni li jxandru

l‑Evanġelju ta’ Kristu, konvinti li “Hu miet għal kulħadd, biex dawk li

jgħixu ma jgħixux għalihom infushom, imma għal dak li miet u rxoxta għalihom” (v.15). Kulħadd jista’ jagħti sehmu f’dan il‑moviment missjunarju: bit‑talb u l‑azzjoni, b’għotjiet materjali u meta noffru t‑tbatija, u bix‑xhieda personali tagħna stess.

L‑Opri Missjunarji

Pontifiċji huma

l‑istrument privileġġjat biex titrawwem din

il‑koperazzjoni missjunarja fuq livell spiritwali u materjali. Għal din ir‑raġuni, il‑ġabra ta’ offerti fil‑Ġurnata Missjunarja

tmur għall‑Opra Pontifiċja għat‑Tixrid tal‑Fidi.

L‑urġenza tal‑azzjoni missjunarja tal‑Knisja naturalment teħtieġ koperazzjoni missjunarja

dejjem aktar mill‑qrib

tal‑membri kollha tagħha u f’kull livell. Dan huwa

l‑għan ewlieni tal‑mixja

sinodali li l‑Knisja

qed tagħmel bit‑tema: komunjoni, parteċipazzjoni, missjoni. Din il‑mixja ma tfissirx li l‑Knisja qed iddur fuqha nnifisha; u lanqas huwa xi tip ta’ referendum dwar x’għandna nemmnu u x’għandna nagħmlu skont kif jaħsbuha n‑nies. Anzi, bħad‑dixxipli ta’ Għemmaws, din hija mixja biex nisimgħu lill‑Mulej

tagħna trid tkun li nirrakkuntaw bil‑ferħ

dwar Kristu l‑Mulej, dwar ħajtu, il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien tiegħu, u l‑għeġubijiet li l‑imħabba tiegħu għamlet f’ħajjitna.

Mela ejjew nerġgħu nitilqu aħna wkoll, imdawlin mil‑laqgħa tagħna personali mal‑Mulej Irxoxt u mqanqlin mill‑Ispirtu tiegħu. Ejjew nerġgħu noħorġu bi qlubna mkebbsin, b’għajnejna miftuħin u b’saqajna mexjin, biex inkebbsu qlub oħra bil‑Kelma ta’ Alla, biex niftħu għajnejn l‑oħrajn għal Ġesù Ewkaristija, u biex nistiednu lil kulħadd ħalli nimxu flimkien fit‑triq tal‑paċi u s‑salvazzjoni li Alla, permezz ta’ Kristu, ta lil kull bniedem.

Rxoxt li huwa dejjem fostna, biex ifissrilna l‑Iskrittura u biex jaqsam il‑ħobż għalina, biex inkunu nistgħu nkomplu l‑missjoni tiegħu fid‑dinja bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu.

Bħalma dawk iż‑żewġ dixxipli rrakkontaw lill‑oħrajn dak li ġralhom matul it‑triq (ara Lq. 24:35), hekk ukoll it‑tħabbira

Madonna tat‑Triq, Omm id‑dixxipli missjunarji ta’ Kristu u Sultana tal‑Missjonijiet, itlob għalina!

Ruma, San Ġwann Lateran, 6 ta’ Jannar 2023, Solennità tal‑Epifanija tal‑Mulej.

Miġjub mit‑Taljan għall‑Malti minn Dun Roy Galdes

Sors Laikos.org

28 Mejju 2023
MESSAĠĠ TAL‑QDUSIJA TIEGĦU PAPA FRANĠISKU GĦALL‑ĠURNATA MISSJUNARJA 2023
FREE DELIVERY Main Street, St Paul's Bay, Malta Mob: 7722 9904 / 9945 5282 · Tel: 2758 1500 Monday: 7:00 - 12:00 / 16:00 - 18:00 Tuesday: 7:00 - 12:00 / 16:00 - 19:00 Wednesday: 7:00 - 12:00 / 16:00 - 19:00 Thursday: 7:00 - 12:00 / 16:00 - 19:00 Friday: 7:00 - 12:00 / 16:00 - 19:00 Saturday: 7:00 - 13:00 Sunday: Closed OPEN ING HOURS Move with safety, ship with ease! MARIANNA STATIONERY 147, Triq il‑ParroĊĊa, Mellieħa ‑ MLĦ1060 Tel: 2152 2267 Email:mariannastationery@gmail.com PRINTING  BINDING  LAMINATION  TOYS  HABERDASHERY  HOUSEHOLD GOODS Opening Hours: Monday ‑ Saturday: 6.00am to 12.30pm ‑ 4.00pm to 7.30pm Sundays and Public Holidays: 6.00am to 12.30pm 29 Mejju 2023

Direttur Ġdid għal

Missio Malta

Il‑Kongregazzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni tal‑Popli tas‑Santa Sede ħatret lil Dun Victor Agius bħala direttur ġdid ta’ MISSIO Malta għall‑ħames snin li ġejjin (2023‑2028). Missio għandu l‑għan li jgħin lill‑Papa fit‑tixrid tal‑ispirtu missjunarju fost il‑qassisin, reliġjużi, adulti u tfal u jinkoraġġixxi l‑għajnuna lill‑foqra permezz ta’ għajnuna finanzjarja għal proġetti f’pajjiżi tat‑Tielet

Dinja. Missio jieħu ħsieb ukoll ix‑xandir tal‑Kelma t’Alla f’dawk il‑pajjiżi li qatt ma ġew evanġelizzati.

Dun Victor Agius għandu 73 sena u ilu 48 sena saċerdot. Wara esperjenza f’parroċċa, attenda kors fl‑ispiritwalità tat‑tqarbin fi Frascati fi ħdan il‑Moviment tal‑Fokolari. Wara wettaq il‑ministeru pastorali tiegħu bħala missjunarju fil‑Filippini, f’żewġ parroċċi: f’Manila (1977‑1983) u fi skola ta’ taħriġ għall‑qassisin u seminaristi fil belt ta’ Tagaytay , Cavite, l‑ewwel bħala assistent direttur u mbagħad bħala direttur (1983‑2002). Dun Victor wettaq servizz pastorali fil‑Makaw (2002‑2004) waqt li kien qed jistudja

l‑lingwa Ċiniża, u aktar tard fil‑Kanada fil‑parroċċa tal‑Martri Ċiniżi f’Markham, Ontario (2004‑2006). Kien responsabbli mis‑seminaristi tal‑Moviment tal‑Fokolari fi Grottaferrata, Ruma, u membru tal‑Kunsill Ġenerali tal‑istess Moviment (2006‑2009). Dun Victor mar lura l‑Filippini bħala direttur tal‑iskola ta’ taħriġ għas‑saċerdoti u s‑seminaristi (2009‑2014).

Mill‑2014 ’il hawn wettaq il‑ministeru pastorali tiegħu f’Malta fil‑parroċċa ta’ Marsaskala.

Minn qalbna nawgurawlu u nitolbu għalih biex taħt it‑tmexxija tiegħu Missio jkompli jwettaq u jkabbar il‑ħidma tiegħu fost dawk l‑aktar vulnerabbli u mwarrba.

New Director for Missio Malta

The Congregation for the Evangelisation of Peoples of the Holy See has appointed Fr Victor Agius as the new director of Missio Malta for the next five years (2023‑2028). Missio aims to help the Pope in spreading the missionary spirit among priests, religious, adults and children and encourages supporting the poor through financial aid

for projects in Third World countries. Missio also takes care of spreading the Word of God in countries that have never been evangelised.

Father Victor Agius is 73 years old and has been a priest for 48 years. After an initial experience in a parish, he participated in a course in the spirituality of communion in Frascati within the Focolare Movement. He then carried out his pastoral ministry as a missionary in the Philippines, in two parishes: in Manila (1977‑1983) and in a training school for priests and seminarians in Tagaytay City, Cavite, first as assistant director and then as director (1983‑2002). Father Victor then carried out pastoral service in Macao (2002‑2004) while studying the Chinese language, and later in Canada in the parish of the Chinese Martyrs in Markham, Ontario (2004‑2006). He was responsible for the seminarians of the Focolare Movement in Grottaferrata, Rome, and a member of the General Council of the same Movement (2006‑2009). Father Victor then returned to the Philippines as director of the training school for priests and seminarians (2009‑2014).

Since 2014 he has carried out his pastoral ministry in Malta in the parish of Marsascala.

From the bottom of our hearts we wish him well and pray for him so that under his leadership Missio continues to carry out and expand its work among the most vulnerable and marginalized.

 30 Mejju 2023

RAYS JEWELLERY

384 Ray's Jewellery, Zabbar Road, Fgura FGR1015

21802130

info@raysjewellery.com

www.raysjewellery.com

A.N.G. BORG LTD.

COFFEE DEALERS

Opening Hours: Mon to Fri ‑ 8.30am to 4pm Sat ‑ 9am to 1pm

Factory/Shop:

Tal‑Balal Road, San Ġwann SGN07 ‑ Malta

Tel: (00356) 2137 1626

E‑mail: gb864@go.net.mt

Web: www.kafeborg.com

facebook: Kafe Borg

Stardust Stationery
Toys & Gifts
Briffa International Funeral Service Offices
Tel:
25, Market
Tarxien Tel:
Str.
Tel:
Greeting Cards Haberdashery
Cross Street, Mellieħa Tel: 21571692 Mob: 99223908 Email:starduststationary@gmail.com
Day: 84, Marsa Road Marsa
21237819
Place
21896728 Night: 19, Ghost
Hamrun
21237509 Fax: 21232785 Mr. Lino Briffa Mob: 99492918
Follow us
31 Mejju 2023

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija

Santissima B ħala Missjunarja

L‑ERBGĦA U GĦOXRIN PARTI

Id‑Dehra tal‑Madonna f’La Vang, il‑Vjetnam

Il‑Madonna ta’ La Vang (bil‑Vjetnamiż Dúc Me La Vang) tirreferi għad‑dehra

Marjana rrappurtata fi

żmien meta l‑Kattoliċi kienu ppersegwitati u maqtula fil‑Vjetnam. Is‑Santwarju

tal‑Madonna ta’ La Vang

jinsab f’dik li llum hija

l‑komun ta’ Hải Phu

fid‑Distrett ta’ Hải Lăng

tal‑Provinċja ta’ Quảng Tri, fil‑Vjetnam Ċentrali.

B’biża’ mit‑tixrid tal‑Kattoliċiżmu fil‑Vjetnam, l‑Imperatur Cảnh Thinh, sa mis‑sena 1798, beda jillimita u jwaqqaf kemm jista’ jkun il‑prattika tal‑Kattoliċiżmu fil‑pajjiż. Ftit wara, l‑Imperatur ħareġ editt anti‑Kattoliku u hekk bdiet persekuzzjoni ħarxa kontra l‑Kattoliċi u ħafna minnhom sfaw ittorturati u maqtula. Għaldaqstant, ħafna Kattoliċi bdew ifittxu kenn fil‑ġungla Mejju 2023

tropikali. Madanakollu, ħafna min‑nies mardu u mietu kemm minħabba l‑kesħa kbira, b’mard ieħor ambjentali kif ukoll minħabba nuqqas ta’ ikel sustanzjuż u mediċini. Barra minn hekk, kienu jiġu attakkati u maqtula mill‑bhejjem selvaġġi fil‑ġungla. Waqt li kienet tistaħba fil‑ġungla, il‑komunità Kattolika maħruba minn darha u mbeżżgħa li tinqabad, kienet tinġabar kull lejl f’riġlejn siġra sabiex titlob ir‑Rużarju. Lejl wieħed, fis‑sena 1798, dehra ssorprendiethom!

Fil‑friegħi tas‑siġra dehret mara liebsa l‑libsa tradizzjonali Vjetnamiża ảo dải u żżomm tifel f’idejha b’żewġ anġli ħdejha. In‑nies preżenti interpretaw din id‑dehra bħala l‑Verġni Marija b’binha Ġesù Kristu.

DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Il‑Madonna kkonfortathom, u wegħdithom l‑għajnuna u l‑intervent ħanin u sħiħ tagħha. Qaltilhom ukoll biex jgħallu xi weraq mis‑siġra u minn siġar oħra tal‑ġungla u jużawhom bħala mediċina. Skont it‑twemmin popolari, 32

it‑terminu La Vang huwa oriġinarjament derivat mill‑kelma li tfisser ‘biki’. Ipoteżi oħra hi li La Vang tirreferi għall‑weraq ta’ pjanta indiġena tal‑ġiżimin imsejħa ‘jasminum subtriplinerve’ li l‑weraq tagħha jintuża biex isir minnu t‑te.

Fis‑sena 1802, meta l‑persekuzzjoni naqset, il‑Kattoliċi reġgħu lura lejn l‑irħula tagħhom u xandru l‑ġrajja tad‑dehra

tal‑Madonna u l‑messaġġ tagħha lin‑nies l‑oħra tal‑irħula. Hekk kif bdiet tinxtered din il‑ġrajja, gruppi ta’ nies, minkejja l‑post iżolat fil‑muntanji għoljin, bdew isibu modi kif jippenetraw fil‑ġungla fonda u perikoluża sabiex imorru jitolbu

lill‑Madonna ta’ La Vang u joffru l‑inċens. Fis‑sena

1820 inbniet miz‑zkuk u t‑tiben tal‑ġungla

kappella żgħira ddedikata

lill‑Madonna ta’ La Vang

biex fiha l‑pellegrini setgħu jitolbu u jqimuha aktar.

Mill‑1830 sal‑1885 mewġa

oħra ta’ persekuzzjonijiet

ħakmet mill‑ġdid lill‑pajjiż

kollu li matulha t‑tensjoni bejn il‑qorti Imperjali

Vjetnamiż u l‑Kattoliċi laħqet il‑quċċata tagħha.

Numru kbir ta’ saċerdoti u lajċi Kattoliċi sfaw maqtula. Il‑popolazzjoni

Kattolika naqset

b’mod sinifikanti u l‑kappella żgħira tal‑Madonna ta’ La Vang spiċċat meqruda. Iżda fis‑sena 1886 il‑persekuzzjonijiet mill‑ġdid bdew jonqsu. Mill‑1885

’il quddiem inbnew diversi kappelli, waħda wara l‑oħra b’devozzjoni kbira lejn il‑Madonna, li kompliet dejjem tikber u tiżdied fost il‑Kattoliċi u nies oħra f’dawk l‑inħawi u f’inħawi oħra fil‑qrib. Ħafna kienu l‑grazzji u l‑fejqan miksub bl‑interċessjoni tal‑Verġni Marija. Fis‑sena 1886 bdiet tinbena kappella ġdida u akbar, u din ġiet rinovata fl‑1924 u fl‑1959. Matul il‑perijodu tal‑1886 u l‑1928, il‑lokalità ta’ La Vang kienet dipendenti mill‑Parroċċa ta’ Co‑Vuu, fil‑provinċja ta’ Quang Tri. Fl‑1928, sabiex iwieġeb għall‑bżonnijiet tan‑numru dejjem jikber ta’ pellegrini, l‑Isqof Ewġen Allys waqqaf La Vang bħala parroċċa indipendenti. Wara li l‑persekuzzjonijiet spiċċaw uffiċjalment, l‑Isqof Gaspar ordna li tinbena knisja akbar f’ġieħ il‑Madonna ta’ La Vang.

Minkejja l‑post prekarju u l‑finanzi limitati, il‑knisja nbniet u tbierket mill‑Isqof Gaspar f’ċerimonja solenni li għaliha pparteċipaw ’il fuq minn 12,000 ruħ. L‑Isqof ipproklama lill‑Madonna

ta’ La Vang bħala protettriċi tal‑poplu kollu ta’ dak il‑post.

Fit‑13 ta’ April 1961, l‑isqfijiet tan‑Nofsinhar

tal‑Vjetnam inġabru

f’Hue u għamlu wegħda

lill‑Qalb Bla Tebgħa ta’

Marija biex jikkonsagraw

tempju lill‑Verġni Mqaddsa

meta ċ‑ċirkostanzi

jippermettulhom, u talbu

33 Mejju 2023
Knisja qadima fl‑art qaddisa ta’ La Vang b'ħajt tal‑briks aħmar, post fejn il‑fidili Kristjani jmorru pellegrinaġġ.

lill‑Madonna għal‑libertà

sħiħa tal‑Knisja fil‑Vjetnam u l‑paċi għaż‑żewġ partijiet

tal‑Vjetnam. Fit‑8 ta’

Awwissu 1961, fl‑ittra

konġunta tagħhom

tal‑istess sena, La Vang ġiet

rikonoxxuta bħala Ċentru

Marjan Nazzjonali. Aktar

tard, fit‑22 ta’ Awwissu

1961, Papa Ġwanni XXIII

għolla l‑knisja ta’ La Vang

għal status ta’ Bażilika.

Madanakollu, fis‑sajf

tas‑sena 1972 il‑knisja

nqerdet waqt il‑Gwerra

tal‑Vjetnam. Għalkemm

għad m’hemm l‑ebda

rikonoxximent uffiċjali

tal‑Vatikan ta’ din il‑ġrajja

tad‑dehra Marjana, fid‑19 ta’

Ġunju 1988, Papa Ġwanni

Pawlu II, fiċ‑ċerimonja

tal‑kanonizzazzjoni

tal‑117‑il martri Vjetnamiż, irrikonoxxa pubblikament u ripetutament l‑importanza u s‑sinifikat tal‑Madonna ta’

La Vang, u esprima x‑xewqa

li terġa’ tinbena l‑Bażilika

ta’ La Vang b’tifkira tal‑200

Anniversarju

mid‑Dehra

tal‑Madonna. Fl‑2012, il‑Bażilika l‑ġdida nbniet uffiċjalment bl‑approvazzjoni tal‑Gvern Vjetnamiż. Fil‑15 ta’ April 2008, il‑gvern lokali tal‑Provinċja

ta’ Quang Tri qal ukoll li se jagħti lura kważi l‑art kollha

ta’ madwar il‑Bażilika ta’ La Vang, li kienet inqabdet u ttieħdet mill‑Komunisti fl‑1975. Fit‑22

ta’ Jannar 2015, il‑Kardinal Fernando Filoni, Prefett tal‑Kongregazzjoni għall‑Evanġelizzazzjoni tal‑Popli, għamel żjara pastorali fis‑Santwarju Marjan ta’ La Vang, u

ħabbar id‑Dedikazzjoni u l‑Konsagrazzjoni tal‑Bażilika l‑ġdida li se ssir waqt il‑Kungress ta’ La Vang mill‑14 sal‑15 ta’ Awwissu ta’ din is‑sena. 

Id‑Dehriet tal‑Madonna fuq Radju Marija

Id‑Dehriet tal‑Madonna fl‑Istorja tal‑Kristjaneżmu:‑ Sensiela ta’ programmi fuq Radju Marija bi produzzjoni u preżentazzjoni tal‑koppja Manwel u Lilian Cutajar.

Dawn id‑dehriet Marjani li ġew jew għad iridu jiġu ppubblikati f’Malta Missjunarja bit‑titlu ta’ Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja, qed

jinqraw minn Lilian b’xi riflessjonijiet u talb Marjan fl‑istess programm fuq Radju

Marija fl‑iskeda l‑ġdida tar‑rebbiegħa 2023, kull nhar ta’ Erbgħa fis‑2:30pm

b’ripetizzjoni l‑għada l‑Ħamis fid‑9:30pm.

DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Statwa tal‑Verġni Marija fl‑art qaddisa ta’ La Vang, post fejn il‑fidili Kristjani jmorru pellegrinaġġ.
34 Mejju 2023

Inħobb niekol il bajtar

Inħobb ħafna t tuffieħ

Inħobb ħafna n naspli

Inħobb anke l bettieħ.

Inħobb ħafna ċ ċirasa

Inħobb il mandolin

Inħobb niekol il ħawħa

Inħobb ħafna t tin.

Alla Ħanin

Inħobb ħafna l għajnbaqar

Inħobb ħafna l berquq

Inħobb it tut u ċ ċawsli Kull frott li hawn maħluq.

Mulej xi ħloqt għalina Kemm int veru ħanin Int tajtna dal frott kollu Tajjeb, mill aktar bnin.

Paul Caruana

TFAL MISSJUNARJI

Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini bl‑għajnuna ta’ Nancy Camilleri.

Kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’

Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).

Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio

(Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 90 sena

Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja.

Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar

Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet

Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll

Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.

Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt

POEZIJA
35 Mejju 2023

SOPPA BAJDA – Mill‑Italja

X’għandek bżonn:

• 3 patatiet kbar

• Basla kbira

• 70 gramma butir

• 200 millilitru ħalib

• 600 millilitru stokk tal‑ħaxix

• Ġobon maħkuk

Metodu:

• Qaxxar u qatta’ f’biċċiet żgħar il‑patata u l‑basla.

• Qalli l‑basla fil‑butir sa ma tiħmar, żid il‑patata u sajjarha fuq nar baxx sa ma tirtab.

• Żid il‑ħalib u l‑istokk, u kompli sajjar għal madwar nofs siegħa oħra.

• Servi s‑soppa sħuna bil‑ġobon maħkuk.

Jiena:

Indirizz:

Kodiċi Postali:

Tel/Mob: E‑mail:

Kurżità:

San Riccardo Pampuri twieled fit‑2 t’Awwissu 1897 fi Trivozio, Milan, l‑Italja. Meta kellu 30 sena daħal bħala reliġjuż mal‑Fratebenefratelli, ordni ta’ infermiera mwaqqaf minn San Ġwann t’Alla sabiex jieħdu ħsieb il‑morda. Riccardo kien tabib ħabrieki jdur bil‑morda matul il‑jum kollu u filgħaxija kien jgħaddi s‑sigħat jitlob fil‑knisja. Aktar tard f’ħajtu, marad u fl‑età ta’ 32 sena, nhar l‑1 ta’ Mejju 1930, miet. Kien Papa San Ġwanni Pawlu II li kkanonizzah mal‑qaddisin. Il‑festa tiegħu niċċelebrawha fl‑1 ta’ Mejju, il‑jum li fih ħalla din id‑dinja.

San Riccardo kien veġetarjan. Għalhekk, kien iħejji ħafna drabi sopop tal‑ħaxix. Din is‑soppa bajda kien iħobb jagħmilha għalih u għall‑morda.

Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.

Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil

Missio fuq:

Isem:

Indirizz:

Tel/Mob:

Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi

Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta

Nagħti abbonament rigal lil:

Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171

Kodiċi Postali:

E‑mail:

RIĊETTA TRADIZZJONALI – PATRI PAUL BUGEJA OFMCap
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
36 Mejju 2023
(VO/1178)

Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity

Qed nagħmlu ‘Home

7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta ● Tel: 21234328 Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u s‑6:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm. Tista’ wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop AF
THHOPE &CHAR
I
I YT GIFT SHOP
37 Mejju 2023
Deliveries’

FITTEX IL‑KLIEM: Ħaxix u Frott

F’din it tabella hawn moħbija 18 il tip ta’ ħaxix u frott. Fittex fi 8 direzzjonijiet. Ibgħat il kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill 15 tax xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L ‑ ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil ‑ polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil Belt Valletta .

S C K A C N A Y O

A R N T A E R T N H Y I R Y W

Z W K T B B X D A F L L A R J

Q J S O L B O T E W M O B Z T

D A M D J L D J A R Z S A T X

P L A P I O G N A M L S L U A

C U D N I L J F R N I A I R I

F M A K A T A H W T A P T S I

E I T M B N R P A T A T A I G

D C A U E M S A P T N M L N J

X T C L Q S X T V T S O I U I

C I L P G P Q B R I C A K B S

E C I I R J Y K D L Z V I N C

F G R C U Y R N E I M M U R Z

Isem u Kunjom: ________________________________ Indirizz:______________________________________

Kodiċi Postali: _________________________________

Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Marzu 2023:

Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Lucy Caruana miż‑Żurrieq. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.

Nitbissmu ftit:

Nannu: Kim, taf tgħidli kemm hemm ittri fl‑alfabett Malti?

Kim: Le ta Nann, ma nafx!

Nannu: Kif ma tafx, għandek 10 snin?!

Kim: Għalfejn qed tistagħġeb? Int għandek 65 sena, ma tafx u qed tistaqsi lili?!

Mara: Għandi aħbar sabiħa għalik! Fi żmien qasir se nkunu tlieta flok tnejn f’din id‑dar!

Raġel: Tassew? Kemm qed tagħmilni ferħan! Ejja ’l hawn ħa nbusek u ngħannqek waħda!

Mara: Qed nieħu gost li ħadt pjaċir bl‑aħbar, għax il‑ġimgħa d‑dieħla ġejja tgħix magħna ommi!

LUMI
MANDOLINA
MANGO
OKRA
PASSOLINA ● PASTARD ● PATATA ● PITRAVI ● QARABALI ● RAFANELL ● RUMMIEN
SULTANA
TADAM ● TAMAL
TEWM
TIN
TURSIN
TUT
U R
T D M M U T D U B A M A Q N R A I H I
P Y P B H A X J B K B B B Y N D U S K D L S V G A L E I T B S J L T Q L A I T Y T P E T L I F O B E E B S T H A P N E E D B T E G B H H A E A I R B S N R S R Y E E N B I A N C A S A I I N V F Y E I N N O B Q I R D R A B E C I R T A E B P N B G B D A B E R E N I C E Y G R E V E R D B B B R I A L B A O T C T B D N Z I E F R T D M O Q E T A P S I L L E F N O R K N Q E R Q C L L V L E O T O E I G D A R E N E E R I Z A U D I G I R B T B W B B I E M I KOMPETIZZJONI ‑ MEJJU 2023 ‑ MAĦSUBA MINN TANJA CILIA
38 Mejju 2023

Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.

• 05 ta’ April, 2023 Maria Bernardette Brigar minn Birkirkara

Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

Eżempji sbieħ

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż Żurrieq

• Raymond Falzon mill‑Gudja

• Sorijiet ta’ Madre Tereża, Bormla

• Anna Vella u Nikolina Sciberras minn Ħal Għargħur

Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.

Nota mill‑Bord Editorjali: Inħeġġu lill‑qarrejja ta' Malta Missjunarja sabiex jagħmlu użu mis‑servizzi u/jew jixtru mingħand dawk il‑ħwienet li jirreklamaw fuq ir‑rivista. Grazzi.

Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal‑Milied u lanqas tal‑‘Birthdays’. Grazzi.

Websajt Missio

• Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat

Jien. Int. Aħna. Flimkien (VO/1178)

www.missio.org.mt

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.

Missio Malta • Missio Tfal
39 Mejju 2023
Mort Missjoni Ma’ Missio L ewwel programm televiżiv ta’ ‘Mort Missjoni Ma’ Missio’ jibda nhar l‑Erbgħa 10 ta’ Mejju fuq NET TV fit‑8:30pm. Nistednukom tkunu magħna kull nhar ta’ Erbgħa. 40 Mejju 2023

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.