KullĦadd_16.04.2023

Page 1

Rapport f’paġna 3

MAT-800,000 PASSIĠĠIER MISTENNIJA BIL-CRUISES

– Stephen Xuereb, Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port

Rapport f’paġna 6

TLIET RAPPORTI POŻITTIVI OĦRA LIL MALTA F’ĠIMGĦA

L-IMF, l-S&P u d-DBRS jikkonfermaw b’mod ċar il-fiduċja fit-tmexxija lokali, bil-maqlub għall-bqija tal-Ewropa

Fi spazju ta’ ftit jiem, tliet rapporti ppreparati b’mod indipendenti minn aġenziji differenti barranin, kellhom ilkoll kliem ta’ tifħir għad-direzzjoni li baqa’ għaddej fiha pajjiżna, grazzi għad-deċiżjonijiet u l-politika talGvern Laburista f’dawn iż-żminijiet ta’ sfidi bla preċedent internazzjonali. Minbarra hekk, huma wkoll tejbu t-tbassir preċedenti tagħhom għaż-żmien li ġej. Fl-ewwel rapport, il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) irreveda ’l fuq it-tbassir tat-tkabbir ekonomiku għal pajjiżna. Wara li f’rapport, li kienu ħarġu fi Frar,

l-esperti tal-IMF kienu bassru li l-ekonomija Maltija se tikber bi 3.3% din is-sena, issa f’April ħassew li kellhom jirrevedu dan it-tbassir għal 3.5%.

Dan fl-istess ħin li, għall-bqija taż-Żona Ewro, huma qed ibassru tkabbir ta’ 0.8% biss, li jfisser li l-ekonomija lokali mistennija tikber b’rata li hi kważi ħames darbiet aktar mill-medja. Fl-istess ħin, il-Ġermanja, li hi l-mutur ekonomiku Ewropew, mistenni jkollha tnaqqis ċkejken fil-ġid nazzjonali.

Fl-istess ħin, l-IMF ukoll tenna li t-tbassir għat-tkab-

bir tal-ekonomija dinjija mistenni jkun inqas minn ta’ Malta tant li ma jaqbiżx il-livell ta’ 2.8% din is-sena u 3% fl-2024. Dan tal-aħħar mistenni jibqa’ jsegwi hekk sal-2028.

Skont l-IMF, ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna mistennija tibqa’ stabbli anke s-sena d-dieħla, filwaqt li l-inqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi kollha taż-Żona Ewro wkoll hi antiċipata li tippersisti fostna.

Tkompli f’paġna 4

Ħarġa Nru 1,553 Prezz €1 Il-Ħadd, 16 ta’ April, 2023
Ritratt:
“STILEL” TAL-PN MA JIBBRILLAWX U JFALLU FIL-BAŻIKU
ANTHONY AXIAQ

DETTALJI

EDITUR

RONALD VASSALLO

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

KIMBERLY CEFAI

email: sales@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

DISINN TAL-PAĠNI

KIMBERLY CEFAI

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

KUNTATT ĠENERALI

KullĦadd

email: editorial@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate

Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU

www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI

www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT

Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI

Emerġenza Covid 19 - 111

Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112

Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 17°C

L-Inqas Temperatura: 13°C

L-Indiċi UV: 6

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa minn fuq il-Baħar Tirren li qed testendi sa fuq iċ-ċentru

tal-Mediterran ser tersaq lejn il-Lvant

It-Temp: Pjuttost imsaħħab li jsir bil-ħalbiet tax-xita iżolati

Ir-Riħ: Ħafif mil-Lbiċ li bil-mod isir qawwi mill-Punent

Majjistru

Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita

Il-Baħar: Ħafif li jsir qawwi

L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru li jsir min-Nofsinhar

It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta — 21245135

Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun — 21236477

Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi — 21487162

Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara — 21496089

Brown’s Medical Plaza, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Riħan, San Ġwann — 21372195

Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan — 21378657

Chemimart Pharmacy, 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema — 21338369

Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin — 21415499

St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Il-Mosta — 21433833

Health & Co Pharmacy, Triq l-Erba’ Mwieżeb, San Pawl il-Baħar — 79790119

Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien — 21802986

Pillhouse Pharmacy, 200, Triq il-Merħba, Il-Fgura — 21803008

Polymer Żabbar Pharmacy, 30, Triq tal-Ħofra, Ħaż-Żabbar — 21676263

Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa — 21651031

Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja — 21676294

Remedies Pharmacy, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, L-Imsida — 21346547

Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat — 21455479

Għawdex

Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat — 21563233

Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur — 21566431

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

16.04.2023 02
It-Tnejn 20°C 19°C 20°C 20°C 12°C 13°C 12°C 12°C UV 7 UV 9 UV 8 UV 9 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
20°C 12°C UV 6 It-Tlieta 20°C 13°C UV 4
Il-Ġimgħa

L-“ISTILEL” TAL-PN LI JIBQGĦU MA

JIBBRILLAWX U JFALLU FIL-BAŻIKU

Il-Viċi Kap approvat għall-Parlament Ewropew fl-istess ġimgħa li nqabad li ma jafx li l-pensjonijiet mhumiex taxxabbli u l-Kelliem għall-korpi dixxiplinati jipproponi biex il-Pulizija tal-Komunità jwettqu inforzar tal-liġi kif fil-fatt diġà jsir

Il-fatt li l-Partit Nazzjonalista taħt Bernard Grech qed ikompli jinxef, mhux biss min-nies, imma anke mill-ħeġġa u millideat jibqa’ sintomatiku u konsistenti, kif rifless fl-aħħar ġimgħa fejn żewġ deputati ewlenin tiegħu – il-Viċi Kap David Agius u Joe Giglio – inqabdu ma jafux ilfatti fuq ix-xandir. Meta intervistati fuq suġġetti li huma direttament responsabbli għalihom fix-Shadow Cabinet, ukoll spiċċaw jiġu rredikolati.

Agius, li hu wkoll il-Kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali, inqabad iħawwad dwar il-pensjonijiet u ma kienx jaf li Gvern Laburista fl-2013 neħħa t-taxxa fuq il-pensjonanti meta wkoll ra li l-Paga Minima Nazzjonali ma tinqabadx għal fini ta’ ġbir midDipartiment tat-Taxxi Interni.

F’inqas minn 24 siegħa wara kien imiss din id-darba lil Giglio li jgħid affarijiet skorretti fuq il-Pulizija filKomunità tant li kellha tintervjeni

David Agius (xellug) u Joe Giglio (fin-nofs), li fl-aħħar jiem inqabdu ma jafux il-bażiku f’temi importanti li suppost jispeċjalizzaw fihom, flimkien mal-Kap tagħhom Bernard Grech, li wkoll ma jagħmlilhomx għajb

Kriminali, inzerta hu wkoll il-Kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi.

Biex tgħaxxaq, tlett ijiem biss wara ż-żelqa tiegħu, Agius ġie approvat mittmexxija Nazzjonalista bħala kandidat ġdid għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla.

F’dibattitu fuq TVM, Agius kien qed jargumenta mal-Ministru għall-Politika Soċjali Michael Falzon, fuq temi soċjali, inkluż il-pensjonijiet meta ddikjara li, qabelxejn, “naħseb li l-pensjonanti m’għandhomx jinqabdu bit-taxxa”.

Il-Ministru Falzon kien pront jikkoreġih meta rrimarkalu li “fil-verità ma jinqabdux … il-pensjoni ma tinqabad xejn u qatt.” Hu kompla jżid li “meta nbidlet l-amministrazzjoni fl-2013, il-Gvern il-ġdid Laburista ma biddel xejn mill-Baġit li kien sar taħt amministrazzjoni differenti. Biddilna ħaġa waħda biss … li l-minimum

konna għamilnieha mhux taxxabbli. Jiġifieri le l-pensjoni mhijiex taxxabbli.”

Il-Viċi Kap Nazzjonalista wkoll deher skomdu għall-aħħar hekk kif il-Ministru fakkar li, għal 22 sena sħaħ, il-PN qatt ma ta żieda waħda lill-pensjonanti.

“Ta’ min juri li bejn l-1994 u l-2016 – 22 sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista – f’dawk is-snin kollha, il-pensjonanti ma ħadux żieda waħda,” qal Falzon. Agius ipprova jiġbor ġieħu billi jgħid li mhux veru u aċċenna għal żidiet filkumpens tal-għoli tal-ħajja. Iżda millġdid il-Ministru pront reġa’ kkoreġieh u qallu li “l-pensjoni mhux il-COLA (Cost Of Living Adjustment), tidħakx bin-nies. Il-COLA mhijiex żieda fil-pensjoni.”

Min-naħa l-oħra, fi programm fuq irradju tal-Knisja, il-Kelliem Nazzjonalista għall-Intern saħaq li l-Pulizija talKomunità, proġett li introduċa dan ilGvern, għandhom ikollhom is-setgħa li jinforzaw l-ordni fit-triq.

Hu qal “jekk membru tal-Community Police tirrikorrilu xi kontravenzjoni,

jirrikorrilu li xi ħaġa li mhux kif suppost, jirrikorrilu li għandu bżonn jirrapporta xi ħaġa, inħoss li l-Community Policing għandhom ikunu mrawmin ukoll biex dak li jaraw, dak li jirrapportaw, dak li jiskopru, ikunu jistgħu jaħdmu fuqu.” Dlonk ikkoreġietu l-Ispettur Gabria Gatt, li kienet qed tieħu sehem fl-istess programm u tmexxi reġjun ta’ Pulizija fil-Komunità. “Xtaqt inkellem lil Dr Giglio fuqha wkoll, għax smajtha diġà darb’oħra f’intervista li kellu qabel. IlCommunity Police hu pulizija kif hemm fid-distrett. Jiġifieri jekk jiltaqgħu ma’ krejn bla permess ħadmuh, ma ċemplux l-għassa biex jinvestigaw huma, jiġifieri Community Policing għandhom l-istess poteri bħal pulizija kwalunkwe … ilpoteri huma l-istess,” tenniet l-Ispettur, li wkoll irrimarkat kif hi weġgħa għaliha li kummenti ta’ Giglio jitfgħu f’dawl differenti lill-Pulizija fil-Komunità.

Għal din ir-reazzjoni, Dr Giglio kellu jammetti fil-programm li ma kienx jaf il-bażiku.

16.04.2023 03

ENFASI FUQ IS-SOSTENN QAWWI TAL-

Tkompli minn paġna 1

It-tieni rapport pożittiv kien ippubblikat mill-aġenzija internazzjonali S&P Global Ratings li wkoll ħabbret titjib fir-rating tal-Enemalta għal BB-, l-aħjar wieħed flaħħar għaxar snin. Dan filwaqt li sostniet li l-prospetti għal dan ir-rating huma stabbli.

L-upgrade tal-Enemalta seħħ minkejja l-inċertezza fis-settur tal-enerġija fid-dinja, tant li diversi kumpaniji fissettur raw il-klassifikazzjoni tagħhom titnaqqas jew tikseb prospett negattiv għaż-żmien li ġej.

Bil-maqlub, l-esperti tal-S&P Global Ratings jinnotaw kif “il-Gvern Malti kien qed jipprovdi appoġġ finanzjarju kontinwu u fil-ħin … fil-kriżi kollha talenerġija” (“the Maltese Government has been providing continuous and timely financial support … throughout the energy crisis”).

B’riżultat ta’ din l-għajnuna, il-qagħda finanzjarja tal-Enemalta wkoll tjiebet tant li l-aġenzija internazzjonali ħasset li għandha tagħti rating aħjar lil din il-kumpanija. Minbarra hekk, grazzi għall-istess deċiżjoni tal-Gvern, l-esperti internazzjonali jħossu li l-Enemalta mhix se tkun qed tiffaċċja xi problemi ta’ likwidità fiż-żmien li ġej, tant li flaħħar tal-2022 din kellha assi likwidi ta’ madwar €37 miljun.

L-istqarrija tal-S&P Global Ratings issostni li “r-rating tal-Enemalta jkompli jiġi sostnut mill-appoġġ straordinarju tal-Gvern Malti” (“the rating on Enemalta continues to be underpinned by extraordinary support from the Maltese government”).

Ta’ min jinnota wkoll li, mill-2013 lil hawn taħt amministrazzjonijiet Laburisti, ir-rating tal-Enemalta kien imtejjeb darbtejn, bid-differenza ma’ dak li kien seħħ taħt Gvernijiet Nazzjonalisti meta din il-kumpanija sofriet xejn inqas minn tmien downgrades.

L-esperti ta’ S&P Global Ratings jirrimarkaw li fil-kuntest preżenti huma ma jarawx sitwazzjoni fejn il-Gvern inaqqas l-appoġġ tiegħu lejn l-Enemalta u għalhekk jemmnu li t-tariffi tad-dawl f’pajjiżna se jibqgħu stabbli, speċjalment ukoll fid-dawl tal-qagħda finanzjarja tal-Gvern Malti li qed igawdi minn rating pożittiv mill-istess aġenzija ta’ kreditu.

Fl-eqqel ta’ kriżi internazzjonali, fi tmiem il-pandemija tal-COVID-19 u bilkriżi li rriżultat mill-Gwerra fl-Ukrajna li splodiet il-prezzijiet kollha relatati maż-żejt, il-gass u l-fuels, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet ħarġet qatta bla ħabel kontra l-appoġġ li ġie offrut immedjatament mill-Gvern u saħansitra ddikjaratu bħala sparpaljar ta’ fondi pubbliċi.

Iżjed minn hekk, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ukoll iddikjara li s-sussidji, li bihom il-Gvern iffranka lill-familji u lin-negozji kull żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, mhumiex sostenibbli. Kien qal ukoll li ladarba l-prezzijiet jogħlew minn barra, allura kellhom jogħlew ukoll f’pajjiżna.

Mhux l-istess jaħsbuha l-imsieħba soċjali Maltin, li jfaħħru l-intervent talGvern bħala s-salvazzjoni tan-norma-

lità lokali u li l-għajnuna li rċevew kienet fundamentali biex Malta ma tgħaddix mis-saram li għaddew u għadhom għaddejjin minnu pajjiżi oħrajn.

Fl-istess ħin l-esperti internazzjonali jkomplu juru l-istagħġib tagħhom kif din il-politika tal-Gvern Malti għenet anke lill-ekonomija biex tqum malajr fuq saqajha mid-daqqiet tal-aħħar snin u tal-mument.

Ta’ din l-istess fehma kienu wkoll l-esperti ta’ DBRS Morningstar, aġenzija internazzjonali oħra ta’ kreditu. Fit-tielet rapport favur Malta, li ġie ppubblikat nhar il-Ġimgħa filgħaxija, din l-aġenzija kkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna bħala A (high) stable, l-aħjar rating li qatt ingħatajna mingħandha.

L-esperti ta’ din l-aġenzija sostnew li “Malta rreġistrat wieħed mill-aktar rkupru veloċi fl-Unjoni Ewropea”

mill-isplużjoni tal-prezzijiet tal-enerġija fid-dinja” (“the government support measures played a key role in helping the economy weather the pandemic... have helped to shield economic activity from the spike in global energy prices”).

Kawża ta’ hekk, l-esperti tad-DBRS Ratings isostnu li pajjiżna mhux se jiffaċċja riskji ta’ riċessjoni kif qed jiffaċċjaw pajjiżi oħrajn madwarna fejn l-effetti ekonomiċi tal-kriżi tal-enerġija qegħdin jinħassu bil-bosta.

għall-fondi Ewropej.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni dejjem tgħid li l-miri fiskali tal-Gvern huma wisq ottimisti, ir-rapport jgħid li “DBRS Morningstar hi tal-fehma li l-pjan fiskali tal-Gvern hu kredibbli, meħud kont tat-track record finanzjarju tal-pajjiż qabel il-pandemija” (“DBRS Morningstar views the government’s fiscal plan as credible given Malta’s track record of fiscal reduction before the pandemic”).

Minkej­ja l-inċertezza fis-settur, il-klassifikazzjoni tal-Enemalta wkoll

ġiet imtejba wara s-sostenn mill-Gvern…

L-esperti tal-aġenzija jsostnu wkoll li d-dejn pubbliku f’Malta “jibqa’ maniġġabbli” (“remains manageable”), filwaqt li l-qagħda fil-finanzi pubbliċi qed titjieb u tidher stabbli. Fil-fatt, skont id-DBRS, din is-sena kapaċi jkun possibbli li l-Gvern imur anke aħjar mill-miri fiskali li tħabbru filBaġit.

mill-2013 dan ir-rating tjieb darbtejn, kontra t-tmien darbiet li tnaqqas taħt Gvernijiet Nazzjonalisti

(“Malta recorded one of the quickest recoveries in the European Union”), xi ħaġa li ġiet attribwita għall-politika tal-Gvern. Fil-fatt, ir-rapport isostni li “l-miżuri ta’ sostenn tal-Gvern lagħbu rwol prinċipali biex għenu l-ekonomija tiffaċċja b’suċċess il-pandemija … għenu biex jipproteġu l-attività ekonomika

Skont id-DBRS, l-ekonomija Maltija se tkompli tikber fis-snin li ġejjin minħabba l-qagħda finanzjarja tajba tal-familji f’pajjiżna, kif ukoll għax l-investiment pubbliku mistenni jkun sostnut grazzi

Ir-rapport ifaħħar ukoll il-ħidma tal-Gvern fejn tidħol governanza u jgħid li “l-ħruġ ta’ Malta mil-lista l-griża tal-Financial Action Task Force jirrifletti l-progress sinifikanti u l-impenn politiku biex jinżammu standards għoljin” (“Malta’s exit from the FATF’s grey list reflects the country’s significant progress and political commitment to maintaining high

16.04.2023 04
S&P Global Ratings: Upgrade lill-Enemalta

GVERN

DBRS Morningstar:

Il-miżuri ta’ sostenn

tal-Gvern lagħbu rwol

prinċipali biex għenu

l-ekonomija Maltija

tiffaċċja b’suċċess

il-pandemija u biex

jipproteġu lill-poplu

mill-għoli tal-prezzijiet

tal-enerġija fid-dinja

L-IMPJIEGI FULL-TIME MAL-PRIVAT ŻDIEDU B’10.4% FI ŻMIEN SENA

Fatti li l-PN jinjora, waqt li jiddikjara li l-Gvern Laburista “abbanduna lill-ħaddiema”

L-għadd ta’ persuni impjegati full-time fis-settur privat fl-2022 żdied b’10.4% fi żmien 12-il xahar, waqt li fis-Settur Pubbliku naqsu b’0.6% bejn Novembru 2021 u sena wara, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), li kkwota ċifri ta’ JobsPlus.

Dan l-iżvilupp importanti fil-ħolqien tax-xogħol f’pajjiżna juri kif, sa Novembru li għadda, l-impjiegi full-time fis-settur privat żdiedu b’19,860 biex qabżu l-211,021. Bil-maqlub, dawk l-impjiegi full-time malGvern naqsu b’aktar minn 300 persuna.

Komplessivament in-numru ta’ persuni b’impjieg full-time f’Novembru żdied bi 8% fuq l-istess xahar tas-sena ta’ qabel, b’żieda ta’ 8.6% u 7.1% fl-ingaġġ ta’ rġiel u nisa rispettivament meta mqabblin mal-2021.

L-aktar setturi li kkontribwew għal din iż-żieda fl-impjiegi kienu dawk tas-servizzi amministrattivi, tal-akkomodazzjoni u tal-ikel.

L-għadd ta’ persuni li kellhom part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom żdied bi 3.4% fuq l-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

Ta’ min ifakkar, kif irrapportat mill-KullĦadd fi Frar li għadda, li sa tmiem Settembru li għadda kien hemm 256,524 persuna taħdem full-time, skont l-istess NSO. Dan ifisser li, meta mqabbel ma’ Marzu 2013 meta spiċċa l-aħħar Gvern Nazzjonalista, sas-sena l-oħra kien hemm żieda ta’ aktar minn 100,000 full-timer f’pajjiżna.

Bħala medja, kull ġurnata taħt amministrazzjoni Laburista kien hemm żieda ta’ 29 impjieg full-time, jew aktar minn impjieg kull siegħa, li jsarraf ukoll fi tliet ħaddiema full-time għal kull tnejn li kien hemm qabel il-bidla fil-Gvern għaxar snin ilu.

standards”).

Dan filwaqt li r-rapport jirrimarka li “Malta għamlet progress sinifikanti fit-titjib tal-qafas istituzzjonali u ta’ governanza fl-aħħar snin, fosthom fl-implimentazzjoni ta’ riformi fis-sistema ġudizzjarja” (“Malta has made significant progress in improving its governance and institutional framework in recent years, including implementing reforms to the justice system”).

Kif spiss ġie rrimarkat ukoll f’rapporti simili fl-aħħar żminijiet, l-esperti internazzjonali wkoll jinnotaw kif ir-rebħa elettorali tal-Partit Laburista f’Marzu tas-sena l-oħra tat mandat ċar lill-Prim Ministru Robert Abela u dan mistenni jwassal għal “politika wiesgħa ta’ kontinwità u impenn politiku mtenni biex il-qafas istituzzjonali u ta’ governanza fil-pajjiż ikompli jitjieb iżjed fissnin li ġejjin” (“broad policy continuity and continued political commitment to improve the country’s institutional and governance framework in the coming years”).

Kumplessivament, it-tliet rapporti indipendenti minn dawn l-istituzzjonijiet rinomati jkomplu jikkonfermaw kemm pajjiżna qed igawdi minn fiduċja qawwija, frott il-politika ekonomika effettiva u riformista li ħaddan il-Gvern Laburista.

Minn Marzu 2013 ’l hawn ukoll kien hemm żieda ta’ kważi 23,500 impjieg part-time. Jekk wieħed jgħodd kemm l-impjiegi full-time kif ukoll dawk part-time, allura kull ġurnata żdiedu medja ta’ 35 impjieg taħt Gvernijiet Laburisti.

Miż-żieda mingħajr preċedent fl-istorja ta’ pajjiżna ta’ impjiegi full-time kien hemm kważi 91,000 li huma impjegati fis-settur privat. Li jfisser li aktar minn disgħa minn kull għaxar impjiegi full-time ġodda kienu f’industriji privati, bl-aktar setturi li kabbru d-domanda għall-ħaddiema kienu dawk tas-servizzi professjonali u amministrattivi fejn kien hemm żieda ta’ kważi 31,000 impjieg.

Sinifikanti kien il-fatt li, minkejja sentejn tal-agħar effetti bil-pandemija tal-COVID-19, il-lukandi, ir-restoranti u l-azjendi tat-trasport illum jimpjegaw kważi 13,300 impjegat full-time aktar milli kienu jimpjegaw f’Marzu tal-2013. Il-gaming, l-informatika u s-servizzi finanzjarji flimkien kabbru l-forza tax-xogħol tagħhom bi kważi 22,500 full-timer. L-industrija, il-kostruzzjoni u l-ħwienet żiedu aktar minn 17,000 impjegat fulltime fuq medda ta’ disa’ snin u nofs.

Dawn kienu segwiti mis-settur tal-amministrazzjoni pubblika, l-edukazzjoni u s-saħħa, bi tkabbir ta’ kważi 16,500 ħaddiem. Minn dawn ftit inqas minn 10,000 kienu mas-Settur Pubbliku, anke għax kien irreġistrat tkabbir qawwi wkoll fil-privat fis-setturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni.

Minbarra hekk, minn analiżi taċ-ċifri fl-għaxar snin li għaddew, ukoll jirriżulta li l-ammont ta’ nisa li kienu

L-analiżi tal-istatistika fiż-żieda tal-impjiegi lokali mill-2013 ’l hawn kif irrapportata minna fi Frar … għalkollox kontra ta’ x’jgħid il-PN, ir-riżultati juru bl-aktar mod ċar min hu l-Partit tal-Ħaddiema

qed jaħdmu full-time sa ħames xhur ilu kważi rdoppja fuq Marzu tal-2013, waqt li l-irġiel żdiedu bin-nofs fl-istess perjodu. Dan juri kemm ħafna mit-tkabbir jirrifletti l-inċentivi u s-sostenn qawwi li daħħal Gvern Laburista biex aktar nisa joħorġu jaħdmu, b’mod partikolari ċ-childcare b’xejn, l-In-Work Benefit u t-tapering tal-benefiċċji.

Anke f’Għawdex, is-snin bejn Marzu 2013 u Settembru 2022 fissru bidliet kbar fejn jidħlu l-impjiegi, tant li kien hemm żieda ta’ xejn inqas minn 6,235 ħaddiem full-time, tkabbir ta’ 67% fuq l-għadd ta’ Għawdxin li kienu qed jaħdmu taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista.

Ta’ min jinnota li kważi terz taż-żieda fl-impjiegi fulltime f’Għawdex seħħet mindu Dr Robert Abela sar Prim Ministru fil-bidu tal-2020. Dan jirrifletti s-sensiela ta’ miżuri u skemi, li introduċiet l-amministrazzjoni tiegħu biex l-ekonomija Għawdxija tibda tkun mutur ewlieni tal-prosperità ġdida ta’ pajjiżna.

Bil-maqlub ta’ dan, nhar il-Ġimgħa l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech baqa’ jinjora dan kollu u anke fatti oħrajn magħrufa għal kulħadd, bħal kif il-paga medja nazzjonali żdiedet b’mod sinifikati inġenerali, waqt li naqsu l-Maltin u l-Għawdxin fil-faxex il-baxxi tassalarji fil-pajjiż u żdiedu b’ferm aktar fil-faxex l-għoljin. Hu fil-fatt saħansitra ddikjara li “l-Gvern ta’ Robert Abela abbanduna lill-ħaddiema” u fuq din il-premessa falza ħabbar li se jkun qed jorganizza attività tal-massa fil-forma ta’ protesta nhar l-Ewwel ta’ Mejju.

16.04.2023 05

L-INDUSTRIJA TAL-CRUISE LINERS

B’IRKUPRU TA’ 89% SA TMIEM L-2023

L-operatur responsabbli mill-vjaġġi ta’ cruise liners li jsiru lejn pajjiżna saħaq li l-industrija qed tirkupra tajjeb ħafna lokalment wara s-snin devastanti tal-pandemija tal-COVID-19, tant li qed ibassar li ma ndumux ma nerġgħu għal-livell rekord li kien intlaħaq fl-2019 bil-moviment ta’ 900,000 passiġġier li kienu żaruna.

F’kummenti lill-KullĦadd, l-Uffiċjal Kap tal-Operazzjonijiet ta’ Global Ports Holding u Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port, Stephen Xuereb (inset), tenna li l-2022 kienet sena pożittiva. “Ilqajna aktar minn 529,000 moviment minn passiġġieri. Fil-fatt, is-sena li għaddiet kienet waħda ta’ rkupru mid-daqqa li l-pandemija tat lill-industrija matul is-sentejn ta’ qabel wara r-rekord ta’ aktar minn 900,000 moviment fl-2019,” tenna Xuereb.

Hu kompla li l-2023 ukoll mistennija tkun oħra pożittiva, anzi aħjar, fejn l-industrija se tkompli tqum fuq saqajha. “Kif kien mistenni u naħsbu li se jkollna numru sabiħ ta’ passiġġieri. Dawn mistennija jmissu t-800,000 moviment ta’ passiġġieri din is-sena, waqt li l-proġettazzjonijiet għas-sena d-dieħla jkomplu jqarrbu l-ammont ta’ passiġġieri li ġew Malta fuq cruise liners qabel il-Covid,” kompla jgħidilna l-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port.

Ix-xahar li għadda din il-gazzetta wkoll irrapportat, kif skont informazzjoni mogħtija mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, is-sena li għaddiet kien hemm 98,831 barrani ieħor li ġew b’mezzi oħrajn marittimi u qattgħu mill-inqas lejl fostna għal skop ta’ vaganza jew inkella negozju. Jirriżulta li din iċ-ċifra, li teskludi l-viżitaturi fuq cruise liners, hi waħda rekord u taqbeż l-akbar ammont preċedenti rreġistrat fl-2017 b’madwar 12,000 persuna iżjed.

Dawn ir-riżultati jkomplu jaspiraw fiduċja li s-settur turistiku jinsab fittriq it-tajba, kif jixhdu wkoll ċifri ta’ passiġġieri li jżuruna bl-ajru (ara paġna 7), waqt li jsostnu kull investiment b’saħħtu li qed isir bħalissa mill-Gvern f’dan ir-rigward, inkluż fil-Port il-Kbir, kif ikkonferma Xuereb innifsu.

Waqt li saħaq li l-pożizzjoni ċentrali ta’ Malta fil-Mediterran tfisser li nospitaw numru ta’ vapuri li jkunu fuq itinerarji li jilħqu l-erbat irjieħ tar-reġjun, b’mod frekwenti anke fuq vjaġġi itwal lil hinn madwar id-dinja, il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port irrefera għall-importanza li s-settur qed jingħata mill-amministrazzjoni fil-pajjiż.

“Bħalissa fuq il-mollijiet għaddejjin żewġ proġetti infrastrutturali minn Infrastructure Malta li huma importanti

ferm għal pajjiżna. Il-proġett tal-Grand Harbour Clean Air Project ikompli jtejjeb il-kwalità tal-arja f’pajjiżna u jagħmel l-operat fil-Port il-Kbir aktar sostenibbli. Dan se jippermetti li l-cruise liners, meta jittrakkaw mal-moll jitfu l-magni billi jieħdu l-provvista tal-elettriku minn fuq ix-xatt. Għalhekk, jonqos ittniġġis u titjieb il-kwalità tal-arja. Dan jgħin kemm lil pajjiżna kif ukoll lill-

L-operatur tal-Valletta Cruise Port ibassar li din is-sena se jkunu qed jaslu f’pajjiżna mat-800,000 passiġġier waqt li s-sena d-dieħla jintlaħaq il-livell rekord ta’ qabel il-pandemija tal-COVID-19

MALTA FOST 26 PAJJIŻ FI CRUISE LUSSUŻ MIFRUX FUQ ERBA’ XHUR

Vjaġġ partikolari bil-baħar minn Princess Cruises, li qed jiġi rreklamat bħala “uniku f’ħajtek”, jinkludi lil pajjiżna bħala parti minn itinerarju li jibda fl-2025, iżur 48 port f’26 pajjiż differenti u jintemm wara 116-il ġurnata.

Dan il-cruise, li għadu kemm tħabbar din il-ġimgħa, se jdur sitt kontinenti fuq erba’ xhur. Waqt li toffri vjaġġi fuq il-baħar itwal minn 100 ġurnata, il-kumpanija qalet li dan hu l-akbar wieħed fl-istorja tagħha.

Waqt li l-bastiment Island Princess se jsalpa fil-5 ta’ Jannar tal2025 minn Fort Lauderdale fi Florida, l-Istati Uniti tal-Amerka, u jibda jżur l-ewwel l-Amerka Ċentrali, se jieħu lill-passiġġieri tiegħu lejn destinazzjonijiet varji, fosthom l-Indoneżja, Dubai, New Zealand, il-Greċja, l-Italja u Malta, fost oħrajn, qabel jirritorna fl-istess port Amerikan.

Fil-promozzjoni dwar pajjiżna, il-kumpanija Princess Cruises mhux biss issemmi kif ingawdu minn siti ta’ wirt storiku dinji tal-UNESCO, iżda tħajjar ukoll lill-klijenti prospettivi biex, fost l-eskursjonijiet offruti, isibu l-Indiana Jones fihom infushom bi żjara fit-tempju taħt l-art tal-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, bi storja li aktarx tmur lura sa 4,000 sena QK.

Dan il-vjaġġ “ta’ darba fil-ħajja”, iżda, mhuwiex irħis u l-biljetti jibdew minn madwar $20,000 (€18,500) kull persuna.

kumpaniji tal-cruise liners biex jilħqu l-miri tagħhom ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet,” hu spjega.

Dan il-proġett ta’ kważi €50 miljun, kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, se jnaqqas mad-90% tat-tniġġis tal-arja mill-vapuri tal-passiġġieri u tal-merkanzija fil-port ewlieni ta’ pajjiżna. B’dan se jgawdu wkoll minn arja aktar nadifa mas-17,000 familja li jgħixu mad-dawra tal-Port il-Kbir.

Fil-fatt, il-proġett magħruf ukoll bħa-

la x-shore-to-ship hu t-tieni l-akbar investiment ambjentali li qatt sar fil-Port il-Kbir wara l-għeluq tal-power station tal-Marsa. L-installazzjoni ta’ sistemi tal-elettriku max-xatt se tagħmel lil dan il-port fost l-ewwel fl-Ewropa b’din it-teknoloġija ambjentali.

Is-Sur Xuereb kompla li “minbarra hekk, iżda, Infrastructure Malta għaddejja bix-xogħol biex żewġ mollijiet ewlenin – Pinto 4 u 5 – jitwessgħu b’medja ta’ 16-il metru. L-estensjoni tal-molli-

jiet se tippermetti li hawnhekk jorbtu cruise liners kbar mingħajr il-ħtieġa tal-braken li kienu qed jintużaw s’issa.”

“B’hekk l-operat ikun aktar sigur u attraenti. Minkejja l-iskariġġ u l-isfidi li dawn il-proġetti qed joffru tul ixxhur li ġejjin dan hu meħtieġ li jsir fl-interess tal-industrija li qed tuża vapuri dejjem akbar u miri ambjentali li se jidħlu fis-seħħ fis-snin li ġejjin,” ikkonkluda s-Sur Xuereb.

Dan il-proġett ta’ €25 miljun biex jiġu estiżi l-mollijiet u jsir il-bini mill-ġdid tax-Xatt ta’ Lascaris se jifforma rmiġġ kontinwu ġdid fiż-żewġ żoni għal spazju addizzjonali li hu tant meħtieġ fil-Port il-Kbir. Il-proġett se jtejjeb l-effiċjenza tal-port ewlieni tagħna, filwaqt li lill-awtoritajiet marittimi lokali se jkun qed jipprovdilhom ferm aktar flessibbiltà u disponibbiltà biex jiġu użati mollijiet oħrajn fl-istess żona.

Dawn il-proġetti fil-Port il-Kbir huma kruċjali biex tkompli tingħata spinta wkoll lill-ekonomija nazzjonali u anke lill-industrija marittima

Meta riċentament żar ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin, il-Ministru għatTrasport, l-Infrastruttura, u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia qal li l-proġett hu kruċjali biex inkomplu nagħtu spinta ’l quddiem lill-Port il-Kbir li joffri wkoll spinta lill-ekonomija hekk kif issa se jkollna l-abbiltà li nilqgħu bastimenti akbar.

Spjega wkoll li l-estensjoni taż-żona l-ġdida tal-moll se tkun qed issir fuq medda ta’ 5,200 metru kwadru biex ilmoll ikollu l-kapaċità li jirmiġġa miegħu bastimenti sa tul ta’ 320 metru u sa 10 metri fond fil-baħar.

Il-proġett jinkludi t-tqegħid ta’ pjattaformi ta’ 200 metru u t-tiswija ta’ strutturi eżistenti. Infrastructure Malta se tkun qed tipproteġi wkoll il-ħitan talbaħar eżistenti u dawk ġodda, bi tqegħid ta’ materjal speċjali li jservi ta’ protezzjoni mill-kurrent u l-ħsara mill-ilma baħar, waqt li se jsiru tibdiliet fuq l-art, bħal arbli tad-dawl ġodda.

Matul ix-xhur li għaddew, l-aġenzija wettqet ukoll ħidma kbira ta’ tħammil f’diversi żoni tal-Port il-Kbir biex jitnaddaf fejn hemm faċilitajiet għallirmiġġ u anke jitneħħa materjal ikkontaminat minn qiegħ il-baħar. B’hekk, diversi partijiet li jinsabu fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-Port il-Kbir se jsiru aktar aċċessibbli għal vapuri akbar, kemm tal-passiġġieri kif ukoll dawk li jġorru l-merkanzija.

16.04.2023 06

FRAR JIRREĠISTRA TURIŻMU REKORD

Fix-xahar ta’ Frar li għadda ġew irreġistrati l-aqwa riżultati fl-istorja tal-industrija turistika lokali, anke aħjar minn dawk fl-istess perjodu ta’ erba’ snin ilu, l-2019, li kienet sena rekord għal pajjiżna. Il-Ministeru għat-Turiżmu laqa’ l-aħbar b’sodisfazzjon wara li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ippubblika ċ-ċifri.

Jirriżulta li fl-istess xahar, il-volumi, l-iljieli f’pajjiżna u n-nefqa turistika qabżu r-riżultati miksuba fl-aħħar sena qabel Malta ntlaqtet millCOVID-19 u mir-restrizzjonijiet kollha fl-ivvjaġġar li din ġabet magħha.

In-numru ta’ turisti li ġew f’pajjiżna matul Frar ta’ din is-sena kien ta’ 132,513-il turist. Minn aspett ta’ volumi jfisser żieda ta’ 6% fuq l-istess perjodu tal-2019 meta dak iż-żmien ġew 125,198 turist.

In-numru ta’ ljieli li qattgħu t-turisti f’pajjiżna matul dan l-istess xahar kien ta’ 816,220 lejl, żieda ta’ 5.4% fuq Frar tal2019 li b’kollox kien irreġistra 774,589 lejl.

B’mod sinifikanti, in-nefqa tat-turisti li żaruna fil-perjodu telgħet b’mod qawwi b’aktar minn €15-il miljun jew żieda ta’ 22% imqabbel mal-istess xahar fl-2019 – minn €71,156,000 għal €86,920,000.

Il-Ministru Clayton Bartolo, li hu responsabbli mis-settur, irrimarka li dawn ir-riżultati jirriflettu l-ottimiżmu u l-fiduċja li jeżistu fis-settur talospitalità. “Dawn iċ-ċifri juruna kemm il-kwantità u l-kwalità fit-turiżmu jistgħu jimxu id f’id flimkien. Ninsabu determinati biex inkomplu naħdmu ħalli verament nilħqu l-mira tagħna billi negħlbu l-istaġjonalità mis-settur turistiku Malti,” qal Bartolo.

Sadanittant, l-Ajruport

Internazzjonali ta’ Malta (MIA) din il-ġimgħa wkoll ippubblika ċ-ċifri tal-moviment ta’ passiġġieri tiegħu għall-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena. B’kollox għaddew total ta’ 1,245,525 passiġġier. Minn dawn, 487,117il persuna għaddew mill-MIA f’Marzu waħdu, żieda ta’ 2% fuq l-istess perjodu qabel faqqgħet il-pandemija.

Din iż-żieda kienet riflessa wkoll f’seat load factor b’saħħtu fl-istess xahar ta’ 83.5%, b’żieda ta’ 2.2% fuq l-2019.

Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni (Fondi UE) Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u Artijiet

Sejħa għal Konsultazzjoni Pubblika

Id-Direttur Ġenerali, Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni (Fondi UE) fi ħdan il- Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u Artijiet, jgħarraf lill- pubbliku nġenerali u partijiet interessati, bissejħa għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-inizzjattivi ta’ Malta għal REPowerEU bħala parti millFaċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza (RRF) għal Malta. Id-Dokument jista’ jiġi aċċessat fuq l-indirizz tas-sit elettroniku hawn taħt https://fondi.eu/programme/recovery-and-resilience-plan/ jew billi tinkiseb kopja mid- Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni, Sezzjoni Fondi Ewropej, 32, House of Catalunya, Triq Marsamxett, Il-Belt Valletta, VLT 1850.

Dawk interessati huma mistiedna jibagħtu proposti, suġġerimenti u kummenti fuq l -indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt jew billi jibgħatu bil-posta indirizzata lid- Diviżjoni tal-Istrateġija u lImplimentazzjoni, Sezzjoni Fondi Ewropej, 32, House of Catalunya, Triq Marsamxett, Il-Belt Valletta, VLT 1850.

Sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu sal-17:00hrs CEST tal-Gimgħa, 21 t’April, 2023 Proposti li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati.

16.04.2023 07 Operational Programme – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges” Project part-financed by the Cohesion Fund Co-financing rate: 85% European Union Funds; 15% National Funds CONNECTING THE DROPS EXPLORING WATER AS A CAREER CHOICE THE ENERGY & WATER AGENCY IN COLLABORATION WITH THE UNIVERSITY OF MALTA & MCAST INVITE YOU TO AN INTERACTIVE WORKSHOP ON This interactive masterclass will provide an opportunity for students and recent graduates to meet and learn from people working in the water sector. Interested in making your voice heard and to propose sustainable solutions? Join us to learn and contribute as we very much look forward to what will be proposed by the next generation. IF YOU ARE INTERESTED IN ATTENDING, KINDLY REGISTER BY CALLING 27772777 OR EMAIL ON INFO@EMCS.COM.MT THU 27TH APRIL 2023 between 8:30 and 16:00 FRI 28TH APRIL 2023 between 8:30 and 13:00 AT ESPLORA

IT-TRIQ TAL-MARFA QED TINBENA MILL-ĠDID BI STANDARDS MODERNI

B’referenza għal diversi stqarrijiet riċenti fir­rigward tal­investiment li qed isir fiż­żona tal­Għadira, Infrastructure Malta wieġbet bil­fatti għal dikjarazzjonijiet bla bażi, inkluż mill­Partit Nazzjonalista, u spjegat ix­xogħlijiet neċessarji li qed jitwettqu bil­għan li tinħoloq infrastruttura iżjed sigura.

Waqt li fakkret li ż­żona hi suġġetta għal inċidenti serji, uħud anke fatali, l­aġenzija tal­Gvern qalet li l­interventi li qed isiru fil­proġett ta’ Triq il­Marfa, preċiżament bejn ir­roundabout li tagħti għall­Armier u r­roundabout li tagħti għal ta’ Pennellu, huma skont l­istandards moderni.

Dawn se jwasslu għal “infrastruttura li tagħti prijorità lis­sigurtà tan­nies li jużawha b’diversi modi, speċjalment għal dawk li jużaw din it­triq bil­pass u bit­trasport pubbliku.”

Fi stqarrija, Infrastructure Malta spjegat li t­triq kif kienet ma kellhiex bankini u lanqas spazji ta’ parkeġġ adegwati fuq il­karreġġjata li tagħti għaċ­Ċirkewwa, bir­riżultat li sewwieqa kienu jipparkjaw il­vetturi tagħhom parzjalment fuq il­korsija tax­xellug b’riskji kbar għalihom u għal vetturi oħrajn li jkunu qed isuqu fuq l­istess korsija.

Minbarra hekk, “meta dawn is­sewwieqa u l­passiġġieri f’dawn il­vetturi kienu joħorġu mill­vetturi tagħhom, ir­riskji li jintlaqtu minn vetturi oħrajn kien ikun wieħed għoli, minħabba li dawn in­nies ikollhom bżonn jaqsmu għan­naħa l­oħra tat­triq bla bankina.

Għalhekk, ġie deċiż li l­parkeġġ għandu jkun fil­biċċa l­kbira tiegħu fuq in­naħa tal­bajja. Il­prijorità kienet li wieħed jimmassimizza l­ispazji tal­parkeġġ minħabba li l­Għadira hi destinazzjoni mfittxija minn ħafna, speċjalment fixxhur tas­sajf,” tenniet l­aġenzija, li hi responsabbli mill­bini mill­ġdid tat­toroq kollha fil­pajjiż b’investiment ta’ €700 miljun fuq seba’ snin.

“Għaldaqstant, l­ispazji tal­parkeġġi tfasslu b’angolu ta’ madwar 45 gard mannaħa tal­bajja. F’partijiet limitati, il­wisa’ tat­triq ma tippermettix it­tfassil ta’ erba’ korsiji (tnejn f’kull direzzjoni), meta wieħed jikkunsidra aċċessorji neċessarji oħrajn, bħal central strips u bankini. Il­karreġġjata li tagħti għaċĊirkewwa qiegħda għat­telgħa u għalhekk jagħmel sens li jkun hemm żewg korsiji ħalli wieħed ikun jista’ jaqbeż vetturi kbar. Il­karreġġjata li tagħti għall­Belt għandha għalhekk partijiet b’korsija waħda għax qiegħda għan­niżla, iżda ta’ min wieħed isemmi li l­wisa’ totali tal­karreġġjata mis­central strip sal­parkeġġ se tkun ta’ 5.5 metri, u dan jippermetti li żewġ vetturi kbar jgħaddu biswit xulxin f’każ li tieqaf vettura kbira,” kompliet Infrastructure Malta. Jirriżulta wkoll li fis­central strip se jitħallew ukoll spazji biex, f’każ ta’

emerġenza, it­traffiku jkun jista’ jgħaddi għall­karreġġjata opposta b’mod ikkontrollat minn uffiċjali tat­traffiku.

Infrastructure Malta qalet li “ta’ min wieħed jippreċiża li dawn l­interventi qed isiru ma’ investiment ta’ madwar €8 miljun, b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħrajn, f’żona li ilha ma tara investiment mistħoqq ’il fuq minn 30 sena,” minkejja wkoll numru ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ awtoritajiet kompetenti maż­żmien.

Is-sigurtà fiż-żona, li kienet toffri numru ta’ perikli serji, issa qed tingħata l-prijorità

L­istqarrija temmet tgħid li “Infrastructure Malta se tkompli twettaq il­viżjoni tal­Gvern għal titjib fit­toroq tagħna, tkompli tieħu deċiżjonijiet li jagħmlu sens u, bħalma qed tagħmel fl­Għadira, tieħu miżuri neċessarji biex kull min juża l­akkwati jagħmel dan bl­inqas riskji għalih u għal nies oħrajn.”

Il­proġett jgħaqqad ukoll mat­titjib li għaddej fil­promenade tal­Bajja tal­Għadira, li fl­aħħar xhur offra diversi sfidi li mhux dejjem jagħmlu l­andament tax­xogħol faċli. L­immaniġġjar tat­traffiku fuq karreġġjata waħda u l­maltemp tax­xitwa offra sfidi simili, iżda x­xogħlijiet fis­sit spiċċaw jiffaċċjaw sfidi ħafna akbar minn hekk.

Kif irrapportat mill­KullĦadd ftit tal­ġimgħat ilu, l­akbar sfida f’dan ilproġett kienet iż­żmien, minħabba

li l­maġġoranza tax­xogħol kellu jsir fix­xitwa biex il­bajja u l­madwar ikunu mbagħad jistgħu jitgawdew matul ixxhur tas­sajf.

Fost ħafna problemi, jirriżulta li l­promenade u t­triq kellhom jinbnew mill­ġdid fuq materjal dgħajjef li kull meta kien qed isir l­iskavar dan jinfetaħ u jispiċċa jaqa’ għal isfel fit­trinka li tkun qed titħaffer. Biex dan ma jkunx ta’ periklu għall­ħaddiema, it­trinek infetħu aktar wiesgħa biex ikunu jistgħu jaħdmu aħjar u mingħajr periklu. Ovvjament, din il­metodoloġija tawlet aktar iż­żmien tax­xogħol.

F’partijiet oħrajn ix­xogħol ta’ skavar jinżel aktar ’l isfel mil­livell tal­baħar u minħabba l­viċinanza mal­kosta, l­ilma baħar beda jippenetra fit­trinek. F’dan il­każ kien meħtieġ li jingħata konkos apposta biex jitwaqqaf l­ilma baħar milli jkompli jidħol fit­trinek qabel ikun jista’ jitkompla kull xogħol ieħor.

F’żoni oħrajn il­livelli tal­promenade u tat­triq jinsabu f’livelli aktar għoljin u uffiċjali, li qed jaħdmu fuq il­proġett, qalu lil din il­gazzetta li “hawnhekk sibna problema fejn kien hemm ħafna materjal li beda jimbotta fuq il­ħitan eżistenti, tant li wassalhom fi stat li jiġġarrfu jekk ma jsirx intervent fuqhom. Fin­naħa tan­nofs tal­bajja kellu jinħatt għalkollox ħajt għoli ta’ madwar ħames metri u wiesa’ 25 metru u jerġa’ jinbena mill­ġdid bil­blokki kbar tal­konkos biex iservi ta’ lqugħ għat­triq u l­promenade.”

16.04.2023 08
Parti mit-triq, li kellha tinqala’ mill-qiegħ, wara li kienet ilha 30 sena ma tara investiment mistħoqq (lemin)

L-OBBLIGU TAS-SEPARAZZJONI TAL-ISKART JIDĦOL FIS-SEĦĦ

Il-liġi l-ġdida dwar l-obbligu tasseparazzjoni tal-iskart daħlet fis-seħħ minn nhar il-Ġimgħa bil-għan li jitnaqqas kemm jista’ jkun l-iskart li jispiċċa jintrema fil-miżbliet. Is-separazzjoni tal-iskart saret obbligatorja għal kulħadd: għar-residenzi privati, għan-negozji u għall-entitajiet governattivi.

Fl-istess żmien li uffiċjali talinforzar se jkunu qed jimmoniterjaw it-toroq biex jiżguraw li r-regolamenti qed jiġu osservati, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tat bidu għal kampanja edukattiva ta’ sitt xhur.

Wara dan il-perjodu, mill14 ta’ Ottubru jidħlu fis-seħħ il-multi, li jibdew minn €75 għan-negozji u €25 għad-djar.

Dawn jirdoppjaw għal min jikser ir-regolamenti aktar minn darba.

Is-sistema l-ġdida għandha twassal biex pajjiżna jilħaq il-mira tiegħu li l-iskart li jintrema fil-miżbliet jinżel drastikament minn 90% ta’ bħalissa għal 10% sal-2035.

16.04.2023 09

JISSOKTAW IT-TESTIJIET FL-ISPAZJU

FIL-PROĠETT MALTI TAD-DIJABETE

Minn din il-ġimgħa fl-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS) bdew testijiet ġodda fuq kampjuni ta’ pazjenti Maltin li jbatu mid-dijabete bħala parti mill-ewwel proġett spazjali Malti, li jinsab fittielet sena tiegħu, bil-għan li tinstab kura aħjar għall-kundizzjoni kronika li taffettwa perċentwal għoli tal-popolazzjoni.

Il-proġett imsejjaħ “Maleth”, proprju għax inħoloq mill-Università ta’ Malta, diġà wettaq żewġ missjonijiet preċedenti mindu tnieda sentejn ilu. Maleth III qed ikompli r-riċerka fuq ulċeri tas-saqajn ikkawżati mill-kundizzjoni tad-dijabete. Il-Professur Malti Joseph Borg, li hu ġenetiku molekulari u xjenzat fil-laboratorju bijomediku tal-Università, hu l-perċimes tar-riċerka, waqt li l-proġett qed jitwettaq minn xjenzati bijomediċi fl-Università ta’ Malta, b’kollaborazzjoni ma’ xjenzati mill-Isptar King Faisal u Ċentru ta’ Riċerka fl-Arabja Sawdija u l-Weill Cornell Medicine fl-Istati Uniti.

Eventwalment dawn l-entitajiet kollha se jibbenefikaw mid-data li tirriżulta u jaqsmuha mad-dinja. Fl-aħħar jiem l-astronawta mill-Arabja Sawdija Sultan

Al Neyadi ta dettalji dwar din ir-riċerka fuq kampjuni minn tessuti tal-ġilda ta’ pazjenti minn Malta u oħrajn, li ttellgħu fl-ispazju x-xahar li għadda permezz ta’ SpaceX CRS-27.

Il-Gvern ta’ Dubai xandar filmat li fih

Al Neyadi jispjega fid-dettall il-proġett li għandu l-għan li jtejjeb l-effiċjenza tat-trattament tal-ulċeri fis-sieq ikkawżati mid-dijabete u b’hekk jagħmel differenza fil-ħajja ta’ pazjenti simili.

L-astronawta qal li dan hu l-bidu ta’ dak li jista’ jinkiseb permezz ta’ kollaborazzjoni internazzjonali u tenna li jinsab fiduċjuż li r-riżultati se jispiraw ġenerazzjonijiet futuri biex iwettqu l-ħolm tagħhom u jagħmlu impatt fuq id-dinja.

L-aċċess għall-ambjent spazjali, il-mikrogravità u r-radjazzjoni għolja joħolqu opportunità unika biex jiġu

studjati diversi esperimenti tal-bijoloġija esperimentali u jitwieġbu mistoqsijiet fundamentali tax-xjenza bijomedika li jista’ jkollhom implikazzjonijiet għal problemi kliniċi tad-dinja reali.

Sentejn ilu l-Professur Borg kien spjega li żewġ applikazzjonijiet li hu u t-tim kienu qegħdin jaħdmu fuqhom flimkien mal-kollegi Afshin Beheshti (Investigatur Prinċipali fin-NASA Ames Research Centre) u Christopher Mason (Investigatur Prinċipali fil-Weill Cornell Medicine, USA) jinkludu l-istudju u l-effetti tal-ispazju fuq id-demm uman u kontroll talespressjoni tal-emoglobina.

Hu stmat li kważi nofs biljun persuna qed jgħixu b’din il-kundizzjoni madwar id-dinja u hu mbassar li dan in-numru se

jiżdied fis-snin li ġejjin. F’pajjiżna d-dijabete hi wkoll problema komuni ħafna u taffettwa madwar 10% tal-popolazzjoni, waqt li hu mbassar li 45% tal-Maltin se jkollhom il-kundizzjoni sal-2045.

Id-dijabete hi kundizzjoni kronika tas-saħħa li taffettwa l-mod kif il-ġisem jibdel l-ikel f’enerġija. Din ġeneralment toħroġ f’dawk ta’ età aktar avvanzata u hi l-kawża ta’ diversi raġunijiet. Fost dawn hemm id-dieta mhux bilanċjata, l-obeżità, in-nuqqas ta’ attività fiżika u każi ġenetiċi.

Meta l-ġisem tal-pazjent ma jibqax sensittiv għall-insulina, il-kundizzjoni tista’ twassal biex il-frixa ma tkunx tista’ tipproduċi biżżejjed insulina u allura jinħolqu iżjed kumplikazzjonijiet.

Feriti u ulċeri fil-ġilda f’pazjenti Maltin jippreżentaw problema medika ta’ sfida kbira u sinifikanti fejn jirriżulta li għaxar każi ġodda kull ġimgħa jkunu jeħtieġu attenzjoni u kura medika.

Fl-ewwel stadju ta’ Maleth fl-2021, kienu ntbagħtu kampjuni tal-ġilda biex jiġu studjati fl-ISS. Sena wara, Maleth II intbagħat fl-istess laboratorju spazjali biex isegwi r-riżultati tal-ewwel riċerka u jsiru testijiet ġodda fuq ċelloli u kif jirreaġixxu għall-ambjent fl-orbitu. Ittielet stadju issa qed isegwi l-iżviluppi kollha fil-proġett.

Il-Gvern Malti kien tenna li l-proġett għandu jwassal lix-xjenza Maltija f’era ġdida ta’ xjenza u diplomazija spazjali. Kien qal li x-xjenza tista’ tintuża kemm għat-tajjeb kif ukoll għall-ħażin u b’dan il-proġett Malta qed tużaha għall-ġid talumanità, tant li dan jista’ jgħin biex, fost oħrajn, dawk b’kundizzjonijiet mediċi marbutin mad-dijabete jiġu megħjuna biex possibbilment jevitaw il-ħtieġa ta’ xi amputazzjoni.

L-esperimenti ġew appoġġjati millkumpanija Evolve Ltd, li tat €30,000 lir-Research, Innovation and Development Trust (RIDT) tal-Università ta’ Malta.

16.04.2023 10
L-astronawta Al Neyadi, li qed iwettaq l-esperimenti fl-ISS fuq kampjuni ta’ pazjenti minn Malta, f’parti mill-filmat li xxandar mill-Gvern ta’ Dubai

INVESTIMENT TA’

€82,000 F’56 E-BIKE

GĦAL GĦAWDEX

Ir-residenti Għawdxin jistgħu jibdew jagħmlu użu minn 56 e-bike, li nxtraw mill-aġenzija LESA u l-Kunsill Reġjonali għal Għawdex. Dawn l-e-bikes inkisbu b’investiment ta’ €82,000, li €65,000 minnhom tħallsu dirett mil-LESA.

Fit-tnedija ta’ dan l-investiment innovattiv f’Marsalforn kienu preżenti l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, il-President tar-Reġjun ta’ Għawdex Samuel Azzopardi u l-Kap Eżekuttiv tal-LESA Svetlick Flores.

Il-Ministru Camilleri qal li, permezz ta’ dawn il-proġetti, qed titwettaq aktar ħidma tanġibbli mil-LESA fil-lokalitajiet Għawdxin. Hu spjega li dan imur id f’id mal-istrateġija talistess aġenzija, li tinvesti l-flus miġburin miċ-ċitazzjonijiet fi proġetti li jaqdu lir-residenti, waqt li stqarr li r-reġjun ta’ Għawdex hu eżempju ċar ta’ din il-ħidma kkordinata li qed issir bejn ir-reġjuni, il-kunsilli u l-entità responsabbli mill-infurzar.

“Dan hu wieħed mill-isbaħ proġetti li saru minn dan ilfond fejn numru ta’ ċittadini Għawdxin, primarjament żgħażagħ, qed jiġu pprovduti trasport alternattiv fil-gżira. Apparti l-ħidma biex ikun hemm l-ordni fil-lokalitajiet, permezz tal-flus li jinġabru minn dawk li jabbużaw mil-liġi, qed isiru proġetti li minnhom jibbene-

fikaw ir-residenti ta’ diversi lokalitajiet, f’dan il-każ dawk Għawdxin,” qal Camilleri.

Hu għamel ukoll referenza għall-kameras tas-sigurtà li ġew installati tul ix-xatt ta’ Marsalforn, fejn spjega li dawn se jkunu qed jgħinu lill-Pulizija ħalli tissaħħaħ is-sigurtà f’din il-lokalità.

Il-Ministru Camilleri stqarr: “Dan il-Gvern għandu viżjoni għal pajjiż b’arja aktar nadifa u għalhekk permezz ta’ dawn l-e-bikes qegħdin ukoll noffru trasport alternattiv lir-residenti Għawdxin mingħajr tniġġis, ideali għal vjaġġi ta’ distanza qasira fil-gżira Għawdxija.”

Hu semma wkoll il-ħidma li qed issir b’kollaborazzjoni malKorp tal-Pulizija biex tiżdied is-sigurtà.

Il-President tar-Reġjun ta’ Għawdex qal li “proġetti bħal dan huma parti mill-istrateġija tal-Kunsill Reġjonali biex inkomplu nrawmu kultura u stil ta’ ħajja f’Għawdex li tpoġġi l-ewwel lill-ambjent, sabiex inħallu Għawdex aħjar għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.”

Min-naħa l-oħra, il-Kap Eżekuttiv tal-LESA qal li, sa mittwaqqif tagħha, l-aġenzija dejjem emmnet li l-flus iġġenerati mill-kontravenzjonijiet għandhom jiġu investiti mill-ġdid fil-komunitajiet. “Permezz ta’ skema maħruġa għall-kunsilli lokali u dawk reġjonali qed naraw li jitwettqu diversi proġetti li minnhom tgawdi s-soċjetà,” tenna Flores.

Fl-istrateġija tal-Gvern il-flus li jinġabru miċ-ċitazzjonijiet qed jerġgħu jiġu investiti għall-ġid tal-komunitajiet, kif inhu l-każ b’dawn il-mezzi ta’ trasport alternattiv

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa

Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

16.04.2023 11

BIBIEN MIFTUĦA

ekonomija b’saħħitha u li trendi.

Mill-2013 sal-lum rajna u għadna qed naraw tibdil radikali fil-mod ta’ kif l-isfidi li jkollhom persuni b’diżabilità jkunu megħluba permezz ta’ skemi u inizjattivi siewja ma jaqtgħu xejn u li t-tema ewlenija tagħhom hija dejjem ilftuħ ta’ bibien li sa ftit snin ilu mhux biss tħallew magħluqa iżda saħansitra minsija.

elettorali u għandu l-għan li jqarreb persuni b’diżabilità aktar lejn id-dinja tax-xogħol – dinja li għal żmien twil kienu mċaħħdin minnha.

d-determinazzjoni kemm tagħhom kif ukoll tagħna li aħna impenjati bis-serjetà li ngħinuhom jilħqu dak l-iskop sabiħ fil-ħajja.

żmien ta’ avvanz teknoloġiku bla preċedent, l-użu tat-teknoloġija.

Il-mogħdija għal kwalità ta’ ħajja aħjar għal persuni b’diżabilità fis-soċjetà tagħna ma tistax titwettaq mingħajr bibien miftuħa, jiġifieri għalkollox lil hinn mit-trażżin u l-ostakli li għal żmien twil wisq, ġenerazzjoni wara l-oħra kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom.

Iżda l-bibien ma jinfetħux jekk ma jkunx hemm il-ħerqa u d-determinazzjoni li jinħolqu l-opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ meħtieġa biex l-impenji elettorali jinbidlu f’realtajiet u kisbiet li jagħmluna nazzjon den tar-responsabbiltajiet soċjali tiegħu msaħħin minn

Il-Maltin u l-Għawdxin bdew jifhmu aktar u aktar ilkunċett ta’ soċjetà li mhux tħenn biss, iżda li, minn dawk il-bibien miftuħa, ikun aċċertat li kull persuna b’diżabilità jkollha triqitha mifruxa quddiemha bi dritt u bl-iskop waħdani li tikseb l-indipendenza tagħha waqt li tgawdi hi wkoll mill-ugwaljanza li, wara kollox, hija l-qofol tar-riformi u t-tibdil li seħħew f’dawn l-aħħar għaxar snin.

Kien għalhekk ta’ sodisfazzjon kbir għalija din ilġimgħa nara grupp ta’ 11-il persuna ta’ bejn is-17 u l-44 sena jtemmu b’suċċess programm ta’ taħriġ offrut misservizz Way to Work fi ħdan l-Aġenzija Sapport.

Importanti nsemmu li dan il-proġett kien ukoll wegħda

Dawn il-persuni b’diżabbiltà issa għaddew mill-bieb u bdew il-mogħdija tagħhom lejn il-kisba ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar għalihom infushom bħala ċittadini kif ukoll għall-familji u qraba tagħhom li ma naqsu qatt fis-sostenn tagħhom.

Fil-kelmtejn li għamilt dakinhar tal-għoti taċ-ċertifikati ta’ parteċipazzjoni b’suċċess lil dan l-ewwel grupp ta’ persuni b’diżabilità bid-dinja tax-xogħol tistenniehom, għamiltha ċara li x-xogħol wara kollox isaħħaħ id-dinjità tal-persuna konċernata.

Dan l-ewwel grupp u oħrajn li jiġu warajhom se jifhmu kif minbarra l-indipendenza li jakkwistaw fil-ħajja ta’ kuljum, se jkunu, bil-ħidma tagħhom, qed jikkontribwixxu għall-għajxien tagħhom infushom u dan inissel sens kbir ta’ sodisfazzjon.

Għal persuni b’diżabilità jista’ jkun li l-mogħdija għax-xogħol hija itwal u mxekkla minn żvantaġġi li jridu jingħelbu bil-ħeġġa u

Is-servizz Way to Work huwa biss ħolqa f’katina ta’ servizzi ġodda offruti u inizjattivi li ħadna, qegħdin nieħdu u se nkomplu nieħdu biex nassiguraw li jkun implimentat il-prinċipju sagrosant għalina li kulħadd, hu min hu u hi min hi, irrelevanti mill-abbiltà tiegħu jew tagħha, ikollu dritt għax-xogħol daqs ċittadini oħra.

Il-bibien nistgħu nkomplu niftħuhom billi ninkoraġġixxu lil min iħaddem u lil persuni b’diżabilità nfushom iwarrbu l-preġudizzju li jista’ jkun hemm fejn jidħol ix-xogħol u s-sehem produttiv li jistgħu jagħtu fit-twettiq ta’ soċjetà aktar ġusta u ugwali.

Kien għalhekk li l-programm ta’ taħriġ li sar bejn Ottubru 2022 u Marzu li għadda kien jinkludi, fost oħrajn, id-dinamika bejn kollegi u etika fuq il-post tax-xogħol, ħiliet, immaniġġjar tal-flus, l-ewwel għajnuna, it-trattament ta’ ikel, opportunitajiet ta’ xogħol differenti, tħejjija tajba għax-xogħol u, fi

IT-TRIQ ‘IL QUDDIEM

ejn li minkejja dawn l-isfidi u sfidi oħra li laqtu lil pajjiżna b’mod aktar lokalizzat, aħna żammejna b’mod tajjeb u konsistenti l-livell t’għajxien tagħna meta wieħed iqabbel ma’ kif marru pajjiżi oħra Ewropej u kif qed jgħixu nieshom. Il-Gvern Laburista ta sinjal pożittiv fil-pajjiż kollu li iva Malta u Għawdex se jimxu ’l quddiem fin-normalità, fl-istabbiltà u fl-andament ekonomiku.

jipprotesta minħabba riforma fil-pensjonijiet li qed taħseb sabiex tgħolli l-età tal-pensjoni u anke minħabba l-istess problema tal-inflazzjoni b’mod ġenerali.

Dan huwa riżultat ta’ deċiżjonijiet ibsin, kuraġġużi u għaqlin li ħadu Gvernijiet Laburisti.

Għal dan l-ewwel grupp, il-pass li jmiss issa huwa tfittxija għal impjieg bil-kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni Lino Spiteri u bl-għajnuna tal-job coach tagħhom fi ħdan il-Way to Work.

Ta’ min jgħid li minbarra lil dawn il-11-il persuna, seba’ rġiel u erba’ nisa, it-tim ta’ professjonisti ta’ Way to Work joffri wkoll sessjonijiet fuq livell individwali lil persuni b’diżabilità li jkunu fl-impjieg iżda li jkollhom bżonn ftit għajnuna biex itejbu l-ħiliet tagħhom u hekk isaħħu posthom fid-dinja tax-xogħol.

Il-ħolqien u t-twettiq ta’ servizz bħal dan tal-Way to Work fl-2022, li sar bħala parti mis-sostenibbiltà talproġett ambizzjuż u fejjiedi INK, kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Soċjali Ewropew, kienu passi importanti biex, bdew jinfetħu l-bibien u jwittu t-triq għad-dinja tax-xogħol lil persuni b’diżabilità. Dan sabiex tingħata dinjità xierqa u ugwaljanza fi proċess ta’ inklużjoni sostnut u msaħħaħ mal-milja taż-żmien.

M’hemmx dubju li wara sena ta’ dan il-Gvern ġdid l-isfidi ma naqsux. Dinja, Ewropa u Malta li ħarġu minn pandemija li fnietha, affaċċjaw mill-ewwel gwerra fl-Ewropa stess li issa ilha magħna għal aktar minn 13-il xahar u mhux qed naraw it-tmiem tagħha.

Inflazzjoni liema bħalha laqtet b’mod selvaġġ il-maġġoranża tal-pajjiżi tal-Ewropa u baxxiet sew il-livell t’għajxien tal-maġġoranza taċ-ċittadini Ewropej.

Irridu napprezzaw qabelx

Dan qed tgħidu l-UE li bassret li Malta ser ikollha tkabbir ekonomiku qawwi fis-snin li ġejjin. L-istess qalu l-aġenziji ta’ kreditu waħda wara l-oħra.

Biżżejjed inħarsu ftit lejn pajjiżi bħall-Ingilterra u l-Italja li huma ħbieb tagħna.

L-għoli tal-ħajja wassal sabiex kemm l-Ingliżi kif ukoll it-Taljani tnaqqrilhom sew il-livell tal-għajxien tagħhom bil-prezzijiet tal-enerġija li qed iwasslu fil-maġġoranza tal-każijiet għal kontijiet li triplikaw.

Jekk imbagħad inħarsu lejn il-Franċiżi, wieħed isib li l-poplu Franċiż ma waqafx

Figuri riċenti maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, juru li s-sena l-oħra l-Gvern wettaq nefqa rekord fejn tidħol spiża għall-benefiċċji soċjali, billi filwaqt li naqsu l-persuni li jistrieħu fuq dawn il-benefiċċji l-Gvern nefaq €1.2 biljun fis-sena, jiġifieri, €100 miljun fix-xahar f’benefiċċji soċjali. Dan juri Gvern li jkabbar l-ekonomija bi skop u l-iskop huwa li jonfoq aktar fuq in-nies, speċjalment dawk li l-aktar għandhom bżonn l-għajnuna tiegħu. Madanakollu, ħaddieħor, tul dan iż-żmien tant kritiku għal pajjiżna, kien aktar medhi fl-attakki personali fuqna l-politiċi Laburisti u sabiex ikattar il-mibegħda f’pajjiżna!

Huwa hawnhekk li wieħed irid isemmi sondaġġi li saru dan l-aħħar. Is-sondaġġi huma bla dubju indikattivi, però l-uniku sondaġġ reali huwa meta l-poplu Malti u Għawdxi jmur sabiex jitfa’ l-vot tiegħu. Dan ma jfissirx li m’għandniex nagħmlu eżerċizzju t’awtokritika, anzi bil-kontra.

Irridu nibqgħu nsaħħu l-erba’ pilastri importanti: ekonomija, saltna tad-dritt, drittijiet ċivili u xibka soċjali għal dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Dawn wasslu sabiex tawna rebħiet elettorali bla waqfien mis-sena 2010 ’l quddiem. Għalhekk huma bażi tajba. Jiena kburi li mill-bidu kont parti minn dan il-proġett Laburista.

Min-naħa l-oħra rridu naraw li hemm bilanċ tajjeb bejn esperjenża politika u injezzjoni t’enerġija ġdida ta’ politiċi, għaliex din dejjem kienet riċetta tassuċċess tagħna. Fl-aħħar u mhux l-anqas irridu mmorru b’umiltà fuq dawk il-persuni li m’għadhomx jaraw-

na daqstant attraenti bħala partit fil-Gvern u nevalwaw sew dak li qed idejjaqhom jew iweġġagħhom.

L-isfidi ta’ quddiemna huma ċari. Nemmen li dawn huma prinċipalment ħamsa. Ekonomija li tibqa’ għaddejja b’andament b’saħħtu, aktar għajnuna lil dawk vulnerabbli u dgħajfa fis-soċjetà tagħna, ambjent aħjar u politika konsistenti u ħolistika dwar dan, pajjiż aktar organizzat fejn hemm infurzar effettiv u fejn hemm il-ħtieġa u amministrazzjoni pubblika li hija effettiva u li min jieħu karigi fi ħdanha jieħu d-deċiżjonijiet b’għaqal, effiċjenża u favur ilġid komuni.

Għadna erba’ snin ’il bogħod minn elezzjoni ġenerali, però ma nistgħux nitilfu jum wieħed li ma naħdmux man-nies u għan-nies. Konvint li l-Gvern Laburista ser jibqa’ jagħmel il-ġid u d-differenza fil-ħajjiet talMaltin u l-Għawdxin kollha! B’hekk inżommu l-fiduċja tal-maġġoranża tal-Maltin u l-Għawdxin!

16.04.2023 12
-
Ministru JULIA FARRUGIA PORTELLI Membru Parlamentari EDWARD ZAMMIT LEWIS

INKUNU HEMM GĦAL KULĦADD

jħalli l-ebda dubju. Insemmi l-legat fil-qasam soċjali. Tant miżuri sabiex ikunu aġevolati fost l-iktar nies li jifilħu l-inqas. Insemmi l-legat fil-qasam tad-drittijiet ċivili. Minn pajjiż anakronistiku, li ma jimxix maż-żmien, għal pajjiż li jservi ta’ eżempju għall-oħrajn. Insemmi l-legat fil-qasam tax-xogħol u l-ekonomija. Fost l-ikbar rati ta’ tkabbir ekonomiku u fost l-inqas rati ta’ qgħad fl-istorja.

ja għas-Servizzi Korrettivi, u jagħżlu li jirriformaw ruħhom qabel joħorġu lura fil-komunità/soċjetà.

Dan hu Gvern ta’ kulħadd. Tal-ħaddiem u ta’ min iħaddem, taż-żgħażagħ, l-anzjani, it-tfal, nisa, u rġiel ġejjin minn fejn ġejjin u jemmnu x’jemmnu. Hu Gvern ta’ kulħadd, għax dak li nemmnu fih, dak li jagħmilna aħna min aħna. It-twemmin tagħna hu dak li ma nħallu lil ħadd waħdu, lil ħadd ma jaqa’ lura.

Il-legat ta’ dan il-Gvern f’diversi oqsma huwa wieħed li ma

Ma’ dawn hemm bosta setturi oħrajn li huma ta’ suċċess mhux biss għall-Gvern, iżda fuq kollox u l-aktar importanti, ta’ suċċess għall-familji Maltin u Għawdxin. Xogħolna u d-dover tagħna huma li nkunu hemm għal kulħadd u fuq dan irrid nikteb żewġ kelmiet.

Iva, hemm bżonn li nkunu hemm anke għal dawk li huma fost l-iktar emarġinati u preġudikati ngħid jiena, fis-soċjetà tagħna. Hawnhekk irrid insemmi dawk il-persuni li jkunu skontaw sentenza fl-Aġenzi-

Ħafna minn dawn il-persuni jkunu għaddew minn għarbiel ta’ riabilitazzjoni estensiva sabiex is-sistema karċerarja, flimkien ma’ diversi għaqdiet li jaħdmu fil-qasam, jerġgħu mhux biss iġibu lura lil din il-persuna f’termini ta’ mġiba, iżda sabiex il-persuna tkun ippreparata taffaċċja l-ħajja barra l-ħitan tal-ħabs.

Il-proċess riabilitattiv huwa taħlita ta’ ħafna affarijiet. Iżda l-aktar valur importanti huwa li jkun hemm turija ta’ impenn lejn l-individwu, il-provediment ta’ xogħol, u t-tisħiħ soċjali, edukattiv u psikoloġiku. Il-parti tagħna qed nagħmluha. Malli priġunier jidħol filfaċilità jsir pjan personali mibni fuq il-ħtiġijiet tiegħu. Iżda mhux biss. Flimkien ma’ numru ta’ NGOs, kif diġà semmejt aktar ’il fuq, bħall-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl, Caritas,

Sedqa u RISe nassiguraw li jkun hemm programmi, għajnuna addizzjonali u aktar opportunitajiet ta’ integrazzjoni mill-ġdid fil-komunitajiet.

Iżda l-biċċa tagħna mhix biżżejjed. Fil-ħajja li qed ngħixu, kont bankarju hu bażiku. Trid kont bankarju biex il-flus talpaga jidħlu hemm. Trid kont bankarju bħala student biex ikollok fejn tirċievi l-istipendju. Issa immaġinaw priġunier. Daħal il-ħabs għax żbalja. Iżda ddeċieda li jbiddel il-mixja tiegħu. Mar il-programm tad-droga. Ħa l-għajnuna kollha li kien hemm bżonn. Ħadem fil-ħabs u daħħal xi ħaġa żgħira ta’ dik il-ħidma. Il-professjonisti kollha jirrimarkaw progress. Irid joħroġ fid-dinja ta’ hawn barra. Jerġa’ jibni r-relazzjoni mal-familja li xi ftit jew wisq tkun taħt pressjoni meta tkun bejn erba’ ħitan. Irid isib xogħol ħalli lill-familja jmantniha u fuq kollox irid jagħmel dan biex jagħmel bħall-maġġoranza u jgħix il-ħajja tiegħu.

Xogħol isib. Imur biex jiftaħ kont u jeħel. Il-ħajja ta’ qabel, il-ħajja tal-passat saret il-garanti ta’ din il-persuna. Mhux ix-xogħol li sab. Mhux il-fatt li jrid jerġa’ jibda mill-ġdid. Kif jista’ eks priġunier jibda mill-ġdid? Kif jista’ jirċievi l-paga b’mod legali bħal kulħadd. B’din is-sempliċi azzjoni, binnuqqas ta’ azzjoni u kompassjoni ma’ dan l-eks priġunier, ma’ dan il-bniedem ħieles li patta ta’ għemilu, li ħa l-ġustizzja, taf terġa’ titfgħu lura għad-dinja ta’ qabel fi ftit ħin. Dak hu li s-soċjetà ma tridx, u ma jaqblilhiex. Din il-miżura li ngħinu biex xi ħadd li biddel ħajtu, jieħu l-bażiku, hi soċjali daqskemm huma miżuri oħra fiskali li tajna. L-għan tagħna huwa li jkollna soċjetà ġusta. Ejjew naraw li dik is-soċjetà ma tkunx waħda li tibqa’ tikkastiga lil min ikun diġà ħa l-ħaqq. Għandna dover li nkunu hemm għal kulħadd u dak hu li qed nagħmlu u li nibqgħu nagħmlu.

FL-ISFOND TA’ REALTÀ TIGDEM

jirċievu l-kontijiet tal-enerġija tagħhom wara xitwa kiesħa flaħħar xhur. Hi realtà kiefra fejn fi stati membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea qed jiġu impostati kontijiet esaġerati, minħabba li l-prezzijiet tal-enerġija għolew prattikament fid-dinja kollha.

kien fundamentali biex ikollna l-akbar tarka possibbli għalina.

Il-polz tal-poplu jibqa’ l-akbar indikatur tal-ħajja fil-pajjiż. Riflessjoni tal-għażliet u d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-amministrazzjoni fil-mument propizju u r-riżultati li dawn effettivament joħolqu fl-interess nazzjonali u għall-ġid komuni. Għaldaqstant, ir-ritmu li bih iħabbat dak il-polz hu l-kejl ta’ kemm hi tajba jew le l-politika mħaddna.

Għalhekk meta llum titlaqqa’ Konferenza Ġenerali oħra tal-Partit Laburista u ninsabu ġimagħtejn bogħod miċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-ħaddiem, l-Ewwel ta’ Mejju, ma nistgħux bħala Maltin u Għawdxin ma nqisux f’liema direzzjoni miexi pajjiżna. U dan mhux b’inqas ukoll fil-kuntest partikolari li tinsab fih id-dinja llum, speċjalment il-kontinent Ewropew. Issa li bdiet ir-rebbiegħa, ħafna ċittadini Ewropej qed

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika wara ieħor madwar l-Ewropa jixhdu kif l-akbar inkwiet fost il-familji u n-negozji Ewropej bħalissa hu kif se jkampaw biex iħallsu tali spejjeż. Fl-aħħar xhur ukoll kellhom jixxaħħu mill-għajxien bażiku tagħhom, bil-għan li d-daqqa tal-kontijiet tkun minima kemm jista’ jkun, waqt li hu rrapportat kif mhux biss eluf ta’ familji tkaxkru lejn il-livell tal-faqar, iżda kif hu maħsub li eluf ta’ anzjani wkoll tilfu ħajjithom għax ma kinux f’qagħda li jsaħħnu djarhom biżżejjed fil-pajjiżi kesħin.

Insegwu l-aħbarijiet internazzjonali u naraw dak li qed jiġri fi Franza u fir-Renju Unit, biex insemmi biss tnejn millpajjiżi taħt tensjoni simili. Nies jipprotestaw minħabba li l-gvernijiet tagħhom mhumiex joffrulhom biżżejjed protezzjoni għall-għoli tal-ħajja, xprunat mill-prezzijiet tal-enerġija, fost oħrajn.

Imbagħad għandek lil Malta, fejn ir-realtà hi kompletament l-oppost. Mhux għax l-inflazzjoni m’affettwatniex ukoll, iżda l-għaqal fid-deċiżjonijiet talGvern Laburista, immexxi millPrim Ministru Robert Abela,

Minkejja ċ-ċirkostanzi u wara tliet snin ta’ pandemija, għandna familji li komplew jimxu ’l quddiem, jinfatmu mill-faqar, flok bil-maqlub; li għandhom rekord ta’ tifdil filbanek, flok imħassbin għax ma jifilħux għal spejjeż mhux ippjanati; u kapaċi jgawdu l-ħajja kemm jista’ jkun qrib in-normalità.

Minkejja ċ-ċirkostanzi wkoll, għandna negozji li qed ikomplu jinvestu u jkabbru l-attività tagħhom, mhux jagħlqu l-bibien; li biħsiebhom iżidu l-ħaddiema, mhux ikeċċu; li huma sodisfatti b’andament ekonomiku mill-aqwa, minflok iħabblu rashom dwar id-destin tagħhom għax ma jidher l-ebda dawl fit-tarf tal-mina.

Ġimgħa ilu ċċelebrajna l-festi tal-Għid. Ħadt l-opportunità tat-temp sabiħ Malti biex segwejt numru ta’ purċissjonijiet tradizzjonali tal-Irxoxt. Kull fejn tmur nies ma taqta’ xejn u attività kummerċjali b’saħħitha. Restoranti ppakkjati u ħwienet mimlijin.

Li jfisser ħaġa waħda biss –il-poplu Malti hu fiduċjuż millpreżent daqskemm mill-ġejjieni. Fiduċjuż li pajjiżna se jibqa’ miexi ’l quddiem, li hawn ekonomija stabbli u b’saħħitha. U dan iż-żmien ta’ serħan talmoħħ u anke prosperità qawwija ġej biss minħabba d-deċiżjonijiet għaqlin tal-Gvern.

Li r-riżultati tagħna huma ferm aħjar minn ta’ ħaddieħor mhux b’kumbinazzjoni, iżda konferma oħra tal-kompetenza ekonomika u l-għaqal b’ruħ soċjali tal-Gvern Laburista. Gvernijiet oħrajn qed ikollhom iżidu l-piżijiet, mhux biss it-toqol esaġerat bil-prezzijiet tal-elettriku, tal-gass u tal-fuels, li aħna assolutament m’għandniex, iżda wkoll oħrajn bħall-età tal-irtirar, waqt li aħna għat-tmien darba qed inżidu r-rati tal-pensjonijiet. Għandek universitajiet Ewropej li qed jitnaqqsulhom il-fondi allokati mill-gvern, iżda f’pajjiżna mhux biss l-edukazzjoni terzjarja hi wkoll b’xejn, iżda se jerġgħu jiżdiedu l-istipendji. Għandek eluf kbar ta’ Ewropej bla xogħol u f’Malta l-problema hi n-nuqqas ta’ ħaddiema.

Hu dan l-għaqal ekonomiku u fiskali li jsaħħaħ il-fiduċja u qed joħloq prosperità ġdida f’Malta. Mhux ta’ b’xejn għandna l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Ewropa u d-doppju tal-medja. Hu għalhekk ukoll li f’pajjiżna qatt ma kien hawn daqstant opportunitajiet ta’ xogħol u rekord ta’ nuqqas ta’ qgħad.

Dan hu l-isfond li fuqu llum mhux biss il-Prim Ministru jista’ jindirizza l-Konferenza Ġenerali Laburista b’rasu mgħollija, iżda wkoll għalina li nipparteċipaw b’entużjażmu konxji li ma jistax ikollna tmexxija aħjar.

Ma jfissirx li m’hemmx iżjed xi jsir jew li m’hemmx min, b’xi mod, xorta jħossu li mhux miexi ’l quddiem biżżejjed bħal ħaddieħor, minkejja li żdiedet l-għajnuna bla preċedent. Partit Laburista fil-Gvern qatt ma kien supperv. Anzi dejjem baqa’ umli u marbut mal-poplu biex jibqa’ jifhem x’inhuma l-isfidi li fadal jiġu indirizzati. Ħaddieħor, li għadu mogħni (!) bl-istess arroganza u s-suppervja li l-poplu rema ’l barra mit-tieqa ħafna snin ilu, nafu x’kienu jkunu s-soluzzjonijiet tiegħu f’ċirkostanzi bħalma qed ngħixu llum. Kemm għax esperjenzajnieh qabel l-2013 kif ukoll għax il-Kap tal-Oppożizzjoni attwali għadu jipprietka l-istess politika ta’ awsterità u piżijiet sal-lum il-ġurnata.

Dan m’għandu bl-ebda mod jikkonslana. Anzi, biex nibqgħu relevanti bħala partit, irridu nħarsu dejjem ’il quddiem biex nibqgħu ntejbu, waqt li xorta nżommu f’moħħna dak li nkiseb fl-aħħar għaxar snin, għax dak hu wkoll dak li jiddefinixxina.

Flimkien għandna sfidi oħrajn importanti x’negħlbu. L-irrelevanza u l-inkompetenza ta’ ħaddieħor titfa’ biss aktar responsabilità fuqna bħala l-unika għażla serja u vijabbli għall-futur ta’ pajjiżna. Ifisser li rridu naħdmu aktar minn qatt qabel biex, ma’ kull suċċess ġdid li jikseb pajjiżna, nibqgħu nirbħu l-appoġġ meħtieġ.

16.04.2023 13
Membru Parlamentari ALEX MUSCAT Ministru BYRON CAMILLERI

FORTI DELIMARA MATUL TMIEM IL-

Fil-jiem li ġejjin il-pubbliku se jkollu tmiem il-ġimgħa sħiħ biex jesplora minn ġewwa l-fortifikazzjoni ta’ Forti Delimara u jara l-progress li sar s’issa minn Heritage Malta biex il-post strateġiku għall-protezzjoni ta’ pajjiżna fl-imgħoddi qed jitreġġa’ lura għal kif kien qabel l-1964.

Il-Forti Delimara nbena bejn l-1876 u l-1878 biex iħares il-kosta tan-naħa talport ta’ Marsaxlokk u hu eżempju klassiku ta’ fortifikazzjoni kostali tal-Era Vittorjana. Fost attrazzjonijiet oħrajn, fil-forti wieħed għadu jista’ jara erba’ kanuni ta’ 38 tunnellata mis-sitta li kien hemm meta l-forti kien jintuża għal skop militari. Dawn huma l-uniċi kanuni tax-xorta tagħhom li għadhom jeżistu fid-dinja kollha fuq il-karrijiet u fil-post oriġinali tagħhom.

Mifruxa fuq medda ta’ art kbira, din il-fortizza li tinsab fuq il-ponta ta’ Delimara u hi waħda mill-akbar minn fost il-binjiet Vittorjani f’Malta.

L-ewwel armamenti li kellha kienu l-kanuni kbar, iżda wara li tlestiet l-ewwel parti tal-fortizza maż-żmien baqgħet tiġi addattata skont kif bdew jinbidlu

l-kanuni. Fil-fatt, jirriżulta interventi infrastrutturali kien fl-1891 meta żdiedu ta’ fuq tal-fortizza, reġgħu fl-1913 u reġgħu nbidlu għat-Tieni Gwerra Dinjija Fil-qilla tal-istess attakkati xi bastimenti din l-istess fortizza. tat-Tieni Gwerra Dinjija, kupat mill-forzi militari meta kienet abolita snin wara għadda f’idejn

L-erba’ kanuni ta’ 38 tunnellata għadhom jeżistu fil-Forti, huma

Aktar tard intuża aktar minn 25 sena, taħt il-ħarsien ta’ Heritage Issa l-Forti Delimara, ikun magħluq għall-pubbliku,

16.04.2023 14

DELIMARA SE JINFETAĦ IL-ĠIMGĦA LI ĠEJ

jirriżulta li saru tliet infrastrutturali kbar, wieħed żdiedu kanuni n-naħa reġgħu ġew mibdulin nbidlu wkoll bi tħejjija Dinjija fl-1938.

Gwerra kienu ġew bastimenti tal-għadu minn fortizza. Wara l-perjodu Dinjija, il-Forti baqa’ okmilitari Ingliżi sal-1956, d-difiża tal-kosta u f’idejn il-Gvern Malti.

fuq il-karrijiet tunnellata kull wieħed, li fil-post oriġinali uniċi fid-dinja

bħala razzett għal sena, sakemm għadda Heritage Malta fl-2005. Delimara, li normalment għall-pubbliku, se jinfe-

taħ nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġejjin u l-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jaraw ir-riżultati tal-isforzi li qed tagħmel Heritage Malta biex tagħti lura d-dinjità li jistħoqqlu l-post.

Ix-xogħlijiet li saru s’issa jinkludu t-tindif tal-partijiet taħt l-art u tal-pjazza prinċipali, it-tneħħija ta’ strutturi aljeni li wħud minnhom kienu perikolużi u t-tindif tal-foss tal-forti minn madwar 500 tunnellata ta’ skart illegali. Ġiet installata wkoll sistema ġdida ta’ dawl u ilma.

Attrazzjoni addizzjonali matul il-weekend li ġej se tkun dik ipprovduta

mill-K-9 Urban Search and Rescue

Malta u mit-Taqsima tal-Klieb u t-Taqsima tal-Kavallerija tal-Korp

tal-Pulizija. Il-K-9 se jagħtu wirjiet isSibt bejn l-10:00 u s-14:00, filwaqt

li Kavallerija u l-Klieb tal-Pulizija se jkunu preżenti l-Ħadd.

Il-viżitaturi jistgħu jixtru l-biljetti

li jiswew €5 għall-adulti u €2 għattfal u għall-membri ta’ Heritage Malta mill-bieb. Dawn il-biljetti jagħtu aċċess lill-viżitaturi biex iduru mal-forti waħedhom. Il-biljetti għal tours iggwidati diġà nbiegħu kollha.

16.04.2023 15

KRITIKA INĠUSTA FIL-KONFRONT TAL-PRIM MINISTRU

u lanqas mill-Kabinett. Deċiżjoni li bħalha la Lawrence Gonzi u lanqas Bernard Grech ma kienu kapaċi jieħdu meta l-partit tagħhom ħtiġilhom li jagħmlu dan fil-konfront ta’ wħud li kienu qed ifixklu t-tmexxija tagħhom jew inkella meta feġġew allegazzjonijiet ta’ każijiet fuq oħrajn.

Sur Editur, Fuq il-ħnieżer qabduha ’k Alla jrid dawn l-intamati. U qażżu l-qażquż li kienet trabbi bużnannithom issa. Ara vera jinsewh żmienhom!

Meta tisma’ u taqra l-kritika tal-Oppożizzjoni fil-konfront ta’ Robert Abela tibda taħseb li jew m’għamel xejn kemm ilu Prim Ministru jew inkella li kull deċiżjoni li ħa, ħadha f’xi interess personali u kontra l-interess tal-poplu Malti u Għawdxi. Dan forsi biex inessu dak li għadda minnu pajjiżna sa minn Jannar tal-2020.

Robert Abela ġie elett Mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru ta’ Malta f’Jannar tal-2020. Dan fi żmien meta pajjiżna kien għaddej minn turbulanzi politiċi, żmien meta konna qed nassistu għall-protesti fit-toroq, żmien meta kien hemm min beda jipprova jgħid li l-istituzzjonijiet f’pajjiżna ma kinux qed jaħdmu, żmien meta għajnejn l-Ewropa żgur, jekk mhux ukoll id-dinja, kienu fuqna, anki minħabba kultant, l-isproporzjonalità tal-Oppożizzjoni biex dejjem tpinġi lil pajjiżna bl-iktar mod ikrah barra minn xtutna.

Biex bħal donnu dan ma kienx biżżejjed, fis-7 ta’ Marzu tal-istess sena, Malta rreġistrat l-ewwel każijiet tal-COVID-19 fostna. Dan kien bidu ta’ 24 xahar fejn l-ekonomija Ewropea, u dinjija tista’ tgħid iġġammjaw. Il-previżjoni dak iż-żmien kienet li pajjiżna se jara għexieren ta’ eluf infettati u eluf oħra li jitilfu ħajjithom.

F’inqas minn sentjen wara dan, assistejna wkoll għal gwerra ftit ’il bogħod minn xtutna li l-impatt tagħha wkoll kien wieħed negattiv fuq sfera globali. Impatt, li għax aħna ma ngħixux f’bozza, inħass b’mod negattiv minna wkoll.

Id-domanda hija waħda: X’għamel Robert Abela quddiem dan kollu?

Fil-ftit spazju li għandna ejjew nibdew naraw x’deċiżjonijiet ittieħdu millPrim Ministru biex illum, (i) hawn stabbiltà politika, (ii) ekonomija fost l-aqwa fl-Ewropa u (iii) stabbiltà ta’ prezzijiet u trażżin fl-għoli tal-ħajja.

F’dak li jirrigwarda l-ambjent politiku li kellna lura fl-2020, Robert Abela, bħala Mexxej tal-Partit, fost l-ewwel deċiżjonijiet li ħa kien li sejjaħ laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonali, fejn talab is-sapport waqt diskussjoni matura, sabiex l-Eks Ministru Konrad Mizzi ma jibqax jifforma parti mill-grupp parlamentari Laburista

Jekk se mmorru għall-perjodu tal-pandemija, Robert Abela, anki jekk mingħajr lini gwida għax il-pandemija kienet xi ħaġa bla preċedent, ġurnata wara oħra, flimkien ma’ sħabu, ma waqafx jieħu deċiżjonijiet li mhux biss ħarsu s-saħħa tagħna lkoll imma wkoll kienu deċiżjonijiet li permezz tagħhom sab bilanċ bejn is-saħħa tan-nies u l-isfida katastrofika ekonomika li kienet qed tolqot lil kull pajjiż. Ħa deċiżjonijiet li ma ħallewx il-virus jinfirex bla bżonn filwaqt li żamm l-ekonomija għaddejja anki jekk b’pass kajman. Ħa deċiżjonijiet li wieżnu lill-familji kollha billi l-ebda ħaddiem ma tilef il-post tax-xogħol tiegħu filwaqt li għen lin-negozji sabiex ikomplu jħallsu s-salarji, anki jek dawn kienu magħluqa. B’kuntrast, Gvern Nazzjonalista, meta sab kurrenti ferm inqas fl-2008, mhux talli ma wiżinx lill-familji talli għabbiehom b’aktar piżijiet, anki jekk l-isfidi kienu ferm anqas minn dawk tal-pandemija.

Robert Abela kompla jkun differenti meta żamm taħt kontroll il-prezzijiet tal-enerġija, xi ħaġa li llum, kull mexxej ta’ stat Ewropew, qiegħed jara kif jikkoppja. Li kien għall-Oppożizzjoni, skonthom dan mhux sostenibbli u kieku qed imexxu huma, għaddew il-piżijiet tal-gwerra tar-Russja fuq il-familji Maltin.

Hemm ħafna iktar xi tgħid imma l-ispazju huwa limitat. Però, dan hu biżżejjed biex ixejjen il-kritika li ssir mill-Oppożizzjoni fil-konfront tal-Prim Ministru għax fil-politika jgħodd dak li twettaq u mhux kliem fieragħ u opportunist bħalma taf tagħmel l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.

F’inqas minn sentjen wara dan, assistenja wkoll għal gwerra ftit ’il bogħod minn xtutna li l-impatt tagħha wkoll kien wieħed negattiv fuq sfera globali. Impatt, li għax aħna ma ngħixux f’bozza, inħass b’mod negattiv minna wkoll

Imma tajjeb li nfakkrek ftit kemm tħanżru fi żmienhom, Sur Editur. Għax Alla jbierek ibda minn dawn tal-partit tagħhom, kompli bil-Fair, Accurate & Trustworthy ta’ għajni tan-Njusbuk u spiċċa fix-Xit News, kollha jitkażaw. U ma jistax ikun hemm xi ħadd, imqar għandu żewġ taqtiriet tad-demm Laburist fih li jkollu kariga, għax tarahom dawn ixandruh mal-erbat irjieħ. Qisu għax tkun Laburist ma jistax ikollok impjieg. Qisu jekk Laburist ikollu impjieg jew kariga, ikun qed jisraq il-kaxxa ta’ Malta, x’kull waħda. Issa ħafna minn dawn li qed jitkażaw, aktar iva milli le, żgur li ħabtu spallejhom ma’ wħud minn dawk li bil-Gvern tagħhom kienu altru milli jitħanżru. Jew żgur li kielu l-kirxa magħhom xi darba jew oħra.

Jien ma ninsiex li meta kelli pensjoni miżera, il-Gvern tagħhom, immexxi mill-Kbir Wenzu “Par idejn Sodi” Gonzi, kien ta’ €600 filġimgħa żieda lil tiegħu, baxx baxx u minn wara dahar il-poplu. Ma nafx int, Sur Editur, imma jien qatt ma rajt imqar biċċa karta ffirmata li turi li dawn kienu jħallsuhom lura li kienu laħqu ħadu. Xi ħniżrija, imqaddsa ħanina dinja! Qed ngħidu mal-miljun u kwart ta! Mhux ċiċri, miljun u kwart ewro.

Imma tal-Laburist biss jidher, għandu jkun.

Issa ftit tal-jiem ilu t-tħarbixa tal-Beano, kif kien isejħilha lillgazzetta tagħhom il-mibki sieħbi Lino Cassar, staqsiet: “Min huma dawk li qed jitħanżru?” Ħa nfakkarhom jien min kien jitħanżer fi żmienhom, Sur Editur.

Ibda mit-tea boy tal-Partit Popolari Ewropew, dak li jinsab fil-kakka għax hemm investigazzjoni għaddejja fil-konfront talħabib ta’ Berta l-Metsola, David l-Għarukaża u Manfred il-Webber, jiġifieri Simon “Kastilja qatt ma ra” l-Busuttil.

Jien niftakar, Sur Editur, kemm kellu konsulenzi dan. Mal-miljun u mitejn elf. Viva l-Europa Consultancy li kellu u Viva l-but tagħna l-poplu. Imma dak Nazzjonalist, jista’ hux. U ma ninsewx lanqas Sur Editur, li dan it-tea boy, meta kien imexxi ċ-Ċentru Informazzjoni Malta Unjoni Ewropea, kien ta konsulenzi lillkumpanija European Research & Consultancy Services, li kien sieħeb tagħha hu stess. Matul is-snin baqgħet tieħu għadd kbir ta’ konsulenzi mingħand Gvernijiet Nazzjonalisti din. Ħaqq għallħnieżer.

Niftakar ukoll, issa dan li niftakar jien ta Sur Editur, lil ArrSiSi, li l-uffiċċju tiegħu f’Kastilja kien is-sular kollu ta’ fuq nett u kien qisu penthaws armat qisek dieħel il-Pentagon tal-Amerka. Kellu xi miljun ieħor konsulenzi dak, dejjem li nafu bihom.

U ftit inqas minnu, kien hemm Ġorġ is-Sapiano, li biddel ismu għal Georg, għax iktar fancy hux. Dan kellu xi miljun ieħor. Imbagħad niftakar lil Alan il-Camilleri, ħu dak li kien ġurnalist, li kien jitkellem qisu b’patata mwaħħla f’gerżumtu. Tiftakru lil Vanni l-Camilleri, Sur Editur? Dak li dilettant tas-Supermarkets?

Imma nsomma, għax għall-mument kont se nagħmel bħall-bloggers tagħhom, li jogħxew jiktbu fuq min ifettlilhom biex ikissrulu l-familja, bir-razza u r-redika b’kollox. Dan Alan il-Camilleri kellu sew aktar minn nofs miljun konsulenzi, ħaqq għall-ħnieżer!

Imma dawn kollha jistgħu, għax qanna Nazzjonalisti. U l-Beano jistaqsi fejn huma l-ħnieżer? Kemm iħares ħarsa madwaru, x’kull waħda! Issa kif jgħid l-Ingliż, din hija the tip of the iceberg. Għax min jaf x’kien hemm oħrajn li qatt ma ħarġu fil-beraħ, f’25 sena li damu jnawru lil pajjiżna.

Fejn huma l-ħnieżer, x’kull waħda! Kien hemm ukoll Noel Buttigieg Scicluna, ieħor tagħhom dan, li ngħata biżibilju konsulenzi fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti u llum jippretendi li jitla’ fuq ilpulpti biex jipponta s-swaba’ u jagħti l-lezzjonijiet lilna.

Ħa mmur nikkonsulta b’xejn ma’ Melda tiegħi, ara, ħa nara jekk nistax nersaq illejla.

Għad-dieħla!

16.04.2023 16
President Sezzjoni Kunsilliera PL MARIO FAVA

VOLUNTIERI TA’ KULL ETÀ MSEJĦIN

FIL-KAWŻA NOBBLI TA’ DR KLOWN!

Jekk għandek ħin u ħiliet x’taqsam ma’ ħaddieħor jew kapaċi tbissem lit-tfal, qed tistenniek avventura tal-akbar sodisfazzjon

L-organizzazzjoni volontarja Dr Klown, li tiddeverti lil tfal li jkunu għal kura fl-Isptar Mater Dei, iċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo u fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, ħabbret kampanja biex tingaġġa iżjed voluntieri f’din il-missjoni nobbli tagħha.

Fi stqarrija, li nħarġet fl-aħħar jiem, ingħad hekk: “Il-familja ta’ Dr Klown se tikber minħabba li bħalissa qegħdin infittxu nies ġodda, minn kull qasam tas-soċjetà, żgħażagħ, adulti u pensjonanti li huma mħajrin jieħdu t-taħriġ neċessarju biex ’il quddiem isiru Klown Doctors. Il-qasam tal-volontarjat m’għandux limitu ta’ età u jekk inti għandek minn 18-il sena ’l fuq, se tkun milqugħ b’dirgħajn miftuħin! Fil-volontarjat hu neċessarju li wieħed ikollu xewqa li jagħti kontribut u li jkollu impenn li jgħin. Kemm jekk żgħir jew kbir fletà, inti se ġġib miegħek hena kbira permezz tal-ħiliet tiegħek u tal-għerf mill-esperjenzi talħajja li għaddejt minnhom.”

Dr Klown ilha mwaqqfa mill2011 u l-voluntieri tagħha jżuru lit-tfal fis-sodod tal-isptarijiet waqt li dawn ikunu qed jirċievu xi tip ta’ trattament għall-fejqan tagħhom. It-tfal, l-istaff mediku u l-qraba jkunu kollha mħeġġin biex jipparteċipaw mal-ferħ li jġibu magħhom il-Klown Doctors tagħna, dejjem jekk ikunu jixtiequ.

Hu għalhekk li l-organizzazzjoni jkollha bżonn ta’ voluntieri li jorganizzaw dawn iż-żjarat biex jitwassal tbissim u jittaffa xi ftit mill-uġigħ lil dawn iċ-ċkejknin billi fil-wards tittieħed doża doppja ta’ divertiment u daħk.

Fi kliem wieħed mill-Klown Doctors, Dr Buttons, jinsab konvint li wara għaxar snin esperjenza “din ma kienet xejn ħlief esperjenza imprezzabbli”.

Hu kien beda mad-Dr Klown fl-età ta’ 63 sena u għalkemm fil-bidu sab ħafna kuraġġ mill-qraba tiegħu biex jissieħeb bħala voluntier, ma kienx

jara lilu nnifsu f’dan ir-rwol minħabba li jqis lilu nnifsu bħala individwu riservat, iżda bil-kapaċità li jimprovizza skont iċ-ċirkostanzi, ħarġet waħda mill-aqwa ħiliet li wieħed jista’ jkollu wkoll voluntier f’ward ta’ sptar mat-tfal.

Hu jħoss li lil hinn mill-età, hemm tifel ċkejken f’kull wieħed minna. “Li tbiddel il-burdata fil-ward ta’ sptar u tara u tmiss b’idejk id-daħka fuq wiċċ tifel muġugħ, flimkien mal-ferħ tal-ġenituri, hu l-aqwa rigal tal-isforz u l-impenn ta’ kull Klown Doctor.”

Hu jisħaq li, ma’ kull sessjoni ta’ divertiment, tiżdied aktar id-determinazzjoni u l-impenn tiegħu għas-sessjoni li jmiss mal-pazjenti ċkejknin fl-isptarijiet, waqt li jammetti li l-livell ta’ enerġija tiegħu u ta’ sħabu f’kull sessjoni jkun inkredibbli f’sessjonijiet li jirrikjedu sforz u impenn fiżiku u mentali “Imma li tkun Klown Doctor hi esperjenza li tagħtik sodisfazzjon minn kull aspett,” insista Dr Buttons.

“Hu meħtieġ li wieħed iżomm f’moħħu li l-iskop prinċipali ta’ volontarjat ma’ Dr Klown hu dak li jagħmlu l-ħajja aħjar anke jekk għal ħin qasir. Li ttaffi l-uġigħ u taljena lill-pazjent minn sitwazzjoni diffiċli u ta’ mrar jagħti sens u tifsira għal liema raġuni teżisti Dr Klown. Il-Klown Doctors tagħna jemmnu u jħaddnu sens ta’ passjoni, altru

wiżmu u empatija,” tenniet l-organizzazzjoni. Dawk kollha interessati huma mistiedna għar-reklutaġġ ta’ Dr Klown nhar is-Sibt 29 ta’ April fid-9:00 a.m. fil-Lukanda Malta Marriott & Spa Hotel f’San Ġiljan. Waqt din il-laqgħa l-parteċipanti jiġu evalwati fuq bażi ta’ person

alità u ta’ kapaċità artistika, fost l-oħrajn. Qabel dakinhar, hu importanti li persuni interessati jirreġistraw għal-laqgħa billi jimlew l-applikazzjoni online, li tinstab fis-sezzjoni tal-kuntatt fis-sit elettroniku ta’ Dr Klown (www.drklown.org) sa nhar il-Ħadd li ġej.

16.04.2023 17
Iieħeb www.partitlaburista.org 5160 2034 - €10 SMS fuq 50619275 - €11.65 (Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna) mal-Partit Laburista
-
-

KURŻITAJIET TA’ ŻMIEN L-ORDNI

Kull era tħalli warajha ċerti ħwejjeġ li maż-żmien joħolqu kurżità. U aħna bħala Maltin, li bqajna nħarsu lejn l-Ordni ta’ San Ġwann bħala katalista għalina, bilfors niltaqgħu ma’ qagħdiet jew okkażjonijiet li nibbtu kurżità. Nafu li qabel il-wasla tal-Ordni, pajjiżna kien art għerja, bla ebda riżorsa, apparti x-xemx u l-baħar. Għalhekk tul il-ħakma tagħha f’pajjiżna għal 268 sena, bla dubju ta’ xejn ħalliet ċerti kurżitajiet. Dawn se nittrattahom ma’ ANTOINE BONELLO, studjuż fuq l-istorja tal-Ordni f’pajjiżna.

Minn CHARLES B. SPITERI

Il-lupu u l-kolonna

Fl-1582 Hughes Loubenx de la Verdalle laħaq Gran Mastru wara La Cassier. Verdalle kien bniedem pjuttost kwiet u mhux kattiv. Hu għamel mill-aħjar li seta’ biex iżomm l-armonija fl-Ordni, fejn l-għadu tagħha dejjem kien fiha stess.

Terġa’ l-Ordni iżjed iġġieldet ġlied intern u ta’ piki fi żmien ta’ paċi, milli fi żmien ta’ gwerra. Fil-fatt, fi żmien ta’ gwerra, l-Ordni kienet tingħaqad u tissaħħaħ.

Darba fost l-oħrajn, il-Gran Mastru Verdalle talab lill-Papa jintervjeni fil-kwistjonijiet interni li kellu f’pajjiżna. Nafu li l-Papa kellu rispett kbir lejn dan il-Gran Mastru; tant li fl-1587 għamlu Kardinal, bit-tama li dik id-dinjità ġdida tiksiblu aktar ġieħ u rispett mill-Kavallieri li ma kinux kuntenti bil-ħatra tiegħu.

Iżda l-ħatra ta’ Kardinal ma ntgħoġbitx minn ċertu ċirku ta’ nies f’Ruma, fosthom mill-Kardinal Ascanio Colonna. Dan il-Kardinal kien responsabbli mill-ikla li kienet issir lill-Kardinali l-ġodda, liema ikla kienet issir fid-dar tiegħu.

Insibu li Verdalle ma kellux il-merħba li stenna mill-Kar-

dinal Ascanio, għax dan wasal biex umiljah pubblikament waqt l-ikla. Hu kien qabad ferħ ta’ lupu u żammu b’katina taħt saqajh tul l-ikla kollha.

Għaliex għamel dan il-ġest?

Irridu nkunu nafu li fl-araldika tal-familja Verdalle, hemm lupu. U biex il-Kardinal juri lill-Gran Mastru li hu kien aqwa minnu, qabad dak ilferħ ta’ lupu u qiegħed saqajh fuqu.

Il-Gran Mastru baqa’ sieket waqt l-ikla, iżda malajr ħaseb x’kellu jagħmel. U kkumbatta dak is-sarkażmu b’sarkażmu ieħor. X’għamel? Meta wasal Malta, ħallas biex tinbena kolonna twila quddiem il-Palazz, fil-Belt Valletta u fuqha qiegħed statwa ta’ lupu.

Il-messaġġ li ried iwassal kien li l-kolonna (kunjom il-Kardinal Ascanio) qiegħda taħt il-lupu. Jiġifieri li f’Ruma seta’ jagħmel li għamel, iżda f’Malta jikkmanda Verdalle. Il-messaġġ wasal. U bnieha b’riżultat ta’ dik l-offiża, li Verdalle tant kien ħadha bis-serjetà li saħansitra ħalla

l-flus biex wara mewtu tibqa’ tinżamm u tkun restawrata għal żmien twil.

Tromba fuq Malta

dik li bdiet bħala tromba fuq il-baħar, kompliet tikber u żviluppat f’uragan, f’perjodu qasir ta’ żmien. Dan l-uragan kellu effetti kbar fil-Port il-Kbir. Tant hu hekk li erba’ galjuni tal-Ordni: is-Santa Fe, is-San Mikiel, is-San Filippu u s-San Claudio, inqalbu ta’ taħt fuq, u mill-inqas ħallew 600 ruħ mejta. Fi ftit minuti, il-flotta tal-Ordni żvintat. Insibu kitba li tgħid li l-Port il-Kbir kien mimli b’biċċiet tal-injam, arbli tax-xwieni u nies mejta.

Din it-telfa tant kienet kbira li t-teżorerija tal-Ordni ma kinitx f’qagħda li terġa’ tibni l-bastimenti. Iżda biex jagħti l-eżempju, il-Gran Mastru de la Sengle, ikkummissjona galera f’Messina u ħallasha minn butu. Dan il-ġest kien imitat mill-Kavallier de Brock, il-Prijur ta’ San Gives, li kkummissjona u ta lill-Ordni galjun kbir. Warajh, il-Kavallier Francois de Lorena, Prijur ta’ Franza, ippreżenta wkoll żewġ galjuni u l-Prinċep Philip it-Tieni ta’ Spanja wkoll ta żewġ galjuni lill-Ordni.

Però l-istorja ma ntemmitx hemm. F’dik l-istess sena, Dragut ġie Malta b’seba’ galjuni; invada l-kampanja u ħa numru ta’ lsiera miegħu. B’xorti tajba, forza ta’ mad

war 300 Kavallier, immexxija mill-Kavallier Louis de Lastic, irnexxielha tħarbat dan l-attakk u toqtol ħafna mill-Misilmin u ħarrbu u salvaw lillMaltin li kienu nqabdu.

F’din l-okkażjoni, Dragut irnexxielu jaħrab. Kieku nqabad, jaf kienet titbiddel l-istorja tiegħu.

Sfortunatament, fl-1557 ħames galeri mill-flotta li kienet regalata lill-Ordni, taħt il-Kavallier Francois de Lorena ltaqgħu ma’ forza Musulmana ftit ’il barra mill-kosta ta’ Rodi u sofrew tkissir estensiv. Dak li kien fadal minn dik il-flotta wasal f’Malta fis-17 ta’ Ġunju tal-istess sena u l-Gran Mastru de La Sengle tant ħadha bi kbira, li kif insibu, saħħtu marret ilbaħar u miet ftit wara.

Il-mewt ta’ Dragut

Din il-mewt hi ċirkundata b’misteru, għax min jgħid li miet f’jum u min jgħid f’jum ieħor. Min jgħid li miet kawża ta’ ħaġa u min jgħid li miet b’kawża oħra. Allura l-verità ma jafha ħadd, għax mewtu kienet insatret. Dan ġara għax Dragut kellu ċerta fama u importanza waqt l-assedju, u meta kien imut xi ġeneral importanti ovvjament kienu

jinħolqu ċerti riperkussjonijiet. Fosthom tkun iddemoralizzata l-armata. Meta miet, li naħsbu li miet tal-kolp, ittieħed f’tinda fejn qalu li nżamm għall-kura. Ingħatat l-aħbar ta’ mewtu nofs siegħa wara li t-Torok kienu qabdu l-fortizza ta’ Sant’Elena. Dan biex l-attakki fuq il-fortizza jkomplu.

X’ġara fir-realtà? Hemm ħafna teoriji li jqanqlu dibattiti, iżda ħafna jgħidu li jew kien tir sparat mill-Forti Sant’Iermu, jew miet kawża ta’ friendly fire, jiġifieri minnaħa tal-Musulmani nfushom, u oħrajn li jsemmu raġunijiet oħra.

Fir-realtà jekk nieħdu lil Francesco Balbi ta’ Correggio, dan jgħid li t-Torok kienu ħaffru trinek u Dragut kien qed iħares lejn il-Forti Sant’Iermu u nnota li l-kanuni kienu qed jisparaw għoli ħafna mid-direzzjoni ta’ fejn riedhom jikkonċentraw l-isparar. U ta ordni biex ibaxxu l-mira. Reġgħu bdew jisparaw u ra li xorta kienu għadhom fil-għoli. Tahom struzzjonijiet biex ibaxxu aktar. Din id-darba wieħed mill-kanuni kien qed jimmira fil-baxx wisq, spara fejn kien hemm Dragut u ġebla li kien hemm maġenbu taret u laqtitu fuq rasu. Hawn

16.04.2023 18
Fit-23 ta’ Settembru tal-1555,
-

min jgħid li laqtitu fuq nagħsu, iżda nsibu li rasu kienet miftuħa ktieb.

Verżjoni oħra interessanti kienet ta’ storiku Tork, Gelieolulu Mustafa Ali. Dan fl1591 kiteb li Dragut la miet għax sparawlu mill-fortizza u lanqas kif qal Balbi, bi sparatura ta’ kanun. Hu qal li Dragut miet flimkien mal-Kmandant tal-Artillerija Soli Agra u l-mewta kienet aċċidentali minħabba tiswija mhux adatta fuq kanun. Jgħid li l-mewt ta’ Dragut kienet istantanja u nsatret għal ftit jiem; mit18 sat-23 ta’ Ġunju, biex ma jiddemoralizzawx lis-suldati fil-kisba tagħhom ta’ Sant’Iermu.

L-ewwel ġebla

tal-Belt Valletta

Ħafna huma tal-fehma li l-ewwel ġebla tal-Belt Valletta mqiegħda mill-Gran Mastru de Valette kienet fejn hemm il-knisja tal-Vitorja. Il-verità hi, li minn dak li sibna miktub, l-ewwel ġebla tpoġġiet fit-28 ta’ Marzu tal-1560, taħt St John’s Bulwark. Taħtha tqiegħdu wkoll medalji tad-deheb u tal-fidda bil-kitba “Melita Reborn”. Il-ġebla tat-tifkira twaħħlet b’taħlita ta’ trab tal-franka u ramel mill-Gran Mastru de Valette.

Dan kollu jagħmel sens, għax jekk naraw l-ewwel pjanti tal-belt, l-ewwel ma bdew jinbnew ma kinux il-knejjes u d-djar iżda s-swar. Il-bini talbereġ, tad-djar u l-Katidral saru wara. Is-St John’s Bulwark jinsab fejn il-lum hemm

il-Ġnien ta Hastings, viċin Putirjal. Illum għadna nsibu

viċin il-bini tal-Kavallier ta’ San Ġakbu u tal-Kavallier ta’ San Ġwann u barra Putirjal, (illum midfunin) żewġ Kavallieri oħra, wieħed fejn hemm il-grawnd tal-futbol u ieħor fejn hemm it-terminus talkarozzi tal-linja.

“Dan kollu jindika li l-ewwel ġebla ma kinitx il-knisja

tal-Vitorja jew l-inħawi iżda parti mis-sur.”

Ras il-Beatu Ġerardu

Il-kranju tal-Beatu Ġerardu, fundatur tal-Ordni ta’ San Ġwann, jinsab Malta, fil-monasteru tas-sorijiet tal-klawsura ta’ Sant’Ursola. Din ir-ras kienet ġiet minn Franza.

L-Ordni ma twaqqafx ta’ malajr, iżda żviluppa skont l-esiġenzi taż-żminijiet. Hu kien ingħaqad mal-Ordni Benedittina meta kiber. F’madwar l-1080 mar Ġerusalemm fejn serva fl-Abbazija ta’ Santa Marija tal-Latini. Hemmhekk raw il-ħiliet tiegħu u ħatruh responsabbli mill-isptar ta’ San Ġwann. Hu u oħrajn baqgħu jieħdu ħsieb lill-morda u lill-fqar sal-1199, meta l-Kristjani tkeċċew mill-Belt.

Maż-żmien meta ġie ffurmat ir-renju ta’ Ġerusalemm, l-isptar beda jiffunzjona aħjar milli taħt il-Musulmani. Ħafna nobbli kkontribwew għallisptar, li kien important ferm. Irridu nifhmu wkoll li dak iżżmien, fejqan ma tantx kien hemm, għax ma kienx hemm mediċini, iżda kienu jdewwu lil dak li jkun kif setgħu u jgħinuh jgħaddi għal ħajja oħra.

Fil-fatt, u din baqgħet sa tard fl-Ordni, min jidħol fi sptar mhux jaraw x’għandu, iżda l-ewwel prijorità kienet li jqerr, jitqarben u jikteb ilwirt. Għall-isptarijiet kollha ta’ dak iż-żmien l-importanza ma kinitx li jsalvaw in-nies mill-mard, iżda li jsalvaw ruħ dak li jkun. Jiġifieri l-pazjent daħal, qerr, tqarben u għamel it-testment. U jdewwuh kif jistgħu wara.

Interessanti li għalkemm

aħna nsibuha bħala l-Ordni ta’ San Ġwann il-Battista, oriġinarjament dan l-isptar li kien jopera minnu l-Beatu Ġerardu, ma kienx imsemmi għal dan il-qaddis, iżda għal

Ġwann

ieħor The Alms Giver, qaddis tas-seklu 7. L-isptar kien jinsab maġenb monasteru dedikat lil San Ġwann il-Battista u probabbilment maż-żmien kien iktar faċli għan-nies li jssemmu dan il-monasteru biex jindikaw eżatt lill-pellegrini fejn kien jinsab u b’hekk sar magħruf bħala l-isptar ta’ San Ġwann il-Battista.

Meta l-Beatu Ġerardu waqqaf l-ordni adotta regoli mill-kodiċi ta’ San Benedittu u Santu Wistin. Dan biex imexxi l-isptar aħjar u b’dixxiplina.

L-Ordni ma kienx twaqqaf b’xi pjan strateġiku u għall-bidu ħadd ma ta kasu, iżda mażżmien l-esiġenzi nbidlu u ġiet riorganizzata biex tħares iktar lill-morda u lill-foqra.

Għax meta kienu jagħmlu pellegrinaġġ, kienu jdumu sitt xhur sejrin u forsi 25% biss kienu jaslu jwettquh, għax jew joqtluhom il-furbani biex jisirquhom, jew jimirdu, jew imutu huma u jirritornaw lejn pajjiżhom. Il-bżonn għal esiġenza militari kiber u għalhekk l-Ordni ftit wara bdiet tħaddem merċenarji biex jieħdu ħsieb lill-istess sptar, biex ma jkunx attakkat jew misruq. Is-serq kien jikkonsisti fl-ikel, xi forma ta’ mediċina u utensili tal-fidda. Fil-bidu, kien hemm regoli fejn il-membri tal-Ordni ta’ San Ġwann lanqas setgħu jaqbdu armi b’idejhom.

Ġara iżda li l-Ordni bdi-

et tikber, in-nies tas-sigurtà saru suldati u mbagħad l-istess armata li dejjem bdiet tikber għas-sigurtà, ingħatat ċerta dixxiplina u pożizzjonijiet. Aktar tard kienu ffurmati l-Kavallieri, il-kmandanti, il-Balliji, eċċ., li ffurmaw ġerarkija, u l-istess membri tal-Ordni bdew jiffurmaw parti minnha. Issa, l-Beatu San Ġerardu jaħsbu li miet bejn l-1118 u l-1121. Ġismu kien priservat għal ċertu żmien u żammewh fil-monasteru ta’ Ġerusalemm. Wara ttieħed f’Acre u meta din waqgħet f’idejn il-Musulmani, ittieħed fil-pajjiżi Ewropej. Il-katavru poġġewh f’kaxxa tal-fidda f’kappella fi Provenza u l-kranju nġieb Malta fl-1749. Fir-Rivoluzzjoni Franċiża sar diżastru u l-fdal tiegħu tferrxu ma’ kullimkien.

Il-famuża ‘Wiċċ Laskri’

L-użu tal-maskri fil-karnival kienet ħaġa normali. Kienu żminijiet li kien hemm nuqqas ta’ dixxiplina. F’Marzu 1639, il-Gran Mastru Paolo Lascaris ipprojbixxa lin-nisa milli jilbsu l-maskra u jipparteċipaw fil-ballijiet organizzati mill-Kavallieri fil-bereġ tagħhom. Il-penali kienet swat bil-frosta fil-pubbliku. Il-Kavallieri waħħlu fil-Ġiżwiti għal dawn il-projbizzjonijiet u tant qam inkwiet li l-Ġiżwiti kellhom jitkeċċew minn Malta.

L-idjoma Maltija ‘Wiċċ

Laskri’ bdiet tintuża għal bniedem imdejjaq u bin-nervi. Lascaris ma kienx kattiv. Kien bniedem monastiku li għall-Kavallieri kien antikwat. Hu pprova jdaħħal id-dixxiplina fl-Ordni li fis-seklu 17 illaxkxat. Tant hu hekk li sa minn dak iż-żmien daħlet il-kelma “zoccola” li għadha tintuża fit-Taljan.

Il-prostituzzjoni kienet enormi f’Malta u l-aktar klijenti tal-prostituti kienu l-istess Kavallieri li tnisslu min-nobbiltà u kellhom ilflus. Ma kinux se jmorru ma’ nisa tat-triq. Għalhekk biex jiġbdu l-attenzjoni tal-Kavallieri, il-prostituti kienu jilbsu sabiħ u dak iż-żmien kien hemm ċertu vestwarju li riedu jilbsu, biex jingħarfu li kienu zoccole. Għax bniedem kellu d-dritt ikun jaf bin-nisa ta’ dak ix-xogħol. U l-ewwel takkuna li kienet tinsab, kienet f’dawk iż-żraben tal-injam Olandiżi. Minn hemm ġejja l-kelma zoccola għax tixbah lid-difer tażżwiemel.

F’xi żmien, dawn in-nisa tkeċċew ukoll; l-ewwel mill-Belt Valletta u wara ntbagħtu lejn Sqallija. Wara li f’Malta kienu draw imorru mal-Kavallieri, sabuha faċli jisseduċu lill-gvernaturi u d-dinjitarji Sqallin u bdew jintegraw mas-soċjetà għolja. Kien minn hemm li ħareġ it-terminu zoccole; minħabba l-ilbies ta’ din it-takkuna biex jidhru itwal u b’patatthom fil-għoli.

16.04.2023 19

NINVESTU FIL-WIRT ARTISTIKU

Nofs

miljun ewro dedikati għall-festi Maltin

Ix-xahar ta’ Marzu ġab miegħu t-tnedija ta’ tliet fondi relatati mal-wirt artistiku lokali. Il-Kunsill Malti għall-Arti, fost l-€4.2 miljun li qiegħed joffri fi skemi u inizjattivi għas-sena 2023, għandu madwar €500,000 minnhom dedikati għall-wirt artistiku.

Dawn l-iskemi ta’ finanzjament għall-wirt artistiku huma tlieta: il-Fond għal Aktar Saħħa u Sikurezza filKmamar tan-Nar, l-Iskema ta’ Finanzjament Artistiku għall-Għaqdiet tal-Armar tal-Festi, u l-Iskema Ngħinu Finanzjarjament lis-Soċjetajiet tal-Banda, huma mmaniġġjati mill-Kunsill Malti għall-Arti, bl-aħħar waħda mmexxija b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.

Dawn l-iskemi jimxu id f’id mal-viżjoni tal-Istrateġija2025 tal-Kunsill Malti għall-Arti, li hi li jkun hemm l-arti fil-qalba tal-futur ta’ pajjiżna. Apparti minn hekk, qed ikunu ta’ kontribut siewi biex jitkompla l-investiment u t-trawwim tal-espressjoni artistika u kulturali diversa biex inkomplu nsaħħu

l-ekoloġija kulturali u kreattiva ta’ pajjiżna, kif ukoll biex inkomplu nsaħħu d-dritt għall-kultura.

Kulħadd għandu dritt għall-kultura, kemm biex jesperjenzaha, kif ukoll bħala artist li joħloq l-arti. Kollha kemm aħna għandna d-drittijiet kulturali tagħna. Dawn jiggarantulna d-dritt li nipparteċipaw u ngawdu l-benefiċċji li joffrulna l-kultura u x-xjenza, u kif

ukoll jiffaċilitawlna t-tiftix għall-għarfien u l-kreattività umana.

Dawn l-iskemi jiffurmaw parti essenzjali mid-dritt għall-kultura, għaliex qegħdin jindirizzaw is-sikurezza meħtieġa biex isir il-logħob tan-nar, li wieħed juri ħiltu fl-armar għall-festa parrokkjali, u li wieħed jagħti sehmu fl-attivitajiet imnedija mill-banda, li taqsam dak li taf mas-soċji tal-organiz-

zazzjonijiet kulturali tal-lokalità tiegħek.

Il-Gvern qiegħed jaqdi dmiru biex dan id-dritt kulturali jingħata, mhux biss għal min qed joħloq permezz ta’ dawn il-fondi, imma wkoll lil dawk li se jkunu qegħdin japprezzaw u jgawduhom.

Għaldaqstant, l-Istrateġija2025 hija mibnija fuq iddritt għall-kultura, hekk kif din hi prinċipju gwida għall-Istrateġija. Il-Kunsill

Kulħadd għandu dritt għall-kultura, kemm biex jesperjenzaha, kif ukoll bħala artist li joħloq l-arti. Kollha kemm aħna għandna d-drittijiet kulturali tagħna. Dawn jiggarantulna d-dritt li nipparteċipaw u ngawdu l-benefiċċji li joffrulna l-kultura u x-xjenza, kif ukoll jiffaċilitawlna t-tiftix għall-għarfien u l-kreattività umana

ħadem biex jiġbor l-evidenza meħtieġa matul is-snin, sabiex din tirrifletti wkoll ilbidliet li saru fil-politika kulturali Ewropea u internazzjonali.

L-evidenza kompliet tikkonferma r-rilevanza tad-drittijiet kulturali “fil-kuntest tal-isfidi kurrenti li qiegħda taffaċċja s-soċjetà,” u permezz ta’ dan il-Kunsill Malti għall-Arti qed jiffoka fuq “ir-rabtiet bejn l-ekoloġija kreattiva u kulturali, u l-bqija tas-soċjetà.”

Dan kollu jwassal ukoll biex insaħħu s-sens komunitarju u r-rwol tal-volontarjat fil-qasam artistiku u kulturali ta’ pajjiżna, u permezz ta’ dawn l-inizjattivi qegħdin noffru pjattaforma soda biex dawn it-tliet fergħat essenzjali fil-kultura Maltija jkomplu jiġu indirizzati.

L-Iskema Ngħinu Finanzjarjament lis-Soċjetajiet tal-Banda ġiet imnedija fl-2018 u hi mmaniġġjata f’kollaborazzjoni mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. Din hija l-ħames edizzjoni ta’ dan ilfond, b’total ta’ €160,000 disponibbli għall-2023. Dan se jipprovdi massimu ta’ €6,750

16.04.2023 20
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

għal organizzazzjonijiet volontarji li japplikaw taħt Kategorija A u €10,800 għal organizzazzjonijiet volontarji li japplikaw taħt Kategorija B.

Dan il-fond jimmira biex jappoġġja numru ta’ inizjattivi proposti mill-każini tal-banda, speċjalment peress li dawn għandhom irwol vitali fil-komunitajiet u jservu bħala wieħed mill-punti ta’ dħul primarji għad-dinja tal-arti. Is-sejħa hi preżentament miftuħa, bid-data ta’ skadenza tkun dik tal-4 ta’ Mejju 2023, sa nofsinhar.

Fl-2018 saret ukoll it-tnedija tal-Fond għal Aktar Saħħa u Sikurezza fil-Kmamar tanNar, li jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-kmamar tan-nar li joperaw fuq bażi volontarja, b’ħafna pirotekniċi ta’ kull età jaħdmu sigħat sħaħ għall-festi tradizzjonali tant maħbuba tagħna. L-għan ta’ dan il-fond hu li jiffaċilita l-investiment sabiex tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura ta’ dawn il-kmamar tan-nar sabiex il-voluntiera jkunu jistgħu jaħdmu f’ambjent aktar sigur.

Is-sitt edizzjoni ta’ dan ilfond għandha allokazzjoni ta’ €170,000 u se tipprovdi ammont massimu ta’ €5,000 lill-kmamar tan-nar li japplikaw. Ir-riżultati ta’ din l-iskema se jiġu ppubblikati fil-25 ta’ April 2023.

u jipprovdi sa massimu ta’ €10,000 għal kull proġett li jiġi ffinanzjat. Dan u aktar, huwa parti mill-ħidma li ssir mill-Kunsill Malti għall-Arti, fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Naz16.04.2023 21

ma ta’ Finanzjament Artistiku għall-Għaqdiet tal-Armar tal-Festi. Imnedija fl-2020, l-iskema tirrikonoxxi l-importanza tal-assoċjazzjonijiet tat-tiżjin tal-festi, assoċjazzjonijiet kulturali,

u assoċjazzjonijiet soċjali li jaħdmu b’mod volontarju biex iħaddnu, jipproteġu, u jsaħħu t-tradizzjonijiet kulturali ta’ pajjiżna. Għal din ir-raba’ edizzjoni, il-fond se jkollu baġit ta’ €140,000

zjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Għal aktar informazzjoni fuq l-Istrateġija2025, l-iskemi ta’ fondi u x-xogħol tal-Kunsill Malti għall-Arti, wieħed mistieden iżur www. artscouncil.mt.

L-aktar skema riċenti fir-rigward tal-wirt artistiku hija dik tal-Iske -

CARMEN GUSMAN KITBET KTIEB DWAR L-AĦĦAR

MUMENTI TA’ ENZO GUSMAN

Dan l-aħħar sirt naf li hawn il-mara tal-mibki kantant

Enzo Gusman hawn Malta mill-Kanada, u peress li kont naf li kienet għadha kif ippubblikat ktieb dwar l-aħħar mumenti t’Enzo stess, ħadt l-opportunità kkuntattjajtha u ltqajt magħha sabiex din l-intervista saret possibbli. Qed nirreferi għal Carmen Gusman.

Iltqajt magħha Buġibba, u nistqarr li mal-ewwel ħassejtni komda magħha, daqslikieku ilna nafu lil xulxin mitt sena.

Personalment qatt ma

ltqajt ma’ Enzo wiċċ imb wiċċ, iżda peress li huwa Slimiż mis-Sacro Cuor, ta’ kull sena kont insegwih ikanta l-innu fuq iz-zuntier tal-knisja, millkażin ta’ faċċata waqt il-ħruġ tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Festa li hija għal qalbi ħafna, apparti li jiena mgħammda fl-istess parroċċa, minn tarbija l-ġenituri tiegħi kienu jeħduni flimkien m’oħti għal din il-festa wisq għażiża għal missieri li kien ukoll minn din l-istess parroċċa.

Dan l-aħħar Enzo flimkien ma’ martu Carmen u wliedhom kienu qed jgħixu l-Kanada. Fil-fatt, miet u ndifen il-Kanada stess ukoll.

Iżda kif qaltli Carmen, xorta kien baqa’ viċin Malta u l-Maltin. “Kien baqa’ xorta jsegwi l-aħbarijiet ta’ Malta mill-Kanada, u anke kien baqa’ għaddej bil-programmi tiegħu jirrekordja mid-dar stess.”

Illum il-ġurnata, Carmen ta’ spiss tmur ħdejh

fuq il-qabar għax iċ-ċimiterju mhux bogħod wisq minn fejn toqgħod. Tħossha viċin tiegħu, daqslikieku għadu hawn u kultant lanqas tkun trid temmen li verament m’għadux f’din id-dinja. Carmen inkarigat ruħha tikteb u tippubblika ktieb dwar l-aħħar mumenti li għex Enzo Gusman proprju mit-28 ta’ Lulju 2020 sas-17 ta’ Diċembru 2021 u l-ktieb semmietu Id-Djarju ta’ Enzo, maħruġ minn Klabb Kotba Maltin.

“Ħassejt li din hi xi ħaġa li kelli nagħmel, jiġifieri nispjega x’ġara, kif ġara u l-konsegwenzi u d-diffikultajiet li kellna ngħaddu minnhom flimkien, bħala familja. Żammejna kollox fil-privat kemm stajna, għax ma xtaqniex li d-diżgrazzja ta’ Enzo tiġi sensazzjonalizzata. Issa li għadda kollox, inħoss li kieku Enzo kien għadu magħna, kien jieħu gost jaqsam din l-esperjenza li għadda minnha, mal-ħbieb u

Ħassejt li din hi xi ħaġa li kelli nagħmel, jiġifieri nispjega x’ġara, kif ġara u l-konsegwenzi u d-diffikultajiet li kellna ngħaddu minnhom flimkien, bħala familja. Żammejna kollox fil-privat kemm stajna, għax ma xtaqniex li d-diżgrazzja ta’ Enzo tiġi sensazzjonalizzata

mas-semmiegħa tiegħu, kif kien ta’ spiss iħobb jagħmel,” bdiet tgħidli Carmen dwar kif nibtet ix-xewqa li tikteb dan il-ktieb dwaru.

Fi kliem ieħor, kompliet tgħidli li xtaqet li tkun hija stess il-vuċi tiegħu, u tkompli bid-djarju tiegħu mit-28 ta’ Lulju 2020 – meta seħħ l-inċident, sas-17 ta’ Diċembru 2021, il-jum li ħalla din id-dinja. “B’hekk permezz talktieb dwaru u anke bil-bust tiegħu f’Tas Sliema, Enzo ser jibqa’ ħaj bihom it-tnejn.”

Ta’ min ngħidu li l-bust ta’ Enzo Gusman inħadem millħabib tiegħu Indri Attard. Dan il-bust tpoġġa f’The Imperial, Tas-Sliema, b’tifkira tiegħu.

Il-qligħ kollu tal-ktieb se jmur għal diversi istituzzjonijiet u kawżi ġusti f’Malta

Illum il-ġurnata permezz ta’ dan il-ktieb dwaru, tħoss li kompliet timxi fuq il-passi tiegħu u għalqet kapitlu dwaru, u b’hekk tħoss bħal serħan

16.04.2023 22
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

f’qalbha.

Damet tiktbu madwar sitt xhur, imbagħad kellha taqilbu bil-Malti u għalhekk ilproċess sakemm ħareġ ħa ftit aktar xhur. Ta’ min jgħid ukoll, li l-qligħ kollu tal-kotba mibjugħin, bil-prezz ta’ €20 għal kull ktieb, ser imur għal diversi istituzzjonijiet u kawżi ġusti f’Malta stess.

Ġralu eżatt bħal Christopher

Reeve li kien interpreta l-parti ta’ superman

Carmen stqarret miegħi li sfortunatament Enzo bl-aċċident li kellu, ġralu eżattament bħall-attur Christopher

Reeve li kien interpreta lil superman. It-tnejn li huma bl-aċċident spiċċaw kisru għonqhom u minn hemm ’il quddiem ħajjithom marret lura.

Carmen tiddeskrivi lil Enzo bħala bniedem li ma kienx hawn bħalu, innovattiv, perfezzjonist, kellu widna ma’ kulħadd, qalbu tajba u jħobb jgħin.

Kurżità ħelwa dwar Car-

SKEDA ONE

men hija li proprjament fi żmien żgħożitha kienet tkanta wkoll, pjuttost kienet tkanta qabel ma beda l-karriera tiegħu Enzo. “Kont waqaft u ħallejt lilu minfloki. Kien jibkili biex inkompli nkanta, imma kont ħassejt li kienu perjodu u fażi minn ħajti,” stqarret miegħi.

Waqt din l-intervista, Carmen preżentatli kopja tal-istess ktieb u stajt ninnota li l-istess ktieb jiżvela ritratti mill-aħħar mumenti personali ta’ Enzo waqt li kien rikoverat l-isptar.

Carmen tirringrazzja lillMaltin kollha, li minkejja li hija, Enzo u l-familja kollha tiegħu kienu eluf ta’ mili ’l bogħod minn Malta, xorta sabu s-sapport tal-Maltin kollu warajhom fiż-żmien ħażin li kienu għaddejjin minnu u anke wara mewtu.

Hija temmet din l-intervista miegħi billi ħeġġet lillMaltin jixtru l-ktieb dwaru u fl-istess ħin ikunu qed jgħinu diversi istituzzjoniji

08.11.2020 16.04.2023 23
et b’donazzjoni sħiħa meta jakkwistaw l-istess ktieb.
06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 Żona Sport 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Indhouse 11:10 Popcorn 11:40 Diskors tal-Prim Ministru 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:10 Sabiħa l-Ħajja 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Empowerment 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Liquorish 22:40 Pultruna 22:55 Reboot Podcast 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Mal-Moll 07:20 L-Interdett 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 Dak li Jgħodd 09:35 Natura Maltija 10:00 Aroma Kitchen 11:00 Popcorn 11:25 Empowerment 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:40 Brillanti 15:30 ONE News 15:35 F’idejna 16:05 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Edizzjoni speċjali ta’ l-Argument mill-Ħamrun 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Edizzjoni speċjali ta’ l-Argument mill-Ħamrun 22:30 Ieqaf 20 Minuta 22:50 Country Jamboree 23:30 ONE News 17-04 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Country Jamboree 07:35 Natura Maltija 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Aroma Kitchen 11:10 Empowerment 11:40 L-Interdett 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 F’idejna 15:45 Prime Time 16:10 Mal-Moll 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Investigaturi tal-Mużika 17:15 Pink Panther 17:55 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 Reboot Podcast 21:15 Pultruna 21:30 The Local Traveller 22:00 Il-Willy 23:00 Popcorn 23:30 ONE News 19-04 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:50 Prime Time 07:05 The Local Traveller 07:35 Natura Maltija 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Żona Sport 10:30 Attività Politika 11:25 What’s Cooking 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:40 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Liquorish 16:05 Mal-Moll 16:40 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 Insurrection 19:05 Pultruna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Diskors tal-Prim Ministru 20:50 Il-Willy 22:00 Madwar Mejda 23:30 ONE News 23-04 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Popcorn 07:30 Mal-Moll 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Flimkien ma Nancy 11:10 Ieqaf 20 Minuta 11:35 Reboot Podcast 12:10 Pultruna 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:15 The Local Traveller 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Sittin+ 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Natura Maltija 21:00 L-Interdett 21:50 Country Jamboree 22:25 Żona Sport 23:05 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News TLIETA 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Reboot 07:30 Empowerment 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Dak Li Jgħodd 11:10 Ieqaf 20 Minuta 11:30 Country Jamboree 12:05 Natura Maltija 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:15 Sittin+ 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Mal-Moll 21:00 Madwar Mejda 22:35 Ondroad 23:05 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Sittin+ 07:30 The Local Traveller 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Espressjoni 11:40 Pink Panther 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:10 Reboot Podcast 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Prime Time 20:30 Brillanti 23:15 Pultruna 23:30 ONE News 21-04 ĠIMGĦA 20-04 18-04 22-04

reċensjoni tal-ktieb

IL-BARBAĠANN FIX-XEWKIJA

Fl-1939, Dun Pascualino, qassis li jkun jaqdi dmirijietu fil-Vatikan, bħal berqa filbnazzi jiġi msejjaħ biex ifittex jitlaq mill-Italja u jmur lejn ilgżira ta’ Malta fuq missjoni importanti.

Vinċenza de Conte xebba Navarro, li tiġi omm Dun Pascualino, f’ħajjitha tgħaddi minn martirju u dan sempliċiment minħabba l-egoiżmu sfrenat ta’ individwu li qatt ma seta’ jaċċetta l-fatt li din il-mara qatt ma setgħet

tkun tiegħu. Raġel misterjuż li jipprova jassisti lil Vinċenza matul dan il-perjodu mudlam ma jdumx ma jirrealizza li d-destin tagħhom huwa wieħed kiefer għall-aħħar.

Il-ġrajja makabra tal-mewt ta’ ommu u l-esperjenzi varji li jgħaddi minnhom f’pajjiżna jġibu bejn ħaltejn lil Dun Pascualino jibqax liebes illibsa li biha jirrappreżenta lil Alla.

U min kien, u fiex jidħol ilBarbaġann f’dan kollu?

Mistoqsija: Fejn kien jaqdi dmirijietu Dun Pascualino?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-BARBAĠANN FIX-XEWKIJA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 23 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb MAD-DAQQ TAL-VJOLIN hija:

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

X’inhu t-tbassir tal-operatur tal-Valletta Cruise Port għal din is-sena?

Isem:

Numru tat-telefown:

Tweġiba:

Indirizz:

16.04.2023 24
03
K. CAMILLERI - MOSTA

IT-TIELET PARTI

F’Ġunju tal-1963, Brady mar jgħix ma’ Hindley għand nannitha f’Bannock Street. Fit-12 ta’ Lulju, Brady reġa’ qal lil Hindley li jrid iwettaq “il-qtil perfett”. Qalilha biex wara x-xogħol iddur it-toroq b’vann mikri filwaqt li hu jsuq warajha bil-mutur. Brady qal lil Hindley li kif jilmaħ vittma, hu jteptpilha bid-dawl tal-mutur bħala sinjal. Jidher li Brady lemaħ tifla u teptep id-dawl iżda Hindley baqgħet għaddejja għax għarfet lit-tifla, li kellha biss tmien snin u li kienet tgħix ħdejn ommha. Għall-ħabta tas-7.30 p.m., kif kienu għaddejjin minn Froxmer Street, Brady teptep id-dawl lil Hindley hekk kif ra lill-ewwel vittma, Pauline Reade ta’ 16-il sena. Reade kienet ħabiba ta’ Maureen, oħt Hindley.

Hindley waqfet tkellem lil Reade u din tal-aħħar qaltilha li kienet sejra ballu. Kien hawn li Hindley offritilha biex twassalha iżda qabel talbitha tmur magħha tfittex ingwanta għalja f’Saddleworth Moor. Reade aċċettat u marret magħha hemm iżda li ma kinitx taf li kien hemm Brady isuq warajhom bil-mutur. Kif waslu u Reade rat lil Brady, Hindley qaltilha li kien hemm biex jgħinhom ifittxu l-ingwanta. Hindley baqgħet fil-karozza filwaqt li Brady u Reade marru jfittxu l-ingwanta. Wara li għaddiet nofs siegħa, Brady irritorna waħdu u ħa lil Hindley tara lil Reade, li kienet qiegħda tmut mal-art.

Reade kellha għonqha mħanxar minn żewġ naħiet u kellha ħwejjiġha mqattgħin. Hindley staqsiet lil Brady jekk stuprahiex u t-tweġiba tiegħu kienet li “ovvjament” li għamel hekk. Hindley baqgħet ħdejn Reade sakemm Brady mar ifittex pala li kien ħeba filviċin. Sakemm Brady difen lil Reade, Hindley qagħdet tistennieh fil-vann. Skont Brady, Hindley ipparteċipat anke fl-istupru.

It-tieni vittma kien John Kilbride ta’ 12-il sena. Fit-23 ta’ Novembru, Kilbride kien f’Ashton-under-Lyne u l-koppja offrewlu li jwassluh id-dar u wegħduh ukoll li jagħtuh flixkun tax-xorb. Hekk kif daħal fil-Ford Anglia li kienet kriet Hindley, huma qalulu li jridu jmorru jixtru l-flixkun u wara jmorru jfittxu l-ingwanta li tilfet Hindley f’Saddleworth Moor. Hekk kif waslu, Brady mar ma’ Kilbride biex ifittxu l-ingwanta filwaqt li Hindley baqgħet fil-karozza. Brady abbuża sesswalment minn Kilbride u wara prova jħanxarlu għonqu. Hu spiċċa biex fgah b’lazz jew bi spaga. Bħal Reade, Kilbride ndifen fl-art xagħra ta’ Saddleworth Moor.

L-għejbien ta’ Kilbride wassal għal tfittxija minn elfejn voluntiera filwaqt li twaħħlu diversi avviżi biex jinstab. Minkejja dan kollu, ħadd ma kien jaf x’sar minn Kilbride ħlief Brady u

THE MOOR MURDERS

Perfett”

L-għejbien ta’ Kilbride wassal għal tfittxija minn elfejn voluntiera filwaqt li twaħħlu diversi avviżi biex jinstab. Minkejja dan kollu, ħadd ma kien jaf x’sar minn Kilbride ħlief Brady u Hindley

Hindley.

It-tielet vittma kien Keith Bennett ta’ 12-il sena. Fis-16 ta’ Ġunju tal-1964, Bennett kien miexi lejn id-dar ta’ nanntu f’Longsight. Hindley waqqfitu u qaltlu biex jgħinhom jgħabbu xi kaxxi fil-vann li kienet xtrat u wegħditu li wara twasslu għand nanntu. Hekk kif rikeb, huma qalulu li l-ewwel ħa jmorru lejn Saddleworth Moor biex

ifittxu l-ingwanta ta’ Hindley. Kif ġara fil-każijiet ta’ qabel, Brady mar ma’ Bennett ifittex l-ingwanta filwaqt li Hindley baqgħet fil-vann. Kif irritorna wara xi nofs siegħa b’pala f’idu, Hindley staqsietu x’kien għamel b’Bennett u Brady weġibha li stuprah u wara fgah bi spag.

L-ewwel suspettat tal-pulizija kien il-missier tar-rispett ta’ Bennett, Jim-

my Johnson. Il-pulziija fittxewlu fiddar u baqa’ s-suspettat ewlieni għal sentejn sħaħ.

Fl-1964, Hindley, nannitha u Brady ingħataw post f’16 Wardle Brook Avenue f’Hattersley, f’Cheshire. Hawnhekk, Hindley u Brady għamlu ħbieb ma’ Patricia Hodges, tifla ta’ 11-il sena. Din kienet tgħinhom imorru jiġbru xi ħamrija minn Saddleworth Moor iżda qatt ma weġġgħuha għax kienet toqgħod ftit bibien ’il fuq minnhom.

Fis-26 ta’ Diċembru tal-1964, Hindley ħalliet lil nannintha għand qariba u ma ħallithiex tmur magħha lura d-dar. F’din l-istess ġurnata, Lesley

Ann Downey ta’ għaxar snin, għosfrot mill-funfair li saret f’Ancoats. Minkejja t-tfittxija li saret għaliha, Downey ma nsabitx. L-għada mill-għejbien ta’ Downey, Hindley ħalliet lil nannitha tirritorna d-dar.

16.04.2023 25
TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
“Il-Qtil
L-ewwel vittma Pauline Reade It-tielet vittma Keith Bennett It-tieni vittma John Kilbride Ir-raba’ vittma Lesley Ann Downey

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

16.04.2023 26
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Isem:

Indirizz:

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

S. ZAMMIT - RAĦAL ĠDID

TISLIBA 482

MIMDUDIN:

1. Kompli l-qawl: ......... kulħadd u ħabib ħadd (5)

4. Suppost iżomm l-ilma tax-xita fih (4)

WEQFIN:

7. Ara 6 9,11. Tkun fis-siġar u l-pjanti (5)

10. Piż (6)

12. Maqdar (6)

16. Kunjom (3)

18. Missier (2)

8. Kokka (9)

1. Deffes fil-ħamrija (6)

2,3. Nefaq (6)

3. Ara 2

5. Mhux jien (3)

6,7. Fera (5)

11. Ara 9

12,22. Tikteb fuqha (5)

13,21W Itella’ l-ilma minnha (6)

14. Rassejna ma’

19. Riċipetto (3)

20. Ikun fiha ħafna minn 9,11 (5)

21. Widna Ingliża

xulxin (6)

15. Jagħtuha lit-trabi (6)

17. Fl-affermattiv (3)

21. Ara 13

22. Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

MIMDUDIN: 1.Waħda, 4.Mera, 7,11.Lsir, 9.Dab, 10.Lagana, 12.Frotta, 18,23. Nwadar, 20.Jeans, 21. Bla, 24.Uqija

WEQFIN: 1.Waddab, 2,16.Ħabbar, 3,5.Allega, 6,19.Alaska, 8.Santwarju, 12,22. Frata, 13.One, 14.Assisi, 15.Xadina, 17.All, 21.Bra

16.04.2023 27
(3) 23. Għarbi bl-Ingliż (4)
B’4 NUMRI 0028 0164 0222 0611 1098 1223 1442 1678 1782 1912 2033 2284 2882 2901 3591 4223 4284 4286 4382 4427 4694 4976 6257 7446 7495 7932 8396 8645 8722 8772 9117 9222 9240 9521 B’5 NUMRI 00815 10226 17885 19088 20770 22293 22780 28225 29972 34188 36469 39023 47212 55818 56402 56992 62368 67176 82009 87766 90523 92627 B’6 NUMRI 036489 326335 493363 500553 855789 935654 B’7 NUMRI 0782520 1914517 5356089 6469692 6516821 9331963 Bi 8 NUMRI 82699035 99902913 B’9 NUMRI 271026862 574338271 794309109 893712373
24. Kattoliċi (5)

IL-FORZA TAL-KONVINZJONI

Editorjal

Waqt li t-tmexxija tal-Gvern tibqa’ tiġi mfaħħra minn entitajiet rinomati internazzjonali, li kien għall-PN, xortina kellha titħalla f’idejn ilprovidenza … għalhekk iżjed persuni qed isaħħu fehmithom li jibqgħu mexjin wara l-Prim Ministru Robert Abela

Tliet entitajiet internazzjonali rinomati – il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-aġenziji ta’ kreditu S&P Global Ratings u DBRS Morningstar – li separatment ifaħħru l-għaqal fit-tmexxija tal-Gvern Laburista fi spazju ta’ ġimgħa mhuma l-ebda kumbinazzjoni. Meħud kont taċ-ċirkostanzi kollha internazzjonali, mhumiex lanqas komuni llum il-ġurnata.

Anzi, kif qed jiġi rrapportat, ukoll jiġi nnotat kif il-progress li qed tagħmel Malta, b’waħda mill-akbar rati ta’ tkabbir ekonomiku u bl-inqas persuni jfittxu x-xogħol, fost oħrajn, jagħmlu dawn il-kisbiet ferm aktar sinifikanti. Pajjiżi u popli oħrajn, li huma meqjusin ġganti ħdejn iċ-ċokon tagħna, qegħdin biss jegħrqu fl-istess ilmijiet li l-bastiment Malti rnexxielu jimmanuvra b’mod eċċezzjonali f’dawn l-aħħar snin biex jipproteġi lil dawk abbord.

Dan mhux biss jagħmilna kburin bil-bosta, iżda joħroġ f’kull wieħed u waħda minna iżjed l-ilwien patrijottiċi biex nikkontribwixxu aktar għal din il-kawża.

Dawn ir-riżultati huma biss

l-adrenalina tal-poplu Malti u Għawdxi li jibqa’ jterraq ’il quddiem fit-triq li għażel għaxar snin ilu, determinat li ma jirritornax fid-direzzjoni żbaljata li kien kostrett ifendi fiha sa ftit ilu taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.

Iżjed minn hekk jirrikonoxxi li mnalla għaraf jibdel ir-rotta fil-ħin, għax li kieku llum m’hemmx dubju li s-sitwazzjoni tal-familji u anke n-negozji lokali kienet tkun ferm differenti milli hi. Anzi kienet tkun biss katastrofika, simili jekk mhux agħar minn ta’ stati oħrajn fl-Unjoni Ewropea.

Il-fatt enfasizzat mill-entitajiet internazzjonali msemmija dwar kif il-Gvern tal-Prim Ministru Robert Abela pprovda l-appoġġ finanzjarju kontinwu u fil-ħin fil-kriżi kollha talenerġija kien ċavetta kruċjali biex il-piżijiet ikunu ferm inqas minn ta’ oħrajn. Wara kważi tliet snin ta’ pandemija globali, ukoll serva ta’ mutur b’saħħtu biex il-pajjiż iqum bilġri fuq saqajh u jitlaq jiġri qabel kulħadd fl-irkupru.

Hu biss il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni li għadu jis-

ħaq sal-lum li, li kien għalih, pajjiżna jintelaq mal-ħalel internazzjonali, bil-konsegwenzi koroh kollha li jistgħu jseħħu. B’Kap ieħor li ma jafx modi oħrajn u aħjar, għall-Oppożizzjoni kellna nħallu xortina f’idejn il-providenza biex ikun minna dak li jrid il-maltemp.

Mhux ta’ b’xejn li, f’għaxar snin, qatt ma sabu mezz lanqas kif iżommu fil-wiċċ fil-kriżi interna maħluqa minnhom stess.

Għal dawk minn fostna li xorta jopponu kull riżultat pożittiv, sempliċiment għax jinkixfu li l-interess nazzjonali qatt ma kien il-prijorità tagħhom, huma adamanti li jfixklu d-destinazzjoni li l-Gvern iffissa għall-poplu kollu lejn iżjed prosperità. Fl-istess ħin, iżda, ma jirrealizzawx li aktar ma juru l-qilla tagħhom u jħarrxu l-azzjonijiet, iżjed qed jikkonvinċu lill-maġġoranza assoluta f’pajjiżna biex jaqdfu b’aktar qawwa kontra l-kurrent li jipprovaw irewħu huma.

Għalhekk ukoll li iżjed ċittadini qed ikomplu jikkonvinċu ruħhom li m’hemm l-ebda alternattiva li tista’ tieħu post il-politika tal-Gvern Laburista.

Għalhekk ukoll ħafna iżjed jistmerru l-politika Nazzjonalista li tħeġġeġ għad-diżubbidjenza ċivili.

Għalhekk ukoll iżjed qegħdin isaħħu fehmithom u juru l-ħeġġa biex ġimagħtejn oħra jkunu hemm biex jiċċelebraw kif jixraq Jum il-Ħaddiem wara t-tmexxija ta’ Robert Abela. Altru milli “l-Gvern Laburista abbanduna lill-ħaddiem”, kif kellu l-ardir ipeċlaq il-Kap tal-PN jumejn ilu!

Is-sewwa m’għandu bżonn l-ebda sforzi biex jiġi rikonoxxut minn kulħadd f’dan il-pajjiż. Huma biss dawk li, għax konxji li jagħmlu x’jagħmlu ma jistgħu jikkonvinċu lil ħadd ħlief lilhom infushom, jaslu biex jirrikorru għal sforzi esaġerati li joħorġu biss mill-immaġinazzjoni ta’ moħħhom bil-għan li jittantaw jagħmlu xi forma ta’ ħoss … avolja, kif uriena tajjeb il-passat riċenti, xorta jibqgħu irrelevanti f’għajnejn is-soċjetà.

L-Oppożizzjoni taħt Bernard Grech u dawk tal-establishment, li l-ħin kollu jġebbdulu l-ispag, huma maqbudin f’din il-morsa reali.

16.04.2023 28
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.