
6 minute read
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija
Santissima B ħala Missjunarja
It-Tnejn u G ħoxrin Parti
Id‑Dehra tal‑Madonna f’Monte Berico, l‑Italja
Il‑belt ta’ Vicenza fl‑Italja nħakmet mill‑epidemija ta’ pestilenza bejn is‑snin
1426 u 1428. Din kienet il‑kawża ta’ ħafna mwiet ta’ ċittadini f’din il‑belt, tant li l‑popolazzjoni ġiet deċimata. Jum minnhom, fis‑7 ta’ Marzu 1426, anzjana ta’ 70 sena, Vincenza
Passini, kienet se tieħu l‑ikel lil żewġha Vinċenzo, li kien qiegħed jaħdem fl‑għelieqi tiegħu tad‑dwieli, meta dehritilha l‑Verġni
Marija fi triqtha. Marija
Santissima qaltilha: “Jiena l‑Verġni Marija, Omm
Kristu, li miet fuq is‑Salib għas‑Salvazzjoni tal‑bnedmin kollha. Nitolbok biex tmur f’ismi għand in‑nies ta’
Vicenza u tgħidilhom li għandhom jibnu f’dan il‑post knisja f’ġieħi, jekk iridu jirkupraw saħħithom, inkella l‑pesta ma tiqafx.’’ Vincenza, għarkopptejha qaltilha: “Imma n‑nies mhux se jemmnuni. U fejn, O Omm glorjuża, se nsibu l‑flus biex nagħmlu dawn l‑affarijiet?” Il‑Verġni Marija weġbitha: “Inti għandek tinsisti biex il‑poplu jagħmel ir‑rieda tiegħi, inkella qatt ma jinħelsu mill‑pesta. Bħala prova ta’ dak li qed ngħidlek, għidilhom iħaffru hawn u mill‑blat joħroġ ilma ħaj. Hekk kif jibda l‑bini tal‑knisja, il‑flus mhux se jonqsu.”
Wara li qalet dan, Marija
Santissima ħadet fergħa u b’ċaqliqa grazzjuża, deher salib mal‑art. Fl‑aħħar hija ħawlet il‑fergħa fl‑art fejn illum hemm l‑artal maġġur tas‑santwarju. Il‑Madonna kompliet tgħidilha: “Dawk kollha li jżuru l‑knisja b’devozzjoni fil‑ġranet tal‑festa tiegħi u f’kull l‑ewwel Ħadd tax‑xahar, jingħataw abbundanza ta’ grazzji u fejqan mill‑epidemija.”
Vincenza mill‑ewwel obdiet lill‑Madonna, u bdiet tgħid lil kulħadd dwar id‑dehra u dak li qaltilha l‑Madonna. Iżda malajr indunat li ħadd ma kien qiegħed jemminha. Saħansitra, anki l‑isqof tal‑post Pietro Emillani beda jiddubita minn dak li qalet Vincenza. Allura, kif kienet qalet il‑Madonna, il‑pesta baqgħet fil‑belt. Vincenza reġgħet bdiet il‑ħidma tagħha, wettqet għemejjel ta’ karità u fil‑jiem tal‑festa bdiet titla’ ta’ spiss fuq l‑għolja biex titlob fil‑post fejn kienet dehret il‑Madonna. Fl‑1 t’Awwissu 1428, il‑Verġni Marija reġgħet dehret lil Vincenza. Hija tenniet it‑twissija u r‑rakkomandazzjoni preċedenti tagħha. Minħabba l‑konsegwenzi orribbli tal‑pesta, in‑nies iddeċidew li jibdew jemmnu lil Vincenza u flimkien mal‑muniċipju tal‑post iddeċidew li jibnu wkoll il‑knisja fuq il‑Muntanja Berico. Fil‑25 t’Awwissu nbeda l‑bini tal‑knisja li tlesta fi tliet xhur. Kif kienet wegħdet il‑Madonna, waqt li kienet qiegħda titħaffer l‑art, ħarġet kwantità meraviljuża u inkredibbli ta’ ilma, bħala nixxiegħa, tfur bħal xmara abbundanti li niżlet mill‑għoljiet b’ħoss kbir. Il‑pesta waqfet u l‑isqof għaraf id‑dehriet tal‑Madonna fuq il‑Muntanja Berico bħala awtentiċi.

Il‑Knisja nbniet u fiha tpoġġiet xbieha tal‑Madonna li ġiet inkurunata mill‑Patrijarka ta’ Venezja, il‑Kardinal Giuseppe Sarto, li aktar tard sar Papa San Piju X. Fiż‑żjara tiegħu fil‑11 ta’ Jannar 1978, Papa
Pawlu VI ħabbar: “Nagħtu digriet li l‑Imqaddsa
Verġni Marija tiġi onorata bl‑isem ‘Il‑Madonna tal‑Muntanja Berico’, u minn issa ’l quddiem tkun tassew il‑patruna prinċipali, ħdejn Alla, tal‑belt u d‑djoċesi ta’ Vicenza.” Fit‑22 t’Awwissu, Papa Ġwanni Pawlu II bagħat messaġġ lill‑Patrijarka ta’ Venezja, fejn irrakkonta ż‑żjara tiegħu stess lill‑Madonna tal‑Muntanja Berico: “Jien ukoll kelli l‑ferħ li nagħmel pellegrinaġġ fis‑Santwarju tal‑Muntanja Berico fis‑7 u 8 ta’ Settembru 1991, biex nitlob lill‑Verġni Mbierka tbierek lin‑nies tal‑inħawi u turi lilha nnifisha bħala l‑Omm tenera u providenti ta’ dawk li jbatu u dawk li jixxennqu għall‑ġustizzja u l‑paċi.”

Id‑Dehra tal‑Madonna ta’ Lichen, il‑Polonja
Fis‑sena 1813, Marija
Santissima dehret lil Tomasx
Klossowski, suldat li kien mimdud f’għalqa midrub waqt il‑battalja ta’ Leipzig.
Tomasx kien ferut f’riġlu l‑leminija u sofra ġerħa gravi f’rasu li ħallietu kważi mejjet fuq il‑kamp tal‑battalja.
Il‑Madonna fejqitu, u wegħditu li se jirkupra u jmur lura lejn il‑Polonja, wara li Tomasx tant talabha biex ma tħallihx imut f’art barranija. F’din id‑dehra, il‑Madonna kienet liebsa kuruna, velu tad‑deheb u libsa ħamra. Hija kienet qed iżżomm f’idha l‑leminija ajkla bajda, is‑simbolu tal‑Polonja. Il‑Madonna talbitu biex isib stampa li tixbahha u jagħmilha magħrufa f’art twelidu.
Is‑suldat imfejjaq reġa’ lura lejn daru fil‑Polonja u beda jfittex stampa tixbah lill‑Madonna. Wara li dam xi żmien ifittex, iddeċieda li jmur pellegrinaġġ bil‑mixi lejn Czestochowa għall‑festa tat‑twelid ta’ Marija Bambina fit‑8 ta’ Settembru 1836. Waqt li kien sejjer lura pajjiżu, fid‑9 ta’ Settembru, fir‑raħal ta’ Ligota nnota f’niċċa żgħira stampa żgħira li kienet imwaħħla ma’ siġra li kienet tixbah ħafna lill‑Madonna kif kienet dehritlu. Induna li dik l‑istampa kienet proprju dik li kien ilu jfittex u t‑talb tiegħu kien tabilħaqq mismugħ.
F’din l‑istampa hu qal li l‑Madonna kellha għajnejha nofshom magħluqa tħares ’l isfel lejn ajkla bajda b’ħarsa ta’ niket, iżda wiċċha kien mimli serenità, maestà, ġmiel, serħan il‑moħħ u tama. Fuq il‑mantell tad‑deheb kien hemm is‑simboli kollha tal‑passjoni ta’ binha Ġesù: il‑kuruna tax‑xewk, il‑frosti, l‑imsiemer u l‑lanza li daħlet fil‑kustat ta’ Kristu. Fuq ras ix‑xbieha tal‑Madonna kien hemm kuruna tad‑deheb bi skrizzjoni: “Reġina tal‑Polonja, agħtina l‑paċi.” Ħass li dik l‑istampa kienet tqiegħdet providenzjalment hemm proprju għalih. Huwa qala’ l‑istampa minn mas‑sigra u ħadha d‑dar.
Għall‑ewwel poġġa l‑istampa fid‑dar tiegħu, u kien jitlob kuljum quddiemha u jagħtiha qima. Jingħad li x‑xbieha kienet tidher tikbi kuljum, u Tomasx kien jixxottalha d‑dmugħ tagħha. Aktar tard huwa waħħal dik l‑istampa ma’ siġra antika tal‑arżnu fil‑foresta fil‑qrib, biex kull min kien jgħaddi minn hemm jieqaf u jitlob lill‑Madonna. Wara marda qasira, fis‑7 t’Awwissu 1848, Tomasx Klossowski għamel mewta qaddisa. Fit‑13 ta’
Mejju 1850, il‑Verġni Marija wriet lilha nnifisha lir‑ragħaj
Mikolaj Sikatka li kien qed jirgħa l‑baqar ħdejn is‑siġra li Tomasx kien poġġa l‑istampa fuqha. Il‑Madonna qalet lil Mikolaj li f’dak il‑pajjiż kien se jkun hemm gwerra u epidemija tal‑kolera: “Meta jiġu ġranet iebsa, dawk in‑nies li jiġu quddiem din ix‑xbieha, jitolbu u jagħmlu penitenza, ma jmutux. Kull meta dan il‑ġens jiġi għandi u jitlob l‑għajnuna, jiena ngħinu, jien qatt ma nħalli dan in‑nazzjon, u nipproteġi dan il‑ġens. Se nżomm dan in‑nazzjon ma’ qalbi bħalma għamilt ma’ din l‑ajkla bajda. Ix‑xbieha għandha titqiegħed f’post aħjar, post aktar xieraq u tkun meqjuma pubblikament. Pellegrini minn madwar il‑Polonja kollha se jiġu jqimu din l‑istampa u jsibu konsolazzjoni fl‑inkwiet tagħhom. Jiena nsaltan fuq dan il‑ġens għal dejjem. Fuq dan il‑post se tinbena knisja mill‑isbaħ għall‑qima tiegħi. Jekk in‑nies ma jibnux din il‑knisja l‑anġli jibnuha.”

Dak li qalet l‑Omm qaddisa malajr sar realtà. Fl‑1852, bdiet l‑epidemija tal‑Kolera u bis‑saħħa tat‑talb quddiem dik l‑istampa, in‑nies irċevew grazzji kbar u ħafna fejqan. In‑nies bnew il‑knisja kif kienet talbet il‑Madonna. Kull min kien imur f’din il‑knisja u jitlob lill‑Madonna waqt l‑epidemija tal‑Kolera kien ifiq. Fid‑29 ta’
Settembru 1852, ix‑xbieha ttieħdet fil‑knisja parrokkjali ta’ Lichen u baqgħet hemm sal‑2006. Il‑Kardinal Stefan
Wyszynski ta l‑permess għall‑Inkurunazzjoni
Kanonika tax‑xbieha tal‑Madonna bl‑approvazzjoni ta’ Papa
Pawlu VI fil‑15 t’Awwssu
1967. Fl‑1994, beda l‑bini tas‑Santwarju tal‑Madonna ta’ Lichen biex jilqa’ l‑għadd kbir ta’ pellegrini. Dan inbena b’tifkira u radd il‑ħajr lil Alla għall‑Elfejn Sena
Anniversarju mit‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Fis‑7 ta’ Ġunju 1999, Papa Ġwanni Pawlu II bierek is‑santwarju u kkonsagra l‑akbar knisja fil‑Polonja. Fil‑fatt, dan is‑santwarju huwa s‑seba’ l‑akbar wieħed fl‑Ewropa u l‑ħdax l‑akbar fid‑dinja. Is‑santwarju huwa mmexxi mill‑Padri Marjani tal‑Immakulata Kunċizzjoni, li twaqqfu mill‑Beatu

Stanislaw Papczynski li kien ibbeatifikat f’dan l‑istess santwarju.
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio
(Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 90 sena
Aġġorna ruħek fuq id-Dinja Missjunarja. Abbona fir-Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar
Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet
Dan kollu għall-prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
Ritratt:
TORTA TAL‑ĦAXIX
Mill‑Italja
X’għandek bżonn:
• 300 gramma dqiq tal‑għaġina mgħarbul
• 200 gramma butir imqatta’ żgħir
• 400 gramma rkotta
• 2 bajdiet imħabbta
• 50 gramma prinjol
• 50 gramma żbib
• 50 gramma zokkor
• Ftit melħ u ftit ilma kiesaħ
• Ftit fejġel, ftit salvja, ftit żagħfran u ftit ġinġer, kollha mqattgħin fin
• 3 mgħaref tursin frisk imqatta’
Jiena:
Indirizz:
Metodu:
• Ġo skutella ħallat flimkien id‑dqiq, il‑melħ u 125 gramma butir, farrak b’subgħajk u żid ftit ilma biex tifforma f’għaġina.
• Ħalli l‑għaġina tistrieħ fil‑friġġ għal siegħa.
• Ġo skutella żgħira ħallat flimkien it‑tursin, il‑fejġel, is‑salvja u l‑ġinġer.
• Ġo skutella oħra ħallat flimkien l‑irkotta, bajda waħda, iż‑żagħfran u ż‑żbib.
• Iftaħ l‑għaġina b’mod rettangolari u ferrex fuqha t‑taħlitiet tal‑irkotta u tat‑tursin.
• Irrumblaha bil‑mod, xarrab it‑trufijiet bl‑ilma u agħlaqha. Dawwarha għat‑tond, idlikha bil‑bajd u poġġiha f’turtiera tal‑forn midluka bil‑butir u mraxxa bid‑dqiq.
• Aħmi għal madwar 40 minuta f’forn bi sħana moderata.
• Oħroġ it‑torta, ferrex fuqha z‑zokkor u l‑prinjol, u erġa’ aħmi għal 2 minuti oħra.

Kurżità:
Papa Martin V twieled fl‑1368 u miet fl‑1431. Kien ġej minn familja sinjura Rumana u kien iħobb ħafna l‑kċina. Minkejja li m’għandniex riċetti li jsejħu ismu, insibu għadd ta’ riċetti tal‑kok tal‑fiduċja tiegħu, Patri Johannes Bockenheym, Ġermaniż li kien iservi fil‑kċejjen tal‑Papa. Kien isajjar mhux biss għall‑Papa nnifsu, iżda wkoll għall‑ħaddiema tal‑Kurja. Waħda mir‑riċetti favoriti ta’ Papa Martin V kienet proprju din it‑torta tal‑ħaxix.
Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.
Kodiċi Postali:
Tel/Mob: E‑mail:
Isem:
Indirizz:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq:
Nixtieq:
Inġedded l‑abbonament tiegħi Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta Nagħti abbonament rigal lil:
Kodiċi Postali:
Tel/Mob: E‑mail:
Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Jien. Int