2 minute read

Separati fit‑Twelid, Tewmin Jispiċċaw fl‑Istess Kunvent

kuġini, imma aktar jidhru tewmin!” Ġurnata waħda, fl‑età ta’ 10 snin, Gabrijella aċċidentalment semgħet konverżazzjoni tal‑familja u skopriet is‑sigriet tat‑twelid tagħha stess. Ftit tal‑ħin wara, Eliżabetta semgħet l‑aħbar; dakinhar stess tal‑ewwel tqarbina tagħha.

Nhar it‑23 ta’ Frar 1962, Ċeċilja welldet tewmin bniet. B’xorti ħażina, qatt ma kellha ċ‑ċans tiltaqa’ magħhom, għaliex mietet waqt il‑ħlas, minn kumplikazzjonijiet relatati maċ‑ċesarja li saritilha. Quddiem din is‑sitwazzjoni drammatika, il‑familja tal‑omm ma kellhiex għażla oħra ħlief li tissepara lit‑tewmin. Waħda kellha titrabba mill‑missier, filwaqt li l‑oħra ġ iet addottata minn zijitha li tiġi oħt l‑omm. B’dan il‑mod, l‑aħwa, Eliżabetta u Gabrijella, kienu rreġistrati uffiċjalment bħala kuġini.

Ġara li peress li t‑tewmin kienu jgħixu fi bliet ġirien, attendew l‑istess skola. Ħafna drabi kienu jkunu bilqiegħda ħdejn xulxin, fl‑ewwel filliera, minħabba l‑problemi tal‑vista li jbatu t‑tnejn biha. Kienu jifhmu lil xulxin tajjeb ħafna, kienu jħobbu jilagħbu flimkien u ħafna drabi kienu jagħżlu l‑istess attivitajiet. Il‑gosti komuni tagħhom saħansitra kienu wkoll fil‑mod kif jilbsu, tant li ħafna drabi spiċċaw jagħżlu l‑istess żraben jew ilbiesi. Iż‑żewġ aħwa kienu jippreferu l‑klassijiet tar‑reliġjon u l‑irtiri spiritwali, milli jmorru xi ħruġ mal‑ħbieb tagħhom. Ta’ kull sena, f’Jum l‑Erwieħ Kollha, huma kienu juru l‑istess devozzjoni lejn it‑tradizzjoni li jżuru ċ‑ċimiterji. U kull sena, kull waħda minnhom kienet tmur mal‑familja tagħha biex titlob fuq il‑qabar ‘taz‑zija Ċeċilja’, mingħajr ma kienu jafu li kienet ommhom mejta. Tul tfulithom, Eliżabetta u Gabrijella spiss semgħu lin‑nies jgħidu: “Huma

Huma ddeskrivew dak li ġara hekk: “Il‑ħajja fil‑kampanja hija sabiħa, ħlief għall‑fatt li n‑nies huma lsienhom laxk. Ċertament, kien xokk terribbli għalina t‑tnejn, minkejja li fhimna li l‑intenzjonijiet tal‑ġenituri tagħna kienu tajbin, u li konna maħbubin ħafna.”

Bħala adoloxxenti, it‑tewmin ipparteċipaw b’mod regolari fi gruppi ta’ talb immexxija mis‑sorijiet tal‑kongregazzjoni reliġjuża tas‑Sorijiet

Ospitalari ta’ Santa Eliżabetta. It‑tnejn ħassew is‑sejħa għall‑ħajja reliġjuża. It‑tewmin iddiskutewha ħafna bejniethom din il‑ħaġa u attirati mill‑ispiritwalità tal‑kongregazzjoni, eventwalment iddeċidew li jidħlu flimkien mas‑Sorijiet ta’ Santa Eliżabetta. Id‑data kienet stabbilita.

It‑Tlieta u l‑Ħamis fit‑8:30pm fuq ONE TV.

Preżentazzjoni - Robert Farrugia

Sewwieq tal‑Mutur - Stephen Formosa

Produzzjoni - Missio Malta

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178) https://missio.org.mt/donate/projects/education‑training/dinja‑mutur/

'Dinja Mutur' huwa proġett eċċitanti li Missio beda fuqu b'kollaborazzjoni ma' Stephen Formosa, li ser ikun qed isuq il‑mutur tiegħu madwar l‑Afrika, l‑Asja u l‑Amerika t'Isfel f'avventura ta' vjaġġ waħdu. Matul il‑vjaġġ, Stephen ser ikun qed jgħaddi minn irħula bi proġetti appoġġjati u ffinanzjati minn Missio sabiex jiddokumenta l‑esperjenza tiegħu. Minn għajnejn Stephen, wieħed ser ikun jista’ jara stampa ċara u reali ta’ kif Missio jgħin komunitajiet li jgħixu fi rħula remoti u kif Missio jinvesti fit‑tul fl‑edukazzjoni ta’ dawn l‑individwi.

Il‑kontribuzzjoni ġeneruża tiegħek tgħinna nsostnu lil Stephen matul il‑vjaġġ tiegħu waħdu madwar il‑kontinenti u jgħin lil Missio jittrasmetti l‑esperjenza tiegħu sabiex inkunu nistgħu ngħixu dan il‑vjaġġ eċċitanti u l‑proġetti li jibdlu l‑ħajja, imwettqa grazzi għall‑ġenerożità ta’ ħafna.

Nirringrazzjawk tal‑appoġġ tiegħek.

L‑unika ħaġa li fadal kien il‑mument delikat li jgħatu l‑aħbar lill‑ġenituri rispettivi tagħhom. Għal Eliżabetta, l‑affarijiet marru tajjeb ħafna. Missierha, (il‑missier bijoloġiku tat‑tewmin), taha l‑barka tiegħu. Però g ħal Gabrijella ġara l‑kuntrarju. Furjuż, missierha ħadilha l‑karta tal‑identità u pprojbixxieha milli toħroġ mid‑dar. Sena u nofs wara, Gabrijella ħarġet bi pjan biex terġa’ tingħaqad m’oħtha fil‑kunvent. Bl‑iskuża biex tmur iżżur lil Eliżabetta għal għeluq sninha, hija ħejjiet kollox biex toqgħod hemm b’mod permanenti. Dan kien ferħ kbir għal Eliżabetta, iżda Gabrijella kellha ssofri li tkisser ir‑relazzjonijiet kollha mal‑ġenituri tagħha għal ftit tas‑snin.

Minn hawn beda żmien ta’ grazzja għaż‑żewġ aħwa. Kien żmien meta fl‑aħħar kienu flimkien u setgħu jimxu lejn Kristu spalla ma’ spalla. Ħames snin wara, it‑tnejn kienu lesti għall‑wegħdiet perpetwi tagħhom. Il‑ġenituri ta’ Gabrijella attendew għaċ‑ċerimonja fil‑kumpanija tal‑kappillan, u sa fl‑aħħar aċċettaw id‑deċiżjoni tagħha u tawha l‑barka tagħhom. Kulħadd kien megħlub bl‑emozzjoni. Però għal Eliżabetta u Gabrijella, ma setax ikun mod ieħor għaliex saru jafu li meta mietet ommhom, waħda mis‑sorijiet tal‑komunità reliġjuża li ngħaqdu magħha, kienet qed iżżommilha jdejha. Huma jaħsbu li ommhom ħadmet mis‑sema għall‑vokazzjoni tagħhom. Dan il‑mod kif reġ għu ngħaqdu, din it‑triq komuni bħala novizzi u postulanti fil‑vokazzjoni tagħhom, qisuhom bħala l‑isbaħ rigal t’ommhom; rigal mibgħut mis‑sema! 

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

This article is from: