
1 minute read
Marzu 2023
Għall‑Vittmi tal‑Abbużi.
Nitolbu għal dawk li sofrew abbuż mill‑membri tal‑Knisja, jalla huma jsibu fil‑Knisja stess għajnuna konkreta għall‑uġigħ u t‑tbatija li sofrew.
Nagħmlu ċara hawnhekk, li l‑abbużi li sofrew, sfortunatament ħutna, mhix pjaga fil‑Knisja Kattolika biss, imma teżisti f’realtajiet u istituzzjonijiet oħra wkoll. U għalhekk f’dan ix‑xahar ta’ San Ġużepp, il‑Missier Putattiv ta’ Ġesù u l‑Għarus tal‑Immakulata, nitolbu u nkomplu ngħinu lil dawk il‑persuni li fil‑passat sofrew mill‑membri tal‑Knisja li suppost kienu l‑ħarriesa tagħhom.
Inkomplu nitolbu biex dawn l‑abbużi ma jkomplux ukoll itappnu l‑ħajja familjari u ta’ dawk li huma ġenituri jew qraba tat‑tfal subien u bniet. Il‑Knisja Kattolika qiegħda taħdem bla heda sabiex twettaq kull miżura u strutturi li jipproteġu liċ‑ċkejknin, u ma nħallux li dawn it‑tfal jaqgħu vittmi ta’ xi abbuż psikoloġiku u fiżiku. Għandna għalhekk, inkomplu naħdmu lkoll għalenija, u li nfittxu b’mod sinċier u determinat il‑ġid tal‑komunità, bi prijorità lejn il‑vittmi tal‑abbuż f’kull sens. Quddiem għajnejna għandna nżommu dejjem preżenti l‑uċuħ innoċenti taċ‑ċkejknin, waqt li niftakru fil‑kliem ta’ Ġesù: “Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ‑ċkejknin li jemmnu fija, ikun aħjar għalih li jdendlulu m’għonqu ġebla tat‑tħin minn dawk li jdawru l‑ħmir, u jgħarrquh f’qiegħ ta’ baħar. Ħażin għaliha d‑dinja minħabba l‑iskandli!



Għax jeħtieġ li l‑iskandli jsiru, imma ħażin għalih dak il‑bniedem li minħabba fih isiru l‑iskandli” (Mt. 18:6‑7).
Il‑Knisja għalhekk, għandha
d‑dmir li toffri kull għajnuna meħtieġa billi tagħmel użu mill‑esperti f’dan il‑qasam u tgħin sabiex issir dejjem ġustizzja , billi tikkundanna dejjem l‑aggressuri u min‑naħa l‑oħra tfejjaq il‑ġrieħi kollha

