2 minute read

Għinna Ngħinu

Grupp ta’ Maltin li jirrappreżentaw lil Missio Malta, u li għandhom diversi professjonijiet li jvarjaw minn arkitettura, inġinerija, ‘carer’, parrukkier u professur tan‑nutrizzjoni, fost oħrajn, żaru l‑Filippini fi Frar li għadda mal‑qassis missjunarju u Assistent

Direttur ta’ Missio, Dun Victor Agius, li għex f’Tagaytay il‑Filippini għal madwar 40 sena.

Missio Malta flimkien mal‑grupp qed jappoġġjaw proġett ta’ razzett favur l‑ambjent kif ukoll il‑manutenzjoni ta’ dar

Help us Help !

A group of 12 Maltese volunteers led by Fr Victor Agius are going to the Philippines for a missionary experience. Missio together with this group are supporting the missionary projects of an eco farm and the repair of a formation house recently damaged by volcano eruption and typhoons.

Do your part and donate here!

We appreciate and thank you for generous contributions.

għas‑seminaristi li saritilha l‑ħsara bl‑iżbroff ta’ vulkan fl‑2021 u tifun li minnhom iseħħu diversi. Minħabba l‑kundizzjonijiet estremi tat‑temp, provvista tal‑ilma bilanċjata hija diffiċli biex tinżamm fir‑razzett, u għalhekk il‑provvista tal‑ikel mhix kostanti għan‑nies tal‑lokal. Bid‑donazzjonijiet ġenerużi tiegħek, ir‑razzett jista’ jiġi aġġornat sabiex ikollu strutturi b’saħħithom u sabiex jipprovdi l‑għodda meħtieġa ħalli jkun hemm sistemi tal‑ilma li jipprovdu provvista tal‑ilma kostanti u bilanċjata. Dan se jiżgura distribuzzjoni aktar bilanċjata tal‑ikel, u provvista ta’ ikel bnin u nutrittiv lin‑nies tal‑lokal u l‑komunitajiet. It‑tieni proġett se jiffoka fuq id‑dar tas‑seminaristi li hija ċentru għall‑formazzjoni tas‑seminaristi fl‑Asja. Din id‑dar tappoġġja lil‑lajċi fit‑tkabbir u l‑mixja spiritwali tagħhom. Bl‑appoġġ tagħkom, nistgħu flimkien ngħinu lill‑Filippini f’Tagaytay billi jkollna razzett xieraq fejn ikunu jistgħu jkabbru l‑ikel tagħhom u jkollhom ukoll irranġata d‑dar tas‑seminarju tagħhom.

Fil‑15 ta’ Jannar, il‑knisja parrokkjali ta’ Sant’Anna f’Wied il‑Għajn, iċċelebrat il‑festa ta’ Santo Niño, festa tradi zzjonali Filippina li tfakkar l‑ewwel snin ta’ Ġesù. Fl‑10:30am saret purċissjoni, li hija wkoll tifkira tad‑dħul tal‑Kristjaneżmu fil‑Filippini mill‑Ispanjoli, bl‑istatwa ta’ Santo Niño (Ġesù Bambin), segwita minn quddiesa bl‑Ingliż fil‑knisja parrokkjali. Wara, kien hemm programm żgħir ta’ attivitajiet, li inkluda ikel u żfin tradizzjonali mill‑komunità Filippina f’Malta. Waqt l‑attività, ġie esebit ix‑xogħol li sar minn Missio Malta fil‑Filippini, inkluż ir‑razzett favur l‑ambjent li se jkollu strutturi ġodda ta’ provvista tal‑ilma installati. Il‑grupp ta’ missjunarji li vvjaġġaw lejn il‑Filippini fil‑bidu ta’ Frar, kienu preżenti għall‑festa billi animaw il‑quddies u wara offrew kafejiet, tejiet u kejkijiet għal donazzjonijiet b’risq il‑komunità ta’ bdiewa, il‑proġett eko‑agrikolu u għajnuna fir‑rikostruzzjoni ta’ dar tas‑seminaristi f’Tagaytay. Minbarra

Tagaytay, il‑grupp żar ukoll il‑G żira Mindoro fejn jgħixu l‑indiġeni Magnans, li matul is‑snin ittieħdu vantaġġi fuqhom f’diversi modi minn kolonizzaturi, min‑nies tal‑lokal stess u fi żminijiet moderni minn kumpaniji tal‑qtugħ tas‑siġar. Il‑grupp iltaqa’ magħhom sabiex jara kif jistgħu jiġu appoġġjati. 

Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5

Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36

Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48

Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60

Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.

• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:

€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż)

€2400 (l‑ispejjeż kollha)

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

Jew fuq: www.missio.org.mt

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.

GRAZZI MILL‑ QALB

This article is from: