VO/1178 Jien. Int. Aħna. Flimkien. #ilmissioint għal donazzjoni www.missio.org.mt | 2123 6962 | 7 Triq il‑Merkanti, Valletta | 7 Triq l‑Imgħallem, Ir‑Rabat Għawdex | | 7 | 7 02 Slaleb Simboli Tal‑Knisja Kattolika 08 Is‑Sitt Martri Ta’ Casamari 22 Beatu Volodymyr Pryima 32 Marija Santissima Bħala Missjunarja NEWSPAPER POST April 2023 SENA 91
Missio ‑ [Uffiċċju Missjunarju],
7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.
Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑ Ġimgħa: 9.00am ‑ 1.00pm
Donazzjonijiet jistgħu jitħallew fil‑ħanut Faith Hope & Charity mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 1.00pm ‑ 7.00pm / Is‑Sibt: 9.00am ‑ 1.00pm
Missio: Nru. 150, Triq Lorenzo Gafà , il‑Mosta MST 4128. Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.00am ‑ 4.00pm
Tel: 2123 6962 • Fax: 21231272
Imejl: info@missio.org.mt • Websajt: www.missio.org.mt
Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex VCT 9066.
Tel: 2155 0267 • Imejl: gozo@missio.org.mt
Ħinijiet: mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa: 8.30am ‑ 12.00pm
BORD EDITORJALI
Editur: Claudia Cini (claudia@missio.org.mt)
Membri:Mons. Valent Borg
Dun Victor Agius, Mario Scicluna, Dun Karm Portelli, Kav. Emmanuel Cutajar KCHS, Robert Farrugia
Websajt u Facebook: missiomalta
Qarrejja tal‑Provi: John Caruana, Mark Miruzzi, Noel Attard u Mario Sant.
Grafika: James Trapani (gakbu@gakbu.com)
Malta Missjunarja hija Rivista Missjunarja ta’ kull xahar.
L‑ewwel ħarġa: Settembru 1932 bl‑isem ta’ Malta Missjunarja.
Jannar 1978: bidla fl‑isem għal Knisja Missjunarja. Frar 2003: mill‑ġdid Malta Missjunarja.
Abbonament għal sena €10.00
F’din il‑ħarġa:
2 Editorjal
4 Messaġġ Mid‑Direttur
6 Intenzjoni Missjunarja
8 Katekeżi
11 Maratona Ta’ Tama
12 Esperjenza Missjunarja
16 Xhieda Missjunarja 22 Il‑Qaddis Tax‑Xahar 24 Aħbarijiet Minn Missio 28 Poeżiji 32 Dehriet Tal‑Madonna
Slaleb Simboli
tal‑Knisja Kattolika
1. IS‑SALIB LATIN: L‑aktar salib komuni li nassoċjawh mal‑Knisja Kattolika huwa bla dubju s‑Salib Nisrani jew is‑Salib Latin. Dan huwa magħruf ukoll bħala s‑Salib tal‑Liturġija li jirrappreżenta l‑mewt ta’ Ġesù Kristu. Dan is‑salib huwa mxerred l‑aktar fil‑Knisja Kattolika.
2. IS‑SALIB GRIEG: Dan is‑salib, għall‑kuntrarju tas‑Salib Latin, għandu erba’ dirgħajn ta’ daqs ugwali. Dan ilu jintuża sa mis‑Seklu 4.
3. IS‑SALIB ANKRAT: Dan is‑salib huwa magħruf ukoll bħala s‑Salib ta’ San Klement u ilu jintuża minn żmien bikri. Dan jirrappreżenta l‑mod kif kienu jiġu mmartirizzati l‑Insara fi żmien l‑Imperatur Trajanu li kien jgħerreq lill‑Insara b’ankra marbuta m’għonqhom. Iżda, jirrappreżenta wkoll kif l‑Insara għandhom jankraw irwieħhom ma’ Kristu permezz tal‑fidi tagħhom.
4. IS‑SALIB TA’ SAN
39 Nitolbu Għall‑Mejtin Tagħna
Ritratt tal‑faċċata: Pellegrin Kristjani Etjopjan iġorr kurċifiss tul il‑Via Dolorosa f’Ġerusalemm biex ifakkar it‑triq li matulha Ġesù ġarr is‑salib tiegħu fil‑jum tat‑tislib tiegħu.
PIETRU: Dan huwa salib ugwali għas‑Salib Latin, imma bil‑maqlub. Dan jirrappreżenta l‑mewt li sofra San Pietru, li skont Oriġene u Ewsebju ta’ Ċesarea, ma ħassux dehen li jmut l‑istess mewta tal‑Imgħallem tiegħu u talab li jissallab rasu ’l isfel.
36 Riċetta Tradizzjonali
38 Kompetizzjoni U Ċajt
2 April 2023 EDITORJAL – CLAUDIA CINI
VO/1178 Jien. Int. Aħna. Flimkien.
5. IL‑MONOGRAMMA
‘CHI‑RHO’: Għalkemm dan mhux proprjament salib, dan is‑simbolu msejjaħ
Kristogramma, huwa wieħed mis‑simboli l‑aktar bikrin tal‑Kristjaneżmu. Dan is‑salib/simbolu juri l‑ewwel żewġ ittri tal‑kelma Kristu bil‑Grieg, l‑‘X’ u l‑‘P’.
6. IS‑SALIB
KOPTU: Dan is‑salib jixbah lis‑Salib Grieg, imma għandu ħafna dekorazzjonijiet fit‑tarf ta’ kull driegħ. Dan huwa użat mill‑Knisja Kopta f’Lixandra l‑Eġittu.
7. IS‑SALIB TAL‑KNISJA APPOSTOLIKA
TAL‑ARMENJA: Dan is‑salib fl‑istess għamla
tas‑Salib Latin, għandu bħal rimja ta’ fergħa bi tlieta u fih ħafna tinqix matulu kollu.
8. IS‑SALIB
PAPALI:
Dan is‑salib jissimbolizza l‑awtorità tal‑Papa. Fih tliet vireg orizzontali, waħda iżgħar mill‑oħra, sabiex jagħtu l‑impressjoni tal‑forma tat‑Tijara li jilbes il‑Papa meta jkun qed jirrappreżenta l‑awtorità tal‑Knisja. Ta’ min jgħid li s‑Salib Episkopali, jiġifieri tal‑Isqfijiet, ikun fih biss żewġ vireg orizzontali.
9. IS‑SALIB TA’ ĠERUSALEMM:
Dan is‑salib jikkonsisti
f’ħames Slaleb Griegi li jirrappreżentaw il‑ħames pjagi ta’ Kristu (toqob tal‑imsiemer f’idejh, toqob tal‑imsiemer f’saqajh, ferita tal‑lanza f’ġenbu, feriti madwar rasu mill‑kuruna tax‑xewk u l‑marki mill‑flaġellazzjoni). Jista’ jkun ukoll li jirrappreżenta lil Kristu u lill‑erba’ Evanġelisti.
10. IS‑SALIB TA’ SAN
ĠAKBU:
Dan is‑salib għandu d‑dirgħajn tiegħu ddekorati bi fjura u kważi dejjem jidher fuq arzella tal‑baħar li tinsab f’bajja qrib il‑Knisja ta’ San Ġakbu f’Santiago di Compostela. Dan is‑simbolu kien l‑emblema tal‑Ordni Militari ta’ San Ġakbu fi Spanja u jintuża wkoll bħala beġġ tal‑pellegrini.
Jalla l‑glorja ta’ Kristu u l‑ferħ ta’ dan iż‑żmien tas‑sena jġibu l‑paċi u l‑hena lilek u lill‑għeżież tiegħek.
3 April 2023
Poplu tal‑ G ħid
Bħalma d‑dinja ddur madwar ix‑xemx u tieħu l‑enerġija kollha minnha, hekk il‑ħajja Nisranija kollha ddur madwar il‑Festa tal‑Għid il‑Kbir. Din il‑festa hija ċ‑ċentru u l‑qofol tas‑Sena Liturġika. Il‑festi kollha tal‑Madonna u l‑qaddisin li niċċelebraw matul din is‑sena, irridu narawhom u nifhmuhom fid‑dawl ta’ din il‑festa ewlenija. Il‑festa tat‑twelid ta’ Ġesù Bambin, bla dubju ta’ xejn, hija wkoll festa kbira u importanti. Imma rridu nifhmu li Ġesù sar bniedem u għammar fostna (Ġw 1:14), sabiex ikun jista’ jmut għalina fuq is‑salib.
Ġesù, tul ħajtu kollha fuq din l‑art, dejjem kellu quddiemu u f’qalbu din ‘is‑siegħa’. Meta din waslet, radd ħajr lill‑Missier, filwaqt
li talbu: “Waslet is‑siegħa li fiha Bin il‑Bniedem ikun igglorifikat. Tassew tassew ngħidilkom, jekk il‑ħabba tal‑qamħ ma taqax fl‑art u tmut, hija tibqa’ weħidha, imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.” (Ġw 12:24)
Il‑glorifikazzjoni ta’ Ġesù ma seħħitx meta qajjem lill‑mejtin, lanqas meta bi ftit ħobż u ħut tema’ eluf kbar ta’ nies u lanqas meta ta d‑dawl lill‑għomja, iżda meta minn rajh laqa’ s‑salib. Huwa diffiċli għalina lkoll biex
nifhmu dan sewwa. Infatti, meta Ġesù wera lid‑dixxipli l‑veru għan li għalih kienu telgħin Ġerusalemm, jiġifieri li hemm kellu: “jsofri ħafna mix‑xjuħ, il‑qassisin il‑kbar u l‑kittieba, joqtluh u fit‑tielet jum iqum, Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu: ‘Allaħares, Mulej, ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik.” (Mt 17:21‑20) Ġesù kien jaf minn liema tbatija kien se jgħaddi, tant
MESSAĠĠ MID‑DIRETTUR – MONS. VALENT BORG
‘Flevit super illam,’ tal‑pittur Spanjol Enrique Simonet, turi lil Ġesù jibki fuq il‑Muntanja taż‑Żebbuġ hekk kif jersaq lejn Ġerusalemm kif deskritt fl‑Evanġelju ta’ San Luqa. It‑titlu bil‑Latin tal‑pittura tal‑1892 ifisser ‘Hu beka fuqha.’ (Dominju pubbliku)
4 April 2023
li l‑Evanġelista San Luqa jgħidilna, li waqt li kien fl‑Ort tal‑Ġetsemani jitlob, għereq l‑g ħaraq tad‑demm huwa u jlissen: “Missier, jekk int trid, warrab minni dan il‑kalċi! Iżda tkun magħmula r‑rieda tiegħek u mhux tiegħi.” (Lq 22:41)
Dan kien il‑pjan t’Alla li jsalva lid‑dinja, mhux biss permezz tal‑mewt ta’ Ibnu l‑Waħdieni, iżda wkoll permezz tal‑qawmien tiegħu għall‑ħajja. ‘Qam tassew’. Din kienet il‑fidi sħiħa fil‑konvinzjoni assoluta tal‑appostli u tal‑ewwel Insara. L‑ewwel dmir tal‑appostli kien li bil‑kuraġġ kollu jagħtu xhieda quddiem kulħadd li Ġesù ta’ Nażaret, li miet tassew u kien midfun, qam tassew mill‑mewt.
(Att 1:22, 10:41)
Il‑qawmien ta’ Ġesù mill‑mewt huwa wkoll il‑kawża tal‑qawmien
tagħna mill‑imwiet, għaliex permezz tal‑qawmien
mill‑mewt, Ġesù tana l‑garanzija tal‑qawmien tagħna wkoll. (Rum 8:11) Permezz tas‑Sagrament tal‑Magħmudija, aħna lkoll għaddejna mill‑mewt għall‑ħajja, billi ndfinna miegħu fl‑ilma tal‑Magħmudija u qomna biex ngħixu ħajja ġdida fih. San Pawl tant daħal f’dan il‑misteru, li seta’ jgħid: “Ngħix, imma mhux iżjed jien, iżda jgħix fija Kristu. Il‑ħajja li issa ngħix fil‑ġisem qiegħed ngħixha bil‑fidi fl‑Iben t’Alla, li ħabbni u ta lilu nnifsu għalija.” (Gal 2:20) Ġesù aċċetta s‑salib u qam mill‑mewt fit‑tielet jum biex jibdel “il‑ġisem imsejken tagħna fis‑sura tal‑ġisem glorjuż tiegħu.” (Fil 3:21) Jalla lkoll nippruvaw ngħixu din il‑festa matul is‑sena kollha, ħalli nagħtu xhieda lid‑dinja li aħna tassew ‘Poplu tal‑Għid’.
L‑Għid it‑Tajjeb lilkom u lill‑familji kollha
B’SMS ta’ €6.99 tkun qed tixtri l‑kotba għal tifel jew tifla għal sena skolastika. B’SMS ta’ €2.33 tkun qed titma’ 7 t’itfal għal ġurnata. DONAZZJONIJIET B’RIS Q IL‑MISSJONI sms fuq 50617374 – 2.33 | sms fuq 50618820 – 6.99 B’SMS ta’ 6.99 tkun qed tixtri l‑kotba għal tifel jew tifla għal sena skolastika. B’SMS ta’ 2.33 tkun qed titma’ 7t itfal għal ġurnata. Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel 21236962 Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
5 April 2023
April 2023
Għal Kultura ta’ Paċi u ta’ Non‑Vjolenza.
Nitolbu għat‑tixrid tal‑paċi u ta’ non‑vjolenza billi nnaqqsu l‑użu tal‑armi mill‑istati u miċ‑ċittadini.
Il‑Papa preżenti ħa l‑isem ta’ Franġisku għall‑Qaddis ta’ Assisi, il‑qaddis tal‑paċi, kif kien issuġġerielu l‑Kardinal tal‑Brażil Claudio Hummes, u għalhekk irid tassew
dinja fejn issaltan tassew il‑ġustizzja u l‑paċi. Waqt il‑pandemija huwa kiteb l‑enċiklika ‘Fratelli Tutti’ (bil‑Latin ‘Fratres Omnes’ u bil‑Malti ‘Ħuti Lkoll’), dwar il‑fraternità u l‑ħbiberija soċjali, u għalhekk fiha jsemmi ħafna l‑kultura tal‑paċi u tan‑non‑vjolenza.
F’dan ix‑xahar, il‑Papa jrid ifakkarna wkoll li l‑iskop ewlieni tar‑reliġjon huwa li xxerred ‘il‑valuri tat‑tjubija, tal‑karità u tal‑paċi’. Fil‑fatt, fi ‘Fratelli Tutti’, fin‑Numru 258, il‑Papa jgħidilna: “We can no longer think of war
as a solution, because its risks will probably always be greater than its supposed benefits. In view of this, it is very difficult nowadays to invoke the rational criteria elaborated in earlier centuries to speak of the possibility
INTENZJONI MISSJUNARJA ‑ DUN CHARLES BUTTIGIEG
6 April 2023
of a just war. Never again war!” Fin‑Numru 260, Papa Franġisku jkompli jisħaq fuq il‑bżonn tal‑paċi u li nwarrbu l‑gwerer: “It no longer makes sense to maintain that war is a fit instrument with which to repair the violation of justice.” Fl‑2013, il‑Papa kien stqarr: “War, is the suicide of humanity, because it kills the heart and kills love. Wars are always madness.”
Minbarra t‑talb tagħna għad‑dinja biex tibqa’ fil‑paċi, nitolbu wkoll għall‑paċi fil‑komunitajiet tagħna. Fid‑dinja hawn problemi kbar ta’ ħafna armi ta’ qtil fl‑idejn u għalhekk sfortunatament nisimgħu b’ħafna stejjer ta’ qsim il‑qalb ta’ sparar fl‑iskejjel fl‑Istati Uniti u qtil ta’ żgħażagħ minħabba d‑droga fil‑Messiku. U huwa għalhekk li rridu nagħmlu
sforz bħala Knisja ħalli nkomplu niżirgħu l‑kultura tal‑paċi u tan‑non‑vjolenza permezz tal‑Evanġelju tal‑paċi ta’ Kristu.
BA Ż AR 92, TRIQ ĦAL QORMI, ĦAMRUN Ikun miftuħ mit‑Tnejn
mid‑9am sas‑1pm
sas‑Sibt
7 April 2023
Is‑Sitt Martri ta’ Casamari Vittmi tas‑Suldati Franċiżi
Waqt li f’Napli, fl‑ewwel
xhur tas‑sena 1799, issawret attività kbira tal‑gvern, madankollu fil‑provinċja
taż‑żewġ saltniet, l‑affarijiet
ħadu xejra lura. Fis‑7 ta’
Il‑Monasteru ta’
Casamari jinsab fil‑parti mill‑komun ta’ Veroli fil‑Provinċja ta’ Frosinone tal‑ordni taċ‑Ċisterċensi, imwaqqaf minn San Roberto
ta’ Molesmees fis‑sena 1098
f’Citeaux, għal ċittadina
Franċiża li isimha bil‑Latin kien Cistercium. Dan l‑ordni
laħaq l‑ikbar żvilupp tiegħu
fis‑sena 1109 mit‑tielet Abbati Ġenerali Stiefnu Harding.
Din l‑abbazija twaqqfet
fuq post ta’ fondazzjoni
Benedittina li kienet għaddiet f’idejn iċ‑Ċisterċenzi fis‑sena 1150. Il‑knisja tas‑sena 1217
hija kumpless kbir ta’ bini monastiku, mibni b’reqqa kbira.
F’dan it‑teżor kbir tal‑arti Ċisterċensa, bħala abbazija
magħrufa għall‑ispiritwalità, kellha komunità ta’ għoxrin raħeb Ċisterċensi taħt it‑tmexxija tal‑Abbati Patri Romwaldu Pirelli. Fi tmiem is‑Seklu 18, insibu mnaqqxa episodji fuq il‑ħitan li jagħtuna stampa tal‑affarijiet li seħħew f’dawk iż‑żminjiet. Fit‑23 ta’ Jannar 1799, it‑truppi Franċiżi, taħt il‑Ġeneral Championnet, ħadu f’idejhom Napli, filwaqt li r‑Re Ferdinandu IV sab kenn f’Palermo.
Fl‑ewwel jum okkupaw il‑kastell ta’ Sant Elmo mibni fuq il‑belt li niesha waqqfu r‑Repubblika ta’ Napli. Jum wara, talbu lill‑Ġeneral Championnet biex jagħrafha u jwaqqaf Gvern proprju fejn issieħbu bosta intelletwali Naplitani.
Frar, il‑Kardinal Fabrizio Ruffo, bl‑appoġġ tas‑sultan, niżel fil‑Kalabrija bi ftit nies biex jopponi ’l‑Franċiżi u ’l‑Ġakolmi, jiġifieri dawk il‑patrijotti tas‑saltna monarkika Franċiża. Inġabru xi bdiewa voluntiera li kienu żergħu l‑mibegħda lejn is‑sidien tagħhom u l‑Kardinal Ruffo waqqaf armata Nisranija tal‑Fidi
Mqaddsa tal‑Mulej Sidna
Ġesù Kristu, magħrufa bħala l‑Armata Sonfedista. Daħħlu l‑lieva għall‑folla ta’ bdiewa li kienu jappoġġjaw il‑briganti li jiġġieldu b’mod irregolari. Bil‑mod il‑mod, l‑armata rebħet il‑ Kalabrija, il‑Pulja u La Basilicata billi qerdet dawk iċ‑ċittadini kollha li kienu jħobbu r‑Repubblika, bħal Altamura, Crotone u bliet oħra, saħansitra l‑Ġeneral Ingliż Horatio Nelson bil‑flotta tiegħu megħjuna mill‑flotta Torka u dik
Russa, marru biex jgħinu lis‑Sultan Ferdinandu IV fi triqithom lejn Napli.
KATEKEŻI – PATRI HERMANN DUNCAN O.Carm
Is‑Sitt Martri ta’ Casamari.
8 April 2023
F’April 1799, it‑truppi
Franċiżi ġarrbu telfiet
f’Lombardija fil‑battalja
kontra l‑Awstrijaċi. Dan
wassal biex iħallu l‑ewwel
Napli, u mbagħad is‑saltniet taż‑żewġ Sqallin, taħt il‑Ġeneral Championnet li
ħaseb biex jikseb il‑peniżola mill‑ġdid. B’hekk, dawk li appoġ ġjaw ir‑Repubblika
Naplitana baqgħu
weħidhom. Din waqgħet
għalkollox bejn id‑19 u t‑23 ta’ Ġunju u minkejja
l‑wegħdiet tal‑Kardinal
Ruffo, is‑sultan innifsu
kkundanna għall‑mewt
bil‑qtugħ ir‑ras jew
bit‑tgħalliq lil madwar
100 persuna, irġiel u nisa.
It‑truppi Franċiżi kellhom
jirtiraw minħabba l‑preżenza
tal‑qawwiet Borloniċi u
l‑flotta Ingliża li kienet qiegħda fil‑g żejjer ta’ Ischia u Procide. Il‑Franċiżi telqu lejn Gaeta u Terrocine.
L‑istat tal‑Papa nħakem mill‑Franċiżi, u saħansitra
Papa Piju VI nqabad
priġunier minn Napuljun
Bonaparte fi Franza u miet
ftit wara, fid‑ 29 t’Awwissu 1799. Stakkament ta’
madwar ħmistax‑il elf suldat, taħt il‑kmand tal‑Ġenerali
Vetrin u Olivier waslu fl‑10
ta’ Mejju f’Cassion, fejn
ma nstabux nies minħabba
li sabu kenn fuq l‑għoljiet.
L‑Abbazija Benedittina
ta’ Montecassino kienet
imfarrka, misruqa u profanata minn madwar 1,500 raġel tal‑Ġeneral Olivier li waslu sal‑għolja. Iżda b’xorti tajba, irnexxielhom jeħilsuha billi marru Terelle u ġarrew magħhom l‑aktar oġġetti ta’ valur u artistiċi. Din il‑ħarba kompliet fil‑Provinċja ta’ Frosinone, u f’xi bliet bħal Aquino, Roccasecca u Arce. Fil‑11 ta’ Mejju 1799 insterqu u nqatlu xi wħud mill‑abitanti. Il‑Franċiżi bidlu r‑rotta u f’Jum il‑Pentekoste tat‑12 ta’ Mejju, wettqu aktar vjolenza u serqu u pprofanaw il‑knejjes. Inqatlu 350 ruħ fil‑Knisja ta’ San Lawrenz u l‑bilanċ totali tal‑mejtin laħaq is‑600. Is‑suldati li kienu qed jaħarbu, fit‑13 ta’ Mejju daħlu fl‑abbazija ta’ Casamari. Kien hemm arja ta’ biża’ kbira minħabba l‑aħbarijiet ta’ barra. Wara l‑wasla tal‑Abbati Patri Romwaldu Pirelli, li kien ħarab lejn Palermo minħabba r‑rewwixti politiċi, ir‑responsabbiltà waqgħet fuq il‑Pirjol Patri Simeone Maria Cardon. L‑irħieb kienu qegħdin jitolbu fil‑kor it‑Talba ta’ Għeluq il‑Jum, u wara waqgħu f’silenzju rigoruż u sabu quddiemhom lis‑suldati bl‑azzarini. Il‑pirjol offra ruħu biex jinqatel u l‑biċċa l‑kbira tal‑irħieb ħarbu mwerwra mingħajr ebda
difiża, iżda b’xorti ħażina sitta minnhom sfaw vittmi tar‑rabja ta’ dawn is‑suldati u ntlaqtu bix‑xwabel, bil‑bajunetti u bl‑ixkubetti, u sfaw maqtula.
L‑irħieb maqtula kienu
sitta: Patri Domenico Maria Zawzel, Fra Albertino
Maria Maisonade, Fra
Modesto Maria Burgen u Fra Maturino Maria Pitri. Reliġjuż ieħor, Dossideo kien ferut gravi flimkien mal‑ewwel tnejn, u għenhom biex jiġbru l‑ostji kkonsagrati li twaddbu mal‑art waqt is‑serqa. Patri Domenico u Fra Alberto nqatlu waqt li kienu qed jitolbu fil‑Kappella tal‑infermerija. Fra Dossideo għex għax għamilha tabirruħu li kien mejjet u sar ix‑xhieda ta’ dak kollu li twettaq. Il‑Pirjol Padre
Simeone Maria Cardon
miet l‑għada fis‑sebgħa
ta’ filgħodu u ħafer ukoll lill‑għedewwa tiegħu. Raħeb
9 April 2023
ieħor, Fra Zosimo Maria
Bramlat, intlaqat gravament, iżda baqa’ ħaj peress li kien
inħeba għal tlett ijiem billi
ħarab lejn il‑pajjiż qrib ta’
Boville Ernico biex jieħu
l‑Griżma tal‑Morda, iżda sfortunatament ma rnexxilux
jasal għax miet ftit wara barra l‑abbazija. Dawn is‑sitt irħieb malajr ġew meqjusa
bħala martri g ħax il‑qtil
tagħhom seħħ waqt serq u persekuzzjoni qalila kontra l‑fidi. Huma ġew midfuna fiċ‑ċimiterju tal‑monasteru
minn ħuthom l‑irħieb l‑oħra wara li ġew lura mill‑periklu
kbir li kienu jinsabu fih.
Malajr in‑nies bdew jitolbu
fuq qabarhom biex jaqilgħu xi grazzji bl‑interċessjoni tagħhom. Fis‑sena 1854, l‑abbati ta’ dak iż‑żmien
talab lil dawk mejtin biex
ma jaqilgħux aktar grazzji
bħala sinjal ta’ ubbidjenza
biex il‑monasteru jitħalla
bi kwietu. Ħames snin
wara, fl‑20 t’Awwissu 1859,
il‑fdalijiet tagħhom ittieħdu fl‑abbazija tal‑monasteru. Tpinġew ukoll xi kwadri minn Mario Barberis li juru xeni mill‑martirju tagħhom.
Fis‑27 ta’ Ġunju 2013, il‑Postulatur Ġenerali tal‑Ordni Ċisterċensi talab lill‑Monsinjur Ambroġ Spreofico, Isqof ta’ Frasinone Veroli Ferentino, biex jibda l‑kawża tal‑Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni tagħhom, u biex jaraw verament jekk il‑martirju tagħhom kienx minħabba l‑mibegħda tal‑għedewwa. L‑isqof talab il‑parir tal‑Konferenza Episkopali ta’ Lazio, u wara li rċieva parir pożittiv, fis‑6 ta’ Diċembru 2014, beda l‑proċess Djoċesan, li ntemm fil‑25 ta’ Frar 2016, wara tnax‑ il sessjoni, li ma kienx hemm fihom l‑ebda ntoppi mis‑Santa Sede. L‑atti ta’ dan il‑proċess Djoċesan kienu
mibgħuta lill‑Kongregazzjoni tal‑Kawża tal‑Qaddisin
fejn kisbu l‑approvazzjoni. Il‑Positio Super Martirio
ngħata fis‑sena 2018.
It‑teologi konsulturi
tal‑Kongregazzjoni
tal‑Kawża tal‑Qaddisin, immexxi mill‑Kardinali u l‑Isqfijiet, membri fi ħdan l‑istess kongregazzjoni
kienu favur il‑martirju
tal‑irħieb. Fis‑26 ta’ Mejju 2020, Papa Franġisku laqa’ f’udjenza lill‑Kardinal
Giovanni Angelo Beccu
fejn awtorizzah biex joħroġ id‑digriet dwar il‑Martirju
ta’ Patri Simeone u sħabu.
Il‑beatifikazzjoni tagħhom kienet iċċelebrata fis‑17
t’April 2021 fil‑Knisja
tal‑Abbazija ta’ Casamari. Ir‑rit tmexxa mill‑Kardinal Marcello Semeraro, prefett tal‑Kongregazzjoni tal‑Kawża tal‑Qaddisin, bħala delegat tal‑Papa. It‑tifkira liturġika tagħhom niċċelebrawha fis‑16 ta’ Mejju, il‑jum tat‑twelid tas‑sema ta’ Fra Zosimo.
Il‑Beati:
Albertino Maria
Maisonade, Domenico
Maria Zawrel, Modesto
Maria Burgen, Maturino
Maria Pitri li mietu fit‑13 ta’ Mejju 1799.
Simeone Maria Cardon li
miet fl‑14 ta’ Mejju 1799 u
Zosimo Maria Brambat li
miet fis‑16 ta’ Mejju 1799.
KATEKEŻI – PATRI HERMANN DUNCAN O.Carm
10 April 2023
L‑Abbazija ta' Casamari
Siġġu Tar‑ Roti Għal Tobiko
Tobiko, li huwa mit‑Tanżanija, twieled b’kundizzjoni rari; għandu l‑għadam ta’ ġismu kollu fraġli ħafna, tant li mal‑inqas waqgħa, jikser xi mkien. Missieru ma kienx jieħu ħsiebu kif inhu xieraq għaliex kien ikollu jmur għax‑xogħol. B’hekk, ta’ kuljum kien iħalli lil Tobiko waħdu d‑dar, mid‑dlam sad‑dlam.
It‑tifel la kien jattendi skola u lanqas qatt mar għand tabib. Ġara twajba, li kienet taf b’dan kollu, offriet li żżomm lil Tobiko għandha sakemm il‑missier ikun ix‑xogħol.
Maż‑żmien, il‑ġara talbet lill‑missier Tobiko biex tibda trabbi lit‑tifel daqslikieku kien binha, u l‑missier aċċetta.
Minn dakinhar il‑mara bdiet tieħu lil Tobiko fiċ‑Ċentru tar‑Rijabilitazzjoni Ġwanni
Pawlu II, fejn sa fl‑aħħar beda jingħata l‑mediċina u t‑trattamenti meħtieġa sabiex ma jkomplix jiggrava l‑kundizzjoni tiegħu. Tobiko qajla kien jimxi u kien jippreferi jitkaxkar mal‑art fuq idejh minħabba li kien ibati ħafna biex iqum bilwieqfa.
Grazzi għal Missio Malta, illum il‑ġurnata Tobiko
għandu siġġu tar‑roti li żgur li se jtejjiblu u jbiddillu ħajtu mil‑lejl għan‑nhar! Tistgħu timmaġinaw kemm feraħ it‑tifel xħin ra s‑siġġu tar‑roti; lanqas ried jemmen li kien għalih!
Inti tista’ tkompli tgħin lill‑persuni bħal Tobiko billi tagħmel id‑donazzjoni tiegħek fuq wieħed minn dawn in‑numri:
5170 2063 ‑ €15
5180 2064 ‑ €25
5190 2061 ‑ €50
SMS 5061 8820 ‑ €6.99
MARATONA TA’ TAMA
11 April 2023
Servizz Volontarju ta’
Psiko‑Terapija Spiritwali
Tul il‑vaganzi
tas‑sena l‑ġdida kelli
l‑istedina mmur nagħti servizz volontarju ta’ psiko‑terapija spiritwali fir‑Repubblika Ċeka fejn kelli wkoll laqgħa kordjali mal‑Arċisqof ta’ Praga, Monsinjur Jan Graubner. Kelli l‑opportunità ngħin żgħaż agħ u persuni adulti, inkluż saċerdoti u reliġjużi, li għaddejjin minn żmien diffiċli ta’ ansjetà jew dipressjoni. F’dan il‑pajjiż, l‑ateiżmu jinħass ħafna u ċertament xejn ma jgħin f’sitwazzjonijiet ta’ dieqa, falliment, mard jew mewt fil‑familja. L‑alkoħoliżmu u s‑suwiċidji huma l‑pjaga ta’ kuljum f’soċjetà li warrbet jew insiet lil Alla. Għalhekk, il‑kamp tal‑psiko‑terapija spiritwali
huwa t‑triq ’il quddiem fl‑evanġelizzazzjoni, għax permezz t’hekk tista’
tilħaq persuni atei jew bierda fil‑fidi. Fil‑fatt, fil‑laqgħa mal‑arċisqof fil‑palazz arċiveskovili
fil‑belt pittoreska ta’ Praga, tkellimna ħafna fuq dan il‑kamp ta’ terapija li filwaqt
li jifhem il‑‘psike’ (il‑moħħ)
tal‑bniedem tal‑lum, jasal biex joffri fejqan permezz
ta’ spiritwalità. Meta ngħid spiritwalità nifhem ‘spirtu’ tajjeb u ta’ dawl li joffri tama lill‑bniedem sabiex jibqa’ għaddej fil‑ħajja mgħaġġla tal‑lum minkejja kollox. Qegħdin ngħixu f’kultura ta’ ħafna qtigħ il‑qalb u dispramenti li toffri biss spirtu ta’ dlam, u mhux ta’ dawl u tama fi Kristu Rxoxt.
Ċensiment li sar fl‑2021, juri biċ‑ċar li fir‑Repubblika Ċeka hemm dekadenza reliġ juża qawwija u jinħass ukoll nuqqas ta’ fiduċja fil‑Knisja u fl‑istituzzjonijiet reliġjużi. Għalkemm il‑Knisja Kattolika
Rumana tibqa’ dik prominenti, min‑naħa l‑oħra l‑prattika reliġjuża tal‑membri tagħha qed tonqos. Dan qed jesperjenzawh ukoll il‑knejjes Evanġeliċi u Hussiti (knejjes Protestanti) li xi darba kienu b’saħħithom f’dan il‑pajji ż . Tajjeb ngħidu illi f’dan il‑pajjiż il‑persuni li jgħidu li jemmnu f’Alla ż diedu, imma ż diedu wkoll dawk li ma jappartienu lill‑ebda
knisja minkejja l‑fatt li jemmnu f’Alla. L‑istatistiki jvarjaw minn reġjun għal ieħor. Tradizzjonalment, ir‑reġjun tal‑Moravja jibqa’ l‑aktar wieħed reliġjuż meta kkomparat mar‑reġjun tal‑Boħimja. L‑unika belt fejn il‑persentaġġ ta’ dawk li jemmnu huwa akbar minn dak ateu, hija l‑belt ta’ Zlin, fil‑Lvant tal‑pajjiż. L‑ibliet li għandhom l‑inqas persentaġġ ta’ kredenti huma l‑ibliet ta’ Ústí nad Labem, Liberec u Karlovy Vary. Ta’
ESPERJENZA MISSJUNARJA – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.
12 April 2023
Laqgħa kordjali mal‑Arċisqof ta’ Praga.
min jgħid li hemm raġunijiet storiċi għal dawn l‑istatistiki għaliex dawn l‑ibliet tul ir‑reġim Komunista kienu saru wisq industrijalizzati u dan ħalla effett qawwi fuq il‑ħajja soċjali, kulturali u reliġjuża ta’ dawn l‑ibliet.
Tul id‑diskussjoni li kelli mal‑arċisqof, tkellimna ħafna fuq it‑teoloġija tat‑triq li tant jisħaq fuqha Papa Frangisku. Din hija x‑xhieda Nisranija li kull
Nisrani għandu jipprattika fl‑ambjenti u fiċ‑ ċrieki soċjali fejn jgħix. Monsinjur Graubner irrakkontali li riċentament żar fabbrika li tħaddem bosta ħaddiema u baqa’ sorpriż bil‑fatt li wieħed biss kien kredenti u jappartieni lil setta
Protestanta. Tant hu
hekk, li l‑ħaddiema qalulu:
“Għalfejn ġejt iżżurna meta ħadd minna ma jemmen?”
L‑arċisqof umilment wieġeb:
“Huwa għalhekk li jiena ġ ejt, għax minkejja li tistqarru li ma temmnux, Alla xorta għadu jemmen fikom!”
Ir‑raġunijiet għan‑nuqqas ta’ Kattoliċi fir‑Repubblika Ċeka huma bosta. Waħda
mir‑raġunijiet hija l‑qasma
bejn il‑Kattoliċi liberali u dawk konservattivi fi
ħdan il‑Knisja Kattolika stess. Ma ninsewx li
f’dan il‑pajjiż, ir‑riforma
protestanta Hussita
Kif int tista’ tgħin lis‑seminaristi fl‑Asja, fl‑Afrika jew fl‑Indja:
Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.
Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5
Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24
Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35
Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43
Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143
Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.
• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:
€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż)
€2400 (l‑ispejjeż kollha)
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171
Jew fuq: www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑ QALB
13 April 2023
għamlet l‑effett tagħha tul l‑istorja. Għalhekk, waqt li l‑liberali Kattoliċi jridu ‘ftuħ’ sostanzjali u addattament tal‑liġijiet tal‑Knisja, min‑naħa l‑oħra l‑Kattoliċi konservattivi jiġbdu l‑ħabel lejn it‑tradizzjonijiet u l‑għeruq Kattoliċi Nsara. Imbagħad hemm raġuni oħra politika, ’l hekk imsejħa ‘restituzzjoni tal‑knejjes’ meta fl‑2012, l‑istat għadda liġ i li biha kellu jikkumpensa lill‑Knisja
għall‑propjetà meħuda mir‑reġim Komunista bejn l‑1948 u l‑1989. Fuq livell ta’ ġ ustizzja kien xieraq li l‑Knisja tiġi kkumpensata finanzjarjament, inkluż l‑istipendji tas‑saċerdoti, wara dak kollu li ġa rrbet tul il‑perijodu Komunista. Però, nies li kienu jokkupaw jew jgħixu fi propjetà meħuda lill‑Knisja nqarsu meta spiċċaw kellhom jagħtu
lura jew jikkumpensaw il‑ġid tagħhom lill‑Knisja. Kellek monasteri sħaħ trasformati fi skejjel jew sptarijiet u spiċċaw kellhom iżarmawhom biex jagħtuhom lura lill‑Ordnijiet Reliġjużi jew lill‑Kurja tal‑Knisja Kattolika. Hekk kien xieraq li jsir f’isem il‑ġ ustizzja, imma l‑għoti lura tal‑propjetà u l‑kumpens finanzjarju lill‑Knisja ġabu
rabja kbira fost iċ‑ċittadini li kienu qed igawdu. It‑tielet
raġuni li għaliha l‑Knisja
Kattolika fir‑Repubblika
Ċeka tilfet ħafna
mir‑reputazzjoni pożittiva mal‑poplu, hija l‑kwistjoni tal‑abbużi sesswali minn membri tal‑kleru, reliġjużi u lajċi, anke jekk l‑istatistiki kienu wisq inqas minn ta’ pajjiżi oħra. Tajjeb ngħidu li n‑nuqqas ta’ fiduċja
fl‑istituzzjoni tal‑Knisja
hija l‑inqas waħda meta mqabbla man‑nuqqas ta’
fiduċja lejn istituzzjonijiet oħra, bħas‑sigurta soċjali, qrati, banek, partiti politiċi u midja soċjali. Fid‑dawl ta’ dan kollu, ir‑Repubblika
Ċeka flimkien mal‑Estonja huma kkunsidrati l‑aktar żewġ pajjiżi mhux reliġjużi fl‑Ewropa. Għalkemm il‑Knisja Kattolika għandha għeruq fondi fl‑istorja
ESPERJENZA MISSJUNARJA – MARTIN AZZOPARDI S.D.C.
14 April 2023
Milqugħ minn Komunità Reliġjuża.
ta’ dan il‑pajjiż, wara r‑riforma Hussita, l‑Imperu
Awstrijak‑Ungeriż reġa’
rristawra l‑fidi Kattolika
bil‑mezzi kollha meħtieġa anke jekk xi wħud kienu kemxejn imposti fuq il‑poplu. Għall‑kuntrarju tal‑Polonja, il‑waqgħa tar‑reġim Komunista
fir‑Repubblika Ċeka ma ġabitx magħha l‑qawmien reliġjuż Kattoliku mistenni u tista’ tgħid li l‑effetti tal‑ateiżmu Komunista għadhom jinħassu sal‑lum. Min‑naħa l‑oħra, il‑Knisja
Ortodossa hija l‑unika knisja li tista’ tgħid qed tara ż vilupp, tant li saret
it‑tieni l‑akbar knisja wara dik Kattolika. Però tajjeb nikkunsidraw il‑fatt li f’dan il‑pajjiż kibret il‑popolazzjoni Russa u li minħabba l‑gwerra kurrenti bejn ir‑Russja u l‑Ukrajna ġiet kemxejn mistkerrħa mill‑popolazzjoni Ċeka.
Fid‑dawl ta’ dan kollu, nirrealizzaw kemm il‑karba ta’ Papa Ġwanni Pawlu II fis‑sejħa tiegħu għar‑rievanġelizzazzjoni tal‑Ewropa, hija f’waqtha iktar minn qatt qabel. Għalhekk, umilment nagħmel appell lill‑Insara kollha li jħossu s‑sejħa li
jkunu missjunarji, biex
jikkunsidraw ir‑Repubblika
Ċeka bħala għalqa ta’ ġ id fejn il‑merħla ta’ Kristu
Ġesù li tbiegħdet, għandha
bżonn ta’ min jerġa’ juriha
t‑triq lejn id‑DAWL ta’
KRISTU RXOXT!
AGĦMEL IT‑TMIEM TAL‑FAQAR PARTI MILL‑ISTORJA TAʼ ĦAJTEK.
RIEDA LI TAGĦTI
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha.
Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek.
Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt
www.missio.org.mt
Ritratt: :Council of Ministers (Poland)
. Int. Aħna. Flimkien. 15 April 2023
VO/1178 Jien
Koperazzjoni li Tfisser Tilħaq u Tifhem
F’Diċembru li għadda, il‑bord taċ‑ĊEME: il‑konferenza tas‑Santa Infanzja fl‑Ewropa, iltaqa’ sabiex jippjana l‑konferenza li jmiss li se ssir fis‑sena 2024. Din il‑konferenza ssir kull sentejn u ġġib flimkien lill‑kordinaturi tas‑Santa Infanzja minn diversi pajjiżi Ewropej. It‑tema li ntgħażlet għall‑konferenza tal‑2024, li se ssir fir‑Rumanija, hija ‘Il‑Koperazzjoni’. Din se tkun l‑ewwel darba li l‑konferenza qatt saret f’din in‑naħa tal‑Ewropa.
Waqt dawn il‑laqgħat kellna l‑opportunità li niltaqgħu man‑Nunzju Mons. Miguel Maury Buendia. Huwa kellimna dwar is‑Santa Infanzja ta’ żmienu. Fost l‑oħrajn, qalilna li meta kien żgħir kienu jorganizzaw ‘Star Singing’, imma ma kinux jiġbru flus, iżda minflok iwaħħlu lil kull min jiltaqgħu miegħu stiker ta’ stilla, li fuqha kien ikun hemm miktub: ‘Smile ‑ It’s Christmas’. Kienet biss okkażjoni biex jiltaqgħu ma’ u jferrħu lin‑nies.
Dan kien mod sabiħ ta’ evanġelizzazzjoni sempliċi ta’ xi jfisser il‑Milied u okkażjoni sabiex dak li jkun jagħti minn qalbu mingħajr ħadd ma jitolbu. Wara din il‑laqgħa daqstant sabiħa, kellna jiem ta’ preparamenti, u fost l‑oħrajn, żorna l‑monasteru fejn ser issir il‑konferenza u rajna l‑kmamar u l‑kċina. Kollox kien nadif u organizzat ħafna. Għaddejna erbat ijiem infasslu pjan u stabbilixxejna l‑kelliema u l‑attivitajiet li se norganizzaw għall‑membri tas‑Santa Infanzja Ewropej. Innutajna li wieħed mix‑xogħlijiet tad‑Direttur tar‑Rumanija, Dun Eugen Blaj, huwa li ta’ kull filgħaxija joħroġ idur fit‑toroq fejn hemm persuni bla saqaf fuq rashom u jqassmilhom ftit ikel u xi ħaġa tal‑flus. Aħna kellna
XHIEDA MISSJUNARJA – NANCY CAMILLERI
16 April 2023
x‑xorti nakkumpanjawh u ltqajna ma’ dawn in‑nies, li l‑maġġoranza tagħhom kienu żgħażagħ. Impressjonani ħafna l‑fatt li għadhom tant żgħar, ħajjithom quddiemhom u spiċċaw hekk. Tħoss sens kbir li tkun tixtieq tagħmel xi ħaġa biex tibdel din is‑sitwazzjoni għalihom. Darba fil‑ġimgħa, Dun
Eugen jistedinhom jinġabru fiċ‑Ċentru ta’ Santa Marija f’Iasi, fejn ikun jistgħu jieħdu ikla sħuna, jinħaslu u jibdlu ħwejjiġhom. Flimkien ma’ Matilda, il‑kordinatriċi ta’ MissioTfal fir‑Rumanija, jiġbru u jagħ żlu l‑ħwejjeġ tajbin, bħal ġ kieket, flokkijiet u brieret tas‑suf, u jqassmuhomlhom. Jixtru wkoll xi kalzetti u ingwanti għal dan il‑għan sabiex ikollhom x’jilbsu fil‑kesħa li tagħmel fir‑Rumanija.
Kienet esperjenza qawwija għalija , dik li niltaqa’ ma’ dawn in‑nies, li jiddependu għalkollox fuq il‑providenza
u li litteralment lanqas saqaf fuq rashom m’għandhom. Nies li jorqdu taħt il‑pajpijiet tas‑‘central heating’ għal ftit tas‑sħana. Xi wħud minnhom lanqas hekk m’għandhom l‑opportunità jagħmlu u lil dawk li jħallu hom, jorqdu f’xi parapett. Iltqajna ma’ xi wħud li jorqdu tnejn tnejn ġ o gabini żgħar li jesgħu
www.adoptgrandparent.org Adopt a Grandparent Combat Loneliness MALTA POWERED BY Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001. Jien. Int. Aħna. Flimkien. POWERED BY
Dan il‑proġett huwa ffinanzjat mill‑Malta Social Impact Awards.
17 April 2023
sodda waħda biss, fosthom mara anzjana li tbati bin‑nifs. Iltqajna wkoll ma’ familja b’sitt itfal li tgħix ġo kontejner li fih spazju għal żewġ sodod fuq xulxin u saqqu mal‑art. F’dawn
il‑postijiet li qed insemmi, la jeżistu kmamar tal‑banju u lanqas ‘toilets’. Tistgħu timmaġinaw meta tag ħmel ix‑xita l‑irwejjaħ u l‑ilmijiet li jkun hemm! Impressjonajt ruħi ħafna meta d‑direttur qalli li ta’ kuljum jiċċekkja u jara fejn qegħdin. B’diqa f’għajnejh, qalli li ġieli mar ifittex lil xi ħadd u qalulu
li jkun ħalliena. Dak il‑ħin indunajt kemm hawn nies li l‑ħajja ta’ kuljum tagħhom hija sfida bejn ħajja u mewt, speċjalment fil‑jiem ta’ kesħa tremenda u meta tinżel il‑borra f’dawn il‑pajjiżi. Din kienet tfakkira għalija, li kull fejn inkunu nistgħu nkunu missjunarji u nagħmlu li nistgħu għax il‑ftit li nagħmlu ta’ kuljum jista’ jsalva ħajjet l‑oħrajn. Nirringrazzja ’l Alla għal din l‑esperjenza li għallmitni nagħraf kemm il‑ħajja hija prezzjuża u kemm aħna nistgħu nagħmlu differenza fl‑ambjenti fejn ngħixu.
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil ‘Missio’ Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 jew 20330015 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI!
Kif
tgħin
tista’
lit‑tfal fil‑missjoni:
€ 100 Tliet xhur skola primarja u ikla kuljum lil tifel jew tifla foqra
€ 200 Trasport lejn l‑isptar għal nisa tqal li jgħixu f’żoni remoti
€ 1,500 Bini ta’ ‘toilets’ f’diversi skejjel
€ 19 Medikazzjoni għal ġimagħtejn fi kliniki li jikkuraw mard serju
€ 50 Ikla sħuna għal 30 anzjan/a li ta’ kuljum iħabbtu d‑djar tas‑sorijiet għall‑ikel
XHIEDA MISSJUNARJA – NANCY CAMILLERI
18 April 2023
Me. You. Us. Together. CHILD SPONSORSHIP
Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.
GRAZZI MILL‑QALB
Modi kif tista’ tgħin
Ċekk indirizzat lil Missio Malta (7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171.) Infakkrukom li ma jistgħux jintbagħtu ċekkijiet t’inqas minn €21.
Bank Transfer
Klijenti ta’ banek oħra jistgħu jagħmlu ‘Bank Transfer’ għal dawn il‑kontijiet bankarji. Min jagħmel donazzjoni f’dan il‑kont jibgħatilna nota dwar l‑ammont u meta sar id‑depożitu sabiex tintbagħat irċevuta.
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: APS BANK
Account No: 41474120039
IBAN: MT94APSB77013000000041474120039
Swift Code: APSBMTMT
Donazzjoni b’SMS
• 5061 7383 ‑ €2.33
• 5061 8998 ‑ €6.99 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Donazzjoni bit‑telefon tad‑dar
• 5160 2036 ‑ €10 • 5170 2009 ‑ €15
• 5180 2026 ‑ €25 (Numri miftuħin is‑sena kollha.)
Account holder name: Missio Malta
Bank’s name: Bank of Valletta
Account No: 50011468005
IBAN: MT31VALL22013000000050011468005
Swift Code: VALLMTMT
www.missio.org.mt
Iżżur il‑websajt u kklikkja fil‑parti Donations.
Jew għal donazzjonijiet ‘direct debit’
ċempel: 2123 6962
Donazzjoni bil‑BOV Mobile 77236962
€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
19 April 2023
Iżaija
20 April 2023
“Bħalma l‑art tnibbet, bħalma l‑ġnien inibbet il‑miżrugħ fih, hekk il‑Mulej inibbet il‑ġustizzja u l‑foħrija, quddiem kollha kemm huma l‑ġnus.”
61:11
“Għax, ara, għaddiet ix‑xitwa, spiċċat ix‑xita, marret.
Fuq l‑art ġa deher il‑ward, iż‑żmien tal‑għana wasal, fuq artna nstama’ leħen il‑gamiem.
L‑Għanja tal‑Għanjiet ta’ Salamun 2:11‑13
21 April 2023 VO/1178 Jien. Int. Aħna. Flimkien.
Diġà beda mit‑tin ħiereġ il‑frott, in‑nwar tad‑dwieli jxerred riħa ħelwa.”
Beatu Volodymyr Pryima
Il‑Beatu Volodymyr
Pryima huwa
Kattoliku Grieg
mill‑Ukrajna. Twieled fis‑17 ta’ Lulju 1906 fir‑raħal ta’ Stradch, li jinsab fid‑distrett ta’ Yavoriv, mal‑fruntiera tal‑Polonja. Kien jattendi skola tal‑kant liturġiku u laħaq kantur. Huwa kien imexxi kor fiċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ knisja tal‑lokal fi Stradch.
Pryma kien miżżewweġ u kellu żewġ t itfal żgħar. Wieħed ta’ erba’ snin u ieħor ta’ tliet snin. Nhar is‑26 ta’ Ġunju 1941, erbat ijiem qabel bdiet il‑gwerra bejn il‑Ġermanja u r‑Russja, aġenti mill‑Unjoni Sovjetika tal‑NKVD ittorturawh u
qatluh flimkien ma’ Dun Mykola Konrad f’foresta qrib Stradch. Dawn it‑tnejn kienu sejrin lura d‑dar wara li żaru mara marida li xtaqet tqerr. Dun Konrad, kif sema’ li din il‑mara minn raħal qrib xtaqet tqerr, ħass li kellu jmur anki jekk kien se jkun imwaqqaf, u mar flimkien ma’ Volodymyr. Sfortunatament, qatt ma reġgħu lura lejn darhom. Wara ġimgħa sabuhom
maqtula. Volodymyr instab imbiċċer b’ħafna daqqiet ta’ sikkina f’sidru bil‑bajunetta. Peress li kien ta ħajtu għall‑fidi, Volodymyr
Pryima ġie rikonoxxut bħala martri. Huwa ġie bbeatifikat minn Papa Ġwanni Pawlu II fis‑27 ta’ Ġunju 2001, flimkien ma’ Dun Mykola Konrad.
Ir‑relikwa ta’ dan il‑Beatu tinsab fil‑Katidral Kattoliku Ukren tal‑Ewkaristija
Mqaddsa li jinsab fi New Westminister fil‑British Columbia, il‑Kanada.
Il‑festa tal‑Beatu Volodymyr Pryima, patrun tal‑lajċi, tkun iċċelebrata nhar it‑2 t’April.
IL‑QADDIS TAX‑XAHAR – NANCY CAMILLERI 22 April 2023
Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € permezz ta’ ċekk pagabbli lil
Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:
Isem u kunjom:
Indirizz:
Belt/ Raħal: Kodiċi Postali:
Tel:
N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.
23 April 2023
Seminar għad‑Diretturi Ewropej ta’ Missio f’Malta
Il‑jiem bejn it‑13 u s‑17 ta’ Frar kienu jiem impenjattivi aktar min‑normal għal
Missio. 31 Direttur ta’
Missio minn madwar
l‑Ewropa waslu Malta
biex flimkien jiddiskutu
l‑isfidi diversi ta’ Missio fil‑ħajja tal‑lum. Missio
huwa l‑organizzazzjoni
tal‑Vatikan li tieħu ħsieb
l‑Evanġelizzazzjoni tal‑ġnus, li aħna nsibuha bħala l‑Uffiċċju Missjunarju. Infatti, mad‑delegazzjoni kien hemm żewġ rappreżentanti mill‑Uffiċċju tal‑Vatikan. Ġew diskussi bosta ħwejjeġ kurrenti, fosthom is‑sitwazzjoni fit‑Turkija u s‑Sirja, wara li ntlaqtu mit‑terrermoti, u kif Missio kien se
jagħmel l‑almu tiegħu sabiex ikompli jassisti lil dawk milquta bl‑aħjar mod possibbli. “L‑għan prinċipali tal‑konferenza
huwa li jitkattar l‑ispirtu ta’ kollaborazzjoni bejn il‑pajjiżi sabiex ikompli jintlaħaq
l‑għan ta’ Missio, dak li jxerred il‑Vanġelu fid‑dinja,” qal Dun Anthony Chantry, ċerpersin tal‑konferenza.
AĦBARIJIET MINN MISSIO 24 April 2023
It‑Tlieta 14 ta’ Frar kellhom esperjenza sabiħa fejn żaru l‑Imdina u l‑Grotta ta’ San Pawl fir‑Rabat. Dakinhar ġie diskuss kif San Pawl kien wieħed mill‑ewwel missjunarji u kif Missio huwa strument li jrid jgħallem dwar ir‑responsabbiltà lejn il‑missjoni minn kull wieħed u waħda minna.
L‑Erbgħa 15 ta’ Frar marru l‑Belt Valletta fejn żaru l‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann. Waranofsinhar
kellhom esperjenza li tat ħafna frott, fejn żaru l‑Laboratorju tal‑Paċi f’Ħal Far. Refuġjati residenti qasmu l‑esperjenza tagħhom, u tkellmu dwar il‑problemi u l‑isfidi li għexu f’art twelidhom. Id‑diretturi kielu ma’ dawn l‑emigranti u grazzi għall‑Patri
Dijonijsu Mintoff, li spjega l‑ħidma sfiqa ta’ dan il‑post mal‑emigranti, setgħu jaraw b’għajnejhom il‑mod ta’ ħajja li jgħixu dawn in‑nies. Filgħaxija, saret taħdita dwar kif inkabbru l‑għarfien tal‑PMS u l‑importanza
tagħha fil‑Knisja Kattolika.
Il‑Ħamis 16 ta’ Frar kienet l‑aħħar ġurnata f’Malta għal ħafna mid‑diretturi. Filgħodu d‑delegazzjoni
għamlet żjara qasira
fil‑g żira t’Għawdex. Huma kienu milqugħin
mid‑Direttur t’Għawdex, il‑Kanonku Dun Karm
Portelli. Kif waslu ttieħdu
s‑Santwarju tal‑Madonna
ta’ Pinu, fejn tfissritilhom
il‑ġ rajja tal‑Madonna
ta’ Pinu. L‑Eċċellenza
Tiegħu Monsinjur Anton
Teuma mexxa quddiesa
25 April 2023
mal‑Isqof Monsinjur
George minn Franza, li kien mad‑delegazzjoni. Fl‑omelija l‑isqof fakkar li l‑ħidma tal‑evanġelizzazzjoni u l‑għajnuna li tingħata lill‑missjoni hija fil‑qalba tal‑Knisja. Huwa faħħar il‑ħidma tad‑delegati għax: “Il‑ħidma tagħhom hija ta’ siwi kbir”. Fakkar lil dawk preżenti fil‑kelmiet li Papa Franġisku qal fuq is‑sagrat tal‑Madonna ta’ Pinu: “Il‑ferħ tal‑Knisja huwa l‑evanġelizzazzjoni”.
Monsinjur Isqof enfasizza
li dawn il‑kelmiet il‑Papa tenniehom għal seba’
darbiet fl‑istess diskors li
kien għamel f’Ta’ Pinu.
Fl‑aħħar tal‑quddiesa
d‑delegazzjoni ħadet ritratt
ta’ tifkira u Monsinjur
Valent Borg irringrazzja
lill‑isqof tal‑preżenza tiegħu
minkejja l‑ħafna impenji
li kellu u osserva li ma
nistgħux nevanġelizzaw jekk
ma nagħmlux dan bil‑ferħ. Wara, id‑delegazzjoni żaret il‑Bażilika ta’ San Ġorġ u l‑Katidral tal‑Assunta. Ħafna mid‑delegati jafu wħud mill‑missjunarji Għawdxin. Dan kien ta’ sodisfazzjon, li tara lid‑delegati kuntenti u bi kliem ta’ tifħir għall‑gżira u d‑djoċesi Għawdxija.
Filgħaxija, fost l‑oħrajn, ġew diskussi proġetti maġġuri ta’ Missio, u wara d‑diretturi kellhom ħin jiltaqgħu mal‑impjegati ta’ Missio
fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, ir‑Rabat.
Dawn il‑jiem taw ħafna frott għaliex kienet esperjenza ta’ tagħlim u li tagħti kuraġġ biex Missio jkompli jwettaq ix‑xogħol siewi li qed jagħmel. Id‑Direttur ta’
Missio Malta, Monsinjur
Valent Borg esprima s‑sodisfazzjon tiegħu għas‑suċċess tal‑laqgħa
f’Malta, li l‑preparamenti għaliha ħadu bosta xhur. Huwa qal li: “Waqt
AĦBARIJIET MINN MISSIO 26 April 2023
Ritratt: Charles Spiteri
din il‑konferenza ridna nlaqqgħu lill‑kollegi diretturi minn madwar l‑Ewropa mar‑realtajiet differenti ta’ Malta. L‑għan tagħna jibqa’ li nkattru spirtu ta’ djalogu u inkontru, b’ħeġġa għax‑xandir tal‑Evanġelu ta’ Kristu.”
“Il‑konferenza kienet ukoll okkażjoni sabiħa ta’ talb flimkien, li jgħaqqadna sabiex inkomplu nwasslu l‑messaġġ li x‑xogħol tal‑missjoni huwa daqstant urġenti u importanti daqs meta Ġesù Kristu mexa fuq
l‑art u evanġelizza kull fejn mar,” temm jgħid Dun Anthony Chantry, ċerpersin tal‑konferenza.
Mons. Renato Borg u Moira Muscat
Gratitude Letter for a fruitful encounter
Dear Mons. Valentino and Missio Malta staff, Peace and joy!
Once again I would like to express my deepest gratitude for the fruitful encounter of the European National Directors of PMS. Although I am just an ancillary participant, I felt very much your ‘extraordinary hospitality’ which has been a characteristic of your people since the time of St. Paul. It was a very fruitful and enriching experience for me and I learned a lot about your work, and the rich history, culture and tradition of your people.
I have safely returned to Vilnius (Lithuania) this evening and I carry with me the many memories and persons I have met during this week. I promise you my prayers and look forward to greater collaboration in the future.
May our Blessed Mother Mary, venerated by your people with her title ‘Madonna Ta’ Pinu’, continue to guide and intercede for you and your ministry to spread the Gospel.
Kindly remember to pray for me as well. God bless.
Father Ryan Oliver Bautista
27 April 2023
Kristu Bla Jdejn
Fil‑knisja dħalt biex nitlob
Quddiem il‑kurċifiss, Inżilt ftit għarkopptejja
Inħares ’l isfel biss.
Imbagħad għollejt ftit ħarsti
Inkellem lill Mulej, Biex niżżih ħajr u nfaħħru Għax tiegħi hu l‑Feddej.
Kien hawn li f’daqqa waħda
Intbaħt ma nafx minn fejn
Jew kif din setgħet tiġri, Li Kristu kien bla jdejn.
Forsi xi ħadd kien daħal U kissru, hekk jien bsart. Għalhekk jien bdejt infittex ’Il hawn u ’l hinn, u fl‑art.
“Idejk,” staqsejt ’l Imgħallem, “Bl-imsiemer imtaqqbin, Dan kif ma jidhrux aktar, Jew forsi ħolma din?”
Hawnhekk jien rajt ’l Imsallab, Iħares lejja fiss: “Kun af li din mhix ħolma,” Hekk qalli l kurċifiss.
“Għax minflok l-idejn tiegħi, Minn issa ’l quddiem, Inti se tkun idejja
Li twassal ferħ u sliem.
Idejk jien irrid nuża, Ħa nserraħ lill-mitruħ, Lill-fqir inlibbes, nitma’, U nfejjaq lill-muġugħ.
Nikkonsla lill-imnikket, Inqawwi lill-beżgħan, Lil ta’ bla dar inkennen, L-għajjien intih serħan.”
POEŻIJI 28 April 2023
Mibgħuta minn Moira Muscat.
TFAL MISSJUNARJI
Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini bl‑għajnuna ta’ Nancy Camilleri.
Kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ġimgħa fit‑3:30pm fuq
Radju Marija 102.3FM (Malta) / 107.8FM (Għawdex).
29 April 2023
Lill‑Madonna tad‑Duluri
Żewġ versi nikteb O Madonna, Għax int dejjem ħsibt fina, Meta tlabna ’l Inti dejjem dħalt għalina.
Ara d dinja bil
Nies imutu bil
Għid lil min tridna nitolbu?
Jekk mhux ’l Ommna Sidtna Marija!
O Madonna tad
Tħalli qatt li minn ġo fina, Aħna nwarrbu ’l Iżda magħqudin ħallina.
Ħarisna inti Ommna Marija, Agħtina l‑għajnuna tiegħek, Biex inġorru s
U fil glorja niġu miegħek.
Grazzi Madonna li għentni Noħroġ li ħassejt ġewwa fija
U biex kif il kbir Alla jsejħilna, Niġu fejnek fit
Minn Paul Caruana.
POEŻIJI 30 April 2023
Christian Meli
Mobile: + 356 7966 0487
35, Valletta Road, Qormi, QRM 3616
Tel: + 356 2149 7051
E‑mail: vrt@melivrt.com
Web‑site: www.melivrt.com
COMPUTERISED 4 WHEEL ALIGNMENT Services Ltd. Express Garage Joe Magro 11, Pjazza Sant Anna Floriana For: Accesories, Tyre Repairs, Etc....... Tel: 2123 3647 Mob: 9949 9981 31 April 2023
Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija
Santissima B ħala Missjunarja
It‑Tlieta u Għoxrin Parti
il‑post, iżda l‑knisja nqerdet matul il‑Gwerra tat‑Tletin Sena.
Id‑Dehra tal‑Madonna f’Wambierzyce, Albendorf, il‑Polonja Fis‑Sileżja t’Isfel, fil‑Lbiċ tal‑Polonja hemm
is‑Santwarju ta’ Albendorf. L‑oriġini tal‑istorja li wasslet għall‑iżvilupp ta’ dan il‑post ta’ pellegrinaġġi jmur lura għas‑sena
1250. Il‑Verġni Marija
dehret fil‑kastell Rathen
Albendorf, lill‑kavallier
nobbli. Wara l‑ġrajja, huwa naqqax statwa tal‑injam
tal‑Madonna ta’ madwar
27 ċentimetru, simili għall‑Madonna tad‑dehra, li tpoġġiet ħdejn siġra
tal‑linden (tal‑ġir). Wara
xi żmien, raġel agħma mar
fil‑post biex iqim l‑istatwa, u waqaf quddiemha jitlob b’devozzjoni u ħeġġa kbira. F’daqqa waħda, huwa kiseb il‑vista. L‑aħbar tal‑miraklu xterdet u mill‑ewwel marru bosta devoti biex jagħtu ġieħ lil din l‑istatwa tal‑Madonna. Wara nbena artal tal‑ġebel quddiem is‑siġra. L‑ewwel kappella tal‑injam inbniet fl‑1263, u fl‑1512 inbniet knisja tal‑ġebel u l‑istatwa tqiegħdet hawn. Bdew isiru ħafna pellegrinaġġi lejn
Il‑knisja tal‑pellegrinaġġi preżenti tal‑Viżitazzjoni tal‑Madonna tmur lura għall‑knisja mibnija bejn l‑1695 u l‑1710, fuq disinn maħsub li jixbah lit‑Tempju ta’ Ġerusalemm. Madanakollu, il‑knisja kollha, minbarra l‑faċċata Rinaxximentali, kellha titwaqqa’ tliet snin wara għax l‑istruttura kienet saret perikoluża. Ir‑raba’ knisja, dik preżenti, fuq stil Barokk, inbniet bejn l‑1715 u l‑1723, iffinanzjata min‑nobbli sid tal‑post il‑Konti Franz
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
Is‑Santwarju ta’ Albendorf.
Ġewwa is Santwarju ta’ Albendorf.
32 April 2023
Anton von Gotzen. Fis‑Seklu
17 il‑pittur Danjel ta’
Osterberg, minbarra li pitter
il‑posti tal‑ħajja u tal‑passjoni
ta’ Kristu, pitter ukoll dan il‑post qalb il‑muntanji.
Huwa ta din il‑pittura
t‑titlu ta’: “Ġerusalemm tas‑Sileżja”, kif għadha
magħrufa sal‑lum. Madwar
il‑knisja u r‑raħal inbnew
numru ta’ kappelli żgħar
iddedikati kollha lill‑Passjoni
ta’ Kristu. Fl‑1936 il‑knisja
rċeviet l‑istatut ta’ Bażilika
Minuri minn Papa Piju
XI u fl‑1980 Papa Ġwanni
Pawlu II ta lill‑Madonna
ta’ Wambierzyce t‑titlu ta’
Regina tal‑Familja. Huwa stmat li kull sena jżuruha aktar minn 150,000 pellegrin.
Id‑Dehra tal‑Madonna, f’Manaoag, fil‑Filippini
‘Il‑Madonna tar‑Rużarju
Mqaddes ta’ Manaoag’
huwa t‑titlu Kattoliku
tal‑Verġni Marija meqjuma
f’Manaoag, Pangasinan, fil‑Filippini. Ix‑xbieha tal‑avorju u tal‑fidda li ġġib dan it‑titlu tmur lura sas‑Seklu 16 u bħalissa tinsab fil‑Bażilika Minuri tal‑Madonna tar‑Rużarju ta’ Manaoag. Is‑santwarju huwa sit ewlieni ta’ pellegrinaġġi fil‑pajjiż u huwa amministrat mill‑Ordni Dumnikan fi ħdan l‑Arċidjoċesi ta’ Lingayen‑Danupan. Taħt dan it‑titlu Marjan, il‑Verġni Mqaddsa Marija hija invokata bħala Patruna tal‑morda u dawk fil‑bżonn. Din ix‑xbieha tiġi meqjuma darbtejn fis‑sena: fit‑tielet Erbgħa wara l‑Għid u fl‑ewwel Ħadd t’Ottubru.
Fis‑sena 1610, il‑bidwi Juan de La Crux, fi triqtu lura d‑dar wara ġurnata xogħol fir‑razzett, kien inkwetat ħafna dwar id‑dar u r‑raba’ tiegħu minħabba li kien jaf li dawn setgħu jiġu kkonfiskati
mill‑awtoritajiet ċivili, kif kien ġara qabel minn xi artijiet oħra fl‑istess pajjiż. Quddiem dan il‑prospett bla tama, huwa dejjem irrikorra għall‑għejun
tal‑fidi tiegħu, kif kien mgħallem mis‑saċerdoti tal‑parroċċa tiegħu, sabiex ikollu fiduċja u fidi sħiħa fit‑tjubija u l‑ħniena t’Alla, u fil‑protezzjoni tal‑Madonna, Omm Alla. Kif kien miexi jaħseb dwar dan, ra dawl qawwi li għall‑bidu ma tax kasu u baqa’ miexi. Iżda mbagħad sema’ leħen femminili, ħares madwaru u ra fuq siġra mgħottija bi sħaba lill‑Verġni Marija li f’idha l‑leminija kellha kuruna tar‑Rużarju u f’idha tax‑xellug kienet qiegħda żżomm lill‑Bambin Ġesù, f’nofs dija tas‑sema. Marija qalet lill‑bidwi: “Ibni, irrid knisja tinbena hawn għal ġieħi. Uliedi għad jirċievu ħafna grazzji f’dan il‑post.” Huwa emmen li dik kienet il‑Madonna. Mimli ferħ b’dik l‑esperjenza straordinarja, minnufih mar id‑dar u rrakkonta lil martu, lil uliedu, lill‑qraba u lil ħbiebu dwar dak li kien ra u sema’. Iżda, meta mar qal lill‑kappillan b’din id‑dehra, dan mhux talli ma emmnux, imma beda jinsinwa li r‑raġel kien qed isofri minn alluċinazzjoni, effett tas‑sħana estrema
33 April 2023
Il‑Madonna tar‑Rużarju Mqaddes ta’ Manaoag.
tal‑ġurnata. Madanakollu, din l‑istorja bdiet tinfirex mhux biss f’dak ir‑raħal, imma anki f’irħula qrib. Għalhekk, nies minn
dawn l‑irħula bdew ġejjin lejn il‑post tad‑dehra biex jaraw u jitolbu huma wkoll.
Il‑pellegrini kienu jmorru
lura lejn djarhom mhux
biss assigurati mill‑verità tad‑dehra tal‑Madonna, imma wkoll konvinti li t‑talb tagħhom kien ġie mismugħ.
Il‑pellegrinaġġi bdew isiru aktar spissi matul is‑sena, kemm biex il‑pellegrini jwettqu l‑wegħdiet li kienu jagħmlu biex jerġgħu jżuru
lill‑Madonna, kif ukoll jagħmlu talbiet ġodda
lill‑Madonna u joffru
d‑devozzjoni tagħhom lejha.
Meta dawn il‑pellegrini
kienu jmorru lura lejn
l‑irħula tagħhom, kienu jiġu
mistoqsijin minn fejn kienu
ġejjin u huma kienu jwieġbu:
“Dimad Apo Ya Mantataoa”, li tfisser: “Mingħand
is‑Sinjura li sejħitilna.”
Eventwalment, din il‑frażi tqassret f’Manaoag, li maż‑żmien sar l‑isem
tal‑post. Aktar tard, fuq il‑post fejn jingħad li dehret
il‑Madonna, inbniet kappella
żgħira u fuq l‑artal tagħha
tqiegħdet statwa Spanjola
tal‑Madonna tar‑Rużarju
Mqaddes li ċertu Dun
Juan de San Jacinto kien
ġab mill‑Messiku. Matul iż‑żmien, sabiex il‑Verġni
Marija tingħata dar aktar xierqa għall‑qima, twaqqfet knisja akbar tal‑injam minn Dun Diego de Balletros qrib il‑kappella oriġinali tal‑missjoni ta’ Santa Monika, ħdejn ix‑xmara Baloquin. Il‑kostruzzjoni tal‑knisja kienet issorveljata bir‑reqqa mill‑istess qassis li oriġinarjament kien ħaseb li l‑allegata dehra kienet biss frott tas‑sħana tropikali. Minn dak iż‑żmien, il‑knisja kellha numru kbir u kostanti ta’ pellegrini li jfittxu l‑interċessjoni tal‑Madonna tar‑Rużarju ta’ Manaoag fi żmien il‑ħtiġiet kollha tagħhom. F’Pangasinan, il‑Knisja ta’ Manaoag hija l‑aktar destinazzjoni popolari ta’ pellegrinaġġi. F’ħafna pajjiżi jqisuha bħala l‑‘Mekka Kattolika’ tal‑Filippini. Papa Piju XI ta inkurunazzjoni Kanonika lix‑xbieha fil‑25 t’Awwissu 1925. Ir‑rit sar fil‑21 t’April 1926. Papa Benedittu XVI, f’ċerimonja f’Ruma fil‑21 ta’ Ġunju 2011, ta lill‑knisja ta’ Manaoag affinità spiritwali unika mal‑Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore f’Ruma. Sal‑lum, l‑ebda knisja fil‑Filippini ma ngħatat dan l‑unur, li jfisser li l‑pellegrini u l‑vjaġġaturi li jżuru din il‑knisja u jitolbu fiha, jiksbu Indulġenza Plenarja
bħallikieku kienu qed iżuru Bażilika Papali f’Ruma.
Id‑Dehra tal‑Madonna
f’Montallegro, Rapallo, l‑Italja
Fit‑2 ta’ Lulju 1557, Giovanni Chichzola, raħħal minn
Carnevale, kien miexi fuq Monte Leto, u ddeċieda li jieqaf u joqgħod ftit tal‑ħin jistrieħ fid‑dell.
Hawn dehritlu Marija
Santissima u qaltlu: “Tibżax Giovanni, jien Omm Alla. Jiena għażiltek biex tkun messaġġier tar‑rieda tiegħi. Żur is‑saċerdoti ta’ Rapallo u għarrafhom li Omm
Alla għażlet dan il‑post bħala post ta’ abitazzjoni perpetwa tagħha u tixtieq li tinbena knisja hawn. Jiena se nħalli rahan tal‑imħabba tiegħi.” Giovanni dak il‑ħin ra ikona ma’ blata.
Hija kompliet: “Għid lin‑nies li din l‑istampa nġiebet hawn mill‑Greċja mill‑anġli. Inħalliha hawn
DEHRIET TAL‑MADONNA – EMMANUEL CUTAJAR
34 April 2023
bħala turija tal‑imħabba tiegħi għalihom. Inti sum is‑Sibt.” L‑immaġni kienet turi ’l‑Madonna fil‑passaġġ jew tluq tagħha mill‑ħajja ta’ din id‑dinja. Il‑kwadru tpoġġa fil‑knisja ewlenija ta’ Rapallo għall‑qima, iżda jumejn wara għeb b’mod misterjuż u nstab fuq blata f’Montallegro. Imbagħad, il‑poplu ta’ Rapallo induna li l‑Madonna xtaqet li hemm jibqa’ l‑kwadru u bnew santwarju li ġie kkonsagrat f’Lulju 1558.
Fl‑1574, xi baħrin Griegi kienu nawfragati hemmhekk u għarfu l‑kwadru bħala wieħed li kien meqjum f’Ragusa li kien ilu nieqes sa mis‑sena 1557. Huma talbu biex dak l‑inkwatru jittieħed mill‑ġdid lejn Ragusa. Wara proċeduri legali, l‑inkwatru ntraddilhom lura, iżda l‑għada dan mirakolużament
reġa’ deher fis‑Santwarju ta’ Montallegro, u minn dakinhar baqa’ hemm bla tfixkil ta’ xejn. L‑inkwatru ta’ oriġini Biżantina jirrappreżenta lill‑Verġni Marija mimduda fuq katalett, imdawra b’diversi qaddisin u żewġ anġli qed iżommu rappreżentazzjoni tat‑Trinità Qaddisa
ssimbolizzata minn tliet iġsma umani magħquda f’wieħed. Fl‑1739, is‑Sagra Kongregazzjoni tar‑Riti fil‑Vatikan laqgħet it‑talba
tal‑poplu ta’ Rapallo biex il‑Madonna ta’ Rapallo tkun magħrufa u meqjuma bħala l‑patruna ta’ dik
il‑belt. Fis‑7 ta’ Lulju 1767, l‑istatwa ġiet inkurunata mill‑Isqof ta’ Ajaccio, Corsica. Fl‑2007, il‑Kardinal Tarcisio Bertone, Segretarju tal‑Istat tal‑Vatikan, ħa sehem fiċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑450 Anniversarju mid‑Dehra tal‑Madonna f’Rapallo. Il‑festa tagħha hija ċċelebrata fl‑ewwel tlett ijiem ta’ Lulju kull sena.
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio
(Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 90 sena
Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja. Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:
Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar
Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet
Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt
35 April 2023
Is‑Santwarju tal‑Madonna f’Montallegro, Rapallo.
TORTA TAL‑GĦID Mill‑Italja
Metodu:
• Għalli l‑ispinaċi fl‑ilma bi ftit melħ.
• Saffi l‑ispinaċi u għasarha sew b’idejk fil‑passatur.
• Ġo skutella, ħallat sew flimkien l‑irkotta, 2 bajdiet, il‑ġobnijiet, bżar u melħ kemm tiggosta u l‑ispinaċi.
• Ġo turtiera/dixx tal‑forn midluk bil‑butir, ifrex l‑għaġina u l‑mili.
• B’qiegħ ta’ tazza ħaffer 4 toqbiet f’erba’ kantunieri u fihom ofsoq 4 bajdiet.
• Iksi l‑wiċċ bl‑għaġina, agħlaq id‑dawra sew u taqqab il‑wiċċ bil‑furketta.
• Idlek il‑wiċċ b’isfar ta’ bajda mħallat ma’ ftit ilma.
X’għandek bżonn:
• 500 gramma weraq tal‑ispinaċi frisk
• 200 gramma rkotta
• 40 gramma ġobon tal‑ħakk
• 40 gramma ġobon Pecorino maħkuk
• 6 bajdiet u isfar ta’ bajda.
• 2 pakketti għaġina sfiljurata
• Bżar u melħ
Jiena:
Indirizz:
Tel/Mob:
Isem:
Indirizz:
Tel/Mob:
• Aħmi f’forn moderat għal madwar tliet kwarti.
Kurżità:
Din it‑torta magħmula mill‑irkotta, spinaċi u bajd iebes, hija tradizzjonali għall‑familji fl‑Italja fi Żmien l‑Għid. Il‑bajd huwa simbolu ta’ ħajja ‑ mistura fil‑qoxra tal‑bajda li xi darba jasal il‑waqt li l‑fellus joħroġ minnha ħaj għal ħajja oħra. Hekk ukoll Ġesù, wara tlett ijiem fil‑qoxra tal‑blata joħroġ ħaj u rebbieħ fuq il‑mewt u fuq id‑dnub.
Meħuda mir‑rivista Dawl Franġiskan.
Kodiċi Postali:
E‑mail:
Nixtieq: Inġedded l‑abbonament tiegħi
Nibda nirċievi r‑rivista d‑dar bil‑posta
Nagħti abbonament rigal lil:
Kodiċi Postali:
E‑mail:
Imla l‑formola u ibgħatha flimkien ma’ ċekk pagabbli lil Missio fuq:
Abbonament Malta Missjunarja Missio, 7, Triq il‑Merkanti, Valletta, VLT 1171
.
RIĊETTA TRADIZZJONALI – PATRI PAUL BUGEJA OFMCap
Jien. Int. Aħna. Flimkien
(VO/1178)
36 April 2023
AF I THHOPE &CHAR I YT
GIFT SHOP
Sibna wkoll fuq Facebook: Faith Hope & Charity
Qed nagħmlu ‘Home Deliveries’
7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta ● Tel: 21234328 Il‑ħanut qed ikun miftuħ mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn id‑9:00am u s‑6:00pm. Is‑Sibt bejn id‑9:00am u s‑1:00pm.
wkoll tixtri onlajn mill‑ħanut Faith Hope & Charity billi żżur https://zaype.com/FHCshop
Tista’
37 April 2023
FITTEX IL‑KLIEM: Annimali
F’din it‑tabella hawn moħbija 26 tip ta’ annimal. Fittex fi 8 direzzjonijiet. Ibgħat il‑kaxxa kompluta sa mhux aktar tard mill‑15 tax‑xahar flimkien ma’ ismek, kunjomok u l‑indirizz hekk: Malta Missjunarja – Kompetizzjonijiet, Nru.150, Missio, Triq Lorenzo Gafà, il‑Mosta MST 4128. L‑ewwel tweġiba tajba li tittella’ bil‑polza tirbaħ kupun ta’ €15 li jissarraf mill‑ħanut ta’ Missio, ‘Faith, Hope & Charity’ fil‑Belt Valletta.
F E L G M N I A S X N T T N P
F E U M U X R R R U A E W V A
Q L K J P G R E T Q T D M W P
G L L R I V A Q S T A T I L R
K I S T U V B E P V E B A N A
L R K E X N H S M N T F V Q A
A D D E P L A V O L P I R G X
M U O C L B Q F M J Y Z E A A
A K S N M B Y E I G E N L L F
R K L U P U X L Q H D I U Q I
D U N D J A N U Z U F X S A C
O K H P S Q I B S N M T Q H Z
C D U Y U W D F E E Q F P H T
N I R O M A I D R I G W A N A
R A F J Z R G G A T I N R A Q
● AMORIN
● BAQRA
● BARRI
● DENFIL
● DUNDJAN
● FAR
● FARFETT
● FEKRUNA
● FELU
● GENDUS
● GIDI
● GREMXULA
● IGWANA
● KELB
● KLAMAR
Isem u Kunjom: ________________________________ Indirizz:______________________________________
Kodiċi Postali: _________________________________
● NEMLA
● PAPRA
● QARNITA
● VOLPI
● XADINA
● KUKKUDRILL
● LJUN
● LUPU
● QATTUS
● SEQER
● TIGRA
Soluzzjoni tal‑Kompetizzjoni ta’ Frar 2023:
Ir‑rebbieħa tal‑kompetizzjoni hija Alison Scicluna mill‑Marsa. Grazzi lil kull min bagħtilna t‑tweġibiet. Prosit lir‑rebbieħa. Hija tirċievi ittra bil‑posta mingħandna biex tkun tista’ ssarraf il‑kupun.
Nitbissmu ftit:
Is‑Sinjura Briffa rċeviet il‑kont tat‑telefown li kien m’ogħla s‑sema!! Sabet lil żewġha u lil bintha, u staqsiethom: “Dan il‑kont għoli xogħolkom?”
Frans: “Jien m’iniex żgur, għax meta jkolli bżonn, inċempel mix‑xogħol.”
Katja: “L‑istess jien; nuża tax‑xogħol.”
“Ħeqq, jien ukoll inċempel minn fuq
ix‑xogħol, mela żgur li Marì,” qalet is‑Sinjura Briffa, u daret fuq is‑seftura li kienet qed tisma’ kollox.
Marì: “Iva, jien. B’daqshekk!?
X’inhi l‑problema? Jien bħalkom, inċempel mix‑xogħol meta jkolli bżonn!”
F F Q X K E V U K J R I V Z N A N L A K S I R F W N O B S I B X U I J B T E U U A D N M N B L D T W J T C M X G D H I B L D I G I T A O S R X U R N V I O L P Y L K Q T M V A P U T S N L E M I N I R A I Y N C J H R A R I S M R R I L L Y Q O P T P D T A I B M M C M A E V E I O R J S H Z T I H H B V Y S D A I A A C G M M H I N J O N M U Q V M B I F L R Q J O R B C U K I V H I F I D N O T U D E J J A Q T X E L L U G I V Q R J G H T U J R A N I D R O KOMPETIZZJONI ‑ APRIL 2023 ‑ MAĦSUBA MINN TANJA CILIA
38 April 2023
Mulej ilqa’ f’Saltnatek lill‑benefatturi tagħna, familjari u ħbieb.
Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Eżempji sbieħ
Taw bolol użati li jinbiegħu lill‑kollezzjonisti, kif ukoll irċevuti fiskali u muniti antiki.
Nota mill-Bord Editorjali: Inħeġġu lill-qarrejja ta' Malta Missjunarja sabiex jagħmlu użu mis-servizzi u/jew jixtru mingħand dawk il-ħwienet li jirreklamaw fuq ir-rivista. Grazzi.
Nota: Missio jixtieq javża li ma jaċċettax kartolini użati la tal-Milied u lanqas tal-‘Birthdays’. Grazzi.
Websajt Missio
• Informazzjoni dwar il‑missjoni u l‑missjunarji • Proġetti li twettqu u qed jitwettqu • Animazzjoni missjunarja • Attivitajiet • Rivisti tal‑passat • MissioTfal ‑ stejjer, attivitajiet, kompetizzjonijiet, rivisti tal‑passat
Jien. Int. Aħna. Flimkien (VO/1178)
www.missio.org.mt
Nota: It‑tfal kollha huma mħeġġa jidħlu fil‑paġna ta'
Facebook Missio
Malta Events
Page/ Tfal
Missjunarji fejn jistgħu jsibu diversi logħbiet u attivitajiet ta' interess.
Missio Malta • Missio Tfal
• Knisja Parrokkjali Santa Katerina, iż‑Żurrieq
• Raymond Falzon mill‑Gudja
39 April 2023
Theuma House, 302, St. Paul Street, Valletta VLT 1213 Tel: 21234075 / 21236605 Fax: 21244201 Email: info@etheuma.com www.etheuma.com 40 April 2023