

Il‑ Kolonni tal‑ Knisja
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju],
7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.
Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm
Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm
Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà , il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm
Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272
Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066.
Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt
Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm
BORD EDITORJALI
Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt)
Membri:Mons. Valent Borg
Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia
Websajt u Facebook: missiomalta
Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant.
Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar.
L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja.
Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja.
Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa:
2 Editorjal
4 Messaġġ Mid‑Direttur
6 Intenzjoni Missjunarja
8 Katekeżi
12 Insellmu L‑Memorja Ta’ Missjunarju Għawdxi
14 Niltaqgħu Ma’ ...
18 Maratona Ta’ Tama
22 Il‑Qaddis Tax‑Xahar
24 Missjunarju Malti Mwieled Lixandra
26 Ordinazzjoni Ta’ Ħames Saċerdoti Ġodda
30 Poeżija
32 Dehriet Tal‑Madonna
35 Joan’s Crafts For Charity
36 Riċetta Tradizzjonali
38 Kompetizzjoni U Ċajt
39 Nitolbu Għall‑Mejtin Tagħna
Ritratt tal‑faċċata:
Missier qed jieħu ħsieb ibnu rieqed fl‑istazzjon tal‑ferrovija ta’ Varanasi l‑Indja.
Lil San Pietru u San Pawl jirreferu għalihom bħala ‘Il‑Kolonni tal‑Knisja’, għax it‑tnejn kienu appostli importanti fit‑twaqqif tal‑Knisja.
San Pietru: Pietru kien raġel maħbub, xi drabi nervuż, imma prattiku. Xi kultant kien juri ċerti debbulizzi meta jkun innervjat. Kien raġel miżżewweġ u sajjied minn Betsajda fil‑Galilea. Ġesù sejjaħlu biex ikun wieħed mill‑aktar viċin tiegħu; appostlu. Tah missjoni speċjali u bidillu ismu minn Xmun għal Pietru li jfisser ‘Blata’ għax hu kellu parti importanti mit‑twaqqif tas‑Saltna ta’ Alla f’din id‑dinja. Pietru kien ma’ Ġesù waqt mumenti importanti fit‑twaqqif tal‑ministeru pubbliku tiegħu, u meta kien qed jivvjaġġa fil‑Galilea u fil‑Ġudea.

Hu ra lil Ġesù jagħmel il‑mirakli, u semgħu jgħallem dwar l‑imħabba t’Alla u tal‑proxxmu. Kien miegħu fit‑Trasfigurazzjoni, fl‑Aħħar Ċena u fl‑Ort tal‑Ġetsemani. Minkejja li kien ħafna viċin ta’ Kristu, huwa ċaħdu u jidher li ma kienx hemm meta Ġesù miet fuq is‑salib!
Imma kien hu l‑ewwel wieħed li daħal fil‑qabar vojt wara l‑Qawmien u ddikjara l‑indiema tiegħu lil Ġesù Rxuxtat, waqt li pproklama l‑imħabba tiegħu lejn l‑Imgħallem tiegħu u wiegħed il‑fidi tiegħu fiH. Ġesù m’għajjatx miegħu, imma sempliċiment staqsieh jekk kienx iħobbu!
Bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu, Pietru kien l‑ewwel wieħed li pprietka dwar Ġesù lill‑folol kbar f’Pentekoste!
Wara mar Ruma fejn ipprietka u kien imsallab meta l‑Kristjani kienu ppersegwitati mill‑Imperatur Neruni.
San Pawl: Pawlu kien iżgħar minn Pietru u ma
kienx sajjied. Is‑sengħa tiegħu kienet li jagħmel it‑tined. Kien raġel intelliġenti, jaf iħobb, leali u kuraġġuż. Pawlu kien mexxej iddedikat għall‑missjoni tiegħu li jifrex il‑fidi tiegħu f’Ġesù Kristu. Għalhekk huwa kkunsidrat bħala appostlu avolja ma kienx wieħed mit‑tnax. Pawlu huwa kkunsidrat ukoll bħala l‑akbar missjunarju Kristjan għax ivvjaġġa minn pajjiż għall‑ieħor madwar il‑Mediterran iwaqqaf komunitajiet Kristjani. Ħafna drabi Pawlu kien imsemmi bħala Fariżew li kien jippersegwita lil dawk li kienu jimxu wara Ġesù, li mbagħad sar jemmen fiH u ta ħajtu għaliH. Il‑konverżjoni ta’ Pawlu kienet trasformazzjoni. Pawlu kellu fidi qawwija fit‑twemmin Ġudajku, il‑liġi li kienet mgħoddija minn Mosè, allura kien iħares lejn l‑Insara bħala theddida għal dan it‑twemmin. Hu nbidel meta ltaqa’ ma’ Ġesù fi triqtu lejn Damasku. L‑isfida tiegħu kienet li jikkonvinċi
lill‑appostli u lill‑Kristjani Lhud, magħrufa bħala ġentili, li dawk li ma kinux Lhud setgħu jitgħammdu mingħajr ma jkollhom iħarsu r‑regoli tal‑Lhud.
Pawlu kien il‑persuna l‑aktar importanti li bena l‑pont bejn it‑Testment il‑Qadim u l‑Kristjaneżmu tat‑Testment il‑Ġdid. L‑ittri tiegħu fit‑Testment il‑Ġdid jipprovdu tagħlim profond fuq il‑Kristjaneżmu. Fl‑aħħar vjaġġ tiegħu ra l‑għarqa f’Malta, fi triqtu lejn Ruma fejn kien maqtul billi qatgħulu rasu waqt il‑persekuzzjoni tal‑Imperatur Neruni.
Talba: San Pietru u San Pawl, intom li intom il‑pilastri tal‑Knisja, agħmlu li qalbna tkun dejjem safja sabiex dak kollu li nagħmlu, nagħmluh f’Isem Ġesù. Ammen.
Nhar id‑29 ta’ Ġunju l‑Knisja Kattolika tfakkar lil dawn iż‑żewġ qaddisin kbar.

Hieni tassew dak ir‑raġel li jisma’ ħafna ilħna ġentili
jsejħulu ‘Missier’.
Il‑Jum il‑Missier it‑Tajjeb!
Il‑Ħsieb Nieqes u l‑Qlugħ Mimli
d‑dinjità u l‑livell soċjali ta’ kull persuna.
Għażiż Qarrej/ja, Insellimlek u nispera li dan il‑ħsieb qasir li se naqsam miegħek jgħinna sabiex flimkien nifhmu dak li l‑Ispirtu s‑Santu qiegħed jgħidilna ħalli nsiru flimkien għodda doċli f’idejh u nevanġelizzaw l‑umanità tal‑lum li minn dejjem għandha l‑għatx għat‑tħabbira t‑tajba tal‑Evanġelu, li tgħolli

Bħala d‑direttur il‑ġdid nixtieq ngħidlek li aċċettajt din il‑kariga biex fil‑limiti tiegħi nkun nista’ nagħti kontribut għal dan il‑għan. Naturalment, bħal ħaddieħor, mill‑ewwel jibdew jiġuni ħafna ħsibijiet fuq x’nixtieq nagħmel, imma wara li tgħaddi l‑ħasda tal‑bidu, ninduna malajr li huwa xogħol wisq kbir u importanti, u li jiena bil‑limiti kbar tiegħi ftit li xejn nista’ nagħmel differenza. Ħaġa li tagħmilli kuraġġ u li tagħtini direzzjoni tajba hija l‑ħsieb tal‑Papa fuq kif għandna niddixxernu. Huwa qed jistedinna nidħlu f’dik
li hu jsejħilha ‘sinodalità’. Jiena nagħmel kuraġġ u nimxi fuq il‑passi li qed jipproponilna l‑Papa. Wara kollox, huwa wkoll jirnexxilu jmexxi l‑Knisja fid‑direzzjoni t‑tajba għax hu mmexxi mill‑Ispirtu s‑Santu. Fuq messaġġ bil‑vidjow Papa Franġisku qal dan il‑kliem lill‑Kummissjoni Pontifika tal‑Amerika Latina li saret mill‑24 sas‑27 ta’ Mejju 2022:
“Meta wieħed jaħseb li jaf kollox, id‑don tal‑Ispirtu s‑Santu ma jistax jiġi għandu. Meta wieħed jemmen li jaf kollox, id‑don ma jedukahx għaliex ma jistax jidħol fil‑qalb. Fi kliem ieħor, ma hemm xejn aktar perikoluż għas‑sinodalità minn meta wieħed jaħseb li diġà fehem kollox, li diġà għandu stampa ċara ta’ kollox, li kollox hu taħt kontroll. Id‑don huwa imprevedibbli, huwa sorpriża, huwa dejjem ’il fuq minna. Id‑don huwa assolutament b’xejn, ma jinxtarax. Ma jeżisti l‑ebda metodu biex takkwistah. Id‑don ma jingħatax għax immeritat u ħadd ma jista’ jaħseb li għandu xi mertu biex jikkontrollah. Id‑don huwa l‑Ispirtu s‑Santu li ma jimponix lilu nnifsu

bil‑forza, imma jiġbor bi ħlewwa l‑affezzjoni u l‑libertà tagħna biex jimmudellana b’paċenzja u b’tant tenerezza, u hekk jista’ joħroġ il‑forma ta’ għaqda u komunjoni kif jixtieqha Hu fir‑relazzjonijiet tagħna ma’ xulxin. L‑Ispirtu s‑Santu mhux qawwa tal‑passat, imma Pentekoste li kull darba huwa ġdid għal żminijietna.

‘L‑Akbar Skonoxxut’ li m’għandux xbieha, huwa dejjem relevanti llum u ma jieqaf qatt imexxina u jikkunslana. Huwa joħloq il‑varjetà tal‑kariżmi.
Fil‑bidu joħloq ċertu taħwid: bħal fl‑għodwa ta’ Għid il‑Ħamsin meta dawk
preżenti waslu biex qalu: “Dawn fis‑sakra.” Huwa joħloq it‑taħwid tal‑bidu biex imbagħad joħloq l‑armonija mid‑differenzi kollha. ‘Ipse est armonia’, jgħid San Bażilju. “Huwa hu l‑armonija.” Imma l‑ewwel joħloq il‑konfuzjoni bil‑kariżmi li huma kollha differenti. Sinodalità hija dimensjoni dinamika, id‑dimensjoni storika tal‑għaqda ekkleżjali mibnija fuq l‑għaqda trinitarja, li filwaqt li tapprezza s‑‘sensus fidei’ tal‑poplu qaddis t’Alla, il‑kolleġġjalità appostolika u l‑għaqda mas‑Suċċessur ta’ Pietru trid tagħti l‑ħajja għall‑konverżjoni u r‑riforma tal‑Knisja fuq kull livell.”

Kemm hu sabiħ li qed nifhmu li hemm bżonn ninqatgħu mill‑ankri tal‑passat biex l‑Ispirtu s‑Santu jista’ jimla l‑qlugħ bl‑Ispirtu tiegħu u jmexxina lejn orizzonti ġodda u isbaħ! Għammar f’qalbna Spirtu Qaddis Alla.
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel

Għall‑Abolizzjoni tat‑Tortura.
Nitolbu sabiex
il‑komunità
internazzjonali
tikkommetti ruħha
b’mod konkret
sabiex tassigura
l‑abolizzjoni
tat‑tortura u
tiggarantixxi
sapport lill‑vittmi u lill‑familji tagħhom.
Ġunju 2023
Fit‑Tieni Gwerra Dinjija, il‑Ġermanja kellha b’kollox
mat‑42,500 kamp ta’ konċentrament imxerrdin fl‑Ewropa.

F’dawn il‑kampijiet ta’ konċentrament saret kull forma ta’ tortura kemm fiżika kif ukoll dik psikoloġika fuq il‑bniedem fejn inqatlu miljuni ta’ nies innoċenti.
B’kollox 20 miljun ruħ marru f’dawn il‑kampijiet.
Vittmi ta’ dawn il‑kampijiet jinkludu wkoll ħafna
saċerdoti u reliġjużi, irġiel u nisa. F’dawn il‑kampijiet eluf ta’ persuni kienu obbligati jagħmlu xogħol iebes u jsofru ħafna kundizzjonijiet ħżiena, l‑iktar il‑ġuħ, it‑tortura u l‑ksieħ. Oħrajn saru esperimenti mediċi riskjużi fuqhom. Il‑vittmi kellhom jixorbu l‑ilma baħar, joqogħdu fl‑ilma kiesaħ silġ għal 3 sigħat jew joqogħdu ġurnata sħiħa fil‑bard fil‑beraħ.
Hawnhekk rajna x’jista’ jagħmel bniedem lil bniedem
ieħor meta tal‑ewwel iwarrab lil Alla minn ħajtu. Il‑bniedem isir verament agħar mill‑annimali. Illum
fl‑2023 it‑tortura għadha
teżisti kemm bħala xogħol iebes għal ħinijiet twal, tortura fil‑ħabsijiet u anke tortura domestika li tibqa’ moħbija u siekta f’miljuni ta’ djar fid‑dinja. Hemm bżonn
sforz kollettiv mill‑komunità internazzjonali kollha sabiex
iġġib fit‑tmiem is‑sistema
ħarxa tat‑tortura li fuq kollox
tmur kontra d‑drittijiet
Charity Shop
No.92, Qormi Road, Hamrun
Opening hours:
Monday‑Friday 8.30am‑12.30pm Saturday 8.30am‑3.00pm
We sell:

Clothing for men, women, children and babies: Jackets, trousers, t‑shirts, shirts, tops, socks, ties, suits, dresses, bags, gloves, baby grows, hats, etc.
Baby essentials: Push chairs, cots, car seats, potties, baby high‑chairs, etc.
Accessories: Jewellery
Books: Educational, classic, fiction, foreign, religious, etc.
School Items: Stationery, pencils, covers, etc.
Toys: Soft toys, games, puzzles, etc.
Cards: Birthday, anniversary, Holy Communion, Christmas, Easter, Wedding, Christening, etc.
fundamentali tal‑bniedem. Hemm bżonn ukoll li jkomplu jiżdiedu l‑aġenziji
ta’ appoġġ ħalli joffru fejqan u terapija kif ukoll kull
forma ta’ sapport lill‑vittmi tat‑tortura u lill‑familjari
tagħhom, u b’hekk intaffu dejjem iktar l‑uġigħ li ħafna drabi nikkawżaw lil xulxin. Fuq kollox bħala Nsara għandna npoġġu t‑tama tagħna fi Kristu li huwa wkoll kien ittorturat inġustament sabiex jifdina u jsalvana.
Kitchenware: Crockery, cutlery, plates, bowls, glasses, utensils, waterjugs, etc.
Glassware: Adverts
Homeware: Ornaments, statuettes, china, frames, carpets, sheets, pillowcases, crochet, doilies, knitwear, prints, paintings, decorations, etc.
Household Goods: Shades
Gifts: Occasional cards, Holy Communion, Confirmation, Wedding party souvenirs, etc.
Bric & Brac: Knick knacks, and much more.
We accept plastic bottle caps.
The Witness Of A Maltese Catholic Nun
Touches The Heart Of Youths
On Tuesday 28th March 2022, an old Maltese Catholic nun, Sister Elena Busuttil was invited to give witness on her life and mission with a group of Year 10 students at St Margaret College Senior Secondary School, Verdala, Cospicua. Sister Elena is an 88 year old nun, member of the congregation of Sisters of Charity of St Jeanne Antide Thouret in Malta. The shared experience fascinated all students and touched their


hearts. Student Gabriella Teeling said: “I was touched by her simplicity, love and energy for Jesus Christ”, while student Sven Busuttil said: “Her smile reflects the risen Christ in her heart. We need experiences like this in our school life”.
The Sisters of Charity of Saint Jeanne Antide Thouret came to Malta in 1868 and that same year the running of the Government Orphanage in Valletta was entrusted to their care. The Maltese Government also entrusted them with the running of three small schools in Baħrija, Imtaħleb and Birżebbuġa. As the number of sisters increased, they gave their service in orphanages, government hospitals, elderly homes, prisons and at Dar tal‑Providenza, a residence for people with disabilities, where they provide service to this day. Caring for the sick and the poor has always been the main mission of the Sisters of Charity.

With this mission in mind, the St Jeanne Antide Foundation was launched. The SJAF Foundation is an autonomous body, with legal personality as a foundation, publicly registered in Malta as an NGO. It is a family and community‑focused organisation, committed to identifying and supporting in a holistic manner, vulnerable and poor families. It was set up by the Malta Province of the Sisters of Charity of St Jeanne Antide in collaboration with lay persons and is administered by a Governing Board with a Chief Executive Officer. The sisters also run the St Jeanne Antide College, comprising of 3 schools in Birżebbuġa , Gudja and Tarxien. As part of their mission, a number of sisters offer voluntary work in different sectors, including various activities in parishes, social work, home

visits, weekly meetings for the elderly and youths, and in the prison. It is interesting to note that one of the miracles which led to the canonization of St Jeanne Antide took place at the Central Hospital in Floriana, on the 14th January 1934.
Sister Elena Busuttil has been a sister of charity for the last 70 years and she joined the congregation when she was still 18 years old. She was born in Birkirkara; the
15th child out of a family of 17 children. Her father Joseph was a band concert maestro and her mother Francesca was a housewife. Sister Elena said: “We always had a very good Christian spiritual upbringing at home as my parents were very good souls and they were both prayerful parents.” At the age of 7 her parents sent her to receive Christian formation at the Society of Christian Doctrine and she thanked God for her Christian

upbringing and formation. In fact, she encouraged us students to join Christian groups or centres in our respective parishes to strengthen our Christian values. When asked about her call from Jesus, Sister Elena said: “I always loved praying to Jesus especially when alone in my room at home. It was in prayer that I felt Jesus calling me and when I shared my feelings with my spiritual director, he encouraged me to keep praying and asking Jesus to be my guide.” “So always be watchful and be attentive to Jesus passing by your side,” added Sister Elena. She also highlighted the need to confess our sins regularly through the sacrament of reconciliation and open our hearts with our Catholic priests or spiritual directors. As Sister Elena joined
a congregation of nuns known for their nursing profession, she started studying nursing in Malta, but later on she discovered that this was not her mission as she was afraid of blood. So her superiors offered her other opportunities, and to practise Christian charity she worked in homes with elderly people and in orphanages with children both in Malta and abroad. Sister Elena concluded: “I do not regret my vocation and I still feel the energy to keep spreading the Good News of Jesus especially with youths.”
During this special lesson, we were invited to watch a brief documentary about the mission of the Sisters of Charity of Saint Jeanne Antide Thouret in Malta. Teacher Martin Azzopardi s.d.c. said: “The Christian

witness of Sister Elena literally touched the hearts of our school students who followed her word by word. His Holiness Pope Francis is right in telling Catholic nuns not to be discouraged and to keep making God’s goodness known .” This project aims to reach two of the main goals proposed by the United Nations Sustainable Development Goals: Life on Land and Quality Education. Heartfelt thanks and best wishes for a long healthy life to Sister Elena Busuttil who humbly accepted the school invitation to give witness on her religious life with us.
Yasmin Scicluna and Kaya Vella.
Year 10 students at St Margaret College Senior Secondary School Verdala, Cospicua, Malta.
Adopt a Grandparent Combat Loneliness MALTA



Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.
www.adoptgrandparent.org

POWERED BY
Jien Int Aħna Flimkien
RIEDA LI TAGĦTI
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha.
Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek.
Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt
www.missio.org.mt

Monsinjur Ġużeppi Agius Ġ
użeppi Agius twieled il‑Munxar, Għawdex fl‑1941. Ta’ għoxrin sena, wara li temm l‑istudji fil‑filosofija fis‑Seminarju ta’ Għawdex, telaq lejn il‑Brażil. Huwa kompla l‑istudji tiegħu fit‑teoloġija u ordna saċerdot fl‑4 ta’

Lulju, 1965 fil‑Katidral ta’
Londrina. Minn dakinhar sal‑mewt tiegħu, li seħħet fit‑18 t’April 2023, waqt

btala qasira f’Għawdex, Dun Ġużepp għex is‑saċerdozju tiegħu f’dan il‑pajjiż kbir. Hu stess stqarr li l‑Brażil kien pajjiż li qatt ma kien sema’ dwaru, lanqas biss kien jaf x’lingwa għandu!

Meta kien jirrakkonta kif mar l‑ewwel darba l‑Brażil, kien jgħid li tela’ Ruma biex jagħmel il‑Visa fl‑Ambaxxata tal‑Brazil fl‑Italja u kien minn hemm li sar jaf li fil‑Brażil jitkellmu l‑Portugiż u mhux l‑Ispanjol kif kien jaħseb hu.
Fl‑1969 inħatar kappillan tal‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, parroċċa kbira fil‑belt ta’ Rolandja, fl‑Istat ta’ Paraná. F’din il‑parroċċa kellu xi ħdax‑il knisja u kappella, barra numru mdaqqas ta’ ċentri komunitarji u anke sptar li tela’ bil‑ħidma tiegħu.
Mons. Agius assista u kien parti mit‑trasformazzjoni ta’ dan ir‑raħal għal belt. Kif stqarr Mons. Agius: “L‑aktar li jagħtina ferħ interjuri huwa l‑ħolqien ta’ diversi proġetti soċjali għat‑tfal, adoloxxenti u żgħażagħ Jien nixtieq knisja solidarja, qaddejja u missjunarja, li tħabbar u fl‑istess ħin tisma’”. Wara 48 sena jservi bħala kappillan fil‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, inħatar kappillan ta’ parroċċa ġdida ddedikata lil San Pawl Appostlu. Il‑Parroċċa ta’ San Pawl Appostlu nqatgħet minn dik ta’ San Ġużepp fl‑2016 u kien Dun Ġużepp stess li bena l‑knisja fil‑parroċċa ta’ San Pawl. Huwa ddedikaha lill‑appostlu tal‑ġnus, kemm għax fuq l‑eżempju tiegħu, billi mar iħabbar il‑Bxara t‑Tajba lill‑ġnus fil‑Brażil ’il bogħod minn art twelidu, kif ukoll għaliex San Pawl huwa l‑patrun ta’ raħal twelidu.
Nistgħu ngħidu li Mons. Ġużeppi Agius mar il‑Brażil bħala missjunarju fis‑sens veru tal‑kelma, u sal‑aħħar baqa’ juri li kien ferħan b’din l‑għażla li wettaq.
Żgur li Mons. Agius kien
ta’ ispirazzjoni għal ħafna
saċerdoti biex ikunu
missjunarji u jibqa’ mudell
ħaj għal kull missjunarju.
O Mulej agħtih il‑mistrieħ
ta’ dejjem.
fl‑Asja, fl‑Afrika

jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.
Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5
Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24
Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35
Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43

Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143
Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.
• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:
€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż)
€2400 (l‑ispejjeż kollha)
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
Jew fuq: www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑ QALB
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi
Melroy Thomas Crasta
f’Kollangana, Kasaragod, f’familja fqira ħafna.
Missieru Joseph huwa persuna b’diżabilità u ommu Sobina hija mara tad‑dar. Melroy għandu żewġ ħutu, tifel bl‑isem
tiegħu kellu bżonn għajnuna finanzjarja.
Dan it‑tfajjel Indjan twieled nhar it‑28 ta’ Ġunju 2008,
ta’ Melwyn u tifla li jisimha Mewita. Fl‑iskola fejn jattendi, St Thomas English Medium School, f’Kollangana, Melroy kien imur tajjeb ħafna, u kien iħobb l‑isport u t‑tpinġija. Imma sabiex ikompli bl‑istudji tiegħu u jkompli jiżviluppa t‑talenti

Permezz ta’ sponsorizzazzjoni mingħand benefattur ta’ Missio Malta, Melroy seta’ jkompli bl‑istudji tiegħu, tant li fl‑ewwel sena ġab marki massimi fl‑Ingliż u fil‑Ħindu. Ġab marki tajbin ukoll fil‑Matematika, fl‑IT, fl‑Istudji Soċjali u fix‑Xjenza. Fit‑tieni sena skolastika, Melroy kompla jżid il‑marki u fis‑snin ta’ wara dejjem ġie fl‑ewwel jew fit‑tieni post fil‑klassi. Dan dejjem bl‑għajnuna tal‑isponser tiegħu. Melroy ipparteċipa f’kompetizzjoni tal‑isport u rebaħ il‑ġirja tal‑100 metru. Barra minn hekk, irċieva bosta premjijiet oħra f’diversi kompetizzjonijiet
MissioTfal għandu bżonn kotba tal‑qari (mhux workbooks) bil‑Malti u bl‑Ingliż f’kundizzjoni tajba. Jekk jogħġbok ikkuntattja lis‑Sa Nancy Camilleri fuq nancy@missio.org.mt
Qegħdin niġbru ‘soft toys’ f’kundizzjoni tajba. Jekk tista’ tgħin, jekk jogħġbok ċemplilna fuq 21236962 u staqsi għas‑Sa Nancy Camilleri.
li ħa sehem fihom. It‑tfajjel beda wkoll jikteb xi stejjer qosra u dan l‑aħħar ġab marki massimi fl‑IT.

Il‑basket tal‑iskola, il‑kotba, il‑kartolerija u oġġetti oħra relatati mal‑iskola ta’
Melroy, kollha huma grazzi għall‑isponsorizzazzjoni. Barra dan kollu, lil Melroy inxtrawlu żraben u uniformijiet għall‑iskola, u umbrella għal meta jinzerta l‑istaġun tal‑‘monsoon’.



Illum il‑ġurnata, Melroy għandu 15‑il sena u bis‑saħħa tal‑isponser tiegħu kiseb riżultati tajbin u rebaħ diversi kompetizzjonijiet fl‑isport, tant li laħaq livell għoli fl‑edukazzjoni.

€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
Me. You. Us. Together. CHILD SPONSORSHIP Grazzi mill‑Qalb



Kif tista’ tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:
€ 25 100 kuruna sempliċi lin‑nies fil‑missjoni

€ 60 6 xhur terapija kontra t‑tuberkulożi għal tifel jew tifla morda

€ 100 10 pjanċi tal‑metall biex isir saqaf ta’ kappella f’żona rurali

€ 200 Kontribuzzjoni lejn tagħmir għan‑nisa fil‑Kors tal‑Kura tax‑Xagħar u tas‑Sbuħija
€ 2,000 Tħaffir u bini ta’ spiera għal ilma nadif biex jibbenefikaw komunitajiet sħaħ
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!
Modi kif tista’ tgħin
Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.
Bank Transfer
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK
Account No: 41474120039
IBAN: MT94APSB77013000000041474120039

Swift Code: APSBMTMT
Donazzjoni b’SMS
• 5061 7383 ‑ €2.33
• 5061 8998 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar
• 5160 2036 ‑ €10
• 5170 2009 ‑ €15
• 5180 2026 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: Bank of Valletta

Account No: 50011468005
IBAN: MT31VALL22013000000050011468005
Swift Code: VALLMTMT
www.missio.org.mt

Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’
ċempel: 2123 6962
Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962

Mormi Barra t‑Triq S
or Rita hija soru Maltija li flimkien ma’ sħabha s‑sorijiet minn madwar id‑dinja, tmexxi dar fit‑Tanżanija fejn jilqgħu persuni morda bil‑lebbra jew ġdiem. Xħin tidħol f’din id‑dar, ix‑xena li tilqgħek taf timpressjonak għax mill‑ewwel se tara u tiltaqa’ mar‑residenti li kollha kemm huma f’xi żmien minn ħajjithom qabdithom din il‑marda kerha li b’xorti ħażina twassal għall‑amputazzjoni




ta’ partijiet mill‑ġisem. Fil‑fatt, ir‑residenti ta’ din id‑dar tista’ tgħid li kollha tilfu jdejhom u/ jew saqajhom, u hemm min saħansitra tilef id‑dawl t’għajnejh.
Fost ir‑residenti ta’ din id‑dar hemm ġuvni li meta kien tfajjel ta’ 12‑il sena
u ntebaħ li kien marad b’din il‑marda kerha, twerwer u biex jipproteġi lil familtu, ħarab mid‑dar. It‑tfajjel, Joel, ma kellu mkien fejn imur u spiċċa jgħix barra fit‑toroq jittallab għal xi loqma ħobż. Meta mhux ikkurata, il‑marda malajr tibda turi l‑effetti tagħha. Fuq Joel ma damux ma bdew jidhru l‑ġrieħi kawża tal‑lebbra, u

aktar ma bdew jidhru, aktar in‑nies bdiet tibża’ tersaq lejh. Għalhekk spiċċa anqas x’jiekol ma kien qed ikollu. L‑unika għażla li kellu kienet li joħroġ fit‑toroq biss bil‑lejl biex ma jarawhx nies, u jiġbor il‑loqom tal‑ikel miż‑żibel.
Ix‑xorti riedet li Sor Rita u sħabha sabu lil Joel fil‑ħin u setgħu jagħtuh l‑għajnuna li kien jeħtieġ. Sor Rita tirrakkonta kif tant kien ilu jaħrab min‑nies, li Joel beża’ mis‑sorijiet meta avviċinawh biex jgħinuh. Iżda bil‑kelma t‑tajba ħaduh magħhom fid‑dar u bdew jikkurawh minnufih. Sor Rita u s‑sorijiet l‑oħra juru kuraġġ u mħabba kbira lejn dawn il‑vulnerabbli mwarrba mis‑soċjetà, u li kieku ma
jkunx għalihom dawn il‑persuni ma jilħaqhom ħadd u jisfaw minsijin u abbandunati sa ma l‑mewt teħodhom.


Jekk tixtieq tgħin lil Sor Rita u sħabha jkomplu jmexxu din id‑dar, u jieħdu ħsieb u jikkuraw lil dawn il‑persuni morda bil‑lebbra u li jinsabu f’sitwazzjonijiet simili bħal ta’ Joel, tista’ tagħmel id‑donazzjoni tiegħek fuq wieħed minn dawn in‑numri li jidhru hawn.
TFAL MISSJUNARJI

Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini bl‑għajnuna ta’ Nancy Camilleri.
Kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).

Elizabeth Jarrett Andrew
Elizabeth hija kittieba mwielda l‑Istati Uniti, u għandha passjoni li toħloq stejjer li jrawmu r‑ruħ. Tħobb tesplora kif tiffunzjona l‑fidi, kemm ġewwa kif ukoll barra mit‑tradizzjonijiet reliġjużi, u tirrappreżenta l‑ħajja tal‑ispirtu fil‑kultura tagħna.

Ritratt: lgbtqreligiousarchives.org

“Il‑voluntiera mhux neċessarjament għandhom il‑ħin, imma għandhom il‑qalb.”

Beatu Vasile Aftenie
Vasile twieled f’Transilvanja, ir‑Rumanija, fl‑14 ta’ Ġunju 1899. Matul l‑Ewwel
Gwerra Dinjija kien inqabad bil‑lieva f’Galiċja, l‑Italja. Kif spiċċat il‑gwerra, fl‑1918, beda jistudja l‑liġi u fl‑1919 beda t‑Teoloġija fi Blaj, ir‑Rumanija. Wara ntbagħat Ruma biex ikompli jistudja.

Fl‑1 ta’ Jannar 1926 ordna qassis u fl‑1 t’Ottubru 1939, sar rettur tal‑Akkademja tat‑Teoloġija ta’ Blaj, sakemm ġie appuntat isqof minn Papa Piju XII.
Fl‑1948, beda reġim Komunista li ddikjara l‑attività tal‑Knisja bħala illegali. Vasile ħad ha kontra 36 qassis li nqatgħu minn Ruma għax ċedew għall‑pressjoni li kellhom. Ir‑reġim ipprova jinnegozja miegħu peress li huwa kellu fama ta’ bniedem ta’ djalogu u moderat. Ippruvaw jagħmluh Patrijarka Ortodoss ta’ Bukarest, imma qatt ma aċċetta, u kien iwieġeb: “La l‑fidi tiegħi u lanqas pajjiżi mhuma għall‑bejgħ.”
Fit‑28 t’Ottubru 1948, arrestawh flimkien ma’ ħames isqfijiet oħra, huma u ħerġin mill‑knisja ta’ San Bażilju, u tefgħuh f’ħabs, li sa Frar 1949 kien monasteru. Fl‑10 ta’ Mejju 1949, ħaduh fil‑Ministeru tal‑Intern fejn poġġewh f’iżolament u safa ttorturat. Sfigurat, izappap u mkisser mentalment, imma sod fil‑fidi ntefa’ fil‑ħabs ta’ Vacaresti fejn miet fl‑10 ta’ Mejju 1950 wara li sparawlu. Imma dan ma kienx biżżejjed. Peress li kien raġel twil, ma kienx
joqgħod fil‑kaxxi tal‑injam li kienu jintużaw bħala twiebet u qatgħulu saqajh biex joqgħod! Għall‑ewwel l‑awtoritajiet ordnaw li ġismu jinħaraq, imma mbagħad iddeċidew li dan l‑isqof jindifen bil‑lejl fiċ‑ċimiterju ta’ Bellu.
Fl‑1990, lapida bajda tqiegħdet b’ritratt tal‑Isqof Aftenie, u dan il‑post sar post ta’ talb u pellegrinaġġ. Illum, eluf ta’ nies iżuru dan il‑post u jingħad li jsiru ħafna mirakli. Il‑kawża
għall‑beatifikazzjoni ta’ Vasile Aftenie u sitt isqfijiet oħra bdiet fit‑28 ta’ Jannar 1997. Papa Franġisku
mexxa personalment il‑beatifikazzjoni ta’ dawn is‑seba’ isqfijiet nhar it‑2 ta’ Ġunju 2019.

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom:
Indirizz:
Belt/ Raħal: Kodiċi Postali:
Tel:
N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.

MONS. AMBROĠ AGIUS O.S.B.
Benedittin Malti ordnat saċerdot fl‑Abbazija ta’ Subiaco
Ambroġ Agius, imwieled Tancredi
Alfred, nhar is‑17
ta’ Settembru 1856 fil‑Belt
Eġizzjana ta’ Lixandra
li kienet taħt il‑ħakma
Ottomana, hu bin Tancredi, negozjant bl‑ingrossa u Saverja née Sammut, li kellhom ħames ulied
Edward, Giulia, Tancredi
Alfred, Edgar u Robert.
Tancredi Alfred tgħammed

fil‑Katidral ta’ Santa
Katarina ta’ Lixandra fil‑5
ta’ Novembru 1856. Huwa
kien ġej minn familja ta’
stima kbira u meta tfarfar ftit
il‑familja tiegħu ġiet Malta.
Ta’ tnax‑il sena ntbagħat
fil‑Kulleġġ Benedittin ta’
Santu Wistin fl‑Abbazija ta’
Ramsgate Kent fl‑Ingilterra
fejn spikka bħala student eċċellenti. Meta temm l‑istudji tiegħu fl‑1872, ħass is‑sejħa biex jingħaqad mal‑komunità Monastika ta’ Ramsgate. Fl‑1870 rebaħ il‑midalja tal‑fidda ta’ Wales u ħadem għal xi żmien qasir fin‑negozju, iżda kif ħass is‑sejħa telaq lejn l‑Abbazija tal‑Kongregazzjoni ta’ Subiaco.
Għamel il‑Professjoni
Sempliċi fit‑12 t’Ottubru, u fit‑13 ta’ Diċembru 1873 għamel il‑Professjoni Solenni. Wara ntbagħat Ruma mill‑Abbati tiegħu biex jissokta l‑istudji tal‑Filosofija u tat‑Teoloġija. Tancredi ordna saċerdot fis‑16 t’Ottubru 1881
fl‑Abbazija ta’ Subiaco. Kompla bl‑istudju tiegħu tar‑Reliġjon f’Ruma u qabel, meta kien għadu djaknu, f’dik l‑istess sena qabel ma ordna, intbag ħat Malta ma’ membru ieħor tal‑istess kongregazzjoni biex ikun jista’ jitwaqqaf monasteru ġdid f’pajjiżna fil‑Monasteru ta’ Santa Marija tan‑Nigret fiż‑Żurrieq. Wara l‑ordinazzjoni reġa’ lura Malta biex jgħix f’dik il‑komunità li kellha titwaqqaf skont ix‑xewqa tas‑Santa Sede. Taħt is‑supervi żjoni tiegħu, twaqqfu komunità u novizzjat biex jitħarrġu studenti internazzjonali li jkunu ħassew is‑sejħa reliġjuża. Dan
in‑novizzjat kien iddedikat lill‑Immakulata Kunċizzjoni. B’dispjaċir dan il‑monasteru
kellu jingħalaq fl‑1884
minħabba rewwixta li
tqanqlet bejn il‑Maltin u t‑Taljani fil‑qasam politiku. Ambroġ kellu jsiefer lejn
Ramsgate biex jissokta
bil‑ħidma reliġjuża u fl‑1893 laħaq Prokuratur tal‑Kongregazzjoni ta’
Subiaco minn Papa Ljun
XIII. F’Ramsgate wettaq xogħol importanti ta’
ekonomu li wasslu biex
jilħaq fil‑kariga ta’ Segretarju tal‑Postulatur. Baqa’ jagħmel xogħol siewi għal ħdax‑il sena u sar magħruf għax‑xogħol tiegħu mal‑fqar tal‑parroċċa.
Papa Piju X kien
iddiżappuntat meta
l‑Kongregazzjoni ta’ Subiaco ma reġgħetx ħatritu bħala
Prokuratur. Fl‑24 t’Awwissu
1904, il‑Papa nnominah
Delegat Appostoliku
fil‑Filippini. Laħaq ukoll
l‑Isqof Titulari ta’ Palmira
fit‑3 ta’ Settembru u ġie
kkonsagrat mill‑Kardinal
Segretarju tal‑Isqof tal‑Istat
Raphael Merry del Val fit‑18
ta’ Settembru fil‑knisja ta’
San Ambroġ della Massima
f’Ruma. Biex jasal il‑Filippini
telaq minn Londra għal
New York u f’isem Papa
Piju X, inkuruna l‑Madonna
tar‑Rużarju ta’ Naval
f’Manila fil‑5 t’Ottubru 1907. F’dik l‑istess sena, l‑Isqof Ambroġ Agius sejjaħ il‑Konċilju Provinċjali mal‑isqfijiet l‑oħra tal‑pajjiż fil‑Katidral ta’ Manila billi reġa’ ddedika mill‑ġdid il‑pajjiż lill‑Immakulata Kunċizzjoni. Aktar ’il quddiem, il‑Madonna, taħt dan it‑titlu, saret il‑Patruna Uffiċjali tal‑pajjiż fi żmien il‑Pontifikat ta’ Papa Piju XII, f’Settembru 1942. Fil‑pajjiż tal‑Filippini, in‑nies tal‑post ma setgħux isiru saċerdoti fi żmien il‑ħakma Spanjola u l‑Isqof Ambroġ Agius ordna l‑Ewwel Isqof Filippin fid‑29 ta’ Ġunju 1900 fil‑Knisja Kattolika ta’ Jorge Barlin u Imperial. Fl‑1909, l‑ Isqof Agius għamel żjara qasira fl‑Ewropa biex jgħarraf lis‑Santa Sede fuq l‑Arċidjoċesi tal‑ Filippini wara l‑pubblikazzjoni importanti tal‑‘Acta Concilii Provincialis Maniliana’.
F’Novembru 1911, Papa Piju X ħatar lill‑Isqof Agius bħala Legat tiegħu fl‑Istati Uniti. Waqt li kien qed jipprepara biex isiefer lejn Ruma, qabdu attakk qawwi tal‑pneumonitis.
L‑Isqof Ambroġ għadda għall‑ħajja ta’ dejjem fit‑13 ta’ Diċembru 1911, fl‑età ta’ 55 sena. Fil‑15 ta’
Diċembru saritlu quddiesa
Solenni Requiem fil‑kripta
tal‑Bażilika Katidrali tal‑Madonna Mnissla
Bla Tebgħa f’Manila.
Il‑fdalijiet tiegħu ttieħdu f’urna li tpoġġiet f’qabar
ġdid li jinsab fl‑Abbazija
Benedittina tal‑Verġni Marija ta’ Monsterrat f’Manila.
L‑Iskrizzjoni fuq il‑qabar
tiegħu tgħid hekk:
Ambroġ Alfred Agius (1856–1911) Raħeb ta’
Ramsgate, Arċisqof Titulari ta’ Palmira, Delegat Appostoliku ta’ dawn il‑gżejjer, jinsab midfun
hawn. Qabel, l‑għadam tiegħu kien midfun fil‑Bażilika Katidrali li waqgħet bil‑gwerra, u għalhekk issa kellhom jittieħdu fil‑Knsija
tal‑Abbazija fis‑sena 1945.
Żdiedet ukoll plakka oħra
b’tifkira ta’ dawk l‑irħieb
kollha tal‑Abbazija ta’
Ramsgate fil‑knisja ta’ Santu Wistin li din kienet tradotta
b’dan il‑kliem:
Ftakar Mulej f’ħuna Alfred Ambroġ Agius, l‑Isqof
Titulari ta’ Palmira, li fl‑età ta’ 56 sena fid‑39 sena mill‑Professjoni Reliġjuża tiegħu bħala raħeb u fit‑8
sena tal‑Episkopat tiegħu, fit‑13 ta’ Diċembru 1911 f’Manila fil‑Filippini, għadda għall‑ħajja ta’ dejjem.
AGĦMLU KOLLOX GĦAL ĠESÙ
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna lis‑saċerdoti ġodda

Il‑Knisja f’Malta għandha erba’ saċerdoti ġodda. L‑ewwel ordinazzjoni presbiterali ta’ tliet djakni saret mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna nhar is‑Sibt 13 ta’ Mejju, fid‑9:30am, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Dawn it‑tliet djakni huma: Rev. Gylan Camilleri mill‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn; Rev. Clive Seychell mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara; u
Patri Ian Zammit, tal‑Ordni tal‑Predikaturi.
Fis‑16 ta’ Ġunju ser ssir l‑ordinazzjoni presbiterali ta’ Rev. Jean Paul Mutumbo tas‑Soċjetà Salesjana ta’ Don Bosco fl‑Oratorju Salesjan, Tas‑Sliema fis‑6:00pm.

Iċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju jistieden liż‑żgħażagħ biex jirriflettu dwar il‑possibbiltà li Alla qed isejħilhom għal ħajja saċerdotali jew reliġjuża. Filwaqt li l‑komunità tas‑Seminarju u l‑Ordni tal‑Predikaturi stiednu lill‑Insara biex jingħaqdu magħhom f’mument ta’ talb għal dawn ħutna li ġew ordnati saċerdoti, nhar il‑Ħamis 11 ta’ Mejju, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna f’Wied il‑Għajn.
Sadanittant, il‑Ġimgħa, 12 ta’ Mejju, Matthew Bajada, li huwa mill‑Parroċċa tal‑Viżitazzjoni ta’ Marija Bambina, l‑Għarb, ġie ordnat saċerdot mill‑Isqof ta’ Għawdex, Mons
Anton Teuma, li mexxa l‑Ordinazzjoni Presbiterali fil‑Katidral ta’ Għawdex, fis‑6.30pm.
Il‑Ħamis 11 ta’ Mejju, saret Velja ta’ Talb bi tħejjija għall‑Ordinazzjoni, fil‑grawnds tas‑Seminarju Minuri tal‑Qalb ta’ Ġesù, ir‑Rabat. Wara kien hemm Lejla ta’ Adorazzjoni, b’talb għall‑ordnati fil‑Kappella tas‑Seminarju Maġġuri.
Sorsi: knisja.mt u gozo.news
Mort Missjoni Ma’ Missio
L‑ewwel programm televiżiv ta’ ‘Mort Missjoni Ma’ Missio’ jibda nhar l‑Erbgħa 10 ta’ Mejju fuq NET TV fit‑8:30pm.


Nistednukom tkunu magħna kull nhar ta’ Erbgħa.





DMD Auto Parts
IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS



Tel: (+356) 27495752
Fax: (+356) 27495752
Mob: (+356) 99495752
Email: dmdautoparts@onvol.net
Website: www.dmdautoparts.com
Lifestyle Ltd. 64,Triq Joseph Sciberras, Ħamrun, ĦMR1553 +356 2133 7343
info@haircaremalta.com

www.haircaremalta.com
5, Cospicua Road, Fgura FGR 1261, Malta.
Tel: +356 21 804588

Fax: +356 21 804487
Mob: +356 79065125
Email: louis@calypsomfg.com
Website: www.calypsomfg.com
Calypso MFG Ltd.In Aid Of Missio Malta
“Life is never about being better than other people. It’s about helping other people to be better.”
I think you all agree that together, this is exactly what we are doing! Helping people and children in Third World Countries have a better life by sponsoring funds towards their needs like food, supplies, education, school benches, surgeries and much more. It is the best feeling ever when I receive the finalised project photos and see their happy faces. I instantly realise that it is worth all the hard work it entails. Always remember that this can only be achieved with your kind purchases and donations.
I am very happy to announce my new WEBSITE through Missio Malta. Visit: joanscraftsforcharity.com and there you’ll have a better view of all the resources, prices and discounts available. My ongoing project is a joint one with Missio Malta: The Rebuilding Of The Seminary Boarding School and Toilets in Tanzania. Keep your orders coming in, so together we will continue this beautiful
and lifesaving mission! I also cater for personalised resources, charts and workbooks.
These are the projects I managed to sponsor to date:
1. Food, bags and shoes for a poor family in Kenya.
2. Sister Lilian Community in India: Beds for a boarding home and medication for a child suffering from cerebral palsy.



3. Food supplies for a village
in Kenya.
4. Christmas gifts in 5 different countries.
5. Cleft Lip Surgery for a teenager.

6. Walker for a child with mobility problems.
7. Farming Project in Peru through Missionary Keith Bolger.
8. Rice for a village in the Philippines.
9. Benches for teenagers in a school in Malawi.
10. Ongoing Project for kids needing Cleft Lip surgeries in Malawi.
1. Child medication (celebral palsy) Sr Lilian Community. 2. Beds for a boarding Home in India Sr Lilian Community. 3. Rice for a Village in the Philippines.


Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija
Santissima B ħala Missjunarja
IL‑ĦAMSA U GĦOXRIN PARTI
tgħinna nikkonvertu u niċċentraw mill‑ġdid ħajjitna lejn Alla. Ir‑rwol tal‑Madonna dejjem kien wieħed li jiggwida lill‑bnedmin kollha lejn binha Ġesù.
Id‑Dehra tal‑Madonna
f’Medjugorje
Sa mill‑1981 f’Medjugorje, raħal żgħir fil‑Bożnija‑
Herzegovina, il‑Verġni
Marija ilha tidher u tagħti messaġġi lid‑dinja. Tgħidilna li Alla bagħatha fid‑dinja, u dawn is‑snin li qed tqatta’
magħna huma żmien ta’
grazzja mogħti minn Alla: “Ġejt biex ngħid lid‑dinja
li Alla jeżisti. Hu l‑milja
tal‑ħajja, u biex tgawdi din il‑milja u l‑paċi, trid terġa’ lura għand Alla.” Il‑missjoni tal‑Madonna hija waħda ta’

paċi. Hija tiġi fuq l‑art biex
X’opportunità mill‑aqwa għandna quddiemna! Is‑sejħa tal‑Madonna għall‑konverżjoni hija urġenti u għandna nwieġbu b’qalbna kollha. Il‑Madonna tkompli tagħti messaġġi lil sitt żgħażagħ mir‑raħal ta’ Medjugorje: Ivan, Jakov, Marija, Mirjana, Vicka, u Ivanka. Dawn is‑sitt persuni, li jissejħu ‘viżjonarji’, irċevew dehriet tal‑Madonna sa mill‑24 ta’ Ġunju 1981. Minbarra l‑messaġġi pubbliċi tagħha, il‑Madonna għandha tagħti lil kull wieħed mis‑sitt viżjonarji total ta’ għaxar ‘sigrieti’ ta’ ġrajjiet li se jseħħu fid‑dinja fil‑ġejjieni qarib. Xi wħud mis‑sigrieti jappartienu għad‑dinja kollha, filwaqt li oħrajn
jikkonċernaw il‑viżjonarji nfushom jew ir‑raħal tagħhom. Wieħed biss mis‑sigrieti s’issa ġie żvelat mill‑viżjonarji. Fit‑tielet sigriet il‑Madonna wiegħdet li tħalli sinjal sopranaturali u viżibbli fuq il‑muntanja fejn dehret għall‑ewwel darba. Il‑Madonna qalet: “Dan is‑sinjal se jingħata għall‑atei. Intom il‑fidili diġà għandkom sinjali u sirtu s‑sinjal għall‑atei. Dan iż‑żmien huwa żmien ta’ grazzja għalikom. Qatt ma tistgħu tirringrazzjaw lil Alla biżżejjed għall‑grazzji kbar tiegħu.” Ladarba l‑Madonna tkun waqfet tidher se jkun hemm tliet twissijiet lid‑dinja fil‑forma ta’ ġrajjiet fuq l‑art li se jseħħu fi żmien il‑ħajja ta’ Mirjana biex tkun xhieda tagħhom. Għaxart ijiem qabel kull twissija, il‑Madonna se tagħti parir lis‑saċerdot li hija għażlet għal din il‑ħidma, Patri Petar Ljubicic, li mbagħad
jitlob u jsum ma’ Mirjana
għal sebat ijiem. Tlett ijiem
qabel kull twissija, Patri Petar se jħabbar lid‑dinja
x’se jseħħ, fejn u meta.
Patri Petar m’għandux għażla u għandu jiżvela kull twissija. Wara l‑ewwel twissija, it‑tnejn l‑oħra se jsegwu f’perijodu ta’ żmien pjuttost qasir. Dak l‑intervall ikun perijodu ta’ grazzja kbira u konverżjonijiet. Wara li sinjal jidher fuq il‑muntanja fejn il‑Madonna dehret għall‑ewwel darba f’Medjugorje, ftit se jkun hemm ħin għall‑konverżjoni. Għal din ir‑raġuni, il‑Verġni Mbierka tistedinna għal konverżjoni u rikonċiljazzjoni urġenti. Is‑sinjal se jwassal għal ħafna fejqan u konverżjonijiet qabel is‑sigrieti jsiru realtà. Id‑disa’ u l‑għaxar sigrieti huma serji. Dawn jikkonċernaw il‑kastig għad‑dnubiet tad‑dinja. Il‑kastig huwa inevitabbli għax ma nistgħux nistennew li d‑dinja kollha tiġi kkonvertita. Il‑piena tista’ titnaqqas bit‑talb u l‑penitenza, iżda ma tistax tiġi eliminata. Mirjana tgħid li wieħed mill‑ħażen li hedded lid‑dinja, dak li jinsab fis‑seba’ sigriet, ġie evitat, grazzi għat‑talb u s‑sawm. Huwa għalhekk li l‑Verġni Mbierka tkompli tħeġġeġ it‑talb u s‑sawm:
“Insejt li bit‑talb u s‑sawm tista’ tbiegħed il‑gwerer, tissospendi l‑liġijiet naturali?” Minbarra dan il‑messaġġ bażiku, Mirjana qalet li
fl‑1982 kellha dehra, li titfa’ ftit dawl fuq ċerti aspetti tal‑istorja tal‑Knisja. Tkellmet dwar dehra li fiha Satana dehrilha, u talabha biex tirrinunzja lill‑Madonna u timxi warajh. Billi tagħmel hekk hija tista’ tkun kuntenta fl‑imħabba u fil‑ħajja. Żied jgħid li jekk issegwi ’l‑Madonna tasal biss għat‑tbatija. Mirjana ma aċċettatx din it‑talba tax‑xitan, u minnufih dehret il‑Madonna u Satana għeb.

Skont ċerti esperti Kattoliċi li studjaw dawn id‑dehriet, il‑messaġġ ta’ Mirjana jista’ jitfa’ dawl fuq il‑viżjoni li kellu Papa Ljun XIII. Skonthom, kien wara li kellu viżjoni apokalittika tal‑ġejjieni tal‑Knisja li introduċa t‑talba lil San Mikiel li s‑saċerdoti kienu jirreċitaw wara l‑quddiesa sa mill‑Konċilju Vatikan II.
Dawn l‑esperti jgħidu li s‑seklu ta’ provi previsti minn Papa Ljun XIII wasal biex jintemm. Minn meta bdew id‑dehriet, madwar 40 miljun ruħ ta’ kull twemmin, minn madwar id‑dinja, żaru Medjugorje u telqu msaħħa spiritwalment u mġedda. Ħafna jġibu lura stejjer ta’ mirakli fil‑forma ta’ fejqan tal‑moħħ, tal‑ġisem u tal‑ispirtu, sinjali viżwali sopranaturali, u konverżjonijiet profondi lura lejn Alla. Il‑messaġġi tal‑Madonna huma maħsuba biex jinġabru bħala mużajk. Biex nifhmu t‑tifsira sħiħa u l‑profondità ta’ dawn il‑messaġġi rridu nistudjaw il‑messaġġi kollha li tatna matul dawn l‑aħħar 33 sena u aktar. “Permezz tal‑messaġġi nixtieq nagħmel mużajk sabiħ ħafna f’qalbkom.” 25 ta’ Novembru, 1989. Il‑Madonna talbet
Il‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġakbu u statwa tal‑Verġni Marija f'Medjugorje,.li kontinwament naqraw, nistudjaw u nimmeditaw il‑messaġġi li tatna.
It‑teknika tat‑tagħlim li tuża l‑Madonna teduka mill‑ġdid biex inkunu Nsara. Hija twettaq dan billi timxi magħna u tiggwidana pass pass, messaġġ b’messaġġ. Illum, ħafna nies jaħsbu li mhux importanti li tkun
Kristjan. Oħrajn iridu jgħixu forma superfiċjali ta’
Kristjaneżmu li hija aktar faċli jew iktar konvenjenti milli jgħixu ħajja Nisranija vera. Il‑Madonna trid turina permezz tal‑messaġġi tagħha l‑wiċċ veru tal‑Kristjaneżmu.

Dan huwa proċess twil għaliex aħna bħala soċjetà tbiegħedna wisq mill‑verità u minn Alla, u bil‑mod ħafna biex nitgħallmuh. It‑tweġibiet li għandna bżonn biex nidderieġu ħajjitna mill‑ġdid jistgħu jinstabu billi naqraw u ngħixu l‑messaġġi tal‑Madonna u l‑Iskrittura Mqaddsa. Irridu nindunaw li
Satana huwa reali. Hu jużana għall‑għan u l‑iskopijiet tiegħu stess. L‑iskop ewlieni tiegħu huwa l‑qerda. Qerda tal‑imħabba, il‑paċi, il‑fidi, il‑familja u l‑ħajja. Hekk kif Alla ta lil David 5 ġebliet li bihom għeleb lil Gulija, il‑Madonna qed tagħtina
wkoll 5 ġebliet jew armi li nistgħu nużaw biex negħlbu lil Satana. Dawn jikkonsistu f’:
• Talba ta’ Kuljum (Tar‑Rużarju)
• Sawm l‑Erbgħa u l‑Ġimgħa
• Qari ta’ kuljum tal‑Bibbja
• Qrar ta’ Kull Xahar
•Quddiesa u l‑Ewkaristija
Id‑Dehriet tal‑Madonna fuq Radju Marija

Id‑Dehriet tal‑Madonna fl‑Istorja tal‑Kristjaneżmu:‑ Sensiela ta’ programmi fuq Radju Marija bi produzzjoni u preżentazzjoni tal‑koppja Manwel u Lilian Cutajar. Dawn id‑dehriet Marjani li ġew jew għad iridu jiġu ppubblikati f’Malta Missjunarja bit‑titlu ta’
Il‑Ħidma
Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja, qed jinqraw minn Lilian b’xi riflessjonijiet u talb Marjan fl‑istess programm fuq Radju
Marija fl‑iskeda l‑ġdida tar‑rebbiegħa 2023, kull nhar ta’ Erbgħa fis‑2:30pm b’ripetizzjoni l‑għada l‑Ħamis fid‑9:30pm.
Xi Ġmiel Mulej
Għidli kif tista’ ma tiċċassax Mulej, Tara dal‑ġmiel ġej mis‑smewwiet, Kif tista’ ma tibqax thewden u taħseb, U tintilef fl‑isbaħ ħolm u ħsibijiet!
Tara kampanja mżejna bil‑fjuri, Widien u ibħra kollha sbuħija, Inħossok Mulej iddawwal ’il moħħna, U tħeġġeġ lill‑qalbi għall‑poeżija!

Meta tara l‑għeġubijiet kollha, Tinduna li qed tara l‑verità, U ’l Alla tkun tixtieq tgħidlu, Mulej, Mulej, ħudni ħdejk fl‑eternità!
Xi ġmiel Mulej il‑ħolqien kollu, Kemm inħoss fija tqanqiliet ħelwin, Ħares ħarsa Mulej lejn id‑dinja, Ara wliedek, ħutna l‑bnedmin!
Għażiż Ġesù jien naf li tħobbna, U hekk kif jisbaħ filgħodu kmieni, Niġi nżurek għax veru nħobbok, Jista’ jkun ksieħ u sħab sewdieni!
U kif moħħi jkun jaħseb fuqek, Bid‑dawl timlieni u tinqeda bija, Biex nuri li lest dejjem sabiex tgħinna, Bi kliem ħelu nżewqu f’dil‑poeżija!
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio

(Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 90 sena
Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja.
Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar
Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet
Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
QASSATAT ĦELWIN – Mill‑Portugall
Metodu:
• Ġo skutella, ħabbat flimkien il‑bajd, iz‑zokkor u l‑essenza tal‑vanilja sa ma jiġu xkuma.
• Ġo skutella oħra, ħallat flimkien il‑butir, il‑lewż imfarrak, is‑sultana, il‑qxur tal‑larinġ, il‑ġamm, id‑dqiq u l‑lamtu. Żid it‑taħlita tal‑bajd.
• Iftaħ l‑għaġina u fforma speċi ta’ qassatat bix‑xoffa.

• Imla l‑qassata bit‑taħlita u poġġi l‑lewż sħiħ fil‑wiċċ.
• Aħmi f’forn moderat għal madwar nofs siegħa.
• Servi l‑qassatat birdin.
X’għandek bżonn:
• Pakkett għaġina sfiljurata lesta u rettangolari
• 2 bajdiet kbar
• 170 gramma zokkor
• 150 gramma dqiq tip 00

• 50 gramma lamtu tal‑patata
• 120 gramma butir imdewweb
• 50 gramma sultana
• 50 gramma lewż imqaxxar (nofs l‑ammont imfarrak)
• 40 gramma qxur tal‑larinġ maħkuk
• 3 mgħaref ġamm tal‑ħawħ
• Kuċċarina essenza tal‑vanilja
Jiena:
Indirizz:
Kurżità:
Dawn il‑qassatat ħelwin jafu l‑bidu tagħhom lit‑tradizzjoni li fiha l‑Patrijiet Franġiskani tal‑Bażilika ta’ Sant’Antnin f’Padova jqassmu l‑ħobż lill‑foqra. Din it‑tradizzjoni għadha ssir sal‑ġurnata tal‑lum bħala devozzjoni. Id‑differenza hija li daż‑żmien jitqassam ħobż (qassatat) ħelu u mhux bħalma kien jitqassam dari kemm lill‑foqra kif ukoll bħala devozzjoni.
Ta’ min jgħid li l‑isem tal‑magħmudija ta’ Sant’Antnin kien Fernando di Buglione, imwieled Lisbona l‑Portugall fl‑1195. Ta’ 15‑il sena daħal novizz fil‑Kunvent ta’ San Vinċenz mal‑Kanoniċi Regolari ta’ Santu Wistin. Fl‑1219, fl‑età ta’ 24 sena, ordna saċerdot. Kien permezz tal‑aħbar li sema’ dwar ħames Patrijiet Franġiskani li mietu martri fil‑Marokk, li ħass il‑vokazzjoni li jingħaqad mal‑kongregazzjoni tagħhom. Aktar tard, Sant’Antnin sab ruħu l‑Italja fejn miet nhar it‑13 ta’ Ġunju 1231; il‑jum li fih niftakru f’dan il‑qaddis.
Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.
Kodiċi Postali:
Tel/Mob: E‑mail:
Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi
Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta
Nagħti abbonament rigal lil:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil
Missio fuq:
Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
Isem:
Indirizz:
Kodiċi Postali:
Tel/Mob: E‑mail:
Sibna wkoll fuq
Facebook: Faith
Hope & Charity
Qed nagħmlu ‘Home

FITTEX IL‑KLIEM: Bliet u Rħula
F’din it‑tabella hawn moħbija 21 isem ta’ bliet u rħula Maltin u Għawdxin. Fittex fi 8 direzzjonijiet. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128.. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
P B J N D E F E L P G O X I M
I D N E R Q K T T K W Q O U P
Y Q T J N O F I A J M A N G I
Y A D H R X H J B B T X L T P
E J W B S A N N A T A S X E A
I J M P I E T A R R R R P E S
H E Z A N P N T E T F K K U W
P N R Q J I S V L C A D P Q I
T Z D A L I A L L R U D A N E
X A K A X L X H I U L P C K Q
G L S S L X Q M V E P D Y V I
Y R E E T A A A E B M C U S Y
W M T N L U O N C X X A C O P
U T I A D M O H A J I D R A W
A X E W K I J A P W R S G B Z
● MTARFA
● MUNXAR
● NADUR
● NAXXAR
● PACEVILLE
● PEMBROKE
● PIETÀ
● PWALES
Isem u Kunjom: ________________________________ Indirizz:______________________________________
● QAJJENZA
● QALA
● QRENDI
● RABAT
Kodiċi Postali: _________________________________
● SALINA
● SANNAT
● SLIEMA
● SWIEQI
● VALLETTA
● WARDIJA
● XEMXIJA
● XEWKIJA
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ April 2023: Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Amy Falzon mill‑Mosta. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
Nitbissmu ftit:
Tanja kellha xi nies għall‑ikel. Waħda
mill‑mistednin daret fuq it‑tifla ta’ Tanja ta’ 6 snin u staqsietha tgħid it‑talba ta’ qabel l‑ikel.
Tifla: “Ma nafx x’se naqbad ngħid!”
Mistiedna: “Għid dak li tgħid il‑mamà.”
Tifla, b’rasha baxxuta: “Mulej, għaliex stedint dawn in‑nies għall‑ikel? Xi dwejjaq!”
L‑omm kienet għadha kif welldet tarbija. Binha ta’ 5 snin kien qed josserva kollox.
Tifel: “Mamà, it‑trabi minn fejn jiġu?”
Omm: “Mill‑Ġenna.”
Tifel: “U min jieħu ħsiebhom fil‑Ġenna?”
Omm: “L‑anġli.”
Tifel: “Ma tantx jieħdu ħsiebhom sew lit‑trabi!”
Omm: “Għaliex qed tgħid hekk?”
Tifel: “Għax lit‑tarbija tagħna bagħtuha bla ħwejjeġ!”
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.

• 16 ta’ Diċembru 2022 Marianna Cassar mis‑Siġġiewi eks benefattriċi
• 24 ta’ Jannar, 2023 Mary Schembri mill‑Mosta
• 18 ta’ April, 2023 Mons. Ġużeppi Agius mill‑Munxar (60 sena missjunarju fil‑Brażil)
• 16 ta’ Mejju, 2023 Paul Zammit Cutajar
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.
Eżempji sbieħ
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq

• Raymond Falzon mill‑Gudja
• Rita Bonello minn Bormla
Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
Nota mill‑Bord Editorjali: Inħeġġu lill‑qarrejja ta' Malta Missjunarja sabiex jagħmlu użu mis‑servizzi u/jew jixtru mingħand dawk il‑ħwienet li jirreklamaw fuq ir‑rivista. Grazzi.
Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal‑Milied u lanqas tal‑‘Birthdays’. Grazzi.

Websajt Missio
• Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat
Jien. Int. Aħna. Flimkien (VO/1178)
www.missio.org.mt

Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio

Malta Events Page/ Tfal
Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
Missio Malta • Missio TfalĠEJ TIMXI FIŻ‑ŻARBUN TIEGĦI?
Mixja bit‑teknoloġija VR, b’risq proġetti ta’ Missio fl‑Afrika

23
ta’ Lulju 2023 ‑ Minn nofsinhar sa nofsilejl


Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Eluf ta’ persuni fl‑Afrika jimxu distanzi twal ta’ kuljum biex iġibu ilma tajjeb għax‑xorb. Missio Malta jgħin lil dawn il‑persuni permezz ta’ proġetti bħal bjar u boreholes, li jtejbulhom ħajjithom u jnaqqsulhom l‑iskariġġ.

Nhar it‑23 ta’ Lulju, ingħaqad ma’ Missio l‑Belt Valletta u esperjenza ftit mill‑mixja li jagħmlu dawn il‑komunitajiet Afrikani, permezz tat‑teknoloġija VR. Hekk inti wkoll tkun tista’ tħoss dak li jgħaddu minnu dawn in‑nies u tgħin b’donazzjoni.
