Malta Missjunarja Frar 2022

Page 16

IL‑ĦAJJA FIL‑MISSJONI

Frar 2022

Il‑Milied fid‑Djoċesi ta’ Bellary fl‑Indja

I

l‑Missjoni tat‑Trinità Mqaddsa f ’Kuditini, li tagħmel parti mid‑Djoċesi ta’ Bellary f ’Karnataka fl‑Indja, hija fqira ħafna, sew fl‑affarijiet materjali u aktar u aktar fil‑fidi Kattolika. Il‑Milied li għadda kien il‑ħames wieħed fejn it‑tfal u l‑familjari tagħhom kellhom l‑opportunità li jgħadduh ‘tajjeb’. Tajjeb – fis‑sens li għal darba oħra ħassewhom milqugħin, aċċettati, mhux minsijin u li hemm xi ħadd li jimpurtah minnhom. Dun Jai, li ilu jmexxi din il‑komunità għal aktar minn 16

ħames snin, irnexxielu jibni skola għat‑tfal iż‑żgħar, knisja ċkejkna u refertorju, u ħadem fuq proġett ta’ ilma nadif u tajjeb għax‑xorb. Bħalissa Dun Jai, flimkien

man‑nies tal‑komunità, qed jaħdmu biex jiffurmaw ġnien b’aktar minn 300 siġra. Iżda l‑akbar pass kien li sar kuntatt bejn il‑komunità ċkejkna


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Malta Missjunarja Frar 2022 by Missio Malta - Issuu