2 minute read

Santa Luċija Filippini

Luċija Filippini twieldet fit‑13 ta’ Jannar 1672 f’Corneto‑Tarquinia fit‑Toskana, l‑Italja. Kienet i ż‑żgħira minn ħames aħwa li sfaw iltiema f’età żgħira .

Meta Luċija kellha sitt snin marret tgħix maz‑zijiet tagħha li bagħtuha l‑iskola tas‑Sorijiet Benedittini.

Il‑karriera tagħha bdiet meta l‑Kardinal Marcantonio

Barbarigo taha missjoni li twaqqaf skejjel għat‑tfajliet fqar. Din il‑missjoni wasslet għal missjoni oħra flimkien ma’ Rosa Venerini, li waqqfu l‑‘Marcantonio Barbarigo

The Pious Teachers’, sabiex jingħataw taħriġ l‑għalliema għal dawn l‑iskejjel.

Dawn iż‑żgħażag ħ minn

Montefiascone kienu jiġu mħarrġa fis‑snajja’, bħall‑insiġ, rakkmu, qari u tagħlim reliġjuż. Tnax‑il sena wara, il‑Kardinal ħareġ regola bħala gwida għal Luċija u sħabha fil‑ħajja reliġjuża tagħhom. B’kollox Luċija waqqfet tnejn u ħamsin skola f’ħajjitha. Fl‑1707, Papa Klement XI bagħat għal Luċija f’Ruma biex twaqqaf skejjel hemm ukoll. Parti mix‑xogħol tagħha u tal‑għalliema kien li jgħallmu fil‑klassijiet u jagħtu konferenzi għan‑nisa li riedu jitħarrġu fil‑fidi. Kienu jmexxu talb, meditazzjoni u xogħol ieħor. Luċija kienet tiffoka fuq l‑appostolat soċjali u kienet tħeġġeġ lill‑għalliema tagħha biex jieħdu ħsieb il‑bżonnijiet tal‑fqar u l‑morda. Il‑metodu tagħha ta’ tagħlim kien jiġbed ħafna attenzjoni minn kullimkien. Dan l‑appostolat kien ikun estensjoni tat‑tagħlim wara l‑lezzjoni. Kienet xhieda li dak li kienet tgħallem liż‑żgħażagħ, kienu jirrepetuh fid‑djar tagħhom u b’hekk kienu jsiru għalliema daqshekk tajbin f’età żgħira .

Santa Luċija Filippini mietet bil‑kanċer fl‑1732 fl‑età ta’ 60 sena, f’Montefiascone.

Hija ġiet ikkanonizzata nhar it‑22 ta’ Ġunju tal‑1930. Il‑festa tagħha hija ċċelebrata fil‑25 ta’ Marzu.

Statwa tagħha tinsab f’niċċa fuq in‑naħa tax‑xellug tal‑entratura tal‑Bażilika ta’ San Pietru, f’Ruma. 

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom:

Indirizz:

Belt/ Raħal: Kodiċi Postali:

Tel:

N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.

“Is‑sitwazzjoni għadha imblokkata. Inkomplu nitolbu għal ħutna, filwaqt li nittamaw li l‑isforzi ta’ medjazzjoni jkunu ta’ suċċess biex jippermettu lill‑fidili jkomplu jgħixu fil‑paċi”, jgħid Mons. Jean Baptiste Tiama, Isqof ta’ Mopti, li jiddeskrivi s‑sitwazzjoni tal‑komunità Nisranija ta’ Douna fil‑parroċċa ta’ Barapireli fil‑Mali, bħala mhedda mill‑Ġiħadisti.

“Għal xi żmien ir‑raħal ta’ Douna kien mhedded mill‑Ġiħadisti . Fl‑4 ta’ Jannar, reġgħu rritornaw lejn ir‑raħal biex iġiegħlu liż‑żewġ komunitajiet Insara jagħlqu l‑knejjes”, tgħid stqarrija mid‑djoċesi ta’ Mopti. “Huwa pprojbit li jdoqqu l‑qniepen, idoqqu strumenti mużikali u jitolbu fil‑knejjes.

Li huwa aktar inkwetanti huwa li l‑Ġiħadisti qed jitolbu lill‑Insara biex jipprattikaw ir‑reliġjon Musulmana”, tenfasizza d‑djoċesi ta’ Mopti, filwaqt li tistieden lill‑fidili, “biex jipperseveraw fit‑talb biex jintgħelbu l‑forzi tal‑ħażen”.

Preċiżament fir‑reġjun ta’ Mopti, fiċ‑ċentru tal‑Mali, erbatax‑il suldat tal‑Mali nqatlu u ħdax indarbu fid‑9 ta’ Jannar fi ġlied mal‑Ġiħadisti. Min‑naħa tagħha, l‑armata Maljana ssostni li nnewtralizzat 31 terrorista. Il‑Mali ilu jbati mill‑vjolenza mwettqa minn diversi gruppi ta’ Ġiħadisti sa mill‑2012. Iċ‑ċentru tal‑pajjiż huwa wieħed mill‑bejtiet tal‑vjolenza li nfirxet fil‑pajjiżi ġirien, il‑Burkina Faso u n‑Niġer, u qed tinfirex lejn in‑Nofsinhar. 10 snin ilu, fil‑11 ta’ Jannar 2013, Franza nediet l‑Operazzjoni Serval biex timbotta l‑offensiva Ġiħadisti li heddet li tegħleb lill‑pajjiż. Issa s‑sitwazzjoni nbidlet. Il‑kolp ta’ stat militari li ħatfu l‑poter f’rivoluzzjoni fl‑2020, segwiti mit‑tieni kolp ta’ stat fl‑2021, iddistakkaw lilhom infushom mill‑eks alleat Franċiż u l‑imsieħba tagħhom, u daru militarment u politikament lejn ir‑Russi. Il‑ġunta nediet operazzjoni ffukata fuq iċ‑ċentru tal‑Mali lejn l‑aħħar tal‑2021, u qalet li kienet ġiegħlet lill‑Ġiħadisti li kienu qed jaħarbu, jaħarbu. Madankollu, rapport mis‑Segretarju Ġenerali tan‑NU, ippreżentat lill‑Kunsill tas‑Sigurtà fid‑9 ta’ Jannar, jgħid li l‑kundizzjonijiet tas‑sigurtà komplew jiddeterjoraw bejn Ġunju u Diċembru tal‑2022 fiċ‑ċentru tas‑Saħel, partikolarment fil‑Burkina Faso u l‑Mali.

“Fil‑Mali, wara t‑tluq tal‑forzi internazzjonali, gruppi armati avvanzaw fil‑Lvant tal‑pajjiż u ħadu l‑kontroll ta’ żoni vasti tal‑fruntiera man‑Niġer,” jaqra r‑rapport. 

This article is from: