


VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.
Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm
Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm
Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà , il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm
Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272
Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066. Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt
Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm
BORD EDITORJALI
Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt)
Membri:Mons. Valent Borg
Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia
Websajt u Facebook: missiomalta
Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant.
Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja.
Abbonament għal sena €10.00
Powster Uffiċjali tal‑Maratona Hope Missio Fest 2024
Għeżież Qarrejja,
Ma nistax ma nibdiex billi nirringrazzjakom mill‑qalb għall‑interess u l‑imħabba li intom dejjem turuna. Missio jibqa’ jkun ta’ servizz għal ħafna missjunarji fid‑dinja grazzi għall‑għajnuna kemm materjali kif ukoll spiritwali li intom dejjem tagħtu. Ir‑rivista Malta Missjunarja, li ilha toħroġ għal dawn l‑aħħar 92 sena, tkompli tagħti dan is‑servizz billi żżommkom aġġornati fuq il‑ħajja missjunarja li hemm fil‑Knisja mad‑dinja kollha. Bħala Opra Pontifiċja, Missio jieħu ħsieb li jwassal dejjem dak li Papa Franġisku jrid jgħid lill‑Knisja u huwa xogħolna li dan nippruvaw nagħmluh bl‑aktar mod professjonali possibbli.
F’dinja li qed tinbidel b’pass mgħaġġel ħafna, aħna wkoll, waqt li nippruvaw inżommu ċerta tradizzjoni ta’ dak li hu tajjeb, nippruvaw ukoll noqogħdu attenti għas‑sinjali taż‑żminijiet; ta’ dak li jurina l‑Ispirtu s‑Santu. F’dawn l‑aħħar snin rajna nuqqas konsistenti fin‑numru ta’ abbonati għal Malta Missjunarja. Ir‑raġunijiet jistgħu jkunu diversi. Inġenerali ninnutaw li n‑nies illum qed jaqraw inqas rivisti. Il‑mezzi
L‑ewwel Malta Missjunarja, Settembru 1932.
moderni tal‑komunikazzjoni huma l‑kawża prinċipali u għalhekk wieħed ma jistax ma jiħux inkonsiderazzjoni din ir‑realtà. Ħsibna mill‑ewwel biex aħna ma nibqgħux lura f’dan il‑kamp u issa għandna websajt moderna u effiċjenti li qed tilħaq lil ħafna persuni. Realtà oħra li ma nistgħux ma nikkunsidrawx hija li l‑ispejjeż tal‑karta u l‑istampar kif ukoll il‑posta, li għolew ħafna. Dan kollu ġegħelna naslu għal deċiżjonijiet sabiex isiru ċerti tibdiliet.
Għalhekk, minn din is‑sena, il‑ħarġa ta’ Malta Missjunarja se tibda toħroġ tliet darbiet fis‑sena: fix‑xhur ta’ Jannar, Mejju u Settembru, u se tibda titqassam b’xejn lil dawk kollha li preżentament huma abbonati u lil kull benefattur regolari ta’ Missio. Min ikun jixtieq jgħinna fl‑ispejjeż jista’ jibgħat donazzjoni għal dan il‑għan. Kull xahar se jkollna rivista onlajn li wieħed jista’
jirċeviha permezz ta’ imejl jew isibha fil‑websajt. Fiha se nkunu qed nagħtukom aħbarijiet u avvizi qosra relatati ma’ realtajiet missjunarji fil‑Knisja. Jekk tixtieq tirċievi din ir‑rivista infurmana fuq: info@missio.org.mt
Għalfejn qed nagħmlu dan?
• Biex inkunu nistgħu nkomplu l‑kuntatt tagħna magħkom u ma’ numru akbar ta’ nies.
• Biex Malta Missjunarja tibqa’ ħajja u relevanti.
• Biex ir‑rivista ssir aktar informattiva u formattiva.
Nitolbu li din is‑sena l‑ġdida tkun għalina lkoll sena ta’ ħajja li tmexxina dejjem fid‑dawl tal‑Ispirtu s‑Santu li jurina dejjem toroq ġodda biex il‑Vanġelu jasal aktar għand l‑umanità.
Dun Victor Agius
Direttur Missio Malta
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il-voluntiera. Jekk int interessat, ċempel 21236962
Din is‑sena Missio Malta ddeċieda li matul il‑Maratona
HopeMissioFest jgħin f’diversi proġetti fl‑Uganda. Missio qed isejħilna biex ngħinu lil tant nies li jgħixu f’irħula mbiegħda b’nuqqas ta’ ħafna affarijiet bażiċi. Ta’ min jgħid li fl‑Uganda ssib tabib wieħed biss għal kull 12,500 persuna, għalhekk il‑bżonnijiet huma kbar.
Forsi ftit jafu li meta wieħed isemmi l‑Perla tal‑Afrika jkun qed jirreferi għall‑pajjiż tal‑Uganda. U naħseb li wisq anqas tafu li dan il‑laqam kien tahulha Sir Winston Churchill, Prim Ministru Ingliż, fil‑ktieb tiegħu: ‘Iż‑Żjara Tiegħi fl‑Uganda’. L‑Uganda, li hija daqs nofs Spanja bħala kobor, għandha popolazzjoni
ta’ kważi 38 miljun ruħ. Kważi nofs il‑popolazzjoni huma tfal taħt l‑14‑il sena.
Dan jagħmel lill‑Uganda l‑aktar pajjiż żagħżugħ fid‑dinja. L‑Ugandiżi jgħixu bejn 50 u 60 sena. Terz biss tal‑popolazzjoni għandhom mowbajl. Il‑belt kapitali
hija Kampala. Il‑bandiera tikkonsisti f’6 strixxi orizzontali ta’ lewn iswed, isfar u aħmar wara xulxin li jiġu ripetuti. L‑Uganda ħadet l‑indipendenza tagħha minn mal‑Brittanja fis‑sena 1962. Il‑klima tal‑pajjiż hija waħda moderata tul is‑sena kollha, bi 12‑il siegħa dawl kuljum. Il‑valangi ta’ tajn u l‑għargħar huma żewġ diżastri naturali li jolqtu lil dan il‑pajjiż. L‑Ingliż u s‑Swaħili huma ż‑żewġ lingwi uffiċjali, iżda hemm
diversi lingwi oħra żgħar mitkellma. B’kollox hemm
9 gruppi etniċi kbar u ħafna oħrajn żgħar. Fl‑Uganda 84% tal‑popolazzjoni
jħaddnu reliġjon Kristjana, 12% huma Musulmani u l‑4% l‑oħra jħaddnu reliġjonijiet tradizzjonali. 67% tal‑Ugandiżi jafu jiktbu u jaqraw. Kważi nofs il‑popolazzjoni jgħixu b’inqas minn dollaru (€0.89) kuljum. Il‑munita li jużaw tissejjaħ Xelin Ugandiż (UGX).
Mhux ta’ b’xejn li Sir Winston Churchill sejjaħ lil dan il‑pajjiż il‑Perla tal‑Afrika, għaliex hawn jabitaw 330 speċi differenti ta’ mammiferi, 1,060 speċi ta’ għasafar u 262 speċi ta’ ħut tal‑ilma ħelu. 26% tal‑Uganda hija meħuda minn xmajjar u għadajjar. L‑ogħla muntanji
fil‑kontinent Afrikan jinsabu f’dan il‑pajjiż u huma magħrufa bħala Rwenzori, iżda l‑Ugandiżi jsejħulhom il‑Muntanji tal‑Qamar. Ikla speċjali fl‑Uganda tikkonsisti f’ġurati moqlijin, però l‑Matooke hija l‑ikla tradizzjonali li tikkonsisti f’banana msajra fil‑weraq tal‑banana stess. Għalhekk, mhux sorpriża li l‑aktar frotta favorita mal‑Ugandiżi hija l‑banana. Imma dawn iħobbu wkoll il‑‘pineapple’ u l‑avokado. Bħal ħafna pajjiżi l‑isport l‑aktar prattikat huwa l‑futbol, filwaqt li l‑aktar trasport komuni fost l‑Ugandiżi huwa r‑rota. Xi ħaġa stramba hija l‑fatt li huma n‑nisa li jibnu d‑djar, filwaqt li l‑irġiel ipoġġu s‑soqfa biss.
U kont taf li dan il‑pajjiż huwa l‑aktar pajjiż fid‑dinja li fih jiġi kkonsmat alkoħol? Fatt ieħor stramb huwa li fl‑Uganda jippreparaw it‑twiebet meta in‑nies ikunu għadhom ħajjin!
Wara li għaddejt kważi 40 sena ngħix fl‑Asja, ma nistax ma ninnutax l‑istili sbieħ u imponenti tal‑knejjes li għandna fl‑Ewropa. Jimpressjonak tarahom sbieħ b’koppli kbar u b’salib enormi fil‑quċċata tagħhom li juri kemm hija qawwija l‑fidi
Nisranija f’Ġesù Msallab. Mhux biss id‑dehra ta’ barra, imma wisq aktar dik ta’ ġewwa, fejn tara affreski mill‑isbaħ u skulturi ta’ statwi tal‑aqwa valur li jwasslu sinjal ċar ħafna lil min qed jarahom, tal‑maestà t’Alla li tmisslek qalbek. Imma tinħasad meta mbagħad tara kemm in‑numru ta’ dawk li jieħdu sehem fiċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi f’dawn il‑knejjes huwa tant żgħir u dan iġiegħlek taħseb ħafna!
Fl‑Asja, il‑Kattoliċi huma biss 3.31% tal‑popolazzjoni. Merħla żgħira ħafna anki
meta tqis li f’ħafna minn dawn il‑pajjiżi r‑reġimi ma jagħtux il‑libertà sħiħa biex wieħed jipprattika r‑reliġjon tiegħu. Hemmhekk, għalkemm il‑knejjes ħafna drabi huma sempliċi ħafna u foqra, normalment ikunu mimlijin bin‑nies fil‑quddies ta’ nhar ta’ Ħadd u b’numri konsiderevoli anki f’dawk ta’ matul il‑ġimgħa. Fl‑oċċident dan in‑nuqqas ta’ persuni fil‑knejjes, li dejjem qed jikber, jagħtik l‑impressjoni li l‑Kristjaneżmu, flok qiegħed javvanza qiegħed dejjem jonqos mill‑ambjenti soċjali u reliġjużi. Tinduna li l‑valuri Kristjani qed jisparixxu bil‑mod il‑mod minn ħafna ideat ideoloġiji fis‑soċjetà. Dan it‑tnaqqis, fir‑rwol soċjali u mir‑riferiment morali tal‑Kristjaneżmu fis‑soċjetà, iġegħelna nistaqsu: Fejn spiċċa Alla tal‑Insara? Fl‑Asja, in‑numru tal‑Insara huwa l‑aktar wieħed baxx fost ir‑reliġjonijiet prinċipali l‑oħra, u għalhekk mhux tant faċli tqis l‑impatt tal‑Kristjaneżmu f’dawn is‑soċjetajiet u kulturi, anki għaliex ma jeżistux parametri preċiżi biex tarah. Huwa evidenti li mill‑perspettiva ta’ merħla hekk żgħira f’art b’tant twemmin
differenti, din il‑mistoqsija fuq Alla tinftiehem b’mod kompletament differenti.
Qabel kollox hemm bżonn nidħlu fil‑kuntest Asjatiku. F’ħafna pajjiżi tara simboli ta’ diversi reliġjonijiet: is‑salib tal‑Insara, l‑istatwi enormi tal‑Buddha u Bodhisattva, ix‑xbihat tad‑divinitajiet Tawwisti, l‑istatwi ta’ numru kbir ta’ divinitajiet Ħinduwisti, kemm f’postijiet pubbliċi u kemm privati, il‑Moskea, u s‑simboli u l‑oġġetti użati mix‑Xarman. Mill‑ħafna karatteristiċi tal‑popli Asjatiċi tispikka dik li tkun spiritwali, minħabba l‑għeruq reliġjużi li hemm fil‑vini tal‑kulturi tagħhom. F’ċertu sens, dawn is‑simboli jesprimu l‑identità tal‑popli li jagħmlu parti minn dik id‑determinata reliġjon, aktar mill‑valuri u l‑mentalità ta’ dik ir‑reliġjon partikolari. Pereżempju, Ċiniż Nisrani huwa sintesi tal‑kultura Ċiniża; taħlita ta’ Konfuċjaniżmu, Tawiżmu u Buddiżmu, u Kristjaneżmu. Wieħed irid iżomm f’moħħu li l‑kulturi Asjatiċi huma marbuta ma’ ħafna twemmin u filosofiji li jistudjaw l‑imġiba tal‑bniedem, ir‑relazzjoni tiegħu mal‑kożmo u d‑destin
tal‑bniedem wara l‑mewt, il‑valuri umani u l‑etiċi proposti mill‑fidi li wieħed jaderixxi għaliha. Fl‑Asja għalhekk issib dejjem l‑għatx għall‑‘Assolut’. Hekk, pereżempju, waqt il‑pandemija, id‑diversi reliġjonijiet għamlu talb lil Alla tagħhom jew lejn l‑Assolut biex jidħol għalihom u jsalva ’l‑umanità minn din id‑diżgrazzja. Għalhekk ta’ min jgħid li Alla tal‑Insara, il‑Buddha tal‑Buddisti, l‑allat tal‑Ħinduisti, Alla tal‑Musulmani, l‑Assolut ta’ reliġjonijiet oħra jew is‑Sema (l‑Assolut taċ‑Ċiniżi), ma sparixxew qatt. Huwa evidenti li l‑Asjatiċi ma jistaqsux lilhom infushom: “Fejn mar Alla?” għax l‑aderenti tar‑reliġjonijiet kollha ma jiddubitawx mill‑eżistenza t’Alla fil‑ħajja konkreta tagħhom. Id‑domanda li jistgħu jagħmlu lilhom infushom hija pjuttost: Alla tagħhom fejn jimmanifesta ruħu fil‑ħajja konkreta, fir‑relazzjonijiet mal‑oħrajn u barra mit‑tempji, f’nofs ħajja li ħafna drabi tkun komda u indifferenti għall‑għajta tal‑umanità li titlob il‑paċi, il‑ġustizzja, l‑ugwaljanza, il‑fratellanza, l‑inklużjoni, it‑tolleranza, il‑qerda tal‑faqar u l‑kura tad‑dar komuni?
Għalkemm l‑għeruq kulturali u reliġjużi tal‑Asja huma differenti ħafna minn dawk tal‑Punent, l‑impatt tal‑globalizzazzjoni u l‑wasla ta’ ideoloġiji b’fenomini bħall‑konsumiżmu, ir‑relattiviżmu u l‑individwaliżmu, flimkien mal‑progress tal‑informazzjoni u t‑teknoloġija diġitali, bdew jippenetraw u jittrasformaw
dawn il‑kulturi millenarji. Prova ċara hija l‑kultura tal‑ġenerazzjonijiet il‑ġodda li anki fl‑aktar postijiet remoti ’l bogħod miċ‑ċivilizzazzjoni, ħafna żgħażagħ għandhom il‑mowbajl. Huma kapaċi jingħaqdu mal‑bqija tad‑dinja u jafu ħafna affarijiet li darba ma kien jafhom ħadd, kemm kostruttivi kif ukoll distruttivi għall‑persuna u
għas‑soċjetà. Bosta adulti Kristjani Asjatiċi għalhekk huma inkwetati, xi drabi saħansitra mnikktin, għax sabu ruħhom inkapaċi li jittrasmettu l‑fidi lill‑ġenerazzjoni żagħżugħa u jipprevedu li jintilfu f’kurrenti mondani u sekularizzati. Ġeneralment, dan il‑fenomenu jikkonċerna r‑reliġjonijiet kollha. Fil‑fatt, meta nipparteċipaw f’konferenzi, attivitajiet jew ċelebrazzjonijiet inter‑reliġjużi, il‑preżenza taż‑żgħażagħ hija pjuttost baxxa meta mqabbla ma’ għexieren ta’ snin qabel.
Nemmen li llum huwa f’idejn kull wieħed minna l‑Insara li nkunu l‑ewwel li nieħdu din l‑isfida bis‑serjetà u li nġibu lura f’ħajjitna l‑kontenut awtentiku tas‑Salib, is‑sinjal ġenwin li jesprimi l‑imħabba bla kundizzjoni t’Alla li bagħat lil Ibnu l‑waħdieni, li miet fid‑dinja għalina sabiex l‑umanità kollha tkun tista’ tirċievi l‑fidwa. Meta aħna lesti li nagħtu ħajjitna għal xulxin f’servizz ta’ mħabba sinċiera, il‑bnedmin iħossu li fostna hemm il‑veru Ġesù li żgurana li fejn hemm tnejn jew tlieta miġbura f’ismu hemm huwa verament preżenti fostna. Għalhekk, il‑mistoqsija mhix: Fejn mar Alla? Imma: Kif nistgħu nuru lil Alla kull fejn inkunu?
Għad‑Don
Tad‑Diversità
Fil‑Knisja.
Nitolbu sabiex l‑Ispirtu s‑Santu jgħinna nagħrfu d‑don tal‑kariżmi differenti fi ħdan il‑komunità Nisranija, u sabiex niskopru l‑kobor tat‑tradizzjonijiet u tar‑riti differenti fil‑Knisja Kattolika.
F’dan l‑ewwel xahar tas‑sena, aħna mistednin sabiex nagħrfu s‑sbuħija tad‑don tad‑diversità anke fil‑Knisja Kattolika, u b’hekk naslu biex naċċettaw iktar lil xulxin u nkunu iktar f’komunjoni ma’ xulxin kif jixtieq ħafna Ġesù Kristu.
riċentament l‑addattament tar‑rit Kattoliku Latin ma’ xi Anglikani. Ir‑Rit Ruman jifforma parti kbira tal‑Kattolici li jgħoddu mal‑1.2 biljun ruħ fid‑dinja (17‑il miljun huma Kattoliċi tal‑Lvant). Il‑liturġija tagħha hija dik li żviluppat
F’dan ix‑xahar ukoll, mit‑18 sal‑25 ta’ Jannar nitolbu għall‑għaqda fost il‑Kattoliċi, il‑Protestanti u l‑Ortodossi. Fil‑Knisja Kattolika nsibu diversi riti u forom ta’ liturġiji. Insibu r‑rit Latin li jinkludi fih ir‑rit Ruman, dak Ambrożjan, dak Możarabiku, ir‑rit Sarum u
f’Ruma minn San Pietru l‑Ewwel Papa. Il‑ministri ordnati kollha tal‑Knisja Kattolika tar‑rit Latin, barra mid‑djakni permanenti, huma rġiel ċelibi. Iċ‑ċelibat għas‑saċerdoti tar‑rit Latin ġie stabbilit b’mod uffiċjali fit12‑il seklu bħala kundizzjoni universali wara r‑riformi ta’ Papa Gregorju VII. Kemm fil‑Lvant u kemm fil‑Punent, min ikun
irċieva l‑Ordni Sagri ma jistax jiżżewweġ. Il‑Knisja tal‑Lvant tipprattika ċ‑ċelibat taħt bażi libera għas‑saċerdozju. Fil‑Punent iċ‑ċelibat huwa kundizzjoni marbuta mas‑saċerdozju u dan iseħħ b’deċiżjoni libera. Hemm ukoll ir‑rit Lixandrin li fih dak Kopt u Etjopiku u dak tal‑Eritreja. Hemm ukoll ir‑rit Antijoken li fih ir‑rit Maronita, ir‑rit‑Sirjak u dak Siro‑Malankara. Hemm r‑rit Armen. Hemm ir‑rit Biżantin tal‑Lvant li jinkludi fih ukoll diversi riti Biżantini, ir‑rit Melkita, ir‑Rutenjani u l‑Ukreni. Hemm ir‑rit Sirjak Orjentali li fih ir‑rit Kaldew (jew ta’ Babilonja) u dak Siro‑Malabar.
Dawn kollha jiffurmaw parti mill‑Knisja Kattolika li bħala Kap tagħha għandna lill‑Papa Franġisku, is‑suċċessur ta’ San Pietru, u għalhekk kollha huma magħqudin ma’ Ruma. Inkomplu mela nitolbu sabiex il‑Knisja tkompli tgħożż id‑don tad‑diversità anke fir‑riti tagħha.
Għal Dawk Li Huma Morda B’Mard Terminali.
Nitolbu sabiex dawk li huma morda b’marda terminali u l‑familji tagħhom, jirċievu kull għajnuna u kull akkompanjament neċessarju fiżiku u spiritwali.
Fil‑11 ta’ Frar nitolbu għall‑morda tagħna fejn nitolbu lill‑Madonna ta’ Lourdes sabiex dejjem tixħet fuqhom il‑barka ta’ Ġesù.
F’dan ix‑xahar se nitolbu għall‑morda kollha, speċjalment dawk li għandhom mard gravi. Il‑mard u l‑epidemiji kienu
minn dejjem. Fit‑Testment l‑Antik naraw l‑esperjenza tal‑mard, speċjalment tal‑lebbra, ġuħ, persekuzzjoni u tat‑tbatija. Il‑bniedem marid kien jitlob l‑ewwel nett lil Alla bħala t‑tabib veru għall‑fejqan tiegħu sabiex jeħilsu mill‑mard. Naraw fuq kollox li l‑figura tal‑profeta tilbes dik medika li tfejjaq, bħalma naraw f’diversi każi bħal Elija u Eliżew. Fil‑ktieb ta’ Tobit naraw lill‑messaġġier t’Alla, l‑Anġlu Rafel bħala l‑anġlu tal‑fejqan. Is‑salmi 6, 41, 103 u 147 jitolbu lil Alla għall‑fejqan. Il‑fejqan narawh fuq kollox f’Ġesù fit‑Testment il‑Ġdid fid‑diversi mirakli ta’ fejqan li jagħmel, kif insibu f’Luqa 7:18‑23: “Morru agħtu lil Ġwanni l‑aħbar ta’ dak li
rajtu u smajtu; kif il‑għomja qegħdin jaraw, iz‑zopop jimxu, l‑imġiddmin ifiqu, it‑torox jisimgħu u l‑mejtin iqumu, u kif il‑Bxara t‑Tajba qiegħda tixxandar lill‑fqar. Hieni hu min ma jitfixkilx minħabba fija.”
Fil‑Bibbja naraw mela lil
Alla jfejjaq lill‑bniedem mill‑mard tiegħu: “Huwa li jaħfer dnubietek kollha, ifejjaq il‑mard tiegħek kollu, jifdi lil ħajtek mill‑qabar, iħaddnek bit‑tjieba u l‑ħniena.” (Salm 102) Inkomplu mela nsostnu bit‑talb tagħna u bl‑opri tal‑ħniena lil tant ħutna li huma morda gravament, u fuq kollox nitolbu għal dawk li jduru bihom u għall‑familjari tagħhom.
Għall‑Martri L‑Ġodda.
Nitolbu sabiex dawk li jirriskjaw ħajjithom għall‑Evanġelju f’diversi partijiet tad‑dinja, jimlew lill‑Knisja bil‑kuraġġ u bl‑entużjażmu missjunarju tagħhom.
Huwa fatt pożittiv ħafna li l‑Kattoliċi fid‑dinja qegħdin jiżdiedu b’rata ta’ 15‑il miljun fis‑sena, bl‑ikbar żieda fil‑kontinent tal‑Afrika. Proprju Papa Franġisku ġej mill‑Amerika Latina fejn jinsabu l‑parti l‑kbira tal‑Kattoliċi fid‑dinja.
Min‑naħa l‑oħra, l‑istorja tal‑Knisja tibqa’ dejjem storja ta’ persekuzzjoni. Huwa stmat li madwar 100 miljun Nisrani fid‑dinja qiegħed iħabbat wiċċu mal‑persekuzzjoni,
speċjalment fl‑Afrika u fl‑Asja. Dawn huma tassew Insara kuraġġużi. “Min se jifridna mill‑imħabba ta’ Kristu? Taħbit, dwejjaq, persekuzzjoni, ġuħ, għera, tiġrib, xabla?” (Rumani 8:35). Fis‑snin riċenti kellna diversi martri fl‑Indja u kellna l‑martri ta’ Orissa fid‑distrett ta’ Kandahamal: Dun Arul Das, Sor Rani
Maria, Laria Simon Sutilal Bosumatary, Muaya Binod Bernard Wary, Maloti Maty Bosumatary u ħames sorijiet oħra li kollha sfaw maqtula. Fis‑sena 2006 inqatel is‑saċerdot Taljan
Andrea Santoro f’Trabzon, fit‑Turkija minn persuna li kienet qed titlef ħafna flus u interessi personali minħabba li Santoro kien qed jgħin grupp ta’ prostituti Ġorġjana sabiex iħallu din it‑tip ta’ ħajja. Fl‑2010 f’Iskenderun fit‑Turkija nqatel l‑Isqof
Franġiskan Taljan Luigi Padovese mill‑awtista tiegħu stess Murat Altun li kien qed jippjana li joqtol lill‑Papa Benedittu XVI f’Ċipru, imma meta ra li falla dan il‑pjan qatel lis‑superjur tiegħu. Bejn l‑1 t’Ottubru 2020 u t‑30 ta’ Settembru 2021, inqatlu 5,898 Nisrani u 3,800 Nisrani sfaw maħtufa.
Nitolbu għal tant martri oħra li ta’ kuljum, kif jgħid it‑teologu Hans Urs von Balthasar, jagħtu demmhom ‘qatra wara qatra’ fix‑xhieda tagħhom Nisranija ta’ kuljum. Għalhekk mela nkomplu nitolbu f’dan iż‑żmien tar‑Randan għal tant ħutna missjunarji, saċerdoti, reliġjużi u lajċi li ta’ kuljum jagħtu ħajjithom għall‑Evanġelju ta’ Kristu u b’hekk il‑Knisja ta’ Kristu tkompli dejjem titħeġġeġ u tissaħħaħ.
Għall‑Irwol Tal‑Mara.
Nitolbu sabiex id‑dinjità u l‑valur kbir tan‑nisa jkunu rikonoxxuti f’kull kultura, u biex tieqaf kull diskriminazzjoni li huma jistgħu jsofru f’partijiet differenti tad‑dinja.
Ġesù Kristu u l‑Knisja taw l‑importanza tagħhom anke lin‑nisa fil‑missjoni tax‑xandir tal‑Evanġelju. Pereżempju fil‑ħajja ta’ San Pawl u fil‑kitbiet tiegħu jitkellem ta’ spiss dwar il‑figura tal‑mara kif espress bil‑kelma tiegħu ‘oħti’. Fl‑aħħar kapitlu tal‑ittra lir‑Rumani huwa jsemmi tnax‑il mara, bħal donnu dan in‑numru tnax huwa marbut mat‑tnax‑il appostlu.
Fl‑Atti niltaqgħu ma’ Tabita li kienet ħajjata fil‑belt
ta’ Ġaffa, u kienet tgħin lill‑foqra u ġiet imqajma minn San Pietru. Fil‑bidu tal‑Knisja naraw fuq kollox il‑ministeru ta’ nisa magħżula sabiex imexxu l‑knejjes tad‑djar għat‑tixrid tal‑Evanġelju, kif ukoll il‑ministeru tal‑verġni u tan‑nisa romol. San Polikarpu Isqof ta’ Żmirna jsejjaħ lir‑romol bħala ‘l‑artal t’Alla’ għaliex kienu jgħixu mill‑offerti tal‑artal. Uħud min‑nisa importanti fl‑Era Nisranija tal‑bidu huma: Antusa li kienet omm San Ġwann Krisostmu, Santa Ċeċilja, Sant’Elena omm l‑Imperatur Kostantinu, Santa Makrina oħt San Bażilju, Santa Perpetwa u Santa Feliċita, Santa Anjeże, Santa Monika omm Santu Wistin, u Santa Katerina ta’ Lixandra. Nisa oħra axxetiċi meqjusin bħala ‘religiosa feminae’
jew ‘monachas’ f’Ruma, kienu Marċella, Pawla u Fabjola, waqt li minn Spanja nsibu lil Melanja l‑Kbira u lin‑neputija Melanja ż‑Żgħira u fil‑Galilija lil Ġenoveffa, Rusticula, Glodesind u Klotilde tal‑Franki.
Nagħlaq bil‑kliem ta’ Papa
San Ġwanni Pawlu II fl‑Ittra Appostolika dwar id‑dinjità u l‑vokazzjoni tal‑mara: ‘Mulieris Dignitatem’
Numru 31: “Il‑Knisja trodd ħajr għan‑nisa kollha u għal kull mara. Il‑Knisja trodd ħajr għall‑manifestazzjonijiet kollha tal‑ġenju tal‑mara li dehru matul iż‑żminijiet fil‑popli u fin‑nazzjonijiet kollha.” Nitolbu sabiex l‑irwol tal‑mara kemm fil‑Knisja kif ukoll fid‑dinja jkun dejjem ivvalorizzat, u naħdmu ħalli jkunu meħlusa minn kull abbuż u vjolenza fid‑dinja kollha.
Fl‑Uganda u f’ħafna pajjiżi foqra, il‑blalen li jilagħbu bihom it‑tfal mhumiex bħal dawk li nafu bihom aħna, imma huma magħmulin mill‑ħaxix.
Dawn il‑blalen jagħmluhom minn biċċiet imqaxxrin miz‑zkuk tas‑siġar tal‑banana, wara li jkunu ġew imnixxfin u marbutin
flimkien f’forma ta’ ħabel irqiq. Wara dawn il‑ħbula jiġu mremblin f’forma ta’ ballun żgħir. Sintendi dawn il‑blalen mhumiex komdi bħall‑blalen tagħna, speċjalment meta tqis li
l‑maġġoranza tat‑tfal ikunu ħafjin u jistgħu jweġġgħu faċilment.
Fil‑pajjiżi tal‑missjoni t‑tfal jinqdew b’affarijiet li ma jkollux bżonn ħaddieħor biex joħolqu ġugarelli li bihom ikunu jistgħu jilagħbu jew waħedhom jew ma’ sħabhom. B’biċċa ħabel li jsibu mormi, it‑tfal jgħaddu sigħat sħaħ jaqbżu jew jikkompetu bejniethom min minnhom jirnexxilu jaqbeż l‑aktar fil‑għoli. Xi wħud li jirnexxilhom isibu xi rota mkissra joqogħdu jgerrbuha u jwaddbuha ’l bogħod, filwaqt li min iwaddabha l‑aktar fil‑bogħod ikun ir‑rebbieħ. Oħrajn jiġbru biċċiet tal‑fildiferru u minnu joħolqu forma ta’ xi karozza jew trakk u joqogħdu jilagħbu biha. Bħat‑tfal kollha, it‑tfal foqra mhux biss iħobbu jilagħbu, imma wkoll iħobbu l‑mużika. Dawn mhux
bħalna, jistgħu jixegħlu r‑radju jew t‑televixin u jisimgħu xi diska, imma jridu joħolqu l‑mużika huma stess, billi l‑ewwel u qabel kollox jagħmlu l‑istrumenti. L‑aktar strument komuni huwa t‑tanbur. Dan jagħmluh billi jħaffru zokk oħxon f’għamla ta’ barmil u jgħattu l‑wiċċ b’biċċa ġilda mnixxfa ta’ xi annimal li jkun inqatel għall‑ikel. L‑għatu tal‑ġilda jridu jwaħħluh sew li ma jinqalax meta jħabbtu fuqu bil‑pala ta’ jdejhom. Għal ħsejjes varji jagħmlu tnabar ta’ daqs u għamla differenti li meta jindaqqu kollha flimkien jagħmlu melodija sabiħa ħafna. It‑tfal
idoqqu kemm melodiji li jkunu tgħallmu mingħand l‑adulti, kif ukoll huma stess jivvintaw melodiji ġodda. Sintendi, huma u jdoqqu ma jonqosx ukoll li jkantaw mal‑melodija, filwaqt li xi oħrajn jiżfnu u jiċċaqalqu mal‑melodija. Meta taqa’ l‑kesħa dawn iqabbdu ħuġġieġa u joqogħdu madwarha jiżfnu, idoqqu u jkantaw.
Uħud mit‑tfal huma aktar ixxurtjati minn oħrajn u għalhekk ikollhom l‑opportunità li jmorru l‑iskola. Ħafna tfal Afrikani jistinkaw wisq fl‑iskola, għaliex jafu li jekk imorru tajjeb fl‑eżamijiet, ikollhom moħħhom mistrieħ għal ħajja aħjar fil‑futur. Dawn it‑tfal jafu wkoll li huma ftit mill‑aktar xortihom tajba, li kellhom l‑opportunità li jitgħallmu. Filwaqt li l‑iskola primarja hija b’xejn għal dawn
it‑tfal, l‑iskola sekondarja mhix u ħafna tfal jieqfu mill‑iskola fl‑età ta’ ħdax‑il sena. Kważi l‑iskejjel sekondarji kollha huma ‘boarding’ u dan jagħmilha aktar diffiċli għall‑ġenituri biex iħallsu l‑edukazzjoni għal uliedhom. Xi kultant issib xi ziju jew zija, jew ġieli xi qassis, li jgħinu fil‑fondi lil dawn it‑tfal. Dan jiġri meta l‑omm, il‑missier jew il‑ġenituri jkunu mietu aktarx bil‑malarja, għaliex ma jkollhomx biex jixtru nets biex jipproteġuhom mill‑gdim tan‑nemus matul il‑lejl. Tfal oħra jkunu orfni minħabba li l‑ġenituri jkunu mietu b’mard ieħor bħall‑HIV u l‑AIDS. Xi tfal jirċievu għajnuna mingħand għaqdiet tal‑karità kemm Ewropej kif ukoll Amerikani. L‑iskejjel għandhom ftit li xejn kotba, materjal ieħor tat‑tagħlim u apparat. L‑ikel huwa monotonu għaliex dejjem l‑istess, ħafur għall‑kolazzjon u fażola msajra fid‑dqiq għal nofsinhar.
Nieħdu lil Miremba u Akiki, li huma żewġ żgħażagħ mill‑Uganda. It‑tnejn li huma qed jistudjaw is‑suġġetti tax‑xjenza fil‑livell avvanzat. Miremba tixtieq issir tabiba, filwaqt li Akiki jemmen li Alla jixtiequ jsir qassis. Il‑kors tal‑iskola li qed
jattendu huwa simili ħafna għal tagħna, imma ħajjithom mhix. Akiki u Miremba jkollhom jimxu mixja twila sax‑xmara biex jinħaslu, u jaħslu l‑uniformijiet u l‑ħwejjeġ tagħhom. Akiki jinsab ferħan ħafna għaliex għadu kif qala’ kompjuter u qed jużah għall‑ewwel darba f’ħajtu. Għalkemm dan mhuwiex ġdid fjamant, Akiki xorta jħossu kuntent ħafna li issa jista’ jużah biex jitgħallem aktar dwar ix‑xjenza. Miremba wkoll tinsab ferħana għaliex għadha kemm irċeviet xi ittri mingħand xi ħbieb Ewropej. Miremba tħossha kuntenta li taf li hemm min jaħseb fiha u lest li jgħinha kemm fit‑talb, kif ukoll permezz tad‑donazzjonijiet. L‑iskola ta’ Miremba tinsab fil‑kampanja, ’il bogħod ħafna mill‑belt u għalhekk fi tmiem il‑ġimgħa ma tkunx tista’ tmur tara xi film jew toħroġ kif jagħmlu ż‑żgħażagħ tamparha.
Huwa għalhekk li Missio Malta ħoloq l‑iskema ta’ ‘childsponsorship’, ħalli bis‑saħħa ta’ diversi benefatturi li ‘jaddottaw’ tifel jew tifla, Missio jkun jista’ jibgħat il‑fondi lil tfal li jixtiequ jkomplu jitgħallmu, imma li l‑familja tagħhom ma tistax tħallsilhom għall‑edukazzjoni.
Is-Sinjorina Angella
Namugenyi li hija l-kordinatriċi ta’
MissioTfal fil-belt
ta’ Kampala fi ħdan il-Konferenza Episkopali tal-Uganda, qiegħda titlob l-għajnuna tal-qalb tajba tal-benefatturi Maltin u Għawdxin sabiex jisponsorjaw tifel jew tifla li minħabba diffikultajiet varji familjari, m’għandhomx l-opportunità li jieħdu edukazzjoni xierqa ħalli jkollhom futur aħjar lejn xiex iħarsu.
Dawn huma wħud mit-tfal li qed jistennew l-għajnuna:
Dan it‑tfajjel simpatiku ta’ għaxar snin twieled nhar it‑8 ta’ Frar, 2013 lill‑ġenituri
Charles Kagga u Rehema
Nakanriagi. Erick iħobb ħafna l‑kant u la jikber jixtieq isir inġinier tal‑ilma, imma biex ix‑xewqa tiegħu ssir realtà għandu bżonn l‑għajnuna finanzjarja ħalli jkun jista’ jkompli bl‑edukazzjoni tiegħu.
il‑familja teħtieġ l‑għajnuna finanzjarja sabiex tkompli tmantni lit‑tifel u tibagħtu l‑iskola. Isimwe jħobb ħafna jilgħab il‑futbol u għandu x‑xewqa li la jikber isir tabib.
Dan il‑ġuvnott gustuż għandu 11‑il sena. Huwa twieled nhar il‑5 ta’ Lulju, 2012 lil Deo Gracious Nsenga u Janet Mahoro. Minkejja li l‑missier jaħdem bħala bidwi, il‑familja hija waħda fqira ħafna. Għalhekk
Din it‑tfajla grazzjuża mwielda nhar it‑28 ta’ Frar, 2010 għandha 13‑il sena. Hija għandha missierha mejjet. La tikber Jackline tixtieq issir tabiba. Bħala passatemp tħobb tilgħab in‑netbol. Il‑familja, li tikkonsisti fl‑omm Rose Namagga, Jackline u ħuha, ma tistax tlaħħaq mal‑ispejjeż tal‑ħajja u huwa diffiċli ħafna li tħallas għall‑edukazzjoni tat‑tfajla.
SARAH BABIRYE NAMUJJU
Din it‑tifla dħulija ta’ 11‑il sena twieldet nhar l‑10 ta’ Awwissu, 2012 lil Benard Ssemujju li huwa bidwi u lil Immeldah Namubiru li hija mejta. Sarah għandha tliet ħutha subien: Kyazze, Lubowa u Misach, u żewġ
ħutha bniet: Emilia u Mariana. Il‑familja hija waħda fqira ħafna għaliex il‑missier ma jaqlax biżżejjed sabiex imantni lis‑sitt uliedu, aħseb u ara kemm jista’ jibgħathom l‑iskola! Sarah tħobb ħafna tilgħab in‑netbol u la tikber tixtieq issir tabiba.
impjegat bl‑irħis, u ommha Singina hija impjegata bħala ħajjata. Minkejja li l‑familja tgħix fil‑faqar, tipprova tagħmel mill‑aħjar minn dak li għandha. Wara l‑ħin tax‑xogħol, il‑missier
Għalkemm Ashwitha xtaqet ħafna tkompli tattendi l‑iskola, dan ma kienx possibbli għax fondi żejda l‑familja ma kellhiex, iżda grazzi għall‑benefattur li nstabilha minn Missio, it‑tfajla setgħet tkompli bl‑istudji tagħha. Hija
kisbet marki tajbin minkejja li sabiex tasal il‑kulleġġ kellha timxi 2 kilometri ’l hawn u ’l hemm biex taqbad xarabank li twassalha fid‑destinazzjoni tagħha. Bid‑donazzjoni tal‑benefattur, it‑tfajla mhux biss setgħet tħallas il‑miżata tal‑kulleġġ, imma wkoll tixtri l‑kotba li kellha bżonn. Fil‑ħin liberu, Ashwitha tħobb tpinġi u tiltaqa’ ma’ sħabha.
Il‑tfajla hija grata lejn il‑benefattur tagħha li mhux biss qed jgħinha sabiex tilħaq l‑għan tagħha, imma qed jgħin ukoll fl‑edukazzjoni lil ħuha u lil oħtha.
Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.
Bank Transfer
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK
Account No: 41474120039
IBAN: MT94APSB77013000000041474120039
Swift Code: APSBMTMT
Donazzjoni b’SMS
• 5061 7383 ‑ €2.33
• 5061 8998 ‑ €6.99
(Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar
• 5160 2036 ‑ €10 • 5170 2009 ‑ €15
• 5180 2026 ‑ €25
(Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 50011468005
IBAN: MT31VALL22013000000050011468005
Swift Code: VALLMTMT
www.missio.org.mt
Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962. Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962
– edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
Bis-saħħa tal-programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil-ħajja ta’ dawn it-tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.
Ibgħat id- donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il- Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
€ 150 Xahar manteniment u skola lil tifel jew tifla għomja f’Dar tas‑Sorijiet
€ 80 Xiri ta’ kotba inkluż materjal reliġjuż għal tfal tal‑iskola
€ 500 Bini ta’ serra għall‑agrikoltura
€ 138 Konsenja ilma tal‑fliexken għal 15‑il tifel u tifla
€ 1,000 Għajnuna biex jinbena sptar ġdid f’pajjiż missjunarju
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
Edel Mary Quinn twieldet nhar l‑14 ta’ Settembru tas‑sena 1907 f’Kanturk l‑Irlanda. Hija kienet l‑akbar wild ta’ Charles Quinn, uffiċjal tal‑bank, u Louisa Burke Browne. Bużnannuha kien William Quinn, li kien bena
l‑Katidral ta’ Santa Marija f’Tuam.
Edel, tfajla sabiħa u mimlija enerġija, ħasset is‑sejħa reliġjuża sa minn età żgħira. Hija xtaqet tingħaqad mal‑Klarissi biex tgħix ħajja ta’ talb u meditazzjoni, imma l‑marda
tat‑tuberkulożi waqqfitha milli tagħmel dan. Wara tmintax‑il xahar, il‑marda li kellha baqgħet l‑istess, għalhekk Edel, li kellha 20 sena, iddeċidiet li tingħaqad mal‑Leġjun ta’ Marija f’Dublin. Hija tat ħajjitha kompletament lill‑foqra li
kienu jgħixu fil‑mandraġġi tal‑belt. Disa’ snin wara, bil‑marda tat‑tuberkulożi qed toqtolha ftit ftit, Edel saret missjunarja lajka tal‑Leġjun ta’ Marija fl‑Afrika. Hija telqet lejn Mombasa f’Diċembru
tal‑1936 u ssetiljat f’Nairobi fuq ix‑xewqa tal‑Isqof Hefferman. Fl‑1941, Edel iddaħħlet l‑isptar fejn kompliet l‑appostolat bit‑talb u bil‑kitba. F’seba’ snin u nofs, minkejja l‑marda li kellha, Edel stabbilixxiet mijiet ta’ fergħat tal‑Leġjun fit‑Tanżanija, fil‑Kenja, fl‑Uganda, fil‑Malawi u f’Mauritius. Matul dan iż‑żmien kollu, saħħitha qatt ma kienet tajba. Il‑quddiesa u l‑Ewkaristija kienu sa mill‑bidu nett iċ‑ċentru ta’ ħajjet din it‑tfajla twajba. Mhux l‑ewwel darba li għaddiet 17‑il siegħa bla ikel u bla xorb biex ma titlifx tqarbina. Edel kienet tgħid li l‑Ewkaristija kienet qed tagħtiha s‑saħħa biex tkompli taħdem. Hija kellha mħabba u fiduċja kbira fil‑Madonna u baqgħet ferħana sal‑aħħar nifs ta’ ħajjitha.
Fis‑sena 1943 hija qalbet għall‑agħar u mietet fl‑età żgħira ta’ 36 sena, bil‑marda tat‑tuberkolożi f’Nairobi l‑Kenja nhar it‑12 ta’ Mejju 1944. Edel indifnet fiċ‑ċimiterju tal‑missjunarji f’Nairobi stess. Il‑każ tagħha tressaq fl‑1956, filwaqt li fil‑15 ta’ Diċembru tal‑1994, Papa Ġwanni Pawlu II iddikjaraha Venerabbli. Edel
Mary Quinn tiġi mfakkra fit‑12 ta’ Mejju.
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.
• Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5
• Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24
• Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35
• Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43
• Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143
Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.
• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:
€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha)
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
Jew fuq: www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑ QALB
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
“Dejjem
nirrifletti fuq is‑sofferenzi ta’ Ġesù. Dejjem indur lejn Ġesù u ngħidlu: Inti t‑triq; inti d‑dawl. Naf li inti għaddejt minn xiex qed ngħaddi jiena bħalissa. Inti fejjaqt lill‑pazjenti. Ejja għinni.”
Sor Marija Goretti
Sor Marija Goretti, mill‑Kongregazzjoni Ulied Marija, hija infermiera fil‑klinika San Luqa f’Bujuni l‑Uganda. Flimkien ma’ diversi infermiera oħra taħdem u tgħin lin‑nies morda tal‑lokal. Sor Marija hija grata lejn l‑imħabba li għandna aħna lejhom, u tinsab ferħana ħafna li ser ngħinuhom biex ikollhom ambulanzi ħalli jilħqu lill‑pazjenti li jgħixu f’positijiet remoti. Temmen li Ġesù magħha u li flimkien nimxu ’l quddiem.
Kemm ilha ssir il‑maratona
Hope Missio Fest?
Din hija d‑disa’ sena li se tittella’ l‑maratona
Hope Missio Fest fuq l‑istazzjonijiet tal‑televiżjoni lokali għal tnax‑il siegħa sħaħ.
Għaliex inħass il‑bżonn ta’ din il‑maratona?
Biex nagħtu tama lil dawk il‑persuni fl‑artijiet tal‑missjoni, għalhekk
Hope Missio Fest. Festa organizzata minn Missio Malta fejn ningħaqdu flimkien, u nidħlu fid‑djar tan‑nies biex inqajmu għarfien dwar persuni anqas ixxurtjati filwaqt li nuru l‑proġetti li diġà twettqu u li għad iridu jitwettqu.
X’tirrikjedi l‑maratona fejn jidħlu preparamenti?
Din il‑maratona tiltaqa’ ma’ ħafna sfidi għax titlob ħafna xogħol u ħafna nies.
B’kollox jieħdu sehem aktar minn 300 ruħ li jingħaqdu flimkien f’din il‑ġurnata u jagħtu sapport. Fosthom insibu ż‑żona tal‑produzzjoni fejn joħroġ il‑materjal kollu li jidher fuq it‑televixin, il‑kantanti mistiedna, il‑kċina fejn dawk li qed jgħinu jistgħu jieklu u jixorbu xi ħaġa, iż‑żona fejn nilqgħu d‑donazzjonijiet, il‑voluntiera li jirrispondu t‑telefown li jibqgħu magħna
ħin twil u numru ta’ nies li ġejjin minn kull aspett tal‑ħajja, bħall‑politiċi, organizzazzjonijet volontarja, l‑unjins, l‑iscouts, u l‑awtoritajiet tal‑pajjiż, fosthom l‑Arċisqof, il‑President ta’ Malta, il‑Prim Ministru u l‑Kap tal‑Oppożizzjoni. Persuna mid‑dar tagħha tista’ ċċempel u tagħti donazzjoni li titnaqqas mill‑kont tat‑telefown. Hemm imbagħad dawk li jirrispondu l‑‘pledge line’ li jilqa’ ammonti akbar minn dawk li jitnaqqsu mill‑kont tat‑telefown. Hawn għandna grupp ieħor ta’ voluntiera apposta li joħorġu bil‑karozza jiġbru d‑donazzjonijiet dakinhar stess. Hemm imbagħad ix‑xogħol li jsir mill‑uffiċċju
mmexxi minn grupp ieħor ta’ nies, fosthom moniteraġġ tat‑telefonati u tal‑‘pledge line’ inkluż dħul u ħruġ tal‑karozzi. Isir ukoll moniteraġġ tal‑flus li jkunu qed jidħlu ħalli jingħaddu f’daqqa biex fuq l‑iskrin tidher iċ‑ċifra miġbura kurrenti.
Fuq liema stazzjonijiet tat‑televiżjoni lokali tixxandar il‑maratona?
Minn xhur qabel naħdmu mal‑istazzjonijiet lokali biex kemm jista’ jkun inġibu l‑akbar ammont ta’ ‘air time’. Uħud minnhom ixandru l‑maratona għat‑tnax‑il siegħa sħaħ, filwaqt li mal‑oħrajn insibu l‑aħjar ħinijiet possibbli fejn tixxandar il‑maratona għal ċertu numru ta’ sigħat.
X’tip ta’ promozzjoni ssir?
Il‑promozzjoni prinċipali hija bla dubju l‑midja soċjali, fejn minn ġimgħat qabel jibda jidher materjal relatat mal‑ġurnata tal‑maratona u min se jkun qed jibbenifika minn dan il‑ġbir. Hawn ukoll il‑maratona tixxandar kollha ‘live’ u bi pjaċir ngħidu li jirnexxilna nilħqu wkoll pajjiżi barra minn xtutna, fosthom l‑Awstralja u l‑Kanada. Minn ġimgħat qabel jitqassam fuljett f’kull dar f’Malta u f’Għawdex għaliex mingħajr ma turi
r‑realtà tal‑ħajja li għaliha qed isir il‑ġbir, il‑maratona ma tistax tkun suċċess. Dan isir ukoll permezz ta’ diversi filmati qosra. Nixtieq nisħaq li dawn il‑filmati li jpinġu perfettament il‑ħajja li jgħixu dawn ħutna fil‑missjoni, huma fundamentali u jirriflettu ċ‑ċifra miġbura. Fil‑passat saru wkoll diversi programmi fuq stazzjonijiet lokali li għenu fil‑ġbir tal‑maratona, fosthom ‘Il‑Proġett’ u ‘Ara Min Mar’. Grazzi għall‑appoġġ ta’ kulħadd, kull sena s‑suċċess tal‑maratona qiegħed dejjem jikber.
X’messaġġ tixtieq tgħaddi lill‑qarrejja ta’ Malta Missjunarja? Missio Malta rnexxielu permezz tat‑tim
tal‑produzzjoni, tal‑politiċi, tal‑voluntiera, tal‑personalitajiet u ta’ dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jagħtu sehemhom biex il‑maratona tista’ tkun possibbli, ningħaqdu biex nagħmlu xi ħaġa u niġbru l‑fondi filwaqt li nxandru l‑kelma missjunarja. Immaġina kemm inkunu aktar b’saħħitna jekk il‑165 uffiċċju ta’ Missio mxerrdin mad‑dinja kollha, jingħaqdu flimkien, jużaw ir‑riżorsi ta’ xulxin u jwasslu l‑messaġġ missjunarju. Għalhekk inħeġġiġkom tkunu parti minn din il‑maratona, billi tgħinu lil dawn ħutna fil‑missjoni bl‑aħjar b’mod possibbli.
5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50
Matul is‑snin, bil‑fondi miġbura mill‑maratona, mill‑Ġurnata Missjunarja u minn diversi attivitajiet oħra li jiġu organizzati matul is‑sena, Missio rnexxielu jisponsorja għexieren ta’ proġetti li huma mferrxin fil‑kontinenti kollha u jinkludu fost oħrajn, irziezet, skejjel, kliniċi u spieri. Permezz ta’ dawn il‑proġetti qed jibbenefikaw komunitajiet sħaħ u mhux biss individwi. Din is‑sena Missio ser jiffoka l‑għajnuna tiegħu fi proġetti fil‑Kontinent Afrikan, fosthom fl‑Uganda. Segwi l‑maratona fuq wieħed mill‑istazzjonijiet tat‑televiżjoni Maltin fejn tista’ tikseb aktar informazzjoni, tisma’ u tara stejjer, u fl‑istess ħin tagħti d‑donazzjoni tiegħek. Tistgħu wkoll tiġu intom stess bl‑offerta tagħkom waqt il‑maratona fil‑‘WE Media Studios’, Ħal Qormi, jew iċċemplu fuq in‑numri li jintwerew fuq l‑iskrins tat‑televiżjoni. Tistgħu wkoll
tisponsorjaw xi proġett żgħir. Possibiltà oħra hija li tingħata offerta ‘on line’ fuq www.missio.org.mt. Voluntiera minn Missio ser ikunu qed jiġbru l‑offerta tagħkom minn djarkom waqt il‑ħin tal‑maratona. Segwina bejn 11am u 11pm, biex flimkien nagħtu s‑sehem tagħna. Dawk l‑Għawdxin li jixtiequ jagħtu d‑donazzjoni tagħhom personalment, jistgħu jagħmlu dan billi jmorru fl‑Uffiċċju Missjunarju tar‑Rabat, Għawdex li se jkun miftuħ sabiex jilqa’ d‑donazzjonijiet bejn nofsinhar u t‑8 pm.
Ejjew mela ningħaqdu lkoll flimkien ghal Missio biex niġbdu ħabel wieħed u nuru solidarjetà ma’ dawn ħutna, li jgħixu f’artijiet tal‑missjoni. Kull donazzjoni, żgħira kemm hi żgħira, hija apprezzata, għaliex kif jgħid il‑qawl Malti: Bil‑qatra l‑qatra timtela l‑ġarra!
(Ara l‑faċċata tar‑rivista għal aktar informazzjoni.)
Our new community in the North of Uganda makes us directly participate in bringing into reality our congregational dream and desire of opening new missions, going towards the peripheries and collaborating with the Missionaries of Africa. As a thanksgiving act for 150 years of our existence, united as sons and daughters of Cardinal Lavigerie, we initiated a new common project at the service of the refugees, thus directly implementing one of our apostolic orientations: migration, refugees, and internally displaced persons.
The escalation of armed conflicts in different parts
of the world increased the number of migrants and refugees fleeing their home countries in search of safety and better conditions. Due to prolonged insecurity in South Sudan, DRC and Ethiopia, Uganda is a host country to over 1 million refugees, thus becoming the country with the biggest number of refugees in Africa. Listening to the voice of the Spirit, Missionaries of Africa and Missionary Sisters of Our Lady of Africa (MSOLA) took courage to go to the peripheries and start a new mission in the place where few risk to go. The Arua Diocese, to which we belong, covers a considerable part of Northern Uganda
where almost 50% of the population are refugees in different settlements. At the same time the pastoral agents are few, not enough to cater for the pastoral needs of the people.
It is for us a privilege and a challenge at the same time to follow in the footsteps of the sisters who preceded us in the mission, who with the same courage were opening new mission posts in different parts of the world. Through our simple beginnings we learn from our sisters’ simplicity, their listening attitude and their openness to the people they were sent to. During our needs assessment, we had an opportunity to come close to the people. We saw their suffering, we listened to them, we heard their cry for help. Many times, we can hear that our approach is different from other organizations because we sit, we listen and plan to accompany and stay longer with the people, not only for one or two years. For this sake, people are able to openly share with us their joys and challenges. Our simple coming and presence makes them thank God
because it brings them hope for change however small it may be.
The vision statement of our last General Chapter‑2017, invited us to open our doors to the communities that are dynamic, prophetic and open. We recognize that the community we form part of in all its diversity is for us a blessing. In a particularly challenging reality, our life giving community is an asset for the mission, we feel
welcomed, understood and supported. United, helping one another, sharing the responsibilities we become witnesses of possible unity in diversity. Our interculturality and the way of living and working together is a testimony and a sign of hope for the people to whom we are sent, who are often affected by tribal conflicts and misunderstandings. One of the important elements of our mission in Ukusijoni is close collaboration with our
brothers the Missionaries of Africa.
We are sent together to this mission and we carry out the mission together with: frequent meetings, planning, common activities, visits to the refugee settlements, contacts with different authorities and organizations, Eucharistic celebrations and Lavigerie family’s feasts. Often, we realize that we are called to be there for one another and to care for each other especially in times of sickness and other difficulties. We, as sisters, receive a lot of support from our brothers when it comes to going to the hospital or to the market during the rainy season. They are always ready to help us with their car. In their turn, they can count on us when they wish to have a meal in our place.
They come and we share what we have together. Indeed, we can say that some of the recommendations of our last General Chapter became reality in our lives and mission: we are bearers of hope who, listening to the voice of the Spirit, keep moving forward together towards the peripheries.
Ukusijoni Community, Uganda
Ftit aktar minn sentejn ilu, Evas fl‑età ta’ 23 sena tilfet lit‑tarbija tagħha. Hekk kif qorbot biex twelled, l‑unika għażla tagħha biex tasal fl‑eqreb faċilità tas‑saħħa kienet li tivvjaġġa fuq wara ta’ mutur. L‑omm li tgħix fil‑periferija tal‑belt rurali żgħira ta’ Bujuni, tliet sigħat bogħod fil‑Punent tal‑belt kapitali tal‑Uganda, Kampala, ma kellhiex aċċess għal ambulanza jew karozza għal din is‑sitwazzjoni. Għal sagħtejn sħaħ, Evas rikbet bilqiegħda fuq wara ta’
mutur, iżżomm sew mas‑sewwieq hekk kif il‑mutur iltaqa’ ma’ ħotob bla għadd. Is‑sewwieq tħabat kemm
felaħ biex jerġa’ jieħu l‑kontroll tal‑mutur diversi drabi hekk kif dan beda jiskidja fit‑triq mimlija tajn. Evas mhux biss kienet qed iżżomm soda għal ħajjitha stess, iżda wkoll għal dik tat‑tarbija f’ġufha.
il‑vjaġġ kien wisq stressanti. Evas żammet lit‑tarbija tagħha għal ħin qasir, u wara jumejn l‑isptar, it‑tifel ta’ Evas miet. Dan it‑telf u niket bla bżonn setgħu jiġu evitati li kieku Evas ivvjaġġat f’ambulanza milli fuq mutur. Fortunatament, hemm nies ta’ ispirazzjoni li jiddedikaw ħajjithom għal ħaddieħor permezz tax‑xogħol tagħhom li jagħti l‑ħajja. Eżempju ta’ dan hija Sor Marija Goretti, mill‑Ordni lokali Ugandiża, Ulied Marija. Għal dawn l‑aħħar snin, Sor Marija ilha tmexxi ċ‑Ċentru tas‑Saħħa San Luqa f’Bujuni, li kien id‑destinazzjoni ta’ Evas fil‑lejl tal‑ħlas tagħha. Sor Marija u l‑istaff żgħir tagħha huma professjonisti mediċi kwalifikati li jaħdmu bla heda ta’ kuljum biex jipprovdu lill‑komunità kura tas‑saħħa ta’ kwalità affordabbli, kif ukoll programmi edukattivi sew
B’xorti ħażina, hekk kif il‑jum sar lejl, il‑biża’ u l‑inċertezza ta’ Evas inbidlu f’niket inkonċepibbli u l‑ħolma tagħha li sa fl‑aħħar kienet se ssir omm, saret l‑agħar ħolma kerha tagħha. Sfortunatament, Iċ‑Ċentru San Luqa.
ta’ qabel it‑twelid kif ukoll ta’ wara t‑twelid, li tant huma meħtieġa irrispettivament mill‑fidi mħaddna.
Bħala l‑aktar ċentru tas‑saħħa bi prezz raġonevoli b’sala tal‑maternità fir‑reġjun, San Luqa ra influss ta’ ommijiet li qed imorru biex jirċievu l‑kura u biex iwelldu, fosthom ħafna li huma f’riskju għoli ta’ problemi. B’xorti ħażina, San Luqa m’għandux biżżejjed riżorsi, u saħansitra lanqas ambulanza.
M’għandux ukoll spazju u staff sabiex jappoġġja l‑kapaċitajiet tiegħu. Evas
u żewġha Willison kellhom isofru swied ta’ qalb li l‑ebda ġenitur qatt m’għandu jesperjenza.
Sentejn ilu
ċ‑Ċentru San Luqa kellu pjanijiet għall‑estensjoni tas‑sala tal‑maternità, sala ġdida tat‑tfal u naturalment l‑ambulanza li hija tant meħtieġa. Grazzi għall‑ġabra li saret matul il‑Maratona HopeMissioFest inxtrat l‑ambulanza u Missio qed ikompli jappoġġja s‑saħħa tan‑nisa u tat‑tfal li
jiffrekwentaw iċ‑Ċentru San Luqa, ħalli missjunarji bħal Sor Marija jilħqu u jagħtu l‑ħajja fl‑Uganda u madwar id‑dinja kollha. Mingħajr l‑appoġġ tagħna lkoll xejn minn dan ma jista’ jkun possibbli.
Qed isiru laqgħat għal dawk interessati jagħmlu esperjenza missjunarja matul is‑sajf li ġej. Il‑laqgħat qed isiru fl‑uffiċċju ta’ Missio Malta fir‑raba’ sular, f’Numru 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta, fis‑7:00pm.
Il‑laqgħat li jmiss huma nhar il‑Ġimgħa: 19 ta’ Jannar / 16 ta’ Frar 15 ta’ Marzu / 19 ta’ April.
Għal aktar informazzjoni jew biex tibbukkja, tista’ tikkuntattja lil
Dun Victor Agius, li qed imexxi dawn il‑laqgħat, fuq 2123 6962 jew b’imejl fuq director@missio.org.mt
Le mhux żball fit‑tipa u lanqas ċajta, imma l‑Gżira tal‑Kastig kienet teżisti tassew
fl‑Uganda! Il‑gżira ċkejkna ta’ Akampene, magħrufa aħjar man‑nies tal‑lokal bħala l‑Gżira tal‑Kastig, laqgħet fuqha mijiet ta’ tfajliet li nqabdu tqal barra ż‑żwieġ u tħallew fuq din il‑gżira biex imutu. Dan għaliex dawn it‑tfajliet tqal kienu ta’ umiljazzjoni għall‑familja tagħhom. Dawk xortihom tajba kienu jiġu salvati, u proprju l‑aħħar waħda minnhom għadha
ħajja sal‑lum u rrakkontat l‑istorja tagħha.
Mauda Kyitaragabirwe kellha madwar tnax‑il sena meta l‑familja tagħha skoprew li kienet tqila. Bla ma ħasbuha darbtejn poġġewha f’kenura, qasmu
x‑xmara Bunyonyi u ħaduha fuq il‑gżira. Mauda ġieli kienet semgħet bi stejjer ta’ tfajliet li nqabdu tqal u ttieħdu fuq il‑gżira, iżda peress li ħadd minnhom ma kien jiġi minnha, kienet ħasbet li hija biss storja tal‑kbar biex ibeżżgħu liż‑żgħar. Mauda qattgħet erbat iljieli fuq il‑gżira bla ikel u bla ilma. B’biża’ kbir fuqha u kiesħa silġ ħasset it‑tmiem riesaq, iżda
fil‑ħames jum wasal sajjied li stedinha tmur id‑dar miegħu. Ferħet f’qalbha, iżda l‑esperjenza għallmitha li ma kellha tafda lil ħadd. Ħasbet li s‑sajjied kien ġie biex jitfagħha fl‑ilma, iżda wara li żguraha li kien xtaqha ssir martu, Mauda marret miegħu. Fuq kollox ma kellha xejn x’titlef! It‑tarbija kienet diġà tilfitha bis‑swat li kienet qalgħet, u aktar ’il quddiem skopriet ukoll li
kienet tilfet id‑dawl ta’ għajn waħda.
Mauda, li għandha fuq it‑tmenin sena, għadha sal‑lum il‑ġurnata tgħix fir‑raħal ta’ Kashungyera u fl‑istess dar li żewġha James Kigandeire kien ħadha fiha dakinhar li kien mar isalvaha. B’għaxar minuti biss bogħod mill‑Gżira tal‑Kastig, Mauda żgur li ma tista’ tinsa qatt l‑esperjenza kerha li għaddiet minnha meta kien għad kellha biss tnax‑il sena. Dak iż‑żmien tfajla verġni kienet
tirċievi dota sabiħa meta tiżżewweġ, li ħafna drabi kienet titħallas b’bhejjem. Mill‑banda l‑oħra tfajla li ma setgħetx tiżżewweġ kienet iġġib mhux biss umiljazzjoni fuq il‑familja, imma saħta, għax id‑dota tant mistennija ma kienet tasal qatt. B’hekk il‑familji kienu jeħilsu mis‑‘saħta’ tal‑familja billi jieħdu lit‑tfajla fuq il‑Gżira tal‑Kastig. Dak iż‑żmien ħafna mit‑tfajliet ma kinux jafu jgħumu, allura l‑għażla kienet li jew jaqbżu fl‑ilma u jegħrqu jew imutu bil‑ġuħ
u l‑kesħa. Minħabba li ż‑żona hija remota ħafna, dan l‑att inuman baqa’ jseħħ ħafna wara li l‑missjunarji u l‑kolonjalisti waslu l‑Uganda u ordnaw biex dan l‑att u oħrajn simili jieqfu ħesrem. F’distrett ieħor, tfajliet tqal kienu jintefgħu minn fuq xi rdum għal isfel. Leġġenda tgħid li dan l‑att kien waqaf meta tfajla minnhom ġibdet lil ħuha magħha hi u titwaddab għal isfel. Ħadd qatt ma salva din il‑waqgħa minn fuq l‑irdum, iżda numru ta’ tfajliet salvaw
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom: Indirizz: Belt/ Raħal: Kodiċi Postali: Tel:
N.B. Napprezzaw il-kontribuzzjoni ta’ mill-inqas €5 għal kull quddiesa. Il-quddies kollu jitqaddes fil-pajjiżi tal-missjoni.
mill‑Gżira tal‑Kastig grazzi għall‑irġiel li ma kellhomx minn fejn iħallsu dota.
B’hekk huma kienu jiżżewġu tfajla li għaliha ma kellhomx għalfejn iħallsu dota.
Mauda qatt ma semgħet aħbar jew rat lil ‘Satana’, ir‑raġel li kien ġegħelha
tagħmel miegħu atti li konsegwenza t’hekk inqabdet tqila. Mauda għandha tlett ibniet u qatt m’għaddielha minn moħħha li jekk xi waħda minnhom tinqabad
tqila qabel iż‑żwieġ twaħħal fiha jew tikkastigaha. Hija taf tajjeb li dan jista’ jiġri lil kull tfajla u f’dak il‑każ it‑tfajla għandha
tiġi mħarsa mill‑familjari tagħha u mhux ikkastigata. Żewġha James, li miet fl‑2001, kien iħobbha b’imħabba tal‑ġenn u ħa ħsiebha ħafna. Spiss
kien jgħidilha li kien salvaha mill‑mewt, u li qatt u qatt ma kien se jġegħelha ssoffri aktar. B’kollox James u Mauda kellhom sitt ulied
flimkien sa ma l‑mewt firdithom. Wara ħafna snin u wara li saret Kristjana, Mauda ħafret lil kulħadd, saħansitra lil ħuha li kien wassalha fuq il‑gżira.
Hija reġgħet iltaqgħet mal‑famijari tagħha u ferħet li reġgħet qed tarahom.
Illum il‑ġurnata, bis‑saħħa tal‑Kristjaneżmu u pressjoni qawwija mill‑gvern, l‑ebda tfajla m’għadha tittieħed fuq il‑Gżira tal‑Kastig, għalkemm nisa tqal qabel iż‑żwieġ għadhom ikunu mistkerrħa. Mauda, li saret suġġett ta’ kurżità sa minn
MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha.
Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek.
Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt VO/1178
MARA U BINHA MSAWTA
Li ssir Kristjan hija xi ħaġa perikoluża immens f’ħafna partijiet tad‑dinja, b’mod speċjali fil‑Lvant tal‑Uganda. Imma li tkun predikatur Musulman u ddur lejn Kristu hija mossa wisq aktar perikoluża. Malik, Ugandiż ta’ ftit aktar minn 30 sena u li kien għalliem tal‑Iżlam, tkellem fil‑pubbliku dwar il‑konverżjoni tiegħu għar‑reliġjon Kristjana. Huwa safa msawwat u tħalla mitluf minn sensih minn qrabatu stess. Ommu Aimuna ta’ 60 sena, bdiet ukoll tħaddan ir‑reliġjon Kristjana wara li saret taf xi ġralu binha. B’xorti ħażina, l‑omm spiċċat imsawta brutalment ukoll minn membri tal‑familja. Il‑qraba ta’ Malik u Aimuna
ħarbtu r‑razzett fejn jgħixu l‑omm, binha u l‑familja tiegħu, u ġew sfurzati jaħarbu. Huma ġew mhedda li kienu se joqtluhom jekk imorru lura. Malik irnexxielu jaħrab bil‑ħsieb li ħadd ma kien jaf li ommu kienet ikkonvertiet. Iżda l‑kelma kienet ġriet u Aimuna spiċċat bi ġrieħi f’rasha u b’idha miksura. Mart Malik u wliedhom kellhom jaħarbu wkoll, u jinsabu fil‑periklu. B’xorti tajba l‑pulizija wieġbu għat‑talba ta’ għajnuna li għamlet din il‑familja u arrestat lil xi nies. Nittamaw li l‑aggressuri jieħdu dak li ħaqqhom skont il‑liġi biex każijiet bħal dawn jispiċċaw u kulħadd jitħalla jgħix fil‑libertà u jħaddan reliġjon li jixtieq.
L‑organizzazzjoni ‘Impact Nations’ tmexxi proġetti mmirati sabiex jgħinu l‑foqra madwar id‑dinja, b’mod speċjali dawk li jgħixu f’pajjiżi mhux żviluppati. Bħalissa l‑organizzazzjoni qed tmexxi proġett bl‑isem ta’ ‘Widows Sewing Business’ f’Kalonga fl‑Uganda. L‑għan ta’ dan il‑proġett huwa li jinħolqu opportunitajiet ta’ xogħol għar‑romol u għall‑ommijiet li jrabbu lil uliedhom waħedhom. Bl‑għajnuna ta’ Katherine Riolo, ‘Impact Nations’ ħolqot negozju tal‑ħjata sabiex tkun tista’ tħaddem nisa li flimkien mat‑tfal tagħhom jgħixu fil‑faqar. Dawn in‑nisa mhux biss jingħataw it‑taħriġ bżonnjuż biex ikunu jistgħu jaħdmu bħala ħajjata, iżda jingħataw ukoll taħriġ dwar kif għandhom jieħdu ħsieb il‑familja tagħhom u kif jgħinu lil uliedhom fl‑edukazzjoni. Meta jingħataw ix‑xogħol dawn in‑nisa jkunu qed jingħataw l‑opportunità biex b’ħilithom stess joħorġu mill‑faqar li qed jgħixu fih.
EJJEW NIFTĦU
GĦAJNEJNA
Żjara għand tabib tal‑għajnejn jew biex tixtri nuċċali tal‑vista hija xi ħaġa komuni għalina, iżda mhux għal ħafna nies f’pajjiżi tal‑missjoni. Skont il‑‘WHO’, in‑nuqqas ta’ apparat u servizzi bażiċi qed iġibu f’riskju miljuni ta’ tfal li jgħixu fit‑tielet
dinja. Sal‑lum il‑ġurnata, il‑problema tal‑għajnejn fost dawn it‑tfal qiegħda tinxtered b’rata mgħaġġla. Kull minuta tifel jew tifla qed jisfaw għomja. 40% ta’ dawn it‑tfal jistgħu faċilment jiġu mfejqa bi proċeduri sempliċi. Sfortunatament, 60% minnhom jispiċċaw imutu wara sena jekk ma
jiġux ikkurati. Fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji tal‑Vista, xi tobba Taljani qed jimmiraw li jilħqu 13,000 tifel u tifla fi 15‑il pajjiż differenti. Huma ser jagħmlu 7,000 operazzjoni u jqassmu 6,000 nuċċali tal‑vista lil dawn it‑tfal bi problemi serji f’għajnejhom. It‑tobba ser jiftħu kliniċi għall‑kura tal‑għajnejn fl‑ifqar postijiet f’dawn il‑pajjiżi biex jilħqu familji li huwa impossibbli għalihom biex jaslu fi sptar. Il‑Kenja, l‑Etjopja, is‑Sudan, il‑Kongo, ir‑Rwanda, in‑Niġerja, it‑Tanżanija, l‑Uganda, iż‑Żambja, il‑Bolivja, il‑Brażil, il‑Ħaiti, l‑Indja, in‑Nepal u El Salvador huma l‑pajjiżi li ser jibbenefikaw minn din il‑kampanja msejħa: ‘Ejjew Niftħu Għajnejna’.
Programm bi produzzjoni ta' Missio Malta u preżentazzjoni ta' Dun Victor Agius u Claudia Cini.
● Kull nhar ta' Tlieta u kull nhar ta' Ħamis fis‑2:30pm.
● Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
X’għandek bżonn:
• 2 mgħaref żejt taż‑żebbuġa
• 6 patatiet żgħar maħkuka
• 300 gramma spinaċi tal‑friża msoffija sew mill‑ilma
• Basla mdaqqsa mqattgħa f’biċċiet żgħar
• 2 sinniet tewm imqattgħin irqiq
• 6 bajdiet imħabbta
• 200 gramma ġobon ċedar maħkuk
• Bżar u melħ kemm tiggosta
Metodu:
• 1. Ġo taġen saħħan iż‑żejt fuq nar baxx.
• 2. Aqli l‑patata għal madwar 10 minuti, sakemm tiħmar u tirtab.
• 3. Żid il‑basal, it‑tewm, l‑ispinaċi, u l‑bżar u l‑melħ, u ħawwad sew waqt li ssajjar.
• 4. Ferra’ l‑bajd fuq it‑taħlita u xerred il‑ġobon fil‑wiċċ.
• 5. Għatti t‑taġen sakemm isir il‑bajd.
• 6. Servi sħuna. Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.
Ippreżentat minn Robert Farrugia, il-wiċċ ta’ Missio Malta, u produċut minnu stess flimkien ma’ Mick Laus u Russell Sammut, dan il-programm għandu l-ħsieb li jagħti lit-telespettaturi idea ta’ x’ jesperjenzaw in-nies fil-pajjiżi tat-tielet dinja permezz ta’ spettaklu u ta’ logħob.
F ’kull episodju, żewġ parteċipanti se jiġu sfidati biex iwettqu biċċa xogħol daqslikieku qegħdin f’pajjiż tat-tielet dinja, jgħixu f’villaġġ imbiegħed. Il-kompiti jistgħu jinkludu l-ħlib tal-baqar fl-irziezet, it-tentattiv li jinġabar il-bajd minn tiġieġ imxerrda fl-għelieqi, it-tneħħija u t-tindif tal-irziezet mit-tajn u l-ikel tal-annimali, iż-żebgħa tas-soqfa bi xkupa, il-mod kif jagħmlu n-nies fil-pajjiżi tat-tielet dinja u ħafna aktar.
Min jagħmel il-biċċa xogħol bl-aħjar mod, u din se tkun definita minn grupp ta’ mħallfin, se jkun inkurunat Regina jew Re tal-biċċiet xogħol kumplessi għal dak l-episodju.
F’din it‑tabella hawn moħbija 18‑il raħal Malti. Fittex fi 8 direzzjonijiet. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
Q G L D M A D Ż U R R I E Q Ż A Q
B V B F A E X E M X I J A X Ġ Ħ U
X M R G Ġ J Ġ U Ħ G E A M O S T A
X I J U K Ż Ħ K O K N Ż E J T U N
F Q Q R V A L L E T T A I T Ż A N
M A U A U T Ż L J G U D J A E T A
E N Q Ġ B I R Ż E B B U Ġ A U A D
L A V B R Ż B Ż I I N K X F A R U
L X O I U L U X R R K E E U I X R
I X R R B R J A E G Ħ K S R J I S
E A I K S J U Ġ F U F A N J T E J
Ħ R F I E Ħ U U F L F Ż O A E N O
A K Ż R T I Ġ I M A Ħ Ż I N A N Ż
I S O K K X B Ħ L Ż O S Q A N F G
F O Ħ A V M Q F D O F K R A B A T
Ħ A M R U N E Ġ A S T T D M O M I
D R X A B R X M A R S A X L O K K
● BIRGU
● BIRKIRKARA
● BIRŻEBBUĠA
● FGURA
● FURJANA
● GUDJA
● MARSAXLOKK
● MELLIEĦA
● MOSTA
Isem u Kunjom: _____________________________________ Indirizz:___________________________________________
Kodiċi Postali: _____________________________________
● NADUR
● NAXXAR
● RABAT
● TARXIEN
● VALLETTA
● XEMXIJA
● ĦAMRUN ● ŻEJTUN ● ŻURRIEQ
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Novembru 2023: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Miriam Said mill‑Mosta. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
Waqt intervista għal impjieg:
L‑imgħallem: Għandi bżonn lil xi ħadd responsabbli għal dan ix‑xogħol.
L‑impjegat: Mela jien hu l‑bniedem li għandek bżonn.
L‑imgħallem: Għaliex?
L‑impjegat: Għax fejn kont naħdem qabel, qaluli li jien kont responsabbli!
L‑imgħallem: U ta’ xiex kont responsabbli?
L‑impjegat: Kont responsabbli diversi drabi! Ta’ meta nħaraq l‑uffiċċju, ta’ meta daħal l‑ilma tax‑xita u wkoll ta’ meta konna f’xifer falliment!
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.
• 20 ta’ Novembru, 2023 Mary Xuereb mill‑Fgura
• 22 ta’ Novembru, 2023 David Dalli minn San Ġwann
• 27 ta’ Novembru, 2023 Rita Grech mill‑Marsa
• 03 ta’ Diċembru, 2023 John Galea min‑Naxxar
• 06 ta’ Diċembru, 2023 John Galea min‑Naxxar
• 10 ta’ Diċembru, 2023 Carmelo Gomez Blanco mill‑Marsa
• 16 ta’ Diċembru, 2023 Godric Marston mill‑Marsa
• 23 ta’ Diċembru, 2023 Olivia Mifsud
• 04 ta’ Jannar, 2024 Lawrence Bonnici mill Iklin
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq
• Raymond Falzon mill‑Gudja
Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal‑Milied u lanqas tal‑‘Birthdays’. Grazzi.
• Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja
• Attivitajiet • Rivisti tal‑passat
• MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat
Jien. Int. Aħna. Flimkien (VO/1178)
Nota: It-tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil-paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
Sibna wkoll fuq
Facebook: Faith
Hope & Charity
Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’
Il-ħanut qed ikun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9:00am u s-6:00pm. Is-Sibt bejn id-9:00am u s-1:00pm.
Nru.7, Triq il- Merkanti, il- Belt Valletta
Faith Hope & Charity fetħu ħanut ieħor fil‑Mosta, Nru. 138/140, Triq Lorenzo Gafà.
Hawn issibu ħafna rigali sbieħ għal kull okkażjoni, bħal Preċetti, Griżma, Birthdays, Tiġijiet u oħrajn.
Għal aktar informazzjoni ċemplilna Mosta: 2123 6962 jew Valletta: 2123 4328.