
1 minute read
Min Kien Missier San Ġużepp?
Tradizzjonalment, il‑Knisja Kattolika dejjem żammet lil San Ġwakkin u Sant’Anna bħala l‑ġenituri tal‑Verġni Marija, però qatt ma ssemma xejn dwar il‑ġenituri ta’ San Ġużepp, il‑missier putattiv ta’ Ġesù. Bħal fil‑każ ta’ San Ġwakkin u Sant’Anna, ftit għandna dettalji fuq il‑ġenituri ta’ dak il‑bniedem li kellu jidher bħala missier Ġesù. Nafu fiż‑żgur li missier Ġużeppi, l‑għarus ta’ Marija kien jismu Ġakobb. Dan nafuh mill‑Evanġelju ta’ San Mattew (1:16), iżda fl‑Evanġelju ta’ San Luqa nsibu li missier Ġużeppi kien imsemmi Heli (3.23).
Ritratt tal‑faċċata:
Powster Uffiċjali Tal Maratona #hopemissiofest 2023
Allura, dan kif San Mattew jagħti isem u San Luqa jagħti isem ieħor? Din
San Ġużepp bilbastun bi fjuri filparti ta’
Pittura ta’ Jusepe de Riber id‑diverġenza ġiegħlet lil xi studjużi tal‑Iskrittura jidħlu aktar fil‑fond dwar dan. L‑apoloġista Jimmy Atkins joffri spjegazzjoni li hija aċċettata minn diversi studjużi tal‑Bibbja, filwaqt li Julius Africanus, storiku Lhudi tat‑Tieni Seklu WK, jagħti informazzjoni mogħtija minn qraba ta’ Kristu f’dawk iż‑żminijiet. Dan jgħid li n‑nannu ta’ San Ġużepp, Matthan (imsemmi minn San Mattew) iżżewweġ mara jisimha Estha li kellha tifel li semmietu Ġakobb. Meta Matthan miet, Estha żżewġet qarib tiegħu jismu Melchi (imsemmi minn San Luqa) li taha tifel li semmieh Heli. B’hekk, Ġakobb, iben Matthan u Heli, iben Melchi, kienu aħwa
Talba Lil San Ġużepp
tar‑rispett. Heli miet bla ma kellu tfal, għalhekk Ġakobb iżżewweġ l‑armla ta’ Melchi u rabba lil Ġużeppi. B’hekk San Ġużepp, kien l‑iben bijoloġiku ta’ Ġakobb u iben Heli skont il‑liġi. Dan it‑tagħrif jinstab fl‑‘Ecclesiastical History’ ta’ Eusebius (1:6:7)
Hawn ta’ min iżomm quddiem għajnejh li l‑addozzjoni kienet komuni ħafna fil‑kultura Lhudija u din l‑addozzjoni kienet tidħol ukoll fl‑arblu tar‑razza. Għalhekk, waqt li persuna tidħol f’arblu tar‑razza partikolari, jekk il‑persuna tiġi addottata, tista’ tidher ukoll f’arblu tar‑razza ieħor.
O Mqaddes Ġużeppi, fil‑hemm li fih ninsabu, lejk nirrikorru u b’tama qawwija nsejħu l‑patroċinju tiegħek, wara dak tal‑Għarusa Mqaddsa tiegħek.
Mela f’ġieħ dik ir‑rabta għażiża ta’ mħabba li biha kont marbut max‑Xebba bla tebgħa, omm Alla, u f’ġieħ dik l‑imħabba ta’ missier li biha ħabbejt lit‑tfajjel Ġesù, nitolbuk li tħares ħarsa ħelwa lejn il‑wirt għażiż, li Ġesù Kristu rebaħ b’demmu, u bis‑setgħa u bl‑għajnuna tiegħek tidħol għalina fil‑bżonnijiet tagħna.
Kif int, O Ġużeppi, kont taħseb f’din l‑art għall‑Familja Mqaddsa u tħarisha, hekk ukoll ħu ħsieb tal‑familja maħtura ta’ Ġesù Kristu. Eqred minn ġo nofsna, Missier ħanin, dawn il‑pesti ta’ erruri u ta’ ħażen li qegħdin imarrdu lid‑dinja. Ieqaf magħna mis‑smewwiet, f’din il‑gwerra li għandna mal‑qawwa tad‑dlamijiet, O Protettur qawwi tagħna. U kif darba ħlist mill‑mewt lill‑Bambin Ġesù, hekk issa ddefendi l‑Knisja Mqaddsa t’Alla mit‑tnassis tal‑għedewwa u minn kull hemm.
Xerred dejjem fuq kull wieħed u waħda minna l‑patroċinju tiegħek, sabiex bl‑eżempju u bl‑għajnuna tiegħek, nistgħu ngħixu ħajja qaddisa, nagħmlu mewta tajba, u naqilgħu l‑hena ta’ dejjem ġewwa l‑ġenna
Ammen.