
3 minute read
L‑ Ispiritwalità Kristoloġika tal‑ Karmelitan Patri
Avertan Fenech
Diploma fil‑pjanu mill‑Victoria College of Music and Drama ta’ Londra u fl‑2016 kiseb M.A. (Melit) fl‑Ingliż (Modern and Contemporary Literature and Critirium) b’teżi jisimha: ‘According to Thy Word: The Modern Madonna in Early Twentieth and Twenty First Century English Literature’.
Fl‑2018, kiseb ukoll l‑M.A. (Melit) fl‑Ispiritwalità Karmelitana
jirkupraw mit‑tiġrib
tal‑mard tal‑faqar u jiksbu identità mill‑ħakma barranija. Din l‑inizjattiva wasslet biex Malta tikseb kostituzzjoni fis‑sena 1921 u li jkollha rappreżentanza parlamentari għall‑ewwel darba. Il‑Knisja ħadmet ukoll biex taqdi lill‑poplu spiritwalment u soċjalment bl‑edukazzjoni, u b’benefiċċji oħra soċjali u spiritwali. F’dan l‑ambjent jibda jidher dan il‑patri eżemplari u mimli tjubija li nduna bil‑ħtiġijiet tal‑poplu u ddeċieda li jiddedika ħajtu kollha għall‑għemejjel ta’
Qabel ma nibda r‑reċensjoni dwar dan il‑ktieb li ħareġ bl‑ilsien Ingliż: ‘The Christological Spirituality of Father Avertan Fenech, Carmelite’, ikun xieraq li ngħidu xi ħaġa dwar l‑awtur tiegħu Warren James Borg
Ebejer li twieled fl‑1994, huwa membru tat‑Terz
Ordni Karmelitan u lekċerer l‑MCAST. Fis‑sena 2012, għamel kors fit‑tagħlim tal‑ilsien Ingliż bħala lsien barrani (T.E.F.L) u kiseb
B.A Honours (Malta) fl‑2015. Fl‑istess sena, rebaħ b’riċerka fuq it‑teżi ‘Christ Our Perfection, The Christological Spirituality of Father Avertan Fenech, Carmelite’, ktieb ta’ 212‑il paġna li kien stampat minn
Edizioni Carmelitane f’Ruma. Min jixtieq jixtri dan il‑ktieb jista’ jkellem lil xi wieħed mill‑Patrijiet tal‑Kunvent tal‑Imdina.
Il‑bidu tal‑ktieb huwa dwar il‑kontenut spiritwali, teologali u ekkleżjastiku bejn is‑sena 1870 u s‑sena
1940, meta, f’dak iż‑żmien il‑Maltin ippruvaw ħniena , fl‑aspetti spiritwali u materjali. F’dak iż‑żmien, il‑Karmelitani Maltin stinkaw biex jiksbu għarfien tal‑identità reliġjuża tagħhom biex jagħtu bidu għall‑Provinċja ġdida li kienet twaqqfet fil‑31 ta’ Mejju 1892. Huma komplew jirsistu biex jimplimentaw l‑ispiritwalità tradizzjonali fil‑membri tagħhom u fil‑formazzjoni tan‑novizzi.
Il‑ktieb ikompli billi jsemmi ħajjet Patri Avertan li twieled il‑Mosta bl‑isem ta’ Luigi, fl‑10 ta’ Lulju 1871, iben Duminku Fenech u
Marija mwielda Attard. Il‑ġenituri tiegħu kienu nies fqar, xi ħaġa normali f’dawk iż‑żminijet diffiċli. Duminku kien jaħdem fil‑barrieri, filwaqt li Marija kienet seftura mas‑Sinjura
Tereża Grech. Duminku u Marija taw edukazzjoni xierqa lil binhom Luigi biex jikseb pożizzjoni għolja jew inkella jsir saċerdot. Luigi attenda l‑iskola tal‑gvern ma’ tfal oħra tal‑qatgħa tiegħu, għax dak iż‑żmien it‑tfal tan‑nobbiltà Maltija biss kienu jistudjaw ġo darhom minn għalliema privati. Meta kiber, Luigi daħal fl‑Ordni



Karmelitan għax kellu sejħa ġenwina. Għalkemm l‑Ingliżi mexxew Malta mis‑sena 1800 sas‑sena 1964, it‑twemmin Kattoliku u l‑ħerqa reliġjuża ma battewx. Fil‑ftuħ tal‑Kanal ta’ Swejz, fis‑sena 1869, kellna żieda fil‑popolazzjoni u fil‑ġid finanzjarju. Twaqqfu wkoll disa’ parroċċi f’Malta u erbgħa f’Għawdex. Meta Luigi beda jikber kien sar il‑Kungress Ewkaristiku Internazzjonali. Patri Avertan kien student minn tal‑bidu li ntbagħtu mill‑Belt Valletta għal San Ġiljan, ftit jiem wara li l‑kunvent kien inawgurat. Pietru Pawl Gatt kien novizz taħt Patri
Avertan. Wieħed ma jistax iħalli barra lil Patri Xmun
Portelli li kien il‑konfessur tiegħu qabel mewtu. F’dak iż‑żmien, il‑Karmelitani bdew imorru bħala missjunarji fil‑Perù.
Il‑Kawża tal‑Beatifikazzjoni
bdiet fis‑sena 2017. Dawk in‑nies midħla ta’ Patri Avertan, jafu kemm kien patri umli u bniedem li jħobb it‑talb, għax il‑ġenituri tiegħu dejjem ħeġġewh biex jitlob bil‑ħerqa u jħobb il‑virtù. Huwa kien jieħu sehem kuljum fil‑quddies bħala tifel u kien iħobb jitlob ir‑Rużarju quddiem it‑Tabernaklu tal‑Bażilika tal‑Mosta, jew jgħid ir‑Rużarju taħt is‑siġra tal‑ħarrub. Waqt ir‑rikreazzjoni jew meta kien isiefer, kien isib ukoll ħin biex jitlob. Meta tagħtu puplesija, li ħallietu ġo sodda, kien jipprova jitlob kif jista’ fit‑tbatija. Din il‑ħajja profonda ta’ talb tiġbed l‑attenzjoni mhux biss fit‑talb, iżda wkoll fir‑relazzjoni tiegħu m’Alla. It‑talb għalih kien ifisser att ta’ mħabba lejn Alla li dejjem wettaq bl‑aktar mod ta’ min jammirah. Huwa għaraf li l‑mixja tiegħu interjuri għall‑għaqda m’Alla setgħet issir bil‑professjoni tal‑kariżma kontemplattiva li twassal lir‑ruħ sabiex tagħraf l‑imħabba bla tarf t’Alla u tnissel xewqa li tħobb lura lil Alla billi tinħall minn dak kollu li huwa materjali. Kien bniedem li jippreferi s‑silenzju milli t‑tpaċpiċ żejjed , u dejjem pront biex ifaħħar lill‑Imbierek u lil ħutu l‑bnedmin. Kien iħobb il‑meditazzjoni fuq Alla u jagħmilha b’devozzjoni kbira. It‑talb kien jgħinu sabiex jinbena spiritwalment u jfarrġu fi żmien it‑tbatija. Bħala Karmelitan, il‑Madonna ma kinitx biss is‑Sultana tiegħu, iżda kienet ukoll ommu u oħtu fil‑Karmelu li lejha kellu jħares bħala dixxiplu veru. Wettaq ir‑rieda t’Alla dejjem, sal‑aħħar żminijiet. Kien jaħseb fuq il‑kelma t’Alla skont ir‑Regola Karmelitana, u għaqqad it‑tbatijiet tiegħu ma’ ta’ Kristu, meta kien nieqes minn saħħtu. Kien ukoll missier u surmast tan‑novizzi fi żmien meta l‑Ordni, skont il‑Kapitlu Ġenerali tas‑sena 1902, kien qed jibża’ mit‑theddida tad‑dinja moderna li ntlaqtet mill‑ispirtu tad‑dinja. Dam għal sitta u għoxrin sena surmast, u kien apprezzat kemm mill‑istudenti kif ukoll mill‑ġenituri tagħhom, li mill‑ewwel għarfu fih potenzjal ta’ qdusija. Kien jieħu ħsieb lin‑novizzi meta kienu jimirdu, u kien jagħmel bosta meditazzjonijiet, konferenzi u rtiri li wieħed isibhom miktubin f’pitazz. Kliemu kien meħud mill‑kliem ta’ Kristu, mill‑Iskrittura, mis‑Santi Padri u mid‑Dutturi tal‑Knisja. Aktar minn kitbietu, il‑ħajja ta’ virtù u umiltà kienet tinkuraġġihom biex jissagrifikaw ħajjithom ħalli jaqdu lil Alla u jgħinhom jimxu fit‑triq tal‑ġustizzja .

Kien saċerdot ta’ Kristu għax ikkonsagra lilu nnifsu lil
Alla. Kien dejjem jitqarben u kellu mħabba lejn l‑Ispirtu s‑Santu. Kien iħobb ħafna t‑teoloġija morali u dommatika.
Ġie ordnat saċerdot fil‑5 ta’ Lulju 1896, fil‑Kappella tal‑Palazz tal‑Isqof t’Għawdex minn Mons. Giovanni Camilleri OSA. Kien iqaddes b’ħerqa u b’devozzjoni kbira. Kien idum iqarar u jagħti direzzjoni spiritwali. Kien jagħti l‑karità lill‑fqar. Ma kienx jitkabbar fuq ħutu r‑reliġjużi u ħarab l‑unuri. Ġarrab it‑tbatija b’rassenjazzjoni għar‑rieda t’Alla meta kellu puplesija.
Bata bil‑mard u bil‑gwerra, iżda qatt ma tilef it‑tama għax kellu natural ferrieħi.
Kien kewkba għall‑Ordni
Karmelitan Malti u għadda għall‑ħajja ta’ dejjem fl‑1 ta’ Novembru 1943.