

Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju], 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.
Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm
Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm
Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà , il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm
Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272
Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066.
Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt
Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm
BORD EDITORJALI
Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt)
Membri:Mons. Valent Borg
Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia
Websajt u Facebook: missiomalta
Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant.
Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar. L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja. Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja.
Abbonament għal sena €10.00
Mara
mit‑tribù Afrikan Maasai mat‑tarbija tagħha.
Nibagħtilkom
Ferħ u Mħabba

Ninsab kuntenta ħafna hekk kif dħalna fl‑istaġun tal‑Milied. L‑istorja tat‑twelid tas‑Salvatur tagħna Ġesù Kristu hija tfakkira għalina lkoll li Alla ġie jgħix fostna, biex ikun qrib tagħna u biex isalvana minn dnubietna. Ġesù tana lilu nnifsu bħala rigal għalina. Hija storja li għadha tgħodd sal‑lum. Ġesù huwa qrib tagħna għax jgħix f’qalbna fejn ikompli jkun rigal għalina. Ġesù ma jżommniex ’il bogħod minnu. Minħabba l‑preżenza Tiegħu f’kull wieħed u waħda minna, aħna wkoll preżenti u konnessi ma’ xulxin.
Hekk kif niċċelebraw it‑Twelid ta’ Ġesù, nibqgħu grati għal dejjem lejn
Alla għall‑barkiet kollha, speċjalment għad‑doni tal‑ħajja, tal‑familja, tal‑komunità tal‑fidi, tal‑ħbieb u tal‑ġirien. Nieħu din l‑opportunità biex nirringrazzjakom bl‑aktar mod sinċier, għaliex kontu ta’ barka kbira għar‑rivista tagħna billi appoġġjajtuha u bqajtu abbonati fiha, filwaqt li dejjem offrejtu għajnuna finanzjarja f’waqtha. Il‑gratitudni speċjali tiegħi tmur ukoll lejn il‑voluntiera kollha li jagħmlu xogħol tant mill‑isbaħ biex jaqdu l‑bżonnijiet varji ta’ Missio b’ħafna entużjażmu u impenn. Nittama u

jkollkom żmien mill‑isbaħ u mbierek matul dan l‑istaġun tal‑Milied. Jalla l‑Mulej iberikkom b’mod abbundanti matul dan l‑istaġun tal‑Milied kif ukoll matul is‑Sena l‑Ġdida. Il‑Milied it‑tajjeb!
Nitolbu għall‑Barkiet t’Alla:
Nitolbu għall‑ferħ f’qalbna, nittamaw f’Alla l‑Ħallieq tagħna, imħabba biex naħfru, u paċi fuq l‑art. Nitolbu s‑salvazzjoni tal‑membri tal‑familja u
F’dan il‑Milied, ejjew nirringrazzjaw lill‑Mulej
tal‑barkiet kollha li ġejna mbierka bihom u noffru t‑talb tagħna għal jiem aħjar.
l‑ħbieb tagħna kollha, u nitolbu għall‑barkiet tiegħek fuq in‑nies kollha.
Mulej, imliena bil‑meravilja ta’ Marija Bambina, bl‑ubbidjenza ta’ San Ġużepp, bl‑għana u l‑ferħ tal‑anġli, bil‑ħeġġa u l‑ferħ tar‑rgħajja, bid‑determinazzjoni u bil‑qima tal‑maġi, u bil‑paċi ta’ Ġesù tarbija fil‑maxtura.
Nitlob għall‑familji kollha tagħna, l‑għeżież tagħkom, speċjalment f’dan l‑istaġun tal‑Milied. Alla li jista’ kollox, il‑Missier, l‑Iben u l‑Ispirtu s‑Santu jberkukom ilkoll issa u għal dejjem.
Ammen.

Wieħed mill‑presepji li jistgħu jinxtraw mill‑ħanut Faith, Hope & Charity.
F’isem id‑Direttur, il‑bord editorjali tar‑rivista Malta Missjunarja, l‑istaff u l‑voluntiera ta’ Missio Malta, nawgura lil kulħadd Milied hieni u sabiħ. Jalla l‑preżenza ta’ Ġesù f’qalbna tibqa’ vera u l‑barkiet Tiegħu jkunu dejjem hemm biex iġibu ferħ u ċelebrazzjoni f’ħajjitna.
Inħobbok Milied

Għaliex? Għax meta nara l‑presepju nixtieq noqgħod hemm f’dik il‑grotta ċkejkna moħbi wara San Ġużepp biex inkun nista’ nħares, bla ma nkun innutat, lejn Ġesù Bambin u lejn il‑Madonna, lejn wiċċhom li jirrifletti bl‑aktar mod sabiħ u sempliċi, dak id‑dawl li joħroġ minn dik it‑tbissima hekk ħelwa fuq wiċċhom mimlija mħabba tas‑sema.
Inħobbu l‑Milied, għaliex ħafna drabi nħossni għajjien mill‑ħajja sfrenata, minn relazzjonijiet mhux tant faċli ma’ nies jew ma’ stili ta’ ħajja li jagħmluli ħajti tqila,
monotona u superfiċjali. Mentri, meta nħares lejn din it‑tarbija hekk ħelwa nara kif il‑Kelma t’Alla saret bniedem, u adatta ruħu għall‑mod tal‑ħajja tagħna u sar tarbija u iben, raġel u ħaddiem, u fuq kollox ġab stil ġdid ta’ ħajja mis‑sema pajjiżu u ried li kollox, bniedem u ħolqien jerġgħu jeżistu f’ordni ġdida: l‑Imħabba. Din it‑tarbija dejjem naraha bħala wieħed mill‑misteri tal‑fidi li l‑aktar iħawduni, għaliex hu l‑bidu ta’ kif l‑imħabba t’Alla għalina tiżvela ruħha fid‑divinità, fil‑ħniena u fil‑maestà kollha tagħha.
U allura, noħlom f’dan il‑Milied dinja invażata bl‑imħabba, u bir‑risposta t’Alla u tal‑Knisja tiegħu, għal dak li l‑qalb għandha bżonn: li kull sena nerġgħu niftakru f’dan il‑fatt hekk profond u fl‑istess ħin sempliċi, li Alla jħobbna!

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel 21236962 Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)


Diċembru 2023

Għall‑Persuni b’abilitajiet speċjali.
Nitolbu sabiex il‑persuni li jgħixu b’abilitajiet speċjali
jkunu fiċ‑ċentru tal‑attenzjoni fis‑soċjetà u sabiex l‑istituzzjonijiet joffru dejjem programmi inklussivi li jivvalorizzaw l‑parteċipazzjoni attiva tagħhom.
Ilkoll kemm aħna, Maltin u Għawdxin, fraħna bl‑aħbar li kkonfermat ruħha nhar l‑10 ta’ Frar min‑Nunzju Appostoliku fil‑Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl fil‑Belt Valletta, li Papa Franġisku kien se jżur il‑gżejjer tagħna. Din iż‑żjara seħħet tassew is‑Sibt 2 u l‑Ħadd 3 t’April, li kien il‑Ħames Ħadd tar‑Randan. Iż‑żjara tal‑Papa Ġiżwita fostna, bħala Pietru fil‑gżira ta’ Pawlu, ġabet qawmien spiritwali ġdid wara xhur ta’ nixfa u qtigħ il‑qalb spiritwali li kienet ġabet fostna anke bħala Knisja, il‑pandemija.
Il‑Papa sejħilna lkoll għall‑imħabba u l‑fraternità għaliex din hija fuq kollox il‑missjoni tiegħu, li jgħallem u jwissi lill‑merħla ta’ Kristu fil‑gżejjer tagħna u fil‑Knisja kollha. Il‑Papa, bħala kap tal‑Knisja Kattolika, m’għandux missjoni faċli, l‑iktar meta jkollu jħabbat wiċċu ma’ problemi u sfidi ġejjin minn ġewwa l‑Knisja. Imma nemmnu wkoll li huwa għandu tassew l‑għajnuna tal‑Ispirtu s‑Santu u d‑dgħajsa tal‑Knisja li qed imexxi mhix se tegħreq u li s‑setgħat tal‑infern mhumiex se jegħlbuha. Huwa Papa
li jixtieq ikun dejjem qrib tan‑nies, tal‑batut, tal‑fqir u tas‑soċjetà.
Nitolbu wkoll għall‑bżonnijiet tal‑Papa li issa dalwaqt jagħlaq 87
sena, sabiex ikollu s‑saħħa ta’ kuljum ħalli jmexxi l‑Knisja. Tajjeb għalhekk
mela li f’dan ix‑xahar nitolbu ta’ kuljum skont il‑fehma u l‑bżonnijiet tal‑Papa.

Insellmu l‑Memorja ta’
Isqof Malti
Ftit tal‑ġimgħat ilu, nhar it‑Tlieta 17 t’Ottubru, tħabbret il‑mewt tal‑Isqof Mons. Robert Camilleri Azzopardi
O.F.M. li għadda għall‑ħajja ta’ dejjem fl‑età ta’ 72 sena. Imwieled il‑Ħamrun nhar l‑24 t’April 1951, Mons. Camilleri Azzopardi
ssieħeb fl‑Ordni tal‑Patrijiet
Franġiskani Minuri u kien
ordnat saċerdot fl‑1975 minn Papa San Pawlu
VI f’Ruma. Tliet snin
wara, mar missjunarju l‑Ħonduras fejn serva bħala kappillan għal bosta
snin. Fil‑15 t’Awwissu, 2001, ġie ordnat isqof wara li Papa San Ġwanni
Pawlu II ħatru Isqof Awżiljarju ta’ Tegucigalpa u Isqof Titulari ta’ Vagada. Imbagħad, fl‑2004, inħatar Isqof tad‑Djoċesi ta’
Comayagua fil‑Ħonduras, filwaqt li f’Ġunju tas‑sena l‑oħra, intgħażel bħala l‑President tal‑Konferenza
Episkopali tal‑istess pajiż. Jalla l‑Mulej iħaddnu miegħu u jippremjah tal‑ħidma saċerdotali u episkopali li wettaq fuq din l‑art.
Charity Shop
No.92, Qormi Road, Hamrun
Opening hours:
Monday‑Friday 8.30am‑12.30pm Saturday 8.30am‑3.00pm
We sell:
Clothing for men, women, children and babies:
Jackets, trousers, t‑shirts, shirts, tops, socks, ties, suits, dresses, bags, gloves, baby grows, hats, etc.
Baby essentials: Push chairs, cots, car seats, potties, baby high‑chairs, etc.
Accessories: Jewellery
Books: Educational, classic, fiction, foreign, religious, etc.
School Items: Stationery, pencils, covers, etc.
Toys: Soft toys, games, puzzles, etc.
Cards: Birthday, anniversary, Holy Communion, Christmas, Easter, Wedding, Christening, etc.
Kitchenware: Crockery, cutlery, plates, bowls, glasses, utensils, waterjugs, etc.
Glassware: Adverts
Homeware: Ornaments, statuettes, china, frames, carpets, sheets, pillowcases, crochet, doilies, knitwear, prints, paintings, decorations, etc.
Household Goods: Shades
Gifts: Occasional cards, Holy Communion, Confirmation, Wedding party souvenirs, etc.
Bric & Brac: Knick knacks, and much more.
We accept plastic bottle caps. *S’ISSA NĠABRET IS‑SOMMA TA’ €140 LI BIHOM INXTARA SIĠĠU TAR‑ROTI GĦAL PERSUNA FIL‑BŻONN F’ART TAL‑MISSJONI. GRAZZI MILL‑QALB F’ISEM MISSIO MALTA.
“Be the change the world needs by helping others.”
This is a very encouraging saying that helps me continuously to never give up and keep on working. Sometimes, it is very hard and you feel like giving up! However, with the Grace of God and your continuous support, I carry on!
My dear customers, you are part of my mission, making a change in the world by helping others every time you purchase,
In Aid of Missio
order or even share my posts, my website and inform your friends about my mission, hence, you are automatically participating too. I really appreciate all this, so thank you all very much! When you visit my website: https://www. joanscraftsforcharity.com you will have a clear picture of all the resources, charts, workbooks and more, with the description, prices and discounts. Both my current projects and the on‑going projects are also available on my website. You can



also follow on my Facebook Page: Joan’s Crafts For Charity. Feel free to ask for any information needed, as I am always available!
These are the projects I managed to sponsor to date, since my last letter:






1. Father Grevazio’s community ‑ 32 benches for a school in Malawi.
2. School supplies and food for a poor family in Kenya.
3. Father Thanaiah’s orphanage community ‑ new shoes for all the children.
4. Father Thanaiah’s orphanage community ‑ 10 fans for the classrooms.
5. Father Thanaiah’s orphanage community ‑ 75 beds for the new children joining the orphanage.
6. Finalised Farming Project in Peru through missionary Keith Bolger.
7. Sister Lilian community ‑ poor promising child schooling and food for her family.
8. Father Grevazio’s community ‑ cleft lip surgeries for 2 kids.
9. Sister Josephine’s project ‑ child’s feet surgery.
10. Sister Josephine’s project ‑ child’s nose surgery.


li għaddew qassamna l‑biljetti tal‑lotterija Missio lil kull dar. Inħeġġukom tieħdu sehem biex bid‑donazzjoni
Mons. Pawlu Darmanin OFM Cap
Isqof Emeritu ta’ Garissa

“Qaddej tajjeb u fidil, idħol fil‑hena ta’ sidek!” (Mt. 25:21)
Nhar l‑Erbgha 25 ta’ Lulju, 2023, il‑Mulej għoġbu jsejjaħ għal għandu lil Mons. Pawlu Darmanin Isqof Emeritu ta’ Garissa, fil‑Kenja. Hekk, il‑Mulej jagħtih il‑ħlas mistħoqq għall‑ġid kollu li wettaq fil‑ministeru saċerdotali tiegħu, u aktar tard bħala missjunarju u isqof tad‑djocesi ta’ Garissa, għal 32 sena. Fost il‑ħafna grazzji li matul ħajti rċevejt mingħand Alla, hija dik li kelli x‑xorti niltaqa’ ma’
ħafna persuni, fosthom
Mons. Pawlu Darmanin
OFM Cap, li għal għadd ta’ snin ħdimt u għext miegħu fil‑missjoni
ta’ Garissa, u dawn l‑aħħar snin hawn Malta.
Kien it‑3 ta’
Frar, 1984, li Papa San Ġwanni
Pawlu II,
ħatar lill‑Patri Pawlu
Darmanin bħala l‑ewwel Isqof tad‑Djoċesi ta’
Garissa fil‑Kenja. Qabel il‑ħatra tiegħu bħala isqof, Mons. Pawlu Darmanin kien Provinċjal tal‑Aħwa
Kapuċċini Maltin. Matul is‑sitt snin tal‑ħidma tiegħu bħala provinċjal, huwa mhux biss żar il‑missjunarji fil‑Kenja diversi drabi, iżda ħadem bis‑sħiħ biex din il‑missjoni tissaħħaħ. Huwa kien ħeġġeġ biex aktar patrijiet imorru jaħdmu fil‑missjoni ta’ Garissa, kif fil‑fatt ġara. Il‑missjunarji ta’ dawk l‑ewwel żminijiet għadhom jiftakru u jsemmu, fost l‑oħrajn, l‑ewwel żjara tiegħu bejn Awwissu u Ottubru tal‑1974, meta huwa ried jara b’għajnejh il‑ħajja ta’ kuljum tal‑missjunarji, id‑diffikultajiet u l‑prospetti li kien hemm għall‑Knisja, għall‑Ordni u wkoll għan‑nies tal‑post. Imbagħad, meta temm is‑sitt snin tiegħu bħala provinċjal, wara ftit, huwa stess talab

biex imur jagħti sehmu f’din il‑missjoni. Dak li ħeġġeġ huwa stess meta kien provinċjal, wettqu bil‑fatti. Mons. Darmanin daħal għal din il‑missjoni bħala Ragħaj tad‑Djoċesi ta’ Garissa, b’impenn, determinazzjoni u kuraġġ, imma fuq kollox b’fidi kbira. Żgur li kien jaf li ma kinitx missjoni daqshekk faċli.
Lill‑Mons. Darmanin kont ilni nafu mindu jien sirt Kapuċċin, fl‑1983, u dejjem kont insegwi u naqra dak li kien jikteb dwar il‑missjoni ta’ Garissa, u minn dejjem kelli ammirazzjoni lejh. Imma sirt nafu aktar mill‑qrib, meta fl‑1993, mort jiena stess il‑missjoni, u iżjed minn hekk meta ħdimt aktar qrib tiegħu f’Garissa u għext miegħu aktar mill‑qrib għal bosta snin. Mons. Darmanin kien imżejjen b’umiltà, silenzju u prudenza mhux komuni. Minkejja li huwa kien isqof, xorta baqa’ jgħix

il‑ħajja normali u sempliċi ta’ missjunarju Franġiskan Kapuċċin. U dan kienu jinnutawh dawk kollha li kienu jiltaqgħu miegħu, kulħadd kien jistqarr l‑istess dwaru. Mhux biss isfqijiet, saċerdoti u reliġjuzi, imma wkoll il‑mexxejja ċivili f’Garissa. Aktar ma kont inkun qribu, aktar kont nara u nifhem kemm dan huwa minnu. Matul is‑snin li għext mal‑Isqof Pawlu, kelli x‑xorti nakkumpanjah fid‑diversi żjarat pastorali li kien jagħmel fid‑djoċesi biex ikun qrib il‑missjunarji.

Ivvjaġġajt miegħu sal‑iżjed parroċċa mbiegħda li hemm fid‑djoċesi, dik ta’ Mandera, li tinsab ftit inqas minn elf kilometru bogħod minn Garissa u li tinsab bejn żewġ fruntieri internazzjonali, dik tal‑Etjopja u dik tas‑Somalja. Vjaġġi twal ma jispiċċaw qatt! Matul dawn il‑vjaġġi, Mons. Darmanin dejjem kien jaħseb x’ser jieħu miegħu għall‑missjunarji, mhux biss, imma kien jaħseb ukoll fin‑nies li kien ikun se jiltaqa’ magħhom matul it‑triq. Kien iġorr miegħu diversi laned mimlija bl‑ilma, biex meta matul il‑vjaġġ xi ħadd iwaqqafna u jitlobna l‑ilma, kien ikollna x’nagħtuh. Fi kliem Papa Franġisku: “dejjem kien ikollu r‑riħa tan‑nagħaġ”, għax kif qal il‑Papa: “Ragħaj tajjeb irid iġorr miegħu r‑riħa tal‑merħla.” Dejjem hekk għamel u dejjem hekk nafu!
Ħaġa li dejjem laqtitni


fl‑isqof Pawlu hija id‑disponibilità tiegħu. Huwa kien isqof li lest li jitkellem u jisma’ lil kulħadd. Bniedem li mhux biss kellu l‑kapaċità li jisma’ u jifhem lil min ikun qed ikellmu, imma li kien jitfa’ l‑attenzjoni tiegħu kollha fuq dik il‑persuna li miegħu jkun qed
jitkellem. Hekk kont tqisu li f’dak il‑mument, fid‑dinja kollha
għalih teżisti biss dik il‑persuna li tkun qed tkellmu. Dawn il‑kwalitajiet sbieħ li
bihom kien imżejjen, kienu wkoll jiġbdu l‑attenzjoni u l‑ammirazzjoni ta’ ħafna, mhux biss Insara, imma wkoll oħrajn li jħaddnu twemmin ieħor, saħansitra anke Musulmani. Dawn ukoll kienu jsejħulu ‘Baba Askofu’ (missierna l‑isqof), għax fih kienu jaraw l‑imħabba ta’ missier. L‑isqof Pawlu kien bniedem ta’ ftit
kliem. Imma l‑ftit kliem tiegħu huwa meqjus u għaqli, b’mod speċjali f’mumenti diffiċli li f’missjoni bħal Garissa, ma jonqsu qatt u xi drabi kienu jkunu wkoll spissi! Huwa dejjem kien jibqa’ jżomm il‑kalma u kien jaf bil‑ħlewwa kollha jwettaq dak li qal San Pawl lill‑Isqof Timotju: “Xandar il‑kelma, insisti f’waqtu u barra minn waqtu, ċanfar, widdeb, wissi, bis‑sabar kollu u bit‑tagħlim” (2Tim:4:3). Matul it‑tnejn u tletin sena li għamel isqof ta’ Garissa, l‑Isqof Pawlu baqa’ missjunarju, missjunarju Franġiskan Kapuċċin kif dejjem kien. Bis‑saħħa t’hekk, kien strumentali biex minkejja d‑diffikultajiet kollha li toffri Garissa, matul dawn is‑snin kollha, ġew imwaqqfa parroċċi u stazzjonijiet ġodda, u ħafna proġetti oħra ta’ karità, infetħu diversi skejjel u żdiedu bosta kliniki



biex ikomplu l‑għajnuna fis‑saħħa u fl‑edukazzjoni. Dan kollu frott tal‑ħidma
siekta u kwieta tiegħu, u l‑entużjażmu li kien jispira fil‑missjunarji. Fuq kollox twaqqfet id‑djoċesi ġdida ta’ Malindi li parti kbira minnha kienet tagħmel ma’ Garissa. Fit‑8 ta’ Dicembru 2015, Papa Franġisku aċċetta r‑riżenja tal‑Isqof Darmanin, waqt li Mons. Joe Alessandro OFM Cap, inħatar is‑suċċessur tiegħu.
Mons. Darmanin, minn qalbi nroddlok ħajr tal‑kelma ta’ kuraġġ li dejjem għedtli, tal‑mumenti sbieħ u anqas sbieħ li għexna flimkien, tas‑sagriffiċċji personali li għamilt biex tkun qrib tiegħi fl‑iżjed mumenti diffiċli li għaddejt minnhom, u għal dawk il‑mumenti kollha li int kont hemm għalija. Int għalija ma kontx biss isqof, imma missier, ħija u ħabib, int kont għalija ta’ ispirazzjoni. Inħossni mhux biss ixxurtjat li għext miegħek għal bosta snin, imma privileġġjat. Issa li l‑mewt firditna nwiegħdek li għal ħajti kollha se nibqa’ ngħożż dawn il‑memorji sbieħ li għandi tiegħek. Sakemm nerġgħu niltaqgħu f’Dar il‑Missier: “ Kwaheri ya kuonana!” (Insellmulek sakemm nerġgħu naraw lil xulxin).


Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.
Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5
Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa ‑ €36
Paga ta’ għalliem fis‑Seminarju għall‑formazzjoni tas‑seminaristi ‑ €48
Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem ‑ €60
Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda ‑ €115
Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.
• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:
€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha)
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
Jew fuq: www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑ QALB
B’€0.41 Kuljum

Bis‑saħħa ta’ diversi benefatturi Maltin u Għawdxin li permezz ta’ Missio Malta qed jisponsorjaw tifel jew tifla li jgħixu f’pajjiż tat‑Tielet Dinja, ħafna tfal, li jammontaw għal aktar minn 800, ingħataw l‑opportunità li jirċievu edukazzjoni xierqa. B’hekk issa jistgħu jħarsu lejn futur isbaħ u jaspiraw biex jilħqu dak li jixtiequ. Imma għad hemm ħafna aktar tfal li qed jistennew lil xi ħadd b’qalb tajba jisponsorjahom. Kun int li dan il‑Milied tagħmel differenza fil‑ħajja ta’ xi ħadd minn dawn it‑tfal, li xi wħud minnhom qed jidhru hawn taħt. B’€0.41 kuljum, tista’ tagħmel differenza kbira!

Mary tagħmel dak kollu li jiġi għal idejha. Il‑familja hija waħda fqira ħafna. Li jaqla’ l‑missier mhuwiex biżżejjed sabiex imantni l‑familja u jkopri l‑ispejjeż ta’ kuljum. Sameera tħobb ħafna tkanta u la tikber tixtieq issir għalliema, iżda mingħajr l‑għajnuna ta’ xi benefattur dan mhux se jkun possibbli għaliex bla sponsor, it‑tifla ma tistax tattendi skola. Dun Rayar Savarinathan, is‑saċerdot tal‑parroċċa fejn tgħix it‑tifla, jemmen li jekk tingħata ċ‑ċans, Sameera għad tipprometti.

ir‑responsabbiltà waqgħet kollha fuq l‑omm, li bil‑ftit li taqla’ ma tistax tlaħħaq mal‑ispejjeż tal‑familja aħseb u ara mal‑edukazzjoni ta’ binha. La jikber Riyan jixtieq isir inġinier, għalhekk għandu bżonn l‑għajnuna ta’ xi benefattur li lest iħallas għall‑ispejjeż tal‑edukazzjoni tiegħu. Dun C. Mariappan, il‑qassis tal‑parroċċa fejn jgħix Riyan, jixtieq ħafna jara lit‑tifel iwettaq il‑ħolma tiegħu.
hija mara tad‑dar. Michelle għandha tliet ħutha subien u tliet ħutha bniet. Il‑familja hija waħda fqira ħafna u l‑paga tal‑missier mhix biżżejjed għall‑bżonnijiet bażiċi ta’ kuljum ta’ din il‑familja pjuttost kbira. Michelle tħobb ħafna l‑kant u ż‑żfin, u la tikber għandha x‑xewqa li ssir għalliema jew infermiera. Iżda l‑ħolma tagħha qatt ma tista’ tkun reali jekk ma jkollhiex għajnuna finanzjarja sabiex tkompli tattendi l‑iskola. Sor Ester Njoroge, missjunarja fil‑lokalità fejn tgħix it‑tifla, tixtieq ħafna tara lil Michelle lura fil‑klassi biex tkompli titgħallem ħalli tilħaq fejn tixtieq.



subien u oħt waħda. Meta kienet għadha żgħira, kellha inċident fejn ġarrbet xi ħruq f’ġisimha u għadha tieħu l‑kura sal‑lum il‑ġurnata. Il‑passatemp tagħha huwa ż‑żfin u la tikber tixtieq issir suldat bħal missierha. Dun Lazarus Maloya, il‑qassis tal‑komunità fejn tgħix it‑tifla, jixtieq jara lil Erlina tkompli bl‑istudji tagħha, iżda dan mhux possibbli jekk ma jinstabx sponsor.
huwa katekist volontarju, filwaqt li ommu Monica hija mara tad‑dar. Il‑familja tiddependi mill‑miżata żgħira li l‑missier jingħata mill‑parroċċa. Peress li dan huwa l‑uniku dħul tal‑familja, huwa diffiċli ħafna li jlaħħqu mal‑ħajja u mal‑ħtiġijiet tal‑familja. Dun Grevazio Zulu jixtieq ħafna jsib l‑għajnuna għal Moses sabiex ikun jista’ jattendi l‑iskola bħal tfal oħra.

Modi kif tista’ tgħin
Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.
Bank Transfer

Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.

Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK
Account No: 41474120039
IBAN: MT94APSB77013000000041474120039
Swift Code: APSBMTMT
Donazzjoni b’SMS
• 5061 7383 ‑ €2.33
• 5061 8998 ‑ €6.99
(Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar
• 5160 2036 ‑ €10 • 5170 2009 ‑ €15
• 5180 2026 ‑ €25
(Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 50011468005
IBAN: MT31VALL22013000000050011468005
Swift Code: VALLMTMT
www.missio.org.mt
Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’ ċempel: 2123 6962 Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962

Me. You. Us. Together. CHILD SPONSORSHIP
€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
Grazzi mill‑Qalb

Kif tista’
tgħin lit‑tfal fil‑missjoni:

€ 140 Siġġu tar‑roti għal tifel jew tifla b’diżabilità

€ 50 Tabib ikollu lbies prottetiv biex jikkura persuni morda fil‑missjoni

€ 500 Għajnuna biex jinxtara apparat mediku għal sptar fit‑Tanżanija

€ 125 Magna tal‑ħjata u banketta għal tfajla sfruttata biex taqla’ x’tiekol

€ 8,000 Bini ta’ kappella f’ismek jew f’isem xi ħadd għażiż għalik
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI!

Hemm Mod A ħjar
Fit‑Tanżanija hemm sptar magħmul minn erba’ kmamar biss. Jaħdmu f’dan l‑isptar hemm it‑Tabib Brighton u tabib ieħor li jaqsmu l‑ġranet bejniethom. L‑isptar jinsab fil‑kampanja, bogħod minn kollox u minn kulħadd. La għandu infermiera u lanqas ambulanza, u madankollu jservi żona enormi. Mibni fis‑Snin 80, dan l‑isptar qatt ma ra rinnovazzjoni, għax fondi qatt ma kien hemm u l‑prijorità dejjem kienet li jħarsu l‑ħajjiet. It‑Tabib Brighton jistqarr kif ta’ spiss ikollu jagħżel lil min jikkura minħabba li għal sigħat twal ikun waħdu, filwaqt li t‑tabib l‑ieħor ikun qed jistrieħ. Huwa jirrakkonta kif darba, waqt li kien qed
jassisti mara li kienet qiegħda twelled, ġiet tfajla oħra u sakemm kienet qed tistenna li jmiss lilha, laħqet mietet fuq is siġġu.
Għażliet ibsin u ta’ ksir il qalb, għax m’hemmx mod aħjar. In‑nuqqasijiet f’dan l‑isptar huma kbar u serji; ingwanti ma jeżistux, l‑għodda hija primittiva u limitata, is sodod imsewwijin ta’ kafkaf, is‑saqqijiet magħmulin minn biċċiet tal‑fowm u t twieqi ma jingħalqux sewwa; lista li ma tispiċċa qatt. Naturalment, l‑iktar li jbatu f’din is‑sitwazzjoni huma dawk l‑aktar vulnerabbli, fosthom it‑tfal, l‑anzjani u n‑nisa tqal. Mal‑inqas kumplikazzjoni l‑pazjenti jkollhom jittieħdu
fi sptar attrezzat aħjar fl‑eqreb belt, ħafna drabi fuq mutur qadim li jieħu madwar sagħtejn biex jasal f’toroq mimlijin ħofor u skossi. Dawn l‑erba’ kmamar li jservu ta’ sptar, jaqdu bl‑aħjar mod possibbli diversi ħtiġijiet mediċi, bħall‑kura primarja, xi operazzjoni żgħira u nisa waqt il‑ħlas. Il‑privatezza, kif

wieħed jista’ jimmaġina, ma teżistix. Pereżempju, mara li tkun għadha kif welldet u tkun għadha ġejja f’tagħha, ħafna drabi jkollha taqsam l‑istess spazju ma’ pazjenti oħrajn li jkunu qed jiġu kkurati. Apparti d‑dinjità tal‑persuni, dan iżid mhux ftit ir‑riskju ta’ xi infezzjoni u tixrid ta’ mard bla bżonn. Tobba bħat‑Tabib Brighton, jafu li dawn mhumiex prattiki mediċinali tajbin, iżda jafu wkoll li ma jistgħux jagħmlu aħjar.
Missio Malta jemmen li hemm mod aħjar kif dawn l eluf ta’ pazjenti li jinqdew f’dan l‑isptar ikunu ttrattati. F’isem Missio Malta, għal darb’oħra qed indur fuqek sabiex tgħinna nkomplu nassistu lit‑tobba f’dan

l isptar ħalli dawn ma jkollhomx għalfejn jagħżlu lil min se jsalvaw meta jagħtu l‑kura tagħhom. Bl‑għajnuna tiegħek, il‑pazjenti li jżuru dan l‑isptar se jiġu kkurati
b’dinjità. Bħalma għamilt inti, nitolbuk tħeġġeġ lill‑familjari u ’l‑ħbieb tiegħek biex flimkien inkomplu ngħinu ħafna oħrajn!

5170 2063 ‑ €15 5180 2064 ‑ €25 5190 2061 ‑ €50 SMS 5061 8820 ‑ €6.99
RELAZZJONIJIET



Programm bi produzzjoni ta' Missio Malta u preżentazzjoni ta' Dun Victor Agius u Claudia Cini.
● Kull nhar ta' Tlieta u kull nhar ta' Ħamis fis‑2:30pm.
● Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).
Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)

“Jekk għajnejk
jaraw il‑pożittiv, inti tħobb id‑dinja. Imma, jekk ilsienek huwa pożittiv, id‑dinja tħobb lilek!”
Santa Madre Tereża ta’ Kalkutta

Anjezè Gonxhe Bojaxhiu (1910‑1997), kienet soru Kattolika Albaniża‑Indjana u l‑fundatriċi tal‑Missjunarji tal‑Karità, imwielda fi Skopje l‑Albanija. Ta’ 18‑il sena marret tgħix l‑Irlanda u aktar tard l‑Indja, fejn għexet il‑biċċa l‑kbira ta’ ħajjitha. Fl‑4 ta’ Settembru 2016, ġiet ikkanonizzata minn Papa Franġisku. L‑anniversarju mill‑mewt tagħha, il‑5 ta’ Settembru, huwa jum il‑festa tagħha. Hija l‑patruna tal‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ, tal‑Missjunarji tal‑Karità u tal‑Arċidjoċesi ta’ Kalkutta.
Beatu Filippu Rinaldi (1856‑1931)

Filippu Rinaldi twieled nhar it‑28 ta’ Mejju 1856 fir‑Reġjun ta’ Pjemonte, l‑Italja. Kien
Don Bosco nnifsu li ggwidah fil‑ħajja reliġjuża. Filippu kien iltaqa’ ma’ Don Bosco meta kellu biss ħames snin. Malli għalaq it‑22 sena, Filippu daħal mal‑Ordni Sależjan u qabel ma ħa l‑voti kien diġà jgħin fil‑vokazzjonijiet.
Aktar tard beda jieħu ħsieb lin‑novizzi li l‑vokazzjoni tagħhom ħassewha iktar tard f’ħajjithom. Filippu sar saċerdot fl‑1882 u ma damx ma laħaq provinċjal fi Spanja fejn fetaħ ħafna djar ġodda għaż‑żgħażagħ. Fl‑1922 laħaq vigarju ġenerali, it‑tielet suċċessur ta’


Don Bosco, fejn baqa’ f’din il‑kariga sakemm miet.
Filippu waqqaf l‑Istitut
Sekulari
tal‑Voluntiera
ta’ Don Bosco. L‑ordni dejjem ra potenzjal fih għax
dejjem ħaddan il‑kariżma ta’
Don Bosco. It‑tmexxija
kwieta u umli tiegħu tal‑ordni, flimkien mal‑virtù qaddis u ħeġġa li kien magħruf għalihom, għenu fil‑kawża għall‑beatifikazzjoni tiegħu. Imma fuq kollox hemm marbut miegħu wkoll miraklu tal‑fejqan ta’
Sor Marija Karla li kienet milquta f’wiċċha waqt sparatura fl‑20 t’April 1945, waqt konflitt lejn it‑tmiem tat‑Tieni Gwerra Dinija.
Filippu Rinaldi miet nhar il‑5 ta’ Diċembru 1931, f’Turin u ġie bbeatifikat fid‑29 t’April 1990 minn Papa San Ġwanni Pawlu II. Il‑festa tiegħu niċċelebrawha fil‑5 ta’ Diċembru.
LAQGĦAT TA’ FORMAZZJONI
Qed isiru laqgħat għal dawk interessati jagħmlu esperjenza missjunarja matul is‑sajf li ġej. Il‑laqgħat qed isiru fl‑uffiċċju ta’ Missio Malta fir‑raba’ sular, f’Numru 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta, fis‑7:00pm.
Il‑laqgħa li jmiss hija nhar il‑Ġimgħa 15 ta’ Diċembru. Dawn il‑laqgħat, li jsiru kull tielet Ġimgħa tax‑xahar, jibqgħu għaddejjin sa Mejju.
Għal aktar informazzjoni jew biex tibbukkja, tista’ tikkuntattja lil Dun Victor Agius, li qed imexxi dawn il‑laqgħat, fuq 2123 6962 jew b’imejl fuq director@missio.org.mt

Me. You. Us. Together.
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom:
Indirizz: Belt/ Raħal: Kodiċi Postali:
Tel:
N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.
Fundatur tal‑ G ħaqda Biblika Maltija

Dun Karm Sant twieled fit‑23 ta’
Jannar 1921 f’Ħal Tarxien, iben Emanwel u Madalena mwielda Pensa.
Huwa kellu disa’ ħutu, li fosthom kien hemm Dun Ġwann u Patri Umberto, Dumnikan li miet sitt xhur wara li ġie ordnat saċerdot. Missieru kien jaħdem it‑Tarzna, iżda kien ukoll iħobb ikabbar il‑fjuri għall‑bejgħ fil‑ġnien li kellhom mad‑dar tagħhom f’Ħal Tarxien. B’hekk il‑familja tagħhom kienet magħrufa bħala ‘Tal‑fjuri’.
Dun Karm ħa l‑ewwel edukazzjoni tiegħu fl‑Iskola Primarja ta’ raħal twelidu u wara, meta kellu ħdax‑il sena, mar il‑Liċeo. Iktar tard daħal is‑seminarju u beda jistudja l‑Filosofija u t‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. Fl‑1943, kiseb il‑B.A. (Baċellerat tal‑Arti) u fis‑sena ta’ wara kiseb il‑B.D. (Baċċelerat fid‑Divinità).
Huwa ġie ordnat saċerdot fl‑1946 u fis‑sena 1950 ġab id‑Dottorat fid‑Divinità.
Bejn is‑snin 1947 u 1950, studja l‑Iskrittura fl‑Istitut Pontifiċju Bibbliku f’Ruma u kompla javvanza fl‑istudji Bibliċi bejn is‑snin 1961 u 1964. Tul iż‑żmien li għadda f’Ruma, kien jgħallem l‑Istorja tat‑Testment il‑Qadim fl‑Università Loyola. Kien il‑kap tad‑dipartiment tal‑Iskrittura Mqaddsa, tal‑Ebrajk u tal‑Grieg
fl‑Università ta’ Malta, wara li ċeda postu l‑Professur Mons. Pietru Pawl Saydon (1964‑1977). Għal xi żmien, okkupa l‑post ta’ assistent kap tad‑dipartiment u kien ukoll id‑Dekan tal‑Fakulta tat‑Teoloġija. Kien eżaminatur tal‑Iskrittura Mqaddsa, tal‑Lhudi u tal‑Grieg Bibliku u Klassiku, tal‑Għarbi u tal‑Malti fl‑Università, bejn is‑snin 1952 u 1980. Wara li spiċċa mill‑Università ta’ Malta, kompla jgħallem fis‑Seminarju Tal‑Virtù fir‑Rabat, Malta lil dawk li kienu mexjin lejn is‑saċerdozju. Barra dawn il‑karigi, kien saħansitra membru tas‑senat (1964‑1978) u membru fil‑Kunsill Universitarju fis‑snin 1979 u 1980.
Bħala Skular Bibliku, Mons. Karm Sant ippubblika siltiet dwar l‑istorja tal‑Bibbja Maltija. L‑aqwa kontribuzzjoni tiegħu kienet it‑traduzzjoni tal‑Bibbja li qaleb għall‑ilsien Malti flimkien ma’ diversi studjużi oħra. Din it‑traduzzjoni kellha ssir mill‑Ebrajk u l‑Grieg, u ħadet 15‑il sena sħaħ fejn imbagħad ġiet ippubblikata f’volum wieħed, fl‑1984. Fis‑sena

1958, waqqaf l‑Għaqda
Biblika Maltija, li permezz tagħha l‑Maltin saru iktar midħla tal‑Kotba Mqaddsa. Kien ukoll membru ħabrieki tal‑Għaqda tal‑Malti, saħansistra waqt iż‑żmien diffiċli tal‑gwerra, meta kiteb ukoll xi artiklu fuq l‑ilsien ta’ pajjiżna fil‑gazzetti. Dan kollu huwa xhieda tal‑interess tiegħu fis‑sehem tal‑Malti, fl‑edukazzjoni u fil‑komunikazzjoni soċjali. Dun Karm għamel ukoll riċerka fl‑istorja tat‑traduzzjoni tal‑Bibbja Maltija fuq Mikiel Anton Vassalli u Ġużè Muscat Azzopardi. Kien il‑fundatur tal‑Grupp Ekumeniku bejn l‑1965 u l‑1979, kappillan tal‑Papa (1969) u Kanonku tal‑Kapitlu Metropolitan ta’ Malta (1977‑1992). Kien membru tal‑Għaqda tal‑Malti (1946‑1947), tal‑Akkademja tal‑Malti (1942‑1992) u
tas‑Soċjetà Biblika
Taljana (1954‑1992), kif ukoll tal‑Għaqda
Biblika Kattolika
tal‑Amerika (1964) u dik tal‑Ingilterra. Tajjeb ngħidu li, għalkemm
Dun Karm kellu bosta ħidmiet oħra, ta’ kuljum kien imur iqaddes għand is‑Sorijiet tal‑Karità f’raħal twelidu.
Fuq nota personali,
Dun Karm kien iħobb jitkellem ma’ kulħadd, avolja meta wieħed kien iħares lejh kien jaħseb li kellu karattru mkabbar. Kien vera bniedem paċenzjuż u jekk jinduna li teħtieġ xi ħaġa kien jara kif jagħmel biex jgħinek. Kien ċajtier u kien iħobb jirrakkonta u jgħallem. Ħafna drabi kont issibu fl‑istudju tiegħu jaqra, jgħallem jew jiddiskuti s‑suġġetti tiegħu, iżda kien iħobb ukoll imur xi passiġġata. Kien dilettant tal‑Mużika Gregorjana u għanjiet lill‑Ħallieq f’diversi ilsna. Dun Karm Sant għadda għall‑ħajja ta’ dejjem nhar it‑23 ta’ Settembru 1992, fl‑età ta’ 71 sena. F’Ħal Tarxien hemm skola u triq imsemmijin għalih.
Ħarsa ħafifa lejn il‑pubblikazzjonijiet tiegħu li jinkludu studji Bibliċi fil‑ġurnali lokali u
barranin, u xi kotba Bibliċi speċjalizzati. Kiteb ukoll xi artikli fuq l‑ilsien Malti (1940).
It‑Twavel Proto Feniċi ta’ Ras Xamra, traduzzjoni Leħen il‑Malti IX/9 (1940)
Non Omnis Moriar, traduzzjoni tal‑poeżija ta’ Dun Karm Psaila (1940)
L‑Enċiklika ‑ Rerum Novarum, traduzzjoni (1941)
L‑Enċiklika ‑ Quadragesimo Anno, traduzzjoni (1941)
X’hemm moħbi fi ‘Il‑Jien u Lil Hinn Minnu’ (1941)
Newman and Our University (1946)
Il‑Bibbja bħala Letteratura, Il‑Malti XXXIII (1957)
Akatisthos: Innu Liturġiku Biżantin f’ġieħ il‑Verġni Marija Omm Alla, traduzzjoni (1990) fejn kien għenu Papas George Mifsud.
Jeżistu ħafna iktar pubblikazzjonijiet tiegħu li mhumiex imsemmijin hawn. Nirringrazzjaw lil dan is‑saċerdot li permezz tiegħu nsibu l‑Liturġija tal‑Kelma b’ilsien pajjiżna miftiehem aħjar.
Il‑Knisja ta’ Ħal Tarxien.
150 Sena Anniversarju Minn Mewtu

Wara li talab it‑talba tar‑Reġina Caeli mal‑pellegrini nhar
Pentekoste, Papa Franġisku tkellem dwar Alessandro Manzoni, l‑awtur Taljan preferut tiegħu. Nhar it‑22 ta’ Mejju li għadda kien il‑150 anniversarju mill‑mewt ta’ Alessandro Manzoni, l‑awtur ta’ I Promessi Sposi. Il‑Papa semma kif il‑karattri fil‑ktieb ta’ Manzoni kienu lkoll immexxijin mill‑providenza t’Alla. Semma wkoll kif dawn kienu sostnuti mir‑rgħajja fidili tal‑Knisja, preżenti
fil‑ħajja tagħhom.
Alessandro Manzoni (1785‑1873) huwa
l‑awtur ta’ ktieb famuż.
Ir‑rumanz jirrakkonta l‑istorja ta’ koppja żagħżugħa li trid tiżżewweġ, imma ssib ruħha f’ħafna problemi: l‑ewwel, il‑baruni tal‑lokal jixħet ħarstu fuq l‑għarusa, imbagħad fl‑aħħar għal ftit ma mitux it‑tnejn li huma bil‑pesta. Fil‑problemi tagħhom, huma sabu l‑għajnuna ta’ Patri Kapuċċin u jkunu spirati mill‑arċisqof ta’ Milan, Karlu Borromeo, aktar tard qaddis. Papa Franġisku darba stqarr: “Jien qrajt ‘I Promessi Sposi’ ta’ Alessandro Manzoni tliet darbiet u issa l‑ktieb jinsab fuq il‑mejda tiegħi biex naqrah mill‑ġdid. Manzoni tani ħafna. Meta kont ċkejken, in‑nanna għallmitni bl‑amment il‑bidu tal‑ktieb:
“Dik il‑parti tal‑Għadira ta’ Como li terħilha lejn in‑nofsinhar bejn żewġ faxxi kbar ta’ muntanji....”
Papa Franġisku, li kien jgħallem il‑letteratura fis‑sittinijiet fl‑Università Ġiżwita ta’ Buenos Aires, tgħallem ħafna minn dan il‑ktieb, fost l‑oħrajn: id‑deskrizzjoni sabiħa tar‑rimors bħala opportunità biex wieħed jibdel ħajtu. Hawn jidħol id‑djalogu bejn il‑Kardinal Federico Borromeo u l‑Persuna bla isem, li wara lejl terribbli, tippreżenta lilha nfisha lill‑Kardinal, li jindirizzaha b’dawn il‑kelmiet: “Għandek xi aħbar tajba għalija; għalfejn taħsibha biex tgħidhieli?” “Aħbar tajba?” “Għandi xitan f’ruħi! Għidli, għidli, jekk taf, x’aħbar tajba tista’ tistenna minni?” “Li Alla messlek qalbek u qed jiġbdek lejh,” wieġeb il‑Kardinal bil‑kalma, (Kapitlu 23).
Alla jmiss il‑qalb ta’ kulħadd u kultant jersaq lejk minn ġewwa, fin‑niket u fir‑rimors, u dan jagħmlu sabiex jiftaħlek triq ġdida. Il‑bniedem t’Alla jagħraf kif jinnota fil‑profondità dak li jmiss il‑qalb.
Alessandro Manzoni, pittura ta' Giuseppe Molteni.
MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.

RIEDA LI TAGĦTI
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha.
Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek.
Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt VO/1178

Il‑Ħajja Sabiħa
Kemm hi sabiħa l‑ħajja
Meta kollox napprezzaw
Lil ta’ madwarna nħobbu
U fuq kollox nirrispettaw.
Lissen kelma ta’ kuraġġ Żomm id‑daħka fuq xofftejk
Kun ta’ spalla u offri t‑tama
Jew anke bonġu lil ta’ ħdejk!
Vjaġġ uniku għal kulħadd
Fejn se jieħdok qatt ma taf.
Dejjem kun kburi fejn wasalt U ċċelebra, anke l‑kisbiet żgħar!
Gawdi dejjem lill‑familja u ’l‑ħbieb. M’hemmx bżonn ħafna, imma ftit ħin
B’messaġġ ħelu jew telefonata biex turihom li f’qalbek qegħdin.
Kemm hu sabiħ meta tħares lura
U tinduna li id f’id miegħek imxew
Kienet x’kienet is‑sitwazzjoni B’parir u daħka, is‑saram taffew.
Għax fuq kollox, mhux kemm nies taf
Imma min ġie f’ħajtek u ma telqek qatt, U xi ngħidu meta magħhom tiltaqa’ Kemm memorji jiġġeddu fost ħafna daħk.
Kemm hi prezzjuża l‑ħajja
Li tikber fiż‑żmien huwa privileġġ
Imma don miċħud lil ħafna Mela qum, tbissem u kun kuntent.
Il‑ħajja misteru imma ferm ikkulurita, sempliċement għax hemm int fiha!



A.N.G. BORG LTD. COFFEE DEALERS
Opening Hours: Mon to Fri ‑ 8.30am to 4pm Sat ‑ 9am to 1pm Factory/Shop: Tal‑Balal Road, San Ġwann SGN07 ‑ Malta
Tel: (00356) 2137 1626
E‑mail: gb864@go.net.mt Web: www.kafeborg.com facebook: Kafe Borg


Dmugħ
fil‑Poeżija
Mulej inti tilluminani
Biex dak li nħoss ġo fija, Inxandru man‑nies kollha Permezz ta’ din il‑poeżija.
Hawn nies li lanqas jemmnu
X’hemm għalina fis‑smewwiet, Jekk naraw x’hawn f’din id‑dinja, Ġmiel ta’ fjuri, xmajjar, għeġubijiet.
Hekk kif niftaħ għajnejja, Nara r‑raġġi tax‑xemx deħlin U l‑għasafar jittajru, inaqqru l‑ikel, Ngħid Mulej kemm int ħanin!
Tara l‑ward, friefet jittajru, Ħut fil‑baħar, xmajjar bl‑ilmijiet, Siġar bil‑frott u ħxejjex, Tiċċassa b’dawn l‑għeġubijiet.
Tajtna I‑ħajja Mulej biex turina
Mħabbtek u l‑kobor ta’ jdejk, Aħseb u ara x’hemm lest għalina, Meta ħa jasal li niġu ħdejk.
Il‑ġisem jispiċċa u trab isir, Ir‑ruħ toħroġ tiltaqa’ miegħek
U ferħ kbir tiltaqa’ mal‑anġli, Naraw lilek għax aħna tiegħek.
Int Mulej il‑bidu ta’ kollox, Int li qiegħed tilluminani, Biex nuri ’l‑bnedmin ħuti, Kemm int kbir u setgħani!
Anġli sbieħ li hemm fis‑sema, Kantaw miegħi ’l Alla setgħani, Fl‑aħħar strofa li se nikteb
U nitolbok Mulej biex tilluminani.
Int Mulej in‑nifs li nieħu, Inti warda l‑aktar tfuħ, Nissiġilla dil‑poeżija, Mimlija bil‑qtar tad‑dmugħ!


Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija
Santissima B ħala Missjunarja
IL‑WIEĦED U T‑TLETIN U L‑AĦĦAR PARTI

Id‑Dehra tal‑Madonna f’Walsingham, l‑Ingilterra Fis‑sena 1061, Richeldis de Faverches, nobbli Kattolika Ingliża minn Walsingham f’Norfolk, talbet lill‑Madonna biex tkun tista’ twettaq att speċjali bħala rigal biex tonora lill‑Madonna. Il‑Verġni Marija laqgħet it‑talba tagħha u wasslitha fl‑ispirtu lejn Nażaret u wrietha d‑dar fejn l‑Arkanġlu Gabrijel
kien ħabbrilha li kellha tkun Omm Ġesù. Il‑Madonna
talbitha tibni replika tad‑dar f’Walsingham
biex isservi bħala tifkira
tal‑Lunzjata
għal kull
żmien, u tkun post ta’ talb u radd il‑ħajr lil Alla għal kull min iżurha.
Id‑dar inbniet u l‑Patrijiet
Agostinjani waqqfu fiha Prijorat fl‑1150.

Id‑Dehra tal‑Madonna tal‑Fidwa f’Barċelona Fis‑sena 1218, il‑Madonna dehret lil San Pietru
Nolasco, lil San Raymondu ta’ Penyaford u lis‑Sultan Ġakbu ta’ Aragona, u talbithom biex jibdew jifdu lill‑Insara li jaqgħu skjavi tal‑Musulmani. Talbithom ukoll iwaqqfu Ordni
Reliġjuż tal‑Merċedarji, mill‑kelma ‘Merced’ li bl‑Ispanjol tfisser ‘Ħniena’.

Id‑Dehra tal‑Madonna f’Dong Lu, fiċ‑Ċina Il‑Madonna taċ‑Ċina huwa l‑isem mogħti lid‑dehriet tal‑Verġni Marija f’Dong Lu, fejn dehret għall‑ewwel
darba fl‑1900. Meta faqqgħet ir‑ribeljoni tal‑Boxers, kważi 10,000 suldat ostili attakka lir‑raħal żgħir u fqir ta’ Dong Lu, ħdejn Peiping, li fih kien hemm madwar elf Nisrani.
Il‑Verġni Marija dehret bħala mara sabiħa bl‑abjad fis‑sema mdawra bid‑dawl. Is‑suldati, f’rabja bdew jisparaw lejn is‑sema. Imbagħad f’daqqa waħda ħarbu mbeżżgħin u qatt ma reġgħu lura meta żiemel tan‑nar, forsi San Mikiel, keċċa lill‑attakkanti mir‑raħal. Il‑kappillan Ċiniż, Patri Wu, kien talab għall‑interċessjoni tal‑Madonna. L‑Omm ta’ Kristu dehret fiċ‑Ċina u turi lilha nfisha bħala l‑protettriċi u d‑difensura tal‑persuni bla saħħa u dawk ġusti.

Id‑Dehriet tal‑Madonna f’Garaison
Anglese de Sagazan, tifla ta’
12‑il sena u ragħja Franċiza minn Lannemezan, sostniet li kienet rat lill‑Madonna f’Garaison tliet darbiet fis‑sena 1515. L‑ewwel dehriet seħħew ħdejn funtana waqt li kienet qed tirgħa merħla nagħaġ. Il‑Verġni Marija talbet lil Anglese biex tgħid lil missierha li l‑Madonna riedet li l‑awtoritajiet lokali jibnu knisja ħdejn il‑funtana. Filwaqt li missierha qal lill‑awtoritajiet, it‑talba ġiet miċħuda. Ftit wara Anglese reġgħet tkellmet mal‑Verġni Marija, li talbitha terġa’ tgħid lil missierha. Din id‑darba, il‑qassis Monleone tar‑raħal ħalla salib Nisrani ħdejn il‑funtana. Sadanittant, Anglese, li kienet ħalliet xi ħobż griż mal‑Verġni Marija waqt l‑ewwel dehra, sabitu fid‑dar tagħha, għalkemm kien sar ħobż abjad. Sal‑1540 inbniet knisja fejn kien hemm is‑salib. Dawk li jemmnu qalu li seħħew mirakli u l‑morda fiequ meta żaru l‑knisja. Anglese sussegwentement daħlet soru maċ‑Ċisterċensi. Hija mietet fl‑1582.
Id‑Dehra u l‑Miraklu tal‑Madonna ta’ Las Lajas, f’Petosi, fil‑Kolumbja Il‑Madonna ta’ Las Lajas (‘blat’ bl‑Ispanjol), hija xbieha tal‑Madonna żżomm

Kuruna tar‑Rużarju f’id waħda u lill‑Bambin Ġesù fl‑oħra, ma’ San Franġisk t’Assisi u San Duminku ta’ Guzman, f’riġlejha. B’differenza mill‑pitturi tipiċi, din ix‑xbieha hija mwaħħla ma’ ċangatura tal‑blat. Jingħad li l‑immaġni hija mirakoluża u mhux magħmula minn idejn il‑bniedem, li mhix miżbugħa, iżda pjuttost hija parti mill‑blat innifsu. Fl‑1754, Maria Mueses de Quiñones, Indjana, kienet miexja ma’ bintha, Rosa, li kienet truxa u muta, f’Las Lajas. Huma nqabdu f’maltemp qawwi u fittxew kenn fost il‑blat tal‑inħawi, f’qisu għar. Għall‑istagħġib ta’ Maria, bintha tkellmet għall‑ewwel darba f’ħajjitha u qalet: “Hemm mara b’tifel f’idejha!” Rosa indikat siluwett ta’ mara u tifel fuq il‑lajas, li saret viżibbli

mis‑sajjetta tal‑maltempata. Ġranet wara, Rosa sparixxiet minn darha u ommha sabitha fost l‑għerien, titkellem mas‑Sinjura sabiħa u tilgħab mal‑Bambin.
Maria u Rosa ddeċidew li ma jgħidu lil ħadd dwar dak li esperjenzaw, bil‑biża’ tar‑redikolu u n‑nuqqas ta’ twemmin min‑nies tal‑belt. Maż‑żmien, Rosa mardet serjament u mietet. Maria ħadet il‑ġisem bla ħajja ta’ bintha fil‑post mirakoluż li sar familjari għalihom, u talbet lill‑Verġni Mbierka biex tagħti l‑ħajja lil
Rosa. L‑Omm Imqaddsa, imqanqla mit‑talb ta’
Maria, tat il‑ħajja mill‑ġdid lit‑tifla. Maria ġriet lejn il‑belt u qalet lil kulħadd x’ġara. Meta semgħu b’dan il‑miraklu kbir, in‑nies tar‑raħal telqu lejn l‑għar ta’ Las Lajas u malli waslu raw mal‑ħajt xbieha tal‑Madonna b’binha Ġesù fi ħdanha, u San Duminku u San Franġisk ħdejhom. Din l‑immaġni għadha tidher sal‑lum. Dan kien l‑ewwel miraklu li seħħ b’interċessjoni tal‑Madonna ta’ Lajas.
Id‑Dehriet tal‑Madonna kollha li tkellimna dwarhom f’din is‑sensiela:
1. Daħla ‑ Marija Santissima, l‑Ewwel Dixxiplu ta’ Ġesù
2. Il‑Madonna f’Guadalupe, il‑Messiku, 1533
3. Il‑Madonna f’La Salette, Franza, 1846
4. Il‑Madonna f’Knock, l‑Irlanda, 1879
5. Il‑Madonna f’Beauraing, il‑Belġju, 1932
6. Il‑Madonna f’Siluva, il‑Litwanja, 1608
7. Il‑Madonna f’Laus, Franza, 1664
8. Il‑Madonna tal‑Midalja Mirakoluża, f’Pariġi, Franza, 1830
9. Il‑Madonna tar‑Rużarju, f’Buenos Aires, l‑Arġentina, 1983
10. Il‑Madonna f’Kibeho, ir‑Rwanda, 1981
11. Il‑Madonna f’Lezajsk, il‑Polonja, 1578
12. Il‑Madonna ta’ Sion, f’Ruma, l‑Italja,1842
13. Il‑Madonna ta’ Filippsdorf, fir‑Repubblika Ċeka, 1866
Is Santwarju tal Madonna tar Rużarju Mqaddes ta’ Las Lajas.
14. Il‑Madonna ta’ Lourdes, fi Franza, 1858
15. Il‑Madonna tad‑Duluri, f’Castelpetroso, l‑Italja, 1888
16. Il‑Madonna ta’ Zejtoun, fil‑Kajr, l‑Eġittu, 1968
17. Il‑Madonna ta’ Fatima, fil‑Portugall, 1917
18. Il‑Madonna f’Cuapa, in‑Nikaragwa, 1980
19. Il‑Madonna f’Gietrzwald, il‑Polonja, 1877
20. Il‑Madonna f’Banneux, il‑Belġju, 1933
21. Il‑Madonna f’Quito, l‑Ekwador, 1594
22. Il‑Madonna f’Finca Betania, il‑Veneżwela 1976
23. Il‑Madonna tal‑Pilar, f’Żaragoża, Spanja, 40
24. Il‑Madonna tal‑Karmnu, f’Aylesford, l‑Ingilterra, 1241
25. Il‑Madonna f’Ocatlan, Tlaxcala, il‑Messiku, 1541
28. Il‑Madonna f’Alsace, Franza, 1491
29. Il‑Madonna f’Monte Berico, l‑Italja, 1426
30. Il‑Madonna f’Lichen, il‑Polonja,1813
31. Il‑Madonna f’Wambierzyce, Albendorf, il‑Polonja, 1250
32. Il‑Madonna f’Manaoag, il‑Filippini, 1610
33. Il‑Madonna f’Rapallo, l‑Italja, 1557
34. Il‑Madonna f’La Vang, il‑Vjetnam, 1798
35. Il‑Madonna f’Medjugorje, f’Bożnija‑Herzegovina, 1981
36. Il‑Madonna tal‑Għar, fir‑Rabat, Malta, Seklu 15
37. Il‑Madonna ta’ Pinu, f’Għawdex, 1883
38. Il‑Madonna f’Le Puy, Franza, 250
39. Il‑Madonna f’Ruma, l‑Italja, 352
40. Il‑Madonna f’De Covadonga, Spanja, 722
26. Il‑Madonna f’Guadalupe, Extremadura, Spanja, 1531
27. Il‑Madonna f’Ceronesi, f’Ġenova, l‑Italja, 1490
41. Il‑Madonna f’Walsinghan, l‑Ingilterra, 1061
42. Il‑Madonna f’Barċelona, Spanja, 1218
43. Il‑Madonna f’Dong Lu, iċ‑Ċina, 1900
44. Il‑Madonna f’Las Lajas, il‑Kolumbja, 1754
45. Il‑Madonna f’Amsterdam, l‑Olanda,1945
46. Il‑Madonna tat‑Tama, f’Pontmain, Franza, 1871
47. Il‑Madonna f’Querrien, Bretania, Franza, 1652
48. Il‑Madonna f’Akita, il‑Ġappun, 1973
49. Il‑Madonna f’Wesely, Lucerne, l‑Iżvizzera, 1513
50. Il‑Madonna f’Garaison, Franza, 1515
51. Il‑Madonna f’Montagnoga Di Pine, l‑Italja, 1729
52 Il‑Madonna f’Walsingham, l‑Ingilterra, 1061
53 Il‑Madonna tal‑Fidwa f’Barċelona, 1218
54 Il‑Madonna f’Dong Lu, fiċ‑Ċina, 1900
55 Il‑Madonna f’Garaison, 1515
56 Il‑Madonna ta’ Las Lajas, f’Petosi, fil‑Kolumbja, 1754,
MINESTRA TAX‑XGĦIR (BARLEY)
Mill‑Italja

X’għandek bżonn:
• 500 gramma xgħir
• Ftit zkuk tal‑karfus imqattgħin
• 2 karrotti
• Basla
• 3 patatiet
• 400 gramma tadam imqaxxar u mqatta’
• Ftit żejt taż‑żebbuġa
• Melħ u bżar
Metodu:
• 1. Xarrab ix‑xgħir fl‑ilma minn ġurnata qabel u aħslu sew qabel titfgħu fil‑borma.
• 2. Qatta’ l‑karfus, il‑karrotti, il‑basla u l‑patata f’biċċiet żgħar.
• 3. Poġġi kollox f’borma bi ftit
żejt u qalli l‑ingredjenti għal 10 minuti.
• 4. Ferra’ ftit ilma sħun fuqhom biex ma jinħarqux u kompli sajjar.
• 5. Wara żid it‑tadam u ħallih itektek għal 10 minuti.
• 6. Żid aktar ilma sħun, ixħet ix‑xgħir u ħallih isir fuq nar baxx sa ma tara li sar ix‑xghir. Dan jieħu madwar siegħa.
• 7. Itfa’ melħ u bżar kemm tiggosta.
Kurżità:
Fl‑inħawi ta’ Monteleone fi Spoleto, parti mill‑provinċja ta’ Peruġja, hemm id‑drawwa li titqassam minestra tax‑xgħir lir‑raħal kollu, nhar il‑5
ta’ Diċembru, lejlet il‑festa tal‑patrun San Nikola ta’ Bari. Dan jista’ jkun possibbli bl‑għajnuna ta’ għadd ta’ nisa voluntiera li jsajru din il‑minestra fil‑kċina tad‑dar tal‑kappillan.
Din it‑tradizzjoni hija marbuta ma’ miraklu li wettaq San Nikola waqt vjaġġ li fih waqaf f’dan ir‑raħal. Hemm sab faqar kbir u offra l‑ftit xgħir li kellu fil‑ħorża tiegħu. Hekk kif mess b’idu x‑xgħir, dan tkattar bil‑bosta.
Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.


DMD Auto Parts
IMPORTERS AND DISTRIBUTORS OF ORIGINAL MECHANICAL AND BODY PARTS FOR KIA ‑ HYUNDAI ‑ CHEVROLET MODELS
Tel: (+356) 27495752
Fax: (+356) 27495752
Mob: (+356) 99495752
Email: dmdautoparts@onvol.net
Website: www.dmdautoparts.com



Briffa International Funeral Service
Offices
Day: 84, Marsa Road Marsa Tel: 21237819 25, Market Place Tarxien Tel: 21896728
Night: 19, Ghost Str. Hamrun Tel: 21237509 Fax: 21232785
Mr. Lino Briffa Mob: 99492918
Tel: 21‑496894.

JOSEPH LEWIS JEWELLER
Wednesday afternoon closed
72, Sacred Heart Street, B’Kara Mob 9947 5459/ 7723 7702
FITTEX IL‑KLIEM: Ikel Malti
F’din it‑tabella hawn moħbija 18‑il tip ta’ ikel Malti. Fittex fi 8 direzzjonijiet. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz, hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
M K T I M P A N A N O E I A O B U
E A A P L R W F F I K Z M W R Z R
B W Ġ D I I Z Z S A O X Q W U L N
F L K P M N K U S K S U A X D W T
Z A K A B J Q P Ġ L Ġ T R R P F O
N T M S U O B U R A L Ġ E P K K R
B A O T L L Z D F M Q I T P U Ġ T
L L A I J A T I B P W M T S D S A
B L T Z U T O N O U A L D P T L J
M U J Z T A U A P K L X B T M R N
P E Q I A D L S A I J F B R O D U
U Z P I E Q I R I N O B E B B U X
J I X J M Z E A T N T S Q D A D Z
T F M I N E S T R A T T F J K I E
F E N E K Ġ B E J N A F Ġ W O S M
M
Ġ R F T Ġ K I R X A S B M L A M S
● ALJOTTA
● BEBBUX
● BRODU ● FENEK ● FTIRA ● IMBULJUTA
● IMQARET ● KAWLATA ● KIRXA
Isem u Kunjom: _____________________________________ Indirizz:___________________________________________
Kodiċi Postali: _____________________________________
● KUSKSU ● LAMPUKI ● MINESTRA
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Ottubru 2023: Ir‑rebbieħ tal‑kompetizzjoni huwa Andrè Theuma minn Birkirkara. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħ. Huwa jirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex ikun jista’ jsarraf il‑kupun.
Nitbissmu ftit:
● PASTIZZI ● PRINJOLATA ● PUDINA ● TIMPANA ● TORTA ● ĠBEJNA
L‑imgħallem irċieva imejl mingħand l‑impjegat Salvu:
“Sinjur, ninsab ma niflaħx għax qabadni l‑vajrus tal‑COVID‑19, għalhekk qed nitolbok tagħtini xahar frank imħallas sakemm nibqa’ d‑dar, inkella niġi l‑uffiċċju.”
Salvu l‑impjegat ma damx ma rċieva lura t‑tweġiba tal‑imgħallem:
“Sur Salv, wara li sirt naf li inti infettat bil‑vajrus, ħadt il‑miżuri kollha meħtieġa u infurmajt lill‑ħaddiema kollha li jaħdmu fl‑uffiċċju miegħek sabiex jibdew jaħdmu mid‑dar, għalhekk inti tista’ tiġi taħdem mill‑uffiċċju. It‑talba għall‑frank hija miċħuda.”
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.
• 05 ta’ Lulju, 1967 ‑ Dolores Borg minn Tal‑Pietà
• 27 t’April, 1985 ‑ John Cutajar mill‑Isla
• 08 ta’ Jannar, 1987 ‑ Antonio Borg minn Birkirkara
• 20 ta’ Jannar, 2016 ‑ Esther Cutajar mill‑Marsa
• 17 ta’ Diċembru, 2019 ‑ Doris Attard mill‑Ħamrun
• 11 t’Ottubru, 2023 ‑ Rose Farrugia mill‑Belt Valletta
• 15 t’Ottubru, 2023 ‑ Anthony Sammut min‑Naxxar
• 19 t’Ottubru, 2023 ‑ Dr. Francis Saliba mill‑Mellieħa
• 20 t’Ottubru, 2023 ‑ Patri Diego Theuma OFM Cap minn Ħal Lija
• 21 t’Ottubru, 2023 ‑ Carmelo Vassallo mill‑Belt Valletta (Sagristan tal‑ Knisja ta’ San Ġakbu fil‑Belt)
• 27 t’Ottubru, 2023 ‑ Ġużeppi Said mill‑Mosta
• 5 ta’ Novembru, 2023 ‑ Carmela Greer mill‑Imġarr
• 7 ta’ Novembru, 2023 ‑ Victoria Azzopardi mill‑Baħrija
Agħtihom O Mulej il‑mistrieħ ta’ dejjem.

• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq
• Raymond Falzon mill‑Gudja
Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
• Grazzi kbira wkoll lil Benedict Magro tal‑ġabra ta’ €1,000 li għamel mill‑parroċċa u l‑parruċċani taż‑Żejtun b’risq bini ta’ sptar fit‑Tanżanija.
Nota mill‑Bord Editorjali: Inħeġġu lill‑qarrejja ta' Malta Missjunarja sabiex jagħmlu użu mis‑servizzi u/jew jixtru mingħand dawk il‑ħwienet li jirreklamaw fuq ir‑rivista. Grazzi.
Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal‑Milied u lanqas tal‑‘Birthdays’. Grazzi.


Websajt Missio
• Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja
• Attivitajiet • Rivisti tal‑passat
• MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat
Jien. Int. Aħna. Flimkien (VO/1178)
www.missio.org.mt


Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta' Facebook Missio Malta Events Page/ Tfal Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
Missio Malta • Missio Tfal
&CHAR I
GIFT SHOP
VALLETTA MOSTA

Sibna wkoll fuq
Facebook: Faith
Hope & Charity
Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’
Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u s‑6:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm.
Nru.7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta
Faith Hope & Charity fetħu ħanut ieħor fil‑Mosta, Nru. 138/140, Triq Lorenzo Gafà.
Hawn issibu ħafna rigali sbieħ għal kull okkażjoni, bħal Preċetti, Griżma, Birthdays, Tiġijiet u oħrajn.
Għal aktar informazzjoni ċemplilna Mosta: 2123 6962 jew Valletta: 2123 4328.