KullĦadd_30.04.2023

Page 1

IL-PAGA MEDJA ŻDIEDET B’€5,570

F’GĦAXAR SNIN

Li ma kienx għall-uniku tnaqqis irreġistrat fl-2020, is-sena tal-COVID, il-probabbiltà kienet li ż-żieda taqbeż saħansitra s-€7,000 fuq l-2012

F’għaxar snin, bejn l-2012 u l-2022, il-paga medja nazzjonali żdiedet b’€5,570. Is-sena li għaddiet waħedha rreġistrat l-akbar qabża fuq sena qabel, dik ta’ iżjed minn €1,200, li hi wkoll kważi tliet darbiet aktar iż-żieda li kien hemm bejn l-2012 u l-2013.

Is-sors ta’ din l-informazzjoni hu l-Istħarriġ dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (Labour Force Survey) u l-ammonti ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances. Din ukoll tkopri biss persuni li għandhom impjieg prinċipali ta’ full-time, part-time jew full-time b’sigħat imnaqqsa, iżda mhux dawk li jaħdmu għal rashom.

Kif irrapportat qabel, il-ħaddiema Maltin baqgħu jżidu d-dħul tagħhom b’rata qawwija, b’dawk li jaqilgħu iżjed mill-medja fis-sena rdoppjaw fl-istess perjodu li jkopri millaħħar sena sħiħa tal-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi sas-sena l-oħra taħt ittmexxija ta’ Robert Abela.

Tkompli f’paġna 5

TAL-GVERN JISSAĦĦU MILL-ĠDID

Rapport f’paġna 7

DIŻINTERESS TA’ GRECH IQANQAL GĦADAB QAWWI

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jiġi akkużat li ħoloq “pudina” meta ma ressaqx il-proposti tiegħu fil-liġi tal-liċenzjar tal-kuntratturi tal-bini

Stakeholders mis-settur tal-kostruzzjoni, li kellhom laqgħat fidDar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, ħassewhom urtati wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech stqarr fil-Parlament li ma kellux għalfejn jieħu sehem fil-konsultazzjoni pubblika dwar il-liċenzjar tal-kuntratturi.

“Ħafna paroli li smajna u mhux biss fil-laqgħat magħhom (il-PN), biex imbagħad jiġu jgħidu li ma jħossux il-bżonn li jagħmlu xi proposti. U dmirhom dan! Jiddispjaċini, għalija kienet pudina sħiħa minn Bernard Grech u l-Oppożizzjoni,” iddikjara ma’ din il-gazzetta wieħed mir-rappreżentanti diżillużi fuq il-kundizzjoni talanonimità.

ASSENTI:

Bernard Grech

Ħarġa Nru 1,555 Prezz €1 Il-Ħadd, 30 ta’ April, 2023 SENA Salarju bażiku medju annwali Tibdil fuq sena qabel 2012 €15,3912013 €15,823 +€432 2014 €16,078 +€255 2015 €16,685 +€607 2016 €17,477 +€792 2017 €17,957 +€480 2018 €18,773 +€816 2019 €19,594 +€821 2020 €18,913 -€681 2021 €19,755 +€842 2022 €20,961 +€1,206 TOTAL +€5,570
IL-FINANZI
Tkompli f’paġna 9

EDITUR

RONALD VASSALLO

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

KIMBERLY CEFAI

email: sales@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

DISINN TAL-PAĠNI

KIMBERLY CEFAI

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

KUNTATT ĠENERALI

KullĦadd

email: editorial@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate

Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU

www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI

www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT

Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI

Emerġenza Covid 19 - 111

Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112

Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182

L-Ogħla Temperatura: 22°C

L-Inqas Temperatura: 15°C

L-Indiċi UV: 9

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa li testendi minn fuq it-Tuneżija sa fuq Sardenja ser tersaq

lejn il-Lvant

It-Temp: Imsaħħab b’ħalbiet iżolati tax-xita

Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli li jsir mill-Grieg il-Lvant

Il-Viżibilità: Tajba

Il-Baħar: Ħafif

L-Imbatt: Baxx min-Nofsinhar

It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623

Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697

Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513

Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 21387479

Krypton Pharmacy, Triq l-Ibraġ, Tal-Ibraġ – 21370141

Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627

St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741

Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764

St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795

Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126

St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194

Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009

Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, Iż-Żurrieq – 21680761

Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920

St. Anthony Pharmacy, 18, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21454187

Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana, Għawdex – 21566979

Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem, Għawdex – 27203615

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU GĦADA T-TNEJN, 1 TA’ MEJJU

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567

Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898

Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411

The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549

St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797

St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426

Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Milner, Tas-Sliema – 21335217

Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar – 21417652

Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426

St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276

Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893

Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126

Bellavista Pharmacy, 88, Triq il-Ħortan, Marsaskala – 21633788

Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21661644

Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048

Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina

Apartments, Triq il-Marina, Tal-Pietà – 21244366

Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat, Malta – 21454274

Highland Pharmacy, 5,6, Triq il-Kappillan Dun Franġisk Vella, Iż-Żebbuġ, Għawdex – 21564553

Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra, Għawdex – 21561486

30.04.2023 02
It-Tnejn 22°C 22°C 21°C 22°C 16°C 14°C 15°C 15°C UV 9 UV 4 UV 8 UV 8 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
DETTALJI IT-TEMP GĦAL-LUM
23°C 14°C UV 4
21°C 13°C UV 8
It-Tlieta
*L-ispiżeriji jkunu miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Il-Ġimgħa

cELEBRAZZJONI GHALL-FAMILJA KOLLHA IL-BELT VALLETTA

Wirja ta’ karozzi Ford

fi Pjazza Tritoni

12:00

Jitlaq il-Fast Ferry minn GHawdex

13:00

MASS MEETING

LoGHob u attivitajiet GHat-tfal fi Triq l-Ordinanza

12:30

Il-banda tal-Partit Laburista tibda maRc minn quddiem il-Workers’ Memorial Building

14:00

Spettaklu kbir fil-Pjazza ta’ quddiem il-Parlament UHud mill-aqwa artisti lokali, Live Band, DJs

ISEGWI DISKORS TAL-PRIM MINISTRU U MEXXEJ TAL-PARTIT LABURISTA ROBERT ABELA

15:00

MALTIN F’ĊAĦDA MATERJALI SEVERA

Grazzi għall-politika Laburista, is-sena li għaddiet mal-2,000 persuna oħra ma baqgħux fl-agħar qagħda soċjali

Is-sena li għaddiet l-ammont ta’ persuni f’qagħda ta’ ċaħda materjali severa naqas bi kważi 2,000 persuna oħra, biex fl-aħħar ħames snin, mindu nbidel il-mekkaniżmu tal-kejl Ewropew, ir-rata lokali ta’ persuni f’din is-sitwazzjoni niżlet għall-ewwel darba taħt il-5%.

Dan minkejja ċ-ċirkostanzi diffiċli li spiċċat tgħaddi minnhom id-dinja kollha kawża tal-pandemija tal-COVID-19 mill-2020 u b’riżultat ta’ piżijiet li kkawżat il-Gwerra fl-Ukrajna sa mill-bidu tas-sena li għaddiet.

Il-ġimgħa li għaddiet, din il-gazzetta żvelat kif mal-5,130 persuna oħra se jkunu qed jitbiegħdu mill-faqar din is-sena bil-miżuri tal-Gvern, kif antiċipat mill-Programm Nazzjonali għar-Riforma (National Reform Programme) li għadu kif ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea.

Waqt li nnota b’sodisfazzjon kif matul l-2022 kien hemm tnaqqis ulterjuri flgħadd ta’ persuni li jħossuhom imċaħħdin materjalment u soċjalment, inkluż severament, il-Ministeru għall-Politika

Soċjali u Drittijiet tat-Tfal irrimarka, fi stqarrija, kif it-titjib hu ferm aktar sinifikanti meta mqabbel ma’ għaxar snin ilu.

Minkejja li fl-aħħar snin sar aktar rigoruż il-mod kif isir dan il-kejl nazzjonali, sal-2021 kien hemm aktar minn 25,000 familja li rkupraw mill-agħar sitwazzjoni u ma baqgħux f’qagħda ta’ ċaħda materjali severa, grazzi għall-politika

Laburista. Ma’ dawn, iżjed minn 37,000 ma baqgħux imċaħħdin materjalment.

Il-ġimgħa l-oħra rapport separat juri kif indiċi tal-Ġnus Magħquda jpoġġi lil pajjiżna mal-aqwa għaxra fl-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp uman. Grazzi għall-progress irreġistrat mindu nbidlet l-amministrazzjoni f’pajjiżna, il-klassifikazzjoni ta’ Malta tjiebet mis-16-il post fl-UE fl-2010 għad-disa’ post 11-il sena wara.

Issa r-riżultati dwar persuni vulnerabbli f’pajjiżna, li ġew ippubblikati din il-ġimgħa, juru li wieħed minn kull 14-il persuna li kienu fl-aktar sitwazzjoni vulnerabbli (ċaħda materjali severa) fl-2021 spiċċaw ħarġu mill-faqar matul l-2022. Minbarra hekk, l-ammont ta’ persuni f’din is-sitwazzjoni vulnerabbli llum (25,370) hu madwar 10,000 inqas minn dak li kien fl-2015, l-ewwel sena minn meta l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, beda jipproduċi din l-istatistika.

B’hekk f’temp ta’ seba’ snin, bejn l-2015 u l-2022, kien hemm tnaqqis ta’ kważi 30% fost il-Maltin u l-Għawdxin f’din il-qagħda ta’ faqar.

Ritratt:

persuna li kienu f’din is-sitwazzjoni. Dan ifisser titjib ta’ kważi 21% imqabbel mal-2021 jew inkella wieħed minn kull ħamsa, li ma setgħux ilaħħqu mal-kontijiet, is-sena l-oħra qalu li issa kienu qed jaffordjawhom.

Fl-2022 kien ukoll irreġistrat titjib ta’ kważi 1,800 fl-ammont ta’ persuni li ma kinux jaffordjaw li jkollhom karozza sena qabel u ta’ kważi 1,100 familja li qabel ma setgħux iżommu d-dar tagħhom sħuna fix-xitwa.

Ma’ dan, l-ammont ta’ dawk li ma jaffordjawx jibdlu għamara fid-dar tagħhom naqas bi kważi 1,600, dawk li kienu ddikjaraw li ma jifilħux joħorgu jieklu barra, almenu darba fix-xahar, issa naqsu b’2,600 u dawk li ma kinux jaffordjaw servizz tal-internet naqsu b’madwar 3,900.

wieħed iħares lejn l-istatistika tal-2013, sa tmien snin wara kien hemm għexieren ta’ eluf li raw qabża fil-kwalità. Fost l-oħrajn, kienet irreġistrata żieda ta’ madwar 60,000 familja li issa jaffordjaw vaganza annwali ta’ ġimgħa ’l bogħod mid-dar; mas-60,000 familja li jaffordjaw isaħħnu djarhom fix-xitwa; mal-20,500 familja iżjed li jifilħu għallħlasijiet fuq self jew kirjiet, kontijiet tad-dawl u l-ilma u pagamenti oħrajn; mal-24,800 familja iżjed li, ġurnata iva u oħra le, jaffordjaw ikla li tinkludi laħam, tiġieġ, ħut jew ikla ekwivalenti veġetarjana; u mas-16,500 familja iżjed li ma jkollhiex problemi tħallas għal spejjeż mhux mistennija ta’ €770 jew aktar.

L-aħħar stħarriġ tal-NSO wera wkoll li, imqabbel mal-2021, naqas l-ammont ta’ familji li rrapportaw problemi relatati mal-postijiet fejn jgħixu. Waqt li sena ilu kien hemm 42.6% li sostnew li għandhom xi problema, bħal pereżempju bil-kriminalità jew il-ħmieġ fil-lokal, fl-2021 dan il-persentaġġ kien jaqbeż il-45%.

Imqabbel mal-2013, illum hawn 60,000 familja iżjed li jaffordjaw vaganza ta’ ġimgħa matul is-sena

Dan il-kejl hu bbażat fuq stħarriġ li jsir kull sena fost il-familji f’pajjiżna mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fejn jintalbu jwieġbu sensiela ta’ mistoqsijiet biex tiġi determinata l-qagħda finanzjarja tagħhom. Fost l-aktar indikaturi importanti hemm l-ammont ta’ persuni li ma jkunux f’qagħda li jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-kirjiet jew pagamenti ta’ self u mgħax.

Jirriżulta li s-sena li għaddiet kien hemm tnaqqis ta’ aktar minn 8,500

Kontra ta’ dan, imma, kien hemm żieda fl-ammont ta’ dawk li ma jaffordjawx ġimgħa vaganza u f’dawk li qalu li ma jaffordjawx jonfqu ftit flus kull ġimgħa fuqhom infushom u f’attivitajiet ta’ divertiment. Żdied ukoll l-ammont ta’ dawk li jħossu l-piż tal-ispiża fix-xiri ta’ laħam, żraben u ħwejjeġ.

Minkejja dan, il-Ministeru għall-Politika Soċjali fi stqarrija tenna li, meta

Bil-metodoloġija l-ġdida, persuni jiġu kklassifikati bħala severament imċaħħda materjalment u soċjalment jekk jindikaw li ma jaffordjawx  7 minn 13-il oġġett jew servizz li huma meqjusa materjalment jew soċjalment meħtieġa. Min-naħa l-oħra, huma kkunsidrati mċaħħda materjalment u soċjalment (mhux severament) jekk iwieġbu li ma jifilħux għal spejjeż fuq ħames oġġetti jew servizzi. Meta wieħed jikkunsidra lil dawk imċaħħda materjalment bil-kejl l-antik, mill-2013 sal-2021 dawn naqsu minn

19.9% għal 8.9%, tnaqqis ta’ 11-il punt perċentwali jew aktar minn 37,000 persuna. Dawk imċaħħda materjalment severament naqsu minn 10.2% fl-2013 għal 3.4% fl-2021,  tnaqqis ta’ 6.8 punti perċentwali jew aktar minn 25,000 persuna.

Dawn iċ-ċifri juru li llum hawn inqas minn nofs tal-persuni mċaħħdin materjalment li kien hawn fl-2013. Fl-istess waqt illum hawn biss terz tal-persuni mċaħħdin materjalment severament li kien hawn fl-2013.

Dan it-tnaqqis fil-faqar jispikka wkoll fi sfond Ewropew fejn l-istatistika tallum tkompli turi li fiċ-ċaħda materjali u soċjali Malta għamlet progress sinifikanti. Filwaqt li l-medja Ewropea bejn l-2014 u l-2021 niżlet b’7.8% għal 11.9%, ir-rata Maltija fl-istess perjodu niżlet bi 13.7% għal 9.8% u fl-2022 niżlet għal 9.6%. Dan il-progress jispikka aktar fit-tnaqqis irreġistrat fl-għadd ta’ persuni bejn l-2014 u l-2022, minkejja ż-żieda qawwija fil-popolazzjoni.

Dwar din l-istatistika tal-NSO, il-Ministru responsabbli Michael Falzon stqarr li wieħed irid iqis dawn iċ-ċifri fl-isfond tal-pandemija tal-COVID-19 u l-Gwerra fl-Ukrajna.

“Din hi konferma oħra tar-reżiljenza tas-sistema soċjali li qed tkun ħajt ta’ sostenn għal firxa dejjem akbar tal-popolazzjoni. Hi konferma wkoll tal-għaqal tal-Gvern li, b’mod massiċċ, qed jissussidja l-prezzijiet tal-enerġija u taċ-ċereali biex jipproteġi l-pajjiż minn kontijiet ogħla u jrażżan l-inflazzjoni, li b’hekk baqgħet fost l-inqas rati fl-Ewropa,” qal Falzon, li stqarr li ċ-ċifri,

30.04.2023 04
GARETH DEGIORGIO

JINŻLU TAĦT 5%

imbassar li 5,000 oħra se joħorġu mill-faqar fl-2023

Suċċessi soċjali

taħt Robert Abela

Kull tlett ijiem, żewġ persuni, li kienu jirreġistraw għal xogħol sabu impjieg (tnaqqis minn 1,642 għal 1,013)

Kull tlett ijiem, seba’ persuni, li kienu jiddependu minn xi forma ta’ assistenza soċjali ma baqgħux dipendenti fuq din l-għajnuna (tnaqqis minn 12,953 għal 10,280)

Grazzi għat-tibdil fil-mod kif jingħata l-In-Work Benefit, illum hawn kważi ħames darbiet aktar ħaddiema jgawdu minn dan il-benefiċċju li kompla jitjieb (minn 5,136 għal 24,982)

Grazzi għall-għajnuniet ġodda lill-carers, illum hawn kważi d-doppju tal-persuni jibbenefikaw (minn 1,416 għal 2,383)

Suċċessi ekonomiċi

Għal kull €3 investiti fil-pensjonijiet fl-2019, illum jiġu investiti €4 (minn €701 miljun għal €842 miljun) u għal kull €3 investiti fiċ-Children’s Allowance tliet snin ilu, illum jiġu investiti €3.50 (minn €39.5 miljun għal €45 miljun)

Minkejja l-isfidi internazzjonali, l-ekonomija kibret erba’ darbiet iżjed mill-medja taż-Żona Ewro (2019-2022 – Malta b’9.2%; Żona Ewro bi 2.3%)

Fl-2022 pajjiżna kellu l-akbar ammont ta’ investiment fl-istorja (€3.7 biljun jew terz aktar minn qabel il-pandemija)

Rata ta’ tkabbir fl-impjiegi ħames darbiet akbar mill-medja taż-Żona Ewro, b’kull jum jiżdiedu 25 ħaddiem full-time

Il-familji żiedu d-depożiti tagħhom mal-banek bi kwart jew b’medja ta’ kważi €3 miljun kull ġurnata (minn €13.1 biljun għal €16.4 biljun)

Pajjiżna kellu t-tieni l-inqas rata ta’ għoli tal-ħajja fl-UE, b’rata li kienet terz inqas mill-medja

Ewropea (żieda indiċi tal-prezzijiet Diċembru 2019 - Marzu 2023: UE 19%; Malta 12%)

għalkemm

jagħtu kuraġġ għall-progress li sar, għad hemm nies li jeħtieġu l-għajnuna u għalhekk il-ħidma tal-Gvern se tkompli biex, anke b’miżuri u inizjattivi ġodda, tissaħħaħ dejjem aktar ix-xibka soċjali ta’ pajjiżna u tkompli titrażżan l-inflazzjoni.

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar ġie rrimarkat kif, għall-ewwel darba fl-istorja, ilGvern ħallas bħala medja aktar minn €100 miljun fix-xahar f’benefiċċji soċjali s-sena li għaddiet, dovut għall-firxa usa’ ta’ miżuri u mhux għax kien hemm xi żieda fl-ammont ta’ dawk f’qagħda ta’ dħul vulnerabbli, bħal dawk li jiddependu mill-assistenza soċjali. Anzi f’din il-faxxa tas-soċjetà ġie rreġistrat tnaqqis ta’ 415-il persuna jew 16% bejn l-2019, qabel faqqgħet il-pandemija, u l-2022.

Dan it-tnaqqis jistona bil-kbir ma’ dak li kien ġara fil-kriżi ekonomika ta’ wara l-2008, meta kien hemm żieda ta’ kważi 900 persuna fuq l-assistenza soċjali. Dan filwaqt li fl-2013 kien hemm aktar mid-doppju tal-ammont attwali li qed jiddependu minn din l-għajnuna.

Ix-xahar li għadda l-KullĦadd ukoll analizzat l-iżviluppi li twettqu f’pajjiżna fil-qasam soċjali fl-aħħar għaxar snin mindu nbidlet l-amministrazzjoni nazzjonali. Dawn ilkoll jippromwovu lkunċett ta’ ġustizzja u mobilità soċjali.

TIBDIL FIL-FAXEX TAD-DĦUL TAL-ĦADDIEMA 2020 - 2021

FL-2021 ŻDIEDU 8,500

Fost l-oħrajn, id-dipendenza fuq l-assistenzi soċjali mill2013 ’l hawn niżlet għall-inqas livelli li qatt ġew irregistrati persuni simili, b’mod speċjali bis-saħħa ta’ miżuri li jħajru u jgħinu lil dak li jkun biex jidħol fid-dinja tax-xogħol mingħajr ma jitlef ħesrem l-għajnuna li jkun qed jingħata.

Minbarra hekk, il-pensjonanti gawdew minn żidiet qawwija kontinwi fl-aħħar tmien snin, waqt li tnedew miżuri biex jgħinu familji bit-tfal, li minbarra ż-żidiet fiċChildren’s Allowance, ingħataw suppliment addizzjonali għal kull wild taħt is-16-il sena. Għal ġenituri fl-impjieg u bi tfal taħt it-23 sena nħoloq l-In-Work Benefit biex ikattar id-dħul tagħhom.

Fi sfond ta’ prosperità ekonomika li kattret eluf ta’ impjiegi ġodda u niżżlet il-qgħad nazzjonali għall-inqas livelli fl-istorja, dan l-impenn soċjali kompla jgħin biex jitkattar aktar ġid, titjieb b’mod ġenerali l-kwalità tal-ħajja u, kif irrapportat mill-ġdid din il-ġimgħa, jitnaqqas il-faqar bi tnaqqis sostanzjali fil-persuni mċaħħdin materjalment u soċjalment.

Indikazzjoni oħra tal-politika għaqlija tal-Gvern bi progress soċjo-ekonomiku qawwi f’pajjiżna kien l-Indiċi tal-Iżvilupp Uman ikkalkulat mill-Ġnus Magħquda (UNDP) il-ġimgħa li għaddiet. Skont dan, fuq perjodu ta’ 11-il sena, Malta rnexxielha tgħolli l-livell tagħha mis-16-il post fl-UE fl-2010 għad-disa’ post minn fost is-27 stat membru fl2021. Ir-ranking ta’ pajjiżna fid-dinja tjieb mit-32 post fl-1990 għat-23 post fid-dinja sentejn ilu.

It-tkabbir ekonomiku, fattur ewlieni għall-iżvilupp uman, wassal lil pajjiżna biex jitla’ fit-23 post fid-dinja u fit-13-il post fl-UE.

MALTI B’€25,000 U IŻJED

Tkompli minn paġna 1 Dawk il-ħaddiema Maltin bi dħul li jaqbeż l-€20,000 fis-sena tal-paga medja nazzjonali rdoppjaw fuq għaxar snin qabel meta l-medja kienet kważi €6,000 inqas u kien hawn mal-100,000 impjieg full-time inqas mil-lum.

Fl-istess ħin, dawk il-faxex ta’ ħaddiema b’salarji ogħla minn €25,000 saħansitra triplaw u kwadriplaw, waqt li dawk li jaqgħu taħt il-livell ta’ €20,000 naqsu b’madwar 14,000 persuna mqabbel mal-2012 meta aktar minn nofs l-impjegati lokali kellhom dħul taħt il-€15,000.

Bejn l-2020 u l-2021 biss tnaqqsu bi kważi 6,000 dawk il-Maltin fil-faxex tad-dħul taħt il-€25,000, waqt li 8,500 żdiedu mal-faxex ta’ ’l fuq minn €25,000. Żewġ terzi minn dawn talaħħar irreġistraw dħul annwali ta’ bejn €35,000 u €60,000.

Flimkien ma’ ruxxmata ta’ miżuri oħrajn, dan għen biex il-faqar fil-pajjiż ikompli jonqos, inkluż dak sever, kif tħabbar din il-ġimgħa stess.

Skont tagħrif mill-Ministru għallFinanzi u x-Xogħol Clyde Caruana, jirriżulta li kull sena f’dawn l-għaxar snin kien hemm żieda annwali ta’ mijiet ta’ ewro fil-paga medja annwali, bl-unika eċċezzjoni tkun l-2020 meta kien hemm tnaqqis ta’ kważi €700. Dik is-sena pajjiżna ntlaqat mill-pandemija tal-COVID-19 u eluf ta’ negozji, partikolarment dawk tal-ospitalità u d-divertiment, kienu kostretti jagħlqu għal numru ta’ xhur bir-restrizzjonijiet imposti.

Sal-2019, il-paga medja esperjenzat żidiet konsiderevoli ta’ iżjed minn €800 fis-sena għal sentejn fuq xulxin. Hu stmat li kieku ma kienx hemm il-pandemija, il-paga medja nazzjonali kienet tiżdied b’aktar minn €7,000 fuq l-2012, f’dik il-vena li kienet fiha.

Li ma kienx għall-miżura multimiljunarja tal-Wage Supplement li bdiet fl-2020 bil-Gvern joħroġ €800 fix-xahar għal kull ħaddiem affettwat biex jevita għadd kbir ta’ sensji, it-tnaqqis fir-rata dik is-sena kien ikun ferm akbar u l-qgħad kien jisplodi, kif ġara f’diversi pajjiżi oħrajn.

Dik id-deċiżjoni, li skont l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet tberbiq ta’ flus, irriżultat kruċjali għall-pajjiż, mhux biss għax il-qgħad ma żdiedx u kompla jiġi rreġistrat rekord baxx kif għadu sal-lum, iżda wkoll għax fl-2021 ġie rkuprat it-telf kollu fil-paga medja nazzjonali tas-sena ta’ qabel u żdiedet b’€200 oħra.

L-istatistika uffiċjali li ngħatat fi tweġibiet Parlamentari għal mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo, l-akbar qabża fil-paga medja seħħet is-sena li għaddiet meta l-effetti tal-pandemija ġew fix-xejn għall-ewwel darba fi tliet snin, avolja l-ewwel tliet xhur kienu għadhom ikkaratterizzati minn restrizzjonijiet.

Mitlub jagħti, b’mod separat, l-ammonti ta’ ħaddiema Maltin u dawk li jaħdmu fostna ġejjin minn pajjiżi talUE u pajjiżi terzi (Third Country Nationals – TCNs) li żdiedu fil-faxex taddħul bejn €0 u aktar minn €100,000 fis-sena bejn l-2020 u l-2021, il-Ministru Caruana ppreżenta tabelli (fuq) li jixhdu l-qabżiet għall-aħjar, partikolarment fost iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

Dawk il-ħaddiema mill-UE u pajjiżi terzi wkoll irreġistraw titjib simili, għalkemm f’inqas ammonti, fejn naqsu fil-faxex il-baxxi u żdiedu fil-faxex ta’ fuq tad-dħul kif iddikjarat fl-2021.

Statistika simili ta’ bejn l-2021 u l-2022 għadha mhux disponibbli, għax għadha qed tinħadem, tenna l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol fit-tweġibiet tiegħu.

30.04.2023 05
SALARJU MALTIN MILL-UE TCNs Sa €10,000 -1,044 -185 -612 bejn €10,000 u €15,000 -1,874 -99 -15 bejn €15,000 u €20,000 -2,202 +214 +2,132 bejn €20,000 u €25,000 -786 +285 +1,087 bejn €25,000 u €30,000 +375 +457 +418 bejn €30,000 u €35,000 +720 +377 +263 bejn €35,000 u €40,000 +2,350 +238 +124 bejn €40,000 u €45,000 +1,194 +166 +41 bejn €45,000 u €50,000 +1,075 +225 +61 bejn €50,000 u €60,000 +1,145 +495 +48 bejn €60,000 u €70,000 +495 +165 +17 bejn €70,000 u €80,000 +351 +119 +38 bejn €80,000 u €90,000 +253 +103 +8 bejn €90,000 u €100,000 +141 -5 -3 aktar minn €100,000 +411 +249 +38

PREZZ

L-ELETTRIKU FL-UE GĦOLA KULLIMKIEN

PREZZ TAL-ELETTRIKU GĦAN-NEGOZJI

Malta hi l-uniku pajjiż fost is-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea li ma impona l-ebda żidiet fil-prezzijiet tal-elettriku kemm għall-familji kif ukoll għan-negozji tiegħu mindu fil-bidu tas-sena li għaddiet faqqgħet ilkriżi tal-enerġija kawża tal-Gwerra fl-Ukrajna.

Rapport maħruġ din il-ġimgħa mill-ufċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, isostni li “l-prezzijiet tal-elettriku għar-residenzi żdiedu fost il-membri kollha fl-UE, bl-eċċezzjoni ta’ Malta u l-Olanda”.

Minkejja dan, in-negozji Olandiżi xorta kellhom iġorru żieda f’dan ir-rigward, bil-maqlub ta’ dawk f’Malta.

Fost l-akbar żidiet irreġistrati għallfamilji kien hemm dawk fir-Rumanija u r-Repubblika Ċeka fejn il-prezz għallfamilji rdoppja, waqt li fid-Danimarka kellhom żieda ta’ 70%.

Analiżi li saret mill-KullĦadd tikkonferma wkoll li l-familji f’pajjiżna qed iħallsu l-inqas prezzijiet għal kull kilowatt ta’ dawl li jikkonsmaw kull siegħa fiż-Żona Ewro. Dan meta kienu qed iħallsu 13-il ċenteżmu fl-2021 u l-istess baqgħu jħallsu s-sena li għaddiet.

B’kuntrast ma’ dan, kien hemm żidiet qawwija f’diversi pajjiżi taż-Żona Ewro, inkluż dawk ġirien tagħna.

Pereżempju fl-Italja l-prezz ta’ unit elettriku żdied bi 13-il ċenteżmu. Jiġifieri ż-żieda f’kull unit għalihom kienet daqskemm jiswa unit wieħed tal-elettriku f’Malta. Biex b’hekk issa familja Taljana qed tħallas kważi tliet darbiet dak li tħallas familja Maltija.

L-agħar li marru kienu l-familji Belġjani, li issa qed iħallsu kważi tliet darbiet u nofs kemm tħallas familja f’Malta għal kull unit ta’ dawl. Dan wara żieda ta’ 15ċ kull unit.

Anke f’pajjiżi fejn id-dħul tal-familji hu ferm inqas minn dak tal-familji Maltin u Għawdxin, bħal pereżemp-

ju fil-pajjiżi Baltiċi, iż-żieda fil-prezz tad-dawl kienet ferm qawwija. Fil-Latvja kien hemm żieda ta’ madwar 11ċ kull unit biex issa l-familji hemm qed iħallsu kważi darbtejn u nofs daqskemm tħallas familja f’pajjiżna.

Familja fil-Latvja, li fl-2021 kienet tħallas €100 fix-xahar f’kont tad-dawl, is-sena l-oħra spiċċat tħallas €164 għall-istess konsum ta’ elettriku.

Bl-istess mod, familja Taljana, li fl-2021 kien ikollha kont ta’ €100 fix-xahar, is-sena li għaddiet, minħabba ż-żieda fil-prezz, spiċċat tħallas €159, li tfisser żieda ta’ aktar minn €700 fuq medda ta’ sena.

Analiżi simili tindika li anke fejn jidħlu negozji, il-qagħda ta’ pajjiżna kienet straordinarja. Dan meta f’pajjiżna biss ma kien hemm l-ebda żieda filprezz tad-dawl kull unit.

Waqt li fl-2021 kien hemm tmien pajjiżi fejn in-negozji kienu jħallsu inqas jew l-istess daqskemm kienu jħallsu n-negozji f’pajjiżna, issa huma biss dawk in-negozji fil-Finlandja li jħallsu ftit inqas minn kemm iħallsu dawk Maltin u Għawdxin.

Negozju fl-Italja sa tmiem is-sena li għaddiet kien qed iħallas 39ċ għal kull unit ta’ dawl jew aktar minn darbtejn u nofs l-ammont li jħallas negozju f’pajjiżna.

L-agħar li marru kienu n-negozji fil-Litwanja fejn ilprezz kull unit tal-elettriku tela’ bi 23ċ, li jfisser li l-kontijiet tagħhom ġew jiswew ferm aktar mid-doppju tal2021, avolja kkonsmaw l-istess ammont.

Dan jiġi kkwantifikat b’mod iżjed sempliċi jekk inqabblu negozju fil-Litwanja li kien iħallas €1,000 fix-xahar, issa ġie jħallas €2,352 għall-istess units tal-elettriku. Negozju f’Ċipru, li fl-2021 kien iħallas €1,000 fix-xahar, issa qed iħallas €1,627, waqt li negozju Taljan issa għandu kont ta’ €1,832 fix-xahar.

30.04.2023 06
KULL KILOWATT HOUR (ĊENTEŻMI) 2021 2022 Bidla Il-Finlandja 10 14 4 MALTA 15 15 0 Franza 12 15 3 Il-Lussemburgu 11 16 5 Il-Portugall 14 17 3 L-Olanda 15 20 5 L-Awstrija 15 21 6 Is-Slovenja 12 22 10 Il-Ġermanja 23 25 2 ŻONA EWRO 18 26 8 Spanja 17 26 9 Il-Greċja 24 26 2 Il-Latvja 16 26 10 Il-Kroazja 13 27 14 Il-Belġju 17 29 12 Is-Slovakkja 16 29 13 L-Estonja 18 31 13 L-Irlanda 21 31 10 Ċipru 23 37 14 L-Italja 21 39 18 Il-Litwanja 17 40 23
TAL-ELETTRIKU GĦALL-FAMILJI KULL KILOWATT HOUR (ĊENTEŻMI) 2021 2022 BIDLA MALTA 13 13 0 L-Olanda 14 14 0 Il-Kroazja 13 15 2 Is-Slovakkja 16 19 3 Is-Slovenja 17 20 3 Il-Lussemburgu 20 20 0 Franza 20 22 2 Il-Portugall 21 22 1 Il-Finlandja 18 23 5 L-Awstrija 23 24 1 Il-Litwanja 15 24 9 Il-Greċja 20 24 4 L-Estonja 19 27 8 ŻONA EWRO 25 29 4 Il-Latvja 19 30 11 Ċipru 23 33 10 Spanja 28 34 6 Il-Ġermanja 32 34 2 L-Italja 24 36 12 L-Irlanda 30 42 12 Il-Belġju 30 45 15
… ĦLIEF
ta’
familja fil-Latvja
€164 u fl-Italja €159 għall-istess konsum …kont ta’ €1,000 għal negozju fil-Litwanja żdied għal €2,352 u għal €1,627 f’Ċipru
F’PAJJIŻNA! Kont
€100 għal
tela’

LIVELL TA’ SENTIMENT EKONOMIKU

(100 = ottimiżmu akbar mill-medja storika)

IS-SENTIMENT EKONOMIKU MALTI JISBOQ

LIL TAL-BQIJA

L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea wkoll jixhed rekord ta’ ottimiżmu rreġistrat fost l-azjendi fis-settur tar-retail f’pajjiżna

Skont stħarriġ magħmul mill-Kummissjoni Ewropea, is-sentiment ekonomiku f’pajjiżna issa laħaq l-aqwa livell osservat fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, skont l-esperti tal-Kummissjoni, fix-xahar ta’ April il-livell ta’ ottimiżmu fost in-negozji u l-familji Maltin u Għawdxin kien 15% aktar mill-medja storika. Dan hu biss ftit inqas mill-massimu storiku li qatt laħaq is-sentiment ekonomiku f’pajjiżna f’Diċembru 2017 meta kien 19% aktar mill-medja storika.

Bil-maqlub, madwar l-UE, bħalissa s-sentiment hu inqas mill-medja storika, bil-maġġoranza tal-familji u n-negozji jesprimu pessimiżmu fuq l-andament u l-prospetti ekonomiċi f’pajjiżhom.

Dan il-livell ta’ pessimiżmu Ewropew issa ilu jirrenja minn Ġunju li għadda u l-istħarriġ tal-Kummissjoni ilu minn Jannar ma juri xi titjib f’dan ir-rigward. B’kuntrast, f’Malta s-sentiment ekonomiku ilu jitjieb xahar wara ieħor minn Ottubru, jiġifieri eżatt wara li tħabbar il-Baġit għall-2023.

Fil-fatt, minn dakinhar sal-lum pajjiżna rreġistra titjib ta’ 28% fis-sentiment ekonomiku.

L-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea jindika li s-setturi kollha f’pajjiżna qed jesprimu sentiment ekonomiku aħjar mill-medja storika, imma l-aktar li huma pożittivi huma l-azjendi fis-settur tas-servizzi, fejn madwar 57% tan-negozji qed jistennew titjib akbar fid-domanda fix-xhur li ġejjin. Fil-fatt, aktar minn 40% tal-kumpaniji intervistati f’dan is-settur esprimew ix-xewqa li jżidu l-ammont ta’ ħaddiema.

Is-sentiment ekonomiku osservat f’April fis-settur tar-retail kien l-aqwa li qatt ġie osservat f’pajjiżna mindu bdejna nieħdu sehem f’dan l-istħarriġ mas-sħubija fl-UE. Dan jikkuntrasta bil-qawwi ma’ dak osservat fil-bqija tal-pajjiżi Ewropej, tant li l-operaturi tar-retail fl-UE esprimew pessimiżmu fuq l-andament ekonomiku.

Dan jixhed il-fatt li l-konsumaturi f’pajjiżi oħrajn mhumiex iżidu l-konsum tagħhom, għax magħfusin finanzjarjament partikolarment bil-kontijiet għoljin tal-elettriku u l-fuels. Bil-maqlub, f’pajjiżna l-konsum privat qed jiżdied b’rata qawwija u maġġoranza ta’ aktar minn 55% tan-negozji tar-retail sostnew li kellhom żieda sinifikanti fid-domanda.

Settur ieħor fejn hemm distakk enormi fis-sentiment ekonomiku bejn Malta u l-UE hu dak tal-kostruzzjoni. Waqt li f’Malta l-operaturi huma ottimisti ħafna, dawk Ewropej huma pessimisti fuq il-prospetti tagħhom. Meta ġew intervistati, kważi nofs dawk f’Malta li jaħdmu fil-kostruzzjoni sostnew li se jkollhom jimpjegaw aktar ħaddiema biex ikunu jistgħu jlaħħqu mad-domanda.

Anke fl-industrija s-sentiment ekonomiku hu qawwi ħafna. Fil-fatt, maġġoranza ta’ aktar minn 70% tal-fabbriki qalu li qed jistennew żieda fil-produzzjoni fix-xhur li ġejjin. Fid-dawl ta’ dan anke f’dan is-settur jidher li se jkun hemm domanda qawwija għal aktar ħaddiema.

IL-FINANZI TAL-GVERN

JISSAĦĦU MILL-ĠDID

F’Marzu kellna defiċit inqas minn tal-aħħar Gvern Nazzjonalista

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena d-defiċit fil-Fond Konsolidat tal-finanzi tal-Gvern naqas għal €136 miljun, li jfisser titjib ta’ €236 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena li għaddiet. Ir-riżultati fil-perjodu Jannar-Marzu jispikkaw bħala fost l-aħjar li qatt ġew osservati fl-istorja ta’ pajjiżna.

Minbarra hekk, id-defiċit li ġie osservat fl-ewwel kwart tal2023 kien kważi l-istess bħal dak osservat fl-istess ammont ta’ xhur matul l-2019, jiġifieri sena qabel il-pandemija talCOVID-19 li ġabet piż finanzjarju kbir. Dakinhar id-defiċit kien laħaq il-€134 miljun jew żewġ miljuni biss inqas mir-riżultati ta’ din is-sena.

Ħarsa lejn id-defiċits irreġistrati fl-imgħoddi sal-ewwel tliet xhur tas-sena jiġi osservat kif dawk ta’ din is-sena kienu ferm aqwa minn dawk li kien hemm taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.

Fil-fatt, fl-ewwel tliet xhur ta’ għaxar snin ilu d-defiċit fuq il-Fond Konsolidat kien €168 miljun, waqt li fl-istess żmien fl-2012 dan kien saħansitra jlaħħaq il-figura ta’ €225 miljun jew kważi €90 miljun iżjed millum.

Ta’ min jinnota wkoll li fl-ew-

wel tliet xhur tal-2009, meta pajjiżna kien ukoll għaddej minn kriżi tal-enerġija, iżda ferm iżgħar minn dik ta’ bħalissa, id-defiċit tal-Gvern kien tela’ għal €265 miljun jew kważi d-doppju ta’ dak preżenti. Dan minkejja li fl-2009 il-Gvern Nazzjonalista kien għolla l-kontijiet f’pajjiżna bid-doppju ta’ kemm kienu għolew madwar il-kumplament tal-Ewropa.

Defiċit fil-Fond Konsolidat fl-ewwel kwart tas-sena

Jan-Mar 2023 €136M

Jan-Mar 2019 €134M

Jan-Mar 2013 €168M

Jan-Mar 2012 €225M

Jan-Mar 2009 €265M

L-għaqal tal-politika ekonomika tal-Gvern attwali Laburista hu ċar meta wieħed iħares lejn l-andament tal-finanzi pubbliċi.

Proprju għax il-Gvern ma imponiex piżijiet fuq il-familji u n-negozji, iżda ppompja miljuni kbar f’sussidji, l-andament ekonomiku baqa’ pożittiv u

t-tkabbir kompla jirranka. Dan wassal għal rekord fid-dħul talGvern li fi tliet xhur biss laħaq aktar minn €1.4 biljun, żieda ta’ 25% fuq is-sena ta’ qabel meta d-dħul tal-Gvern kien €1.1 biljun.

B’kuntrast, fiż-żmien tal-politika ta’ awsterità tal-amministrazzjoni GonziPN, li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech irid jikkopja, id-dħul talaħħar Gvern Nazzjonalista kien naqas minn €452 miljun fl-2008 għal €428 miljun sena wara. Li jfisser li d-dħul tal-Gvern kien naqas b’5% u mhux żdied b’25%, kif qed jiġri bil-politika progressiva mħaddna millamministrazzjoni ta’ Robert Abela.

Sadanittant, il-figuri talFond Konsolidat jindikaw ukoll li l-ispiża tal-Gvern laħqet livell rekord ta’ kważi €1.6 biljun, żieda fl-ispiża ta’ €50 miljun fuq is-sena li għaddiet. Dawn kienu jinkludu titjib ta’ madwar €23 miljun f’benefiċċji soċjali u €39 miljun f’għajnuna relatata mal-istabilità fil-prezzijiet talenerġija.

Bejn Frar u Marzu, id-dejn tal-Gvern ċentrali naqas b’€114il miljun, riflessjoni oħra talandament pożittiv tal-finanzi tal-Gvern.

30.04.2023 07
Nov Diċ Jan Fra Mar Apr MALTA 96 98 102 106 112 115 UE 94 96 98 98 97 97

L-EWWEL TA’ MEJJU JIBQA’ RELEVANTI BĦAL

Ġurnata biss bogħod mill-festa ta’ Jum il-Ħaddiem, l-Ewwel ta’ Mejju, li ilha tiġi organizzata mill-Partit Laburista f’pajjiżna għal iżjed minn 90 sena, il-poplu Malti u Għawdxi qed jiġi msejjaħ jingħaqad wara t-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela biex jiċċelebra dak kollu li nkiseb sal-lum il-ġurnata. Avolja l-aħħar snin raw id-dinja tintlaqat mill-agħar kriżijiet, f’pajjiżna l-ħaddiema u l-familji tagħhom, flimkien mal-postijiet tax-xogħol, sabu protezzjoni millaqwa, grazzi għal miżuri u inċentivi mill-Gvern Laburista. Dan wassal biex illum niftaħru li f’pajjiżna għandna kważi full employment, l-inqas rata ta’ qgħad, l-aqwa benefiċċji fl-istorja, titjib tal-għajxien li baqa’ għaddej u rata ogħla ta’ ċittadini kuntenti bit-tmexxija attwali. Bil-maqlub, għadd ta’ pajjiżi oħrajn madwarna qed jgħixu ċirkostanzi kompletament differenti.

Ir-relevanza ta’ Jum il-Ħaddiem tibqa’ ħajja daqs qatt qabel u iżjed valida f’Malta biex niċċelebraw dan kollu. Tal-istess fehma huma ħames personalitajiet oħra li qed inġibu hawn illum u li fl-aħħar jiem esprimew ħsibijiethom dwar din il-ġurnata għażiża.

DEBONO GRECH,

Fi żmieni konna nibdew naħdmu biex norganizzaw il-festi tal-Ewwel ta’ Mejju kważi minn Jannar ta’ qabel, għax dak iż-żmien kienu jinħadmu l-karrijiet tal-fjuri u oħrajn. Niftakar Jum il-Ħaddiem dejjem kien xi ħaġa kbira għall-Partit u meta kienu neħħewlna kollox, konna nagħmluh fil-Ħamrun filgħodu, anke jekk ġen

eralment l-Ewwel ta’ Mejju kien isir fil

għaxija fil-Belt.

Dejjem niftakar b’dimostrazzjonijiet kbar, jibdew minn Santa Venera u jispiċċaw il-Ħamrun u, meta jsiru filBelt, jibdew minn Kastilja u jispiċċaw f’Putirjal. In-nies kienet tikkonkorri dejjem, u li fl-Ewwel ta’ Mejju niċċelebraw lill-ħaddiem u dak li akkwista konna nistennewha minn sena għall-oħra. Il-festi kienu jibdew mit-28 t’April, infakkru l-ġlieda tal-1958 għall-ħelsien u jsir mass meeting fejn kien jitkellem il-Perit Dom Mintoff u mbagħad kienu jsiru konferenzi sal-Ewwel ta’ Mejju. Imbagħad fil-jum proprju taċ-ċelebrazzjoni ninġabru għad-dimostrazzjoni bilbaned u l-karrijiet, li kienu jieħdu ħsieb il-brigati dak iż-żmien u l-kumitati ta’ kull lokal.

Kellna żminijiet diffiċli għall-Partit, mhux l-inqas meta kellna t-timbru tal-interdett fuqna. Il-Knisja kienet ippreżentat San Ġużepp Ħaddiem u kienet tagħmel festa fuq il-Fosos u ħlief tgħajjir kontra l-Partit Laburista ma kienx ikun hemm. Għalhekk ukoll l-Ewwel ta’ Mejju spiċċajna nagħmluha filgħodu għal ċertu żmien, għax filgħaxija ma stajniex nagħmluha u l-Pulizija ma kinitx tagħtina l-permessi meħtieġa.

Minkejja dan, iżjed kienu jħeġġuna li nieħdu sehem u l-kumitati kienu attivi kollha fil-lokalitajiet tagħhom.

Għaldaqstant, illum irrid nagħmel appell lil kulħadd, liż-żgħażagħ, lill-anzjani u lill-familji, li lkoll għandhom ħafna affarijiet sbieħ x’jiċċelebraw, grazzi biss għall-Gvernijiet Laburisti.

Niftakru minn xiex għadda l-Partit Laburista, imma wkoll infakkru x’għamel għall-ħaddiema u għall-familji tagħhom fl-istorja u naħdmu biex il-Prim Ministru Robert Abela jibqa’ jmexxi lil dan il-pajjiż għal qalbna. Nafu x’sar għalina matul il-pandemija flaħħar tliet snin u issa li għandna l-Gwerra fl-Ukrajna.

Jeħtieġ inkunu magħqudin wara l-Mexxej tagħna biex inkomplu nimxu ’l quddiem u nżommu dak li ksibna mażżmien. Jekk ma jkunx hemm il-Partit tal-Ħaddiema fil-Gvern, dak li ħdimna għalih fil-passat ikun mhedded, kif urewna sal-aħħar Gvern Nazzjonalista u kif qed jiġri llum f’pajjiżi oħrajn

ROBERT ABELA: Garanzija ta’ politika fl-aħjar interess tal-poplu u ta’ ġenerazzjonijiet futuri

Ewropej.

CHARLES MANGION, Eks Deputat Mexxej Laburista u Eks Membru Parlamentari

L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hi li l-Partit Laburista, sa mit-twelid tiegħu, kien dak li dejjem iċċelebra Jum il-Ħaddiem u mhux b’kumbinazzjoni, imma għax twieled minn fost il-ħaddiema. Twieled biex jgħin lill-ħaddiem imexxi ’l quddiem il-kawża tiegħu matul iż-żminijiet … twieled biex jeqred il-faqar.

Il-Partit u l-Gvernijiet Laburisti għamlu dan, waqt li ħaddieħor, li llum irid jipprotesta, kien kontra din il-festa u kien parti mill-forzi reazzjonarji li wkoll kienu jikkundannaw Jum il-Ħaddiem, kienu jikkundannaw il-ħarsien tal-ħaddiema, għax kienu kontra li l-ħaddiem jimxi ’l quddiem. Kienu kontra li l-klassi tal-ħaddiema titgħallem u jkollha l-istess opportunitajiet bħal kulħadd

Dawn huma fatti li ħadd ma jista’ jmerihom. Biex niġu għaż-żminijiet aktar riċenti u jekk nibdew ngħidu x’għamel il-PL infakkar li kien hu li daħħal il-pensjoni, il-ħarsien fuq il-post tax-xogħol u l-Paga Minima Nazzjonali.

Kien hu li introduċa l-akkomodazzjoni soċjali biex jassigura li kull familja jkollha saqaf diċenti. Minbarra hekk kellu l-ġlieda kbira, ngħidilha jien, għassaħħa b’xejn li wasslitna wkoll biex illum niftaħru li għandna waħda millaqwa sistemi tas-saħħa fl-Ewropa, kif uriet fil-pandemija tal-COVID. Dak hu wkoll legat kbir ieħor tal-Partit Laburista u, għalkemm illum jaqbel magħna li kienet xi ħaġa tajba, il-PN dak iż-żmien kien kontra.

It-titjib fl-edukazzjoni, mill-Primarja,

is-Sekondarja, dik Terzjarja, dawn kollha legati oħrajn Laburisti li komplew jiżviluppaw maż-żmien, imma waħda mill-affarijiet li nfakkru llum hi li kien Gvern Nazzjonalista li qered l-iskejjel tas-snajja’.

Illum qed naraw kemm kienu essenzjali, għax qed inbatu minn nuqqas ta’ nies li jkollhom ċerti ħiliet tekniċi, u hu tajjeb li l-Gvern se jerġa’ jintroduċihom, kif wiegħed fil-manifest elettorali tiegħu.

Minbarra dan kollu, il-kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-40 siegħa fil-ġimgħa, il-kisba lura tal-vaganzi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa, il-leave tal-maternità u issa tal-paternità, childcare b’xejn li tat opportunità lil dawk, speċjalment in-nisa, biex joħorġu jaħdmu huma kollha kundizzjonijiet li ġew introdotti għall-ħaddiem taħt Gvernijiet Laburisti.

Pajjiżi oħrajn Ewropej, li llum jikkopjawna, huma mifnijin minn protesti proprju minħabba spejjeż simili li huma mgħobbijin bihom.

Il-pensjonijiet f’25 sena ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti qatt ma żdiedu, kellhom ikunu dawk Laburisti li żiduhom kull sena u anke jeżentahom mit-taxxi.

Tibda ssemmi ma tispiċċa qatt. Aħna dejjem kellna l-kuraġġ li nieħdu d-deċiżjonijiet u l-poplu Malti jaf li dejjem gawda u mexa ’l quddiem taħt il-Labour, anke minn tliet snin ’l hawn meta feġġew l-agħar sfidi internazzjonali.

Meta fl-2009 kien hawn il-kriżi talbanek, avolja l-ebda wieħed f’pajjiżna ma ġie affettwat, Gvern Nazzjonalista għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kemm felaħ u traħħas wara l-2013 mill-Partit Laburista, kif wiegħed. Illum Gvern ieħor Laburista ma żiedx ċenteżmu fil-kontijiet, avolja hawn kriżi internazzjonali akbar minn dakinhar.

Rajna wkoll il-benefiċċji fil-kriżi talCOVID u waqt li pajjiżi oħrajn ħallew il-qgħad jisplodi, f’Malta sostna l-pagi anke f’industriji li kellhom jagħlqu kompletament. Rajna kemm swiet meta l-affarijiet irritornaw għan-normal u tlaqna niġru qabel kulħadd.

Dawn l-akbar rebħiet tal-ħaddiema. Dawn huma r-rebħiet li joħolqu l-ġid, li jgawdi minnu kulħadd, il-ħaddiem u min jinvesti, dik hi l-ġustizzja soċjali. Meta l-ġid tal-pajjiż jikber ma jridux igawdu l-ftit, imma l-maġġoranza assoluta. B’dan il-pass biss il-pajjiż irnexxielu jnaqqas il-faqar, li wieħed ikollu ħajja aħjar, li jkollu l-aħjar opportunitajiet biex jimxi ’l quddiem.

Kull wieħed u waħda minna rridu kwalità ta’ ħajja aħjar għal uliedna, l-istess qed jesiġi l-Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela.

CHRIS

AGIUS, Deputat Parlamentari Laburista

Il-festa tal-Ewwel ta’ Mejju hi l-akbar festa għall-klassi tal-ħaddiema, mhux l-inqas għaż-żgħażagħ li dejjem kienu pijunieri u fuq quddiem biex jiċċelebraw il-bidliet li wettqu bħala Żgħażagħ Laburisti, mhux l-inqas fit-28 t’April tal-1958, li fakkarna nhar il-Ġimgħa. Iż-żgħażagħ Soċjalisti kienu fuq quddiem f’dak il-jum biex jixprunaw il-bidliet li kien hemm bżonn dak iżżmien f’pajjiżna.

Jum il-Ħaddiem ovvjament huwa festa li lil min hu bħali, min hu l-età tiegħi, min bħali ilu jfakkarha sa minn tfulitu ġġib memorji sbieħ, anke jekk bħala Partit għaddejna minn żminijiet diffiċli wkoll.

Tajjeb li kultant infakkru pereżempju

30.04.2023 08
JOE Eks Deputat Mexxej Laburista u Eks Membru Parlamentari
-
-
Ritratt: GARETH DEGIORGIO

RELEVANTI BĦAL DEJJEM

l-aħħar tat-tmeninijiet, wara li l-Partit Laburista tilef il-Gvern fl-1987, kien hawn biża’ min-nies tagħna li jattendu attivitajiet bħal dawn, għax jispiċċaw vittmi ta’ transfers fuq il-postijiet tax-xogħol, kienu jiċċaħħdu mill-promozzjonijiet. Però ħafna min-nies tagħna xorta qatt ma ddejqu juru wiċċhom u kienu fuq quddiem biex jiċċelebraw din l-akbar festa ta’ Jum il-Ħaddiem.

Bħala Partit Laburista dejjem iċċelebrajnieha, mhux bħal ħaddieħor li juża dan il-jum bħala skuża biex jiċċelebra festi oħrajn. Aħna dejjem konna quddiem fil-maltemp u fil-bnazzi, fix-xita u fix-xemx, bħala ġemgħa wara l-Partit Laburista, li min-naħa tiegħu dejjem kien hemm biex jiddefendi l-interessi tal-klassi taż-żgħir, il-klassi tal-ħaddiema, tal-vulnerabbli.

Fl-aħħar mill-aħħar dan il-jum jispjega d-differenza bejn iż-żewġ partiti l-kbar li għandna f’pajjiżna. U għalhekk nappella biex, kif għamilna dejjem fil-passat u anke fl-aktar żminijiet diffiċli, inkunu hemm flimkien bħala Partit wieħed, wara l-Mexxej tagħna, ħalli nfakkru l-bidliet u r-rebħiet u dak kollu li qed inwettqu bħalissa biex il-klassi tal-ħaddiem tkompli timxi ’l quddiem u naraw li tkompli tieħu dak li jistħoqqilha taħt Gvern Laburista.

Mhux l-inqas iż-żgħażagħ, li llum reġgħu jinsabu fuq quddiem fil-Partit Laburista, li dejjem tahom iċ-ċans li jimmilitaw fi ħdanu. Flimkien magħhom ukoll irridu nagħmlu l-bidliet li għandu bżonn il-pajjiż.

GEORVIN BUGEJA, President ŻL

Iż-żgħażagħ huma strumentali u importanti ħaf na li f’Jum il-Ħaddiem ikunu fuq quddiem biex niċċelebraw, għax ksibna ħafna f’dawn is-snin, imma fadlilna ħafna aktar x’niksbu. Niċċelebraw għax aħna ż-żgħażagħ kapaċi nbiddlu u nagħmlu r-riformi li dan ilpajjiż ikun jixtieq … niċċelebraw, għax kollox jibda miż-żgħażagħ, bħall-progress li rajna fl-aħħar snin, imma mhux biss, anke fis-snin l-imgħoddija.

Iż-żgħażagħ kienu voċiferi biex pajjiżna seta’ jimxi ’l quddiem. F’dawn l-aħħar snin kienu protagonisti u ta’ prijorità fil-ħidma tal-Gvern Laburista. Nafu kif ġew implimentati diversi riformi biex il-kwalità tal-ħajja tagħna llum hi ħafna aħjar minn dik li konna ngħixu għaxar snin ilu.

Żdiedu l-opportunitajiet fix-xogħol

għaż-żgħażagħ li jkunu qegħdin ifittxu l-ewwel esperjenza tagħhom, illum bil-postijiet tax-xogħol jiġru wara

ż-żgħażagħ u mhux bil-maqlub. Żdiedu l-opportunitajiet bħal pereżempju meta studenti jkollhom bżonn jirrepetu sena studju, bla ma jinqatgħalhom l-istipendju. Żgħażagħ li jidħlu fid-dinja tax-xogħol anke bl-appoġġ ta’ childcare b’xejn jew studenti li llum jistgħu jaħdmu 25 siegħa part-time u jibqgħu jirċievu l-istipendju tagħhom, li wkoll baqa’ jiżdied sena wara oħra u se jerġa’ jiżdied, kif ħabbar il-Prim Ministru.

Is-sena l-oħra, waħda mill-ewwel miżura sinifikanti wara l-elezzjoni,

kienet dik tal-għotja ta’ €10,000 mifruxa fuq għaxar snin għall-first-time buyers.

Dawn huma kollha miżuri, ftit mill-ħafna, li ġew implimentati f’dawn l-aħħar snin li taw l-opportunità liżżgħażagħ ħaddiema tagħna. Dawn huma kollha kisbiet tagħna ż-żgħażagħ li rridu niċċelebraw u nfakkru. Irridu nħarsu ’l quddiem lejn miżuri oħrajn li għad irridu niksbu flimkien, mhux l-inqas li nkomplu nsostnu l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, minkejja l-isfidi kollha globali.

Allura hu importanti li niċċelebraw ix-xogħol, niċċelebraw il-ħolqien tax-xogħol u xogħol ta’ kwalità. L-attiviżmu taż-żgħażagħ jibqa’ ta’ importanza ewlenija jekk irridu nassiguraw li, fl-aħħar mill-aħħar, il-Partit Laburista jibqa’ jiġġedded u jħares lejn futur sabiħ.

CHARLES SACCO, Eks ġurnalist

Jien kont bdejt il-karriera ġurnalistika fl-isport meta kont għadni l-isko- la, imma mbagħad indunajt li jekk sejjer għall-ġurnaliżmu ma nistax nibqa’ ffokat fuq suġġett wieħed u bdejt nifrex. U avolja kont għadni l-iskola u qed nistudja għall-eżamijiet talGCEs dak iż-żmien, kont niġri kullimkien wara l-Perit Mintoff meta kien jagħmel il-meetings nhar ta’ Sibt wara 12:00 p.m. biex nirrapportahom.

Dak iż-żmien kienu jarawli r-rapporti Lino Cassar u Nestu Laiviera u jgħiduli fejn irrid nirranġa u bqajt miexi minn hemm. Bħala tfal tal-Kottonera, għax aħna tfal konna għadna ta’ 14, 16-il sena, konna niġru wara l-mexxejja tal-Partit Laburista u allura trabbi ċerta mħabba lejn il-ħidma li tkun qiegħda ssir.

Dwar l-Ewwel ta’ Mejju tal-imgħoddi l-aktar ħaġa li niftakar bil-kbir kienet meta l-Gvern ma ħalliex li jsiru dimostrazzjonijiet fil-Belt u allura bdew isiru fil-Ħamrun. U fl-1964 kienet dimostrazzjoni kbira, li telqet minn Santa Venera baqgħet nieżla sal-Blata l-Bajda. Niftakar trakk sħiħ bil-membri Parlamentari, li dak iżżmien kulma kellna kienu 16 li telgħu bil-voti ta’ 51,000 suldat tal-azzar kif semmiehom il-Perit Mintoff u bqajna nirreferu għalihom hekk.

Il-messaġġ f’dawn l-attivitajiet dejjem kien konsistenti li l-ħaddiem irid ikollu t-tarka tiegħu u t-tarka tal-ħaddiema mhu ħadd ħlief il-Partit Laburista.

Anke llum bl-affarijiet li qed isiru, il-problemi li għandu quddiemu l-pajjiż, wara l-pandemija issa bil-Gwerra fl-Ukrajna. Qegħdin nindunaw li l-ħaddiem sabha din it-tarka, għax kieku ma kinux il-miżuri li ħa l-Gvern Laburista kieku min jaf xi kwalità ta’ għoli tal-ħajja għandna, iżjed milli qegħdin nesperjenzaw.

Jiena nemmen li l-messaġġ talPrim Ministru għall-Ewwel ta’ Mejju ta’ din is-sena se jkun dak li nibqgħu magħqudin wara t-torċa tal-Partit Laburista.

PROVA OĦRA LI L-PN MHUWIEX KREDIBBLI

Tkompli minn paġna 1

Uħud mir-rappreżentanti ta’ dawn l-għaqdiet issejħu fid-Dar Ċentrali fl-aħħar jiem biex il-Partit Nazzjonalista jitkellem magħhom proprju dwar l-Abbozz Legali dwar il-Liċenzja għall-Kuntratturi li jaħdmu fl-oqsma tat-twaqqigħ, l-iskavar u l-bini.

Il-konsultazzjoni pubblika għalqet fil-21 t’April li għadda u rat parteċipazzjoni qawwija minn operaturi fil-kostruzzjoni u ta’ korpi kostitwiti, inklużi dawk tal-Partit Laburista u l-ADPD. Sa mill-bidu nett tal-konsultazzjoni pubblika, il-PN, permezz talKelliem Ewlieni tiegħu għall-Ippjanar Stanley Zammit, kien ta l-impressjoni li se jieħu sehem fil-proċess u ddikjara li hu favur li jsiru r-riformi.

F’konferenza tal-aħbarijiet wara li fetħet il-konsultazzjoni pubblika, Zammit kien mistoqsi dwar is-suġġett u kif kienu għadhom ma ressqu l-ebda proposta wara ġimgħa. Hu kien wieġeb li fadal iż-żmien biex jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom.

Minbarra hekk, id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri kixef li dan is-suġġett kien ittrattat fil-livell talGrupp Parlamentari Nazzjonalista. Minkejja dan, m’għamlu xejn minn dan meta l-ġimgħa l-oħra għalaq iżżmien fejn kulħadd seta’ jagħti l-veduti tiegħu.

Sussegwentement id-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni nhar it-Tnejn fil-Parlament li hu ma kellux għaliex jikkonsulta dwar dan l-avviż legali xejn ma niżlet tajjeb mar-rappreżentanti tal-għaqdiet li attendew fid-Dar Ċentrali. Urew dubji serji kemm il-fehmiet li ressqu fuq is-suġġett ġew fil-fatt ikkunsidrati mill-PN.

Biex tgħaxxaqha, id-Deputat Toni Bezzina miera s-sewwa magħruf u ddikjara ma’ ONE News li l-Oppożizzjoni kienet ressqet il-proposti tagħha.

Dak li stqarr il-Kap Nazzjonalista wkoll ikkontrasta ma’ atteġġjament differenti li ħa l-PN f’konsultazzjonijiet pubbliċi oħrajn reċentment, inkluż minn entitajiet taħt l-istess Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar.

Fost dawn kien hemm il-konsultazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-iskema tarregolarizzazzjoni mnedija mill-Awtorità tal-Ippjanar u dik dwar il-project

supervisors fi proġetti tal-kostruzzjoni tal-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA). F’dawn it-tnejn il-PN għamel sottomissjonijiet.

Għaldaqstant, għal-liġi iżjed importanti bħalma hi dik tar-regolizzar tal-kuntratturi l-Oppożizzjoni reġgħet uriet li mhix kredibbli meta tgħid li trid il-bidliet fil-qasam, iżda mbagħad tirrifjuta li tkun parti mill-proċess.

Għal darb’oħra ħareġ ċar li bejn il-paroli Nazzjonalista u r-realtà hemm differenza kbira.

Fil-bidu tad-diskussjoni Parlamentari fl-istadju tat-tieni qari għar-riforma fil-qasam tal-bini u l-kostruzzjoni, tlett ijiem wara li ntemmet il-konsultazzjoni pubblika, il-Kap Nazzjonalista kien skomdu jirreaġixxa għal dan innuqqas u, quddiem il-kritika, iddikjara li m’għandux għaliex jipparteċipa filproċess. Aktar minn hekk, hu tenna li mhux biżżejjed li jkollok il-liġi, meta hi biss il-liġi li tista’ tirregola s-settur.

F’sitt ġimgħat sħaħ ta’ konsultazzjoni pubblika fejn ħadu sehem mal1,000 persuna jew għaqdiet, dik li baqgħet kompletament assenti kienet biss l-Oppożizzjoni, minkejja l-kritika partiġjana li tagħmel il-ħin kollu.

L-Oppożizzjoni wkoll abdikat mirresponsabbiltajiet fil-Parlament ftit tal-ġranet qabel fid-diskussjoni dwar il-liġi l-ġdida għall-prevenzjoni kontra l-vjolenza domestika.

Din kienet prova oħra ta’ Oppożizzjoni li tirriduċi temi ta’ importanza nazzjonali f’logħob partiġjan.

Il-liġi l-ġdida fil-qasam tal-kostruzzjoni se ddaħħal serjetà akbar u ġġib bidla radikali meta qabel l-uniku liċenzjar kien dak għall-bennejja u kien f’idejn il-Pulizija. B’din il-liġi, din il-liċenzja issa se timxi f’idejn l-Aġenzija għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), li se tkun tinkludi Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni biex ikompli jissaħħaħ is-settur. Il-pass li jmiss hu li l-BCA tkun hi li tibda toħroġ il-liċenzji tal-kuntratturi.

Dan joħroġ mill-ġdid u b’mod ċar li jrid ikun Gvern Laburista li jirriforma u jwettaq tibdil fl-aħjar interess soċjali f’setturi li ilhom żmien twil staġnati. Ħaddieħor jasal biss sal-paroli, li fl-aħħar mill-aħħar jirriżulta wkoll fil-vojt.

30.04.2023 09
Id-Deputati Stanley Zammit (xellug), Toni Bezzina u Stephen Spiteri (lemin) taw l-impressjoni li l-PN interessat fil-konsultazzjoni pubblika

TIRRANKA L-QALBA NAZZJONALI LEJN VETTURI LI JNIĠĠSU INQAS

Statistika ppubblikata din ilġimgħa tkompli tikkonferma kif qed tkompli l-qalba lejn vetturi li jniġġsu inqas, tant li, bejn Marzu 2022 u Marzu 2023, l-għadd sħiħ ta’ vetturi simili f’pajjiżna sitta minn kull għaxra ġodda jaħdmu b’teknoloġija li tniġġes inqas.

Mill-12,051 li żdiedu f’dan il-perjodu, jew kważi 1,000 vettura fix-xahar, kienu biss 4,856 li jaħdmu b’mod konvenzjonali, bil-petrol jew bid-diesel biss. Dan ifisser li kull għaxar vetturi li żdiedu fuq it-toroq ta’ pajjiżna kienu biss erbgħa li jaħdmu bil-petrol jew bid-diesel.

Fuq medda ta’ 12-il xahar kien hemm żieda ta’ 4,022 vettura elettrika. B’hekk iż-żieda f’din il-kategorija kienet it-tieni l-akbar minn fost il-kategoriji kollha. Kompliet tirranka wkoll id-domanda għal vetturi hybrid, kemm dawk plug-in kif ukoll dawk imsejħin mild hybrid.

B’riżultat ta’ dawn il-bidliet, waqt li f’Marzu 2022 kellna 97% tal-vetturi fit-toroq tagħna jaħdmu biss bil-petrol jew bid-diesel, sena wara dan il-proporzjon naqas għal 95%.

Meta wieħed iħares f’aktar dettall lejn din il-bidla fl-ammont ta’ vetturi li jniġġsu inqas, jara li din irrankat aktar bejn Diċembru 2022 u Marzu 2023.

Fil-fatt, f’dawk it-tliet xhur kien hemm żieda ta’ xejn inqas minn 1,816-il vettura u minnhom 590 biss kienu jaħdmu bil-petrol jew bid-diesel biss.

Dan ifisser li kienu biss tlieta minn kull għaxar vetturi ġodda li kienu jaħdmu b’mod konvenzjonali. L-ammont ta’ vetturi hybrid żdied b’rata ferm mgħaġġla fl-aħħar tliet xhur, fejn id-domanda qabżet anke dik li kien hemm għal vetturi elettriċi.

Fattur ewlieni wara s-suċċess ta’ din il-qalba ambjentali importanti huwa l-inċentivi li qed joffri l-Gvern. Fl-istess ħin qed jirranka l-proċess ta’ elettrifikazzjoni tal-flotta ta’ vetturi fis-Settur Pubbliku.

Fix-xhur li ġejjin anke azjendi fis-settur privat se jibdew jibbenefikaw minn inċentivi u fondi ħalli jagħmlu din il-qalba meħtieġa.

Ta’ min ifakkar li wara t-tnaqqis qawwi fit-tniġġis bil-produzzjoni tal-enerġija, illum hu s-settur tat-trasport li jikkawża l-aktar emissjonijiet. Bil-bidla fil-flotta tas-Settur Pubbliku u tal-azjendi privati, flimkien mal-bidla gradwali fil-vetturi privati, hu mistenni tnaqqis sostanzjali fit-tniġġis u titjib fil-kwalità tal-arja f’pajjiżna.

L-EWWEL PJAN TA’ MOBILITÀ ATTIVA NAZZJONALI

Din il-ġimgħa l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Aaron Farrugia, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Ivan Falzon, ħabbru pjan nazzjonali ta’ infrastruttura li joffri prijorità lil dawk li jixtiequ jużaw it-toroq tagħna blużu ta’ mezzi alternattivi ta’ trasport lil hinn mill-karozza privata.

Dawn il-mezzi jinkludu kemm il-mixi, ir-rota, il-pedelecs jew l-e-scooters, fost oħrajn.

Dan il-pjan nazzjonali se jsir b’investiment ta’ €35 miljun u fl-ewwel fażi tiegħu, li tħabbret s’issa, se jkun qed jiffoka fuq iż-żona talPort il-Kbir, partikolarment bejn Sa Maison, il-Belt Valletta u t-terminal tal-passiġġieri, fuq medda ta’ tliet kilometri.

Permezz tal-proġett se jkunu qed jingħataw ħajja mill-ġdid żewġ żoni fil-Ħamrun u l-Blata l-Bajda, li bħalissa jipprijoritizzaw il-karozzi fuq utenti oħrajn li jagħmlu użu mit-triq. Dawn iż-żewġ żoni huma parti minn pjan ferm usa’ biex jinħolqu numru ta’ rotot li jkunu siguri u segregati mill-bqija tat-traffiku.

Il-pjan jinkludi fih rotot ġodda li mhux biss

se jgħaqqdu l-postijiet, iżda se joffru wkoll il-possibbiltà li jintgħażlu modi differenti ta’ trasport. Dan għax se jkollhom konnettività u aċċess aħjar għat-trasport pubbliku u hubs ġodda ta’ mobilità, billi tiġi adottata infrastruttura li tkun xierqa u sigura għall-utenti. Fl-istess ħin wieħed jingħata ċ-ċans li jagħżel l-aktar konnessjonijiet li jkunu diretti u kontinwi.

Il-Ministru Farrugia tenna l-importanza ta’ dan l-investiment u fisser kif il-pajjiż jeħtieġ li jimxi lejn din id-direzzjoni, fejn mhux biss ilkarozzi jkunu jistgħu jagħmlu użu mit-toroq tagħna.

“Permezz ta’ dan il-pjan, li se jsir b’investiment totali ta’ €35 miljun, qed noffru lin-nies alternattivi realistiċi għall-vetturi privati tagħhom. Rotot siguri, b’infrastruttura adekwata biex in-nies jagħmlu użu minn modi alternattivi ta’ trasport. Permezz ta’ dan il-pjan, qed infittxu li nindirizzaw bidla fil-mentalità u ngħinu lin-nies jifhmu li hemm alternattivi aħjar għall-vettura privata, u li qed noffru l-infrastruttura għalihom,” ikkonkluda l-Ministru Farrugia.

Ippjanati żoni fejn it-traffiku jkun ikkontrollat u r-roti u l-mixi jingħataw prijorità

30.04.2023 10
ŻIEDA FIL-VETTURI MARZU ’22 - MARZU ’23 Petrol 4,688 Diesel 168 Electric 4,022 Mild Hybrid (Petrol-Electric) 1,695 Mild Hybrid (Diesel-Electric) 87 Plug-in Hybrid (Petrol-Electric) 1,246 Plug-in Hybrid (Diesel-Electric) 21 LPG 7 Combined (Petrol-LPG) 88 Combined (Diesel-LPG) 29 TOTAL 12,051

L-EU-STARTUPS SUMMIT ĠEJ MALTA!

Il-Malta Enterprise tħabbar pass ieħor kbir ’il quddiem għas-settur li fl-aħħar snin iffjorixxa lokalment

Tliet snin wara li l-Malta Enterprise nediet l-inizjattiva nazzjonali għall-istartups bl-isem ta’ StartinMalta, din il-ġimgħa tħabbar żvilupp ieħor f’din il-ħidma hekk kif avveniment Ewropew maġġuri dwar is-settur għażel li proprju jimxi lejn pajjiżna.

L-avveniment tal-EU-Startups Summit se jkun qed jirriloka lejn pajjiżna minn Barċellona fi Spanja. Dan wara li ħidma mill-Malta Enterprise fl-aħħar xhur esponiet b’suċċess il-vantaġġi li dan l-avveniment jimxi lejn pajjiżna.

Tul l-aħħar snin il-Malta Enterprise għamlet numru ta’ avvanzi u tibdiliet biex tagħmel l-esperjenza li tibda u tkabbar startup f’pajjiżna aktar possibbli. Fl2021 mat-tnedija tal-kunċett StartinMalta u l-portal elettroniku li jmur miegħu, il-Malta Enterprise biddlet ukoll l-iskemi tal-għajnuna tagħha tal-għotjiet finanzjarji u self. Dan biex issa startup jew scaleup innovattiva, kemm dawk Maltin kif ukoll internazzjonali, jistgħu jibbenefikaw sa €1 miljun f’appoġġ fuq perjodu ta’ tliet snin.

Wara dan l-entità tal-Gvern Malti indirizzat ilfatt li f’pajjiżna ma kienx hawn dawk li jissejħu accelerators ta’ ċerta portata biex jgħinu jmexxu lil dawn il-kumpaniji għall-pass li jmiss fil-fażi inizjali tagħhom. B’hekk attirat lejn pajjiżna l-accelerator Amerikan rinomat madwar id-dinja PlugNplay u aktar riċenti accelerator ieħor li jiffoka biss fuq tek-

noloġija fl-edukazzjoni, Supercharger Ventures. Avvenimenti tal-istartups kbar jgħinu biex titkabbar ekosistema nazzjonali f’dan ir-rigward u għalhekk kien hemm impenn qawwi mill-Malta Enterprise, immexxija mill-Kap Eżekuttiv Kurt Farrugia, li fl-aħħar jiem kien preżenti għall-aħħar laqgħa tal-EU-Startups Summit fi Spanja (ritratt).

Il-Malta Enterprise u l-imsieħba l-oħrajn fi StartinMalta, inklużi entitajiet oħrajn tal-Gvern u mill-privat, fl-aħħar snin ħolqu StartupFestival, li issa daħal sew fil-kalendarju u fit-tielet edizzjoni tiegħu sar mistenni sew mill-komunità lokali. Hawn qed tiġi indirizzata wkoll il-ħtieġa ta’ aktar kapital ġdid li jintuża mill-istartups permezz ta’ numru ta’ “business angels” internazzjonali.

Dan ma kienx biżżejjed għax, iktar ma jkun hemm avvenimenti ta’ kwalità li jsiru f’pajjiżna, aktar tikber l-għajta li aħna ċentru tal-istartups. Kien għalhekk li l-Malta Enterprise daħlet f’diskussjonijiet biex iġġib Malta l-EU-Startups Summit organizzat mid-ditta rinomata wara l-paġna online EU Startups Page.

Il-KullĦadd hi infurmata li, madankollu, din mhix se tkun l-unika aħbar tajba għall-istartups u wara li s-sena li għaddiet il-Malta Enterprise, flimkien

mal-aġenzija Residenza Malta ħabbru programm, Startup Residency Programme, biex l-aqwa fundaturi minn barra l-Unjoni Ewropea jitħajru jiġu Malta, għaddejja ħidma wkoll fuq Startup Framework.

Dan il-qafas għandu jilħaq ħafna mill-aspirazzjonijiet ta’ bosta investituri li ilhom jitolbu għal tisħiħ ta’ liġijiet u proposti li jiffaċilitawlhom ħidmiethom.

IR-RIFORMA ATTWALI TAL-KUMPILAZZJONIJIET TIĠI

DISKUSSA MAL-KUMMISSARJU EWROPEW REYNDERS

Iż-żjara li għamel f’pajjiżna l-Kummissarju Ewropew għallĠustizzja Didier Reynders flaħħar jiem serviet ukoll ta’ opportunità biex tiġi ppreżentata r-riforma kruċjali fis-settur tal-ġustizzja kriminali, dik fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u t-tneħħija tal-proċess tar-rinviji, li tħabbret millGvern fl-aħħar jiem u attwalment għaddejja konsultazzjoni pubblika dwarha.

Din ir-riforma tirrifletti wkoll ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fl-aħħar Rapport dwar l-Istat tas-Saltna tad-Dritt, fejn il-Kummissjoni Ewropea stiednet lill-Gvern isostni l-impenn tiegħu biex tiżdied l-effiċjenza fil-ġustizzja.

Il-KullĦadd hi informata li l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard iddiskuta malKummissarju Ewropew kif

l-ewwel fażi ta’ ħidma fuq din ir-riforma tnediet permezz ta’ proġett iffinanzjat mid-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ

għar-Riforma Strutturali fl-Unjoni Ewropea.

B’dan il-proġett intiż li jindirizza oqsma ta’ titjib fl-effiċjenza tal-ġustizzja, l-espert Jeremy McBride, f’isem id-Diviżjoni għall-Koperazzjoni Legali tal-Kunsill tal-Ewropa, fassal rapport li wera kif il-proċess tal-kumpilazzjoni f’Malta seta’

jiġi riformat, billi jitnaqqas iżżmien tal-proċess ta’ kumpilazzjoni u jiġu assigurati d-drittijiet tal-vittmi u ta’ min hu akkużat.

Iż-żieda fl-effiċjenza tal-proċess tal-kumpilazzjoni u l-eliminazzjoni tal-proċessi ta’ rinviji, li s-sistema tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja tista’ tgħaddi mingħajrhom, għandu jkollha

wkoll l-effett li teħles għadd ta’ riżorsi ġudizzjarji li jkunu jistgħu jintużaw biex jiġu ffaċċjati problemi oħrajn fil-qasam. Min-naħa l-oħra, is-suċċess tar-riforma jista’ jkun jeħtieġ li din tiġi sostnuta b’żieda ta’ riżorsi f’oqsma oħrajn tal-Qrati u l-Gvern hu lest ukoll biex jirrispondi għall-ħtiġijiet kif jistgħu jiżvolġu.

“Il-proċess ta’ riforma filġustizzja hu wieħed kontinwu li dan il-Gvern affrontah f’dawn l-aħħar snin b’żidiet fir-riżorsi u b’żidiet fin-nefqa bla preċedent.

Din ir-riforma li qed nittrattaw f’din il-konsultazzjoni pubblika ssegwi riformi oħrajn importanti, bħal dik tat-trasferiment tal-prosekuzzjonijiet mingħand il-Pulizija għall-Uffiċċju tal-Avu-

kat Ġenerali, li wkoll qed twassal għal ħeffa fil-konklużjoni tal-kumpilazzjonijiet,” qal lil din il-gazzetta l-Ministru Attard.

Hu tenna li mal-Kummissarju Ewropew tkellem dwar kif din ir-riforma tippreċedi riformi oħrajn li l-Ministeru għall-Ġustizzja qed jaħdem fuqhom, inkluż dik fil-kamp tal-inkjesti maġisterjali bil-ħolqien ta’ sezzjoni fi ħdan il-maġistratura li tispeċjalizza fl-inkjesti.

“L-isfidi fil-qasam dinamiku tal-amministrazzjoni talġustizzja dejjem jibqgħu kbar. Dmirna li nipproteġu l-integrità u l-vijabilità tas-servizz pubbliku fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja u li nibqgħu nipprovdu s-soluzzjonijiet u nfasslu t-triq ’il quddiem. Inħoss li m’għandniex nibqgħu lura milli nwettqu riformi li qatt ma saru bħalhom qabel, li nattakkaw problemi li ilhom wisq jiġu injorati, jew li tant ikunu saru parti mill-istat ta’ fatt stabbilit li kważi jitqiesu bħala parti integrali ta’ sistemi ‘sagrosanti’,” kompla Attard.

Hu enfasizza li, għaldaqstant, fil-laqgħat li żvolġew f’pajjiżna esprima t-tama tiegħu li l-konsultazzjoni pubblika twassal għal aktar konsiderazzjoni pubblika u oġġettiva tar-riforma proposta qabel din tgħaddi għall-isktrutinju demokratiku aħħari fil-Parlament.

30.04.2023 11

INVESTIMENT U XOGĦOL

Din il-ġimgħa kellna l-konferma li Malta u l-Olanda huma l-uniċi żewġ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li ma għollewx il-kontijiet tal-elettriku. Il-Kummissjoni Ewropea reġgħet ikkonfermat li l-kontijiet ta’ pajjiżna huma fost l-orħos fl-Ewropa –it-tielet l-orħos.

Il-Partit Laburista dejjem ried ikun ta’ sostenn għall-poplu u Gvern Laburista ħadem u se jibqa’ jaħdem biex jipproteġi l-familji u n-negozji. L-impenn tagħna huwa li nilqgħu u naħdmu biex in-nies u n-negozji ma jiffaċċjawx kontijiet għolja.

fl-ewwel kwart ta’ din is-sena.

Mhux ta’ b’xejn li f’kull post tax-xogħol li nżur, f’kull dar li nidħol, kulħadd isemmili l-għajnuna li tajna u li qed inkomplu nagħtu.

stabbilita f’Malta u li fl-aħħar 18-il xahar investiet €12-il miljun fil-fabbrika tagħha f’Ħal Far. Investiet biex il-fabbrika li topera tkun l-ewwel waħda carbon neutral f’pajjiżna.

Enterprise, il-Gvern approva €25 miljun f’assistenza għal 125 startup permezz tal-iskemi B Start u Startup Finance.

Il-Partit Laburista huwa bil-fatti l-Partit tal-investiment u x-xogħol għax l-opportunitajiet t’investiment li qed noħolqu qed li iwasslu għal karrieri ta’ kwalità.

Bl-istess mod, dan l-investiment jiġġenera l-ġid biex il-Gvern ikun jista’ jwieżen lill-familji u lill-pensjonanti, biex ngħinu liż-żgħażagħ fl-istudji tagħhom; biex inkomplu noffru servizz ta’ saħħa b’xejn u biex, fuq kollox, inkunu hemm għan-nies u għan-negozji fl-aktar mumenti ta’ sfida.

Irrid infakkar li familja ta’ erbgħa qed tiffranka mal€2,000 fis-sena. Ifisser li kieku jkun hemm Gvern Nazzjonalista, kull familja għandha spiża addizzjonali ta’ €2,000 fis-sena, għax diġà qalu li jekk jogħlew barra jogħlew għal kulħadd.

Matul l-2022, il-Gvern Laburista ħareġ ’il fuq minn €300 miljun f’għajnuna għall-kontijiet u fuels. Għal din is-sena qed nallokaw mal-€500 miljun għall-kontijiet. Fuq fuels biss, għinna lin-nies bi €18-il miljun

L-investiment li qed nagħmlu fil-pajjiż qed iħalli l-frott. Qed nagħmlu lil Malta attraenti għall-investituri u qed nagħtu l-kuraġġ lill-Maltin stess biex ikomplu jinvestu fin-negozju tagħhom. Fi 12-il xahar biss, il-Malta Enterprise approvat b’€75 miljun fi proġetti ġodda ta’ investiment lokali u investiment dirett barrani. Dawn il-proġetti huma mistennija li joħolqu 1,000 karriera ġdida fuq perjodu ta’ tliet snin.

Dawn huma opportunitajiet li l-ewwel u qabel kollox irridu li jeħduhom iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin f’oqsma bħalma huma x-xjenza, l-intelliġenza artifiċjali, coders u karrieri ta’ teknika speċjalizzata fost oħrajn.

Ftit tal-jiem ilu, flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela, inawgurajna espansjoni tal-kumpanija Ġermaniża Seifert Systems. Kumpanija

Siefert timpjega ’l fuq minn 400 ħaddiem. Mhux talli għamlu dan l-investiment imma ħabbru wkoll li se jkunu qed jagħmlu investiment multimiljunarju ieħor biex jiddeversifikaw is-servizz li joffru u jidħlu wkoll fil-qasam tal-manifattura tal-elettronika.

Dan huwa ċertifikat b’saħħtu tal-fiduċja li l-kumpaniji għandhom f’pajjiżna. Għax fl-aktar mument diffiċli u ta’ prova pajjiżna wera xi jsarraf. Il-ħaddiema jistgħu jafdaw fina li qatt mhu se nħalluhom waħedhom. Jafu li aħna dejjem ta’ spalla għalihom.

Fl-istess waqt qed noħolqu niċeċ ekonomiċi ġodda u naraw it-tisħiħ ta’ kumpaniji fil-bijoteknoloġija, it-teknoloġija medika u l-farmaċewtika. Qed inħeġġu startups u SMEs jinvestu fl-ekonomija l-blu u l-ekonomija l-ħadra. Fl-aħħar erba’ snin, permezz tal-Malta

ĦIDMA PARLAMENTARI

l-kostruzzjoni u l-iżvilupp.

Din il-liġi ilha snin biex tiġi implimentata u issa qegħdin immexxu ’l quddiem għall-approvazzjoni mill-Parlament biex b’hekk inkunu qegħdin nagħtu ċans lill-industrija tipprepara sabiex fl-1 ta’ Jannar 2025 tidħol fis-seħħ.

Aktar kemm industrija tikber aktar tiżdied l-importanza li kulħadd josserva l-liġijiet imposti biex b’hekk ikollna s-sostenibilità f’dan is-settur ukoll.

luppa fi prodotti li jirrispettaw l-ekonomija l-ħadra. Irridu nħarsu lejn dawn l-opportunitajiet.

du nkomplu ninvestu f’taħriġ kontinwu biex inżidu u niddiversifikaw il-ħiliet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Għandna numru ta’ Startups li qed jimirħu f’niċeċ ekonomiċi ġodda bħalma huma s-cybersecurity u d-data security, FinTech, logħob diġitali, biotech, MedTech u manifattura avvanzata fost oħrajn. Kburija ngħid ukoll li qed nistabbilixxu minn Malta hub tal-istartups, tant li s-sena d-dieħla pajjiżna se jkun qed jospita għall-ewwel darba l-EU-Startups Summit.

Gvern Laburista qed joffri direzzjoni ċara għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Malta u Għawdex. Il-fiduċja tinħass u narawha fl-investimenti li qed isiru f’pajjiżna u f’dak li se nkunu qed inħabbru fil-ġimgħat li ġejjin biex nagħmlu minn Malta hub għall-innovazzjoni teknoloġika fl-ekonomija l-blu.

Dan huwa Gvern li qed jaħdem bis-serjetà għaċ-ċittadini tiegħu biex tassew inkunu nistgħu nkomplu noffru kwalità ta’ ħajja aħjar u hekk se nibqgħu nagħmlu.

Il-ġimgħa li għaddiet ipparteċipajt b’diskorsi fil-Parlament fuq il-liġi l-ġdida tal-Liċenzjar fl-Industrija tal-Kostruzzjoni u dwar l-estimi u r-rapport ta’ ħidma tal-Jobsplus.

Diskorsi li fihom elenkajt l-importanza li nkomplu ninvestu fil-ħiliet u fit-taħriġ tal-ħaddiema tagħna.

L-industrija tal-kostruzzjoni

Wara ħafna snin, qegħdin inressqu dan l-abbozz biex nibdew indaħħlu regolamentazzjoni f’din l-industrija li hija importanti għall-ekonomija tal-pajjiż iżda wkoll importanti li jkollna miżuri u liġijiet biex inħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiem, kif ukoll l-ambjent ta’ fejn isiru

Kemm huma importanti s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Din l-industrija, bħal industriji oħra, tesponi lill-ħaddiema għal periklu waqt ix-xogħol.

L-operattal-makkinarju jesiġi li jiġi operat minn ħaddiema bl-esperjenza, responsabbli u mħarrġa. Dawn kollha jagħmlu parti integrali mill-formazzjoni tal-ħaddiem u dan huwa l-iskop. Li kull ħaddiem ikun liċenzjat fuq dawk il-ħiliet li huwa jeżerċita fuq il-lant tax-xogħol.

Fl-istess waqt irridu ndaħħlu l-kultura u r-responsabilità fis-settur biex kulħadd jingħata t-taħriġ mhux biss għal dawn il-liċenzji iżda wkoll biex il-ħaddiem jibqa’ aġġornat.

Illum din l-industrija tuża makkinarju modern u teknoloġiku, filwaqt li anke l-materja prima qiegħda tiżvi-

Jiena li ġej mill-kamp edukattiv u teknoloġiku, dejjem inħares ’il quddiem biex l-industriji tagħna mmexxuhom għal aktar taħriġ matul ilħajja. L-esperjenza tax-xogħol hija mixja, u kull ħaddiem irid jibqa’ dejjem aġġornat b’taħriġ, prattiċi u makkinarju ġdid li jagħmlulu ħajtu uxogħlu aktar faċli. Irridu nimxu mal-iżvilupp u l-progress għax nistaġnaw u nkunu qegħdin nitilfu l-opportunitajiet.

Dan huwa l-impenn tagħna, biex immexxu ’l quddiem industrija aktar responsabbli, industrija aktar imħarrġa, industrija aktar regolamentata kif ukoll industrija aktar koerenti mal-impatt ambjentali u mal-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Jobsplus

Kemm huwa importanti li pajjiżna jkompli jinvesti fil-ħilijiet, fil-kwalità tax-xogħol u fl-edukazzjoni tal-ħaddiema.

Qed noħolqu aktar investimenti, aktar xogħol u aktar opportunitajiet f’dan ilpajjiż, b’ekonomija fost l-aqwa fl-Ewropa.

Dan mhux biżżejjed – irri-

L-aqwa opportunitajiet ta’ xogħol ġewwa pajjiżna jridu jkunu indirizzati lejn il-familji tagħna.

Bla dubju ekonomija b’saħħitha trid tara wkoll li għandha ħaddiema lesti li jaħdmu għal dak li tiġġenera.

Din hija s-sostenibilità ekonomika.

Irridu nassiguraw li l-aqwa opportunitajiet imorru għand iż-żgħażagħ u l-ħaddiema tagħna.

It-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiż jimxi pari passu mal-iżvilupp tar-riżorsi umani. Dan huwa aktar importanti u kruċjali meta wieħed jieħu f’kunsiderazzjoni l-ekonomija ta’ pajjiż bħal Malta fejn il-ħaddiem huwa l-aqwa riżorsa naturali li jħaddan. Dan joħroġ ċar fir-rapport annwali tal-Jobsplus għas-sena 2022.

Rapport li jagħti kreditu lill-Gvern Laburista għal ħidmietu biex Malta jkollha ekonomija b’saħħitha u finanzi fis-sod. Rapport li jelenka s-suċċess tal-Gvern fis-settur tax-xogħol.

L-istess rapport jindika b’mod ċar il-prijoritajiet lejn id-dinja diġitali, it-talent, l-ekonomija l-ħadra, xogħol u kundizzjonijiet diċenti, forom

ġodda u innovattivi ta’ xogħol, kif ukoll tibdil fl-abbiltajiet tal-ħaddiem.

Ir-rapport jesiġi l-importanza ta’ taħriġ mill-ġdid għall-impjegati u kif il-Jobsplus qiegħda tgħin lill-ħaddiema u lil min iħaddem b’sostenn finanzjarju permezz ta’ programmi li jeċitaw aktar il-ħolqien tax-xogħol u sabiex il-ħaddiem ikompli jimraħ u jitgħallem.

Insemmi programmi bħal Youth Guarantee, Access to Employment, Training Pays, Investing in Skills u Work Programme Initiative li kollha għenu persuni jtejbu l-ħiliet tagħhom u ċ-ċans li jsibu jew itejbu x-xogħol.

Bla dubju l-irwol u x-xogħol tal-Jobsplus jibqa’ kruċjali f’pajjiżna.

Irridu li jkollna ħaddiema li kapaċi f’oqsma li bħala Gvern ser inkunu qegħdin noħolqu fil-futur.

Dan huwa dak li jiddistingwina. L-investiment kontinwu fin-nies.

Din il-filosofija hija l-bażi tas-suċċess ta’ pajjiżna għallum u għall-futur.

Nieħu l-opportunità sabiex nawgura Jum il-Ħaddiem għal għada lill-familji Maltin u Għawdxin, waqt li nsellmu lil dawk kollha li b’xi mod kienu dejjem it-tarka għall-ħaddiem f’pajjiżna.

30.04.2023 12
Membru Parlamentari RAY ABELA Ministru MIRIAM DALLI

IL-PARTIT HUWA AĦNA

Il-Partit tagħna, bħal kull istituzzjoni magħmula mill-bnedmin, mhux perfett, u iżjed ma jgħaddi żmien, iżjed irid ikompli jitjieb, jinbidel u jaddatta lilu nnifsu għal ċirkostanzi u żviluppi ġodda.

L-importanti hu li jibqa’ jitjieb u jikber għall-istess għan li hu twieled għalih. Biex inkunu iżjed speċifiċi, kull partit politiku bħalma huwa tagħna, kif ukoll dak Nazzjonalista, wellditu ideoloġija partikolari.

Lill-Partit Laburista wellduh nies li l-interessi u l-għanijiet tagħhom kienu li jtejbu, jiddefendu u jgħollu l-livell tal-għajxien tal-ħaddiema. Il-Partit Nazzjonalista ra d-dawl tax-xemx ferm qabel ma twieled il-PL. Dawk li welldu l-PN kellhom ideoloġija u interessi oħrajn, tant ’il bogħod mill-miżerja totali li l-ħaddiema kollha, bdiewa u kull min irid jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum bl-għaraq ta’ ġbinu kienu jgħixu mhux biss f’faqar, injoranza, disperazzjoni u ħajja bla tama, iżda kienu jgħixu f’biża’ etern minn futur inċert.

Tal-PN twieldu biex jidd-

efendu l-“Italjanità” tal-klassi tagħhom u biex iħarsu l-interessi tal-establishment tal-professjonisti.

L-interessi ta’ klassi privileġġata li ebda iben il-ħaddiem ma seta’ qatt jaspira li jidħol fiha, għas-sempliċi raġuni, li lanqas edukazzjoni primarja ma ħasbu biex jintroduċu, aħseb u ara kemm l-ulied tal-familji tal-ħaddiema setgħu jedukaw ruħhom fil-livell sekondarju u terzjarju!

Il-futur inċert, li kien jagħmel lill-familji tal-ħaddiema

jgħaddu minn passjoni psikoloġika sakemm imutu, kien il-fatt li, jekk il-missier imut, l-armla u wliedha kienu jew jispiċċaw jittallbu jew imutu

bil-ġuħ inkella l-mara tmur tipprostitwixxi ruħha. Jekk il-ġenituri kien jirnexxilhom jilħqu l-età tax-xjuħija, ħadd ma kien jaf xi tfisser il-kelma pensjoni.

Jekk jimrad il-missier, l-ebda gvern ma kien jimpurtah minn fejn u kif se tiekol familtu. Jekk xi ħadd fil-familja jimrad, irid iħenn għalih Santu Rokku u mhux jikkura lilu nnifsu b’xejn fi sptar tal-gvern.

Il-glorjuż (!) PN, li llum, bla qatra żejt f’wiċċu, jiġi jgħidilna li hu t-tarka tagħna, qatt ma ħaseb fil-povri ħaddiema u ħajjithom miżerabbli qabel ma tfaċċa l-Partit Laburista u, fost l-oħrajn, ta l-vot lil kulħadd u mhux jibqgħu jivvotaw biss dawk li jikklassifikaw bħala

l-privileġġati fis-soċjetà. Meta jipprietkaw bl-ikbar fervur li huma mal-ħaddiema, niftakru ftit fil-kliem iebes li Sidna Ġesù Kristu kien xela bih lill-Fariżej ta’ żmienu: “Mhux kull min jgħajjat Missier, Missier ikun qed jagħmel ir-rieda ta’ Missieri fis-Smewwiet. Ja bejta ta’ lifgħat, kliemkom sabiħ bħalma huma l-oqbra mbajda. Fuq spallejn il-poplu tgħabbu piżijiet tqal u intom lanqas subgħajkom iż-żgħir ma ċċaqalqu biex ittaffu l-piż minn fuq dahar il-poplu.”

Ħbieb Laburisi, kif qatt nistgħu ninsew aħna, li dawn ilFariżej ta’ żmienna, kull meta ħakmuna, dejjem għabbew fuq spallejna piżijiet enormi:

Ħbieb Laburisti, kif qatt nistgħu ninsew li n-Nazzjonalisti, il-Fariżej ta’ żmienna dejjem għabbew fuq spallejna piżijiet enormi … taxxi bir-radam, pagi miżeri, pensjonijiet iffriżati, income tax li tgħaffeġ u kontijiet tad-dawl m’għola s-smewwiet

taxxi bir-radam, pagi miżeri, pensjonijiet ffriżati għal 25 sena sħaħ, kontijiet tad-dawl u l-ilma m’għola s-smewwiet, il-gass u l-fuels li jogħlew kull ġimgħa, income tax tgħaffeġ anke lill-pensjonanti u jagħmlu hekk dejjem “bil-qalb”?

Anke issa, wara serje twila ta’ telfiet storiċi elettorali, qegħdin jgħidulna li mhix politika għaqlija li l-Gvern Laburista jissussidja l-kontijiet tad-dawl, l-ilma, il-gass u l-fuels.

Jiċħdu kemm jiċħdu, hekk qalu u hekk jagħmlu.

Din il-verità kkonfermaha anke ġurnal, li m’għandu l-ebda simpatiji lejn il-Laburisti, it-Times, li fl-editorjal tas-26 t’April, ilmenta li l-Labour mhux qed jagħmel sewwa li jagħmel tajjeb hu għall-għoli fil-prezz tal-enerġija. Lesti biex jitfgħu piż ta’ biljuni ta’ ewro fuq spallejn il-familji u n-negozji. Niftakru li l-Labour biss hu l-Partit tal-ħaddiema, tal-familji u tan-negozjanti Maltin u Għawdxin. L-oħrajn iridu jużawna biex jerġgħu jagħmlu 25 sena jaħqru lilna u lil uliedna. Għada għall-Belt!

IL-POLITIKA SOĊJALI U L-EDUKAZZJONI

kludi ħafna aktar fil-prinċipju tiegħu, għax l-edukazzjoni tinkludi wkoll l-iżvilupp intellettwali u soċjali.

It-taħriġ li jiksbu l-edukaturi tagħna għandu impatt kbir fuq it-tagħlim tal-istudenti, bl-istess mod li għandhom il-benesseri soċjali u tad-djar tal-komunità, l-aċċess għall-kura tas-saħħa u d-diskriminazzjoni istituzzjonalizzata.

Żieda fir-rata tal-qgħad fi żmien preċedenti wasslet biex titqiegħed pressjoni fuq l-Unjoni Ewropea biex tinvesti aktar fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

il-politika soċjali u s-sistemi edukattivi ġabet aktar attenzjoni għaż-żewġ oqsma. Waħda mill-għanijiet tal-edukazzjoni hija li tuża l-edukazzjoni biex tgħin lil kull persuna tilħaq il-potenzjal intellettwali u soċjali sħiħ tagħha. Barra minn hekk, it-tixrid ta’ normi u valuri soċjali, huwa ffaċilitat mill-edukazzjoni.

huma nfushom. Bħala parti mill-miżuri tal-aħħar manifest elettorali tal-Partit Laburista, din se tiġi estiża għal kull tifel u tifla fis-soċjetà Maltija. B’hekk dan il-Gvern għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ l-edukazzjoni ta’ kull wild.

Il-kisbiet akkademiċi huma ġeneralment influwenzati minn fatturi soċjali, ekonomiċi u politiċi. B’hekk kwalunkwe deċiżjoni meħuda fil-qasam tal-allokazzjoni tar-riżorsi mill-gvernijiet, fosthom, il-finanzi u t-tmexxija ta’ faċilitajiet ta’ tagħlim bikri, skejjel u istituzzjonijiet edukattivi, iħallu impatt fuq il-kisbiet akkademiċi taċ-ċittadini. F’dan l-aspett, strateġisti jemmnu li finanzjament adegwat fil-qasam tal-edukazzjoni jwassal biex tonqos ir-rata tal-qgħad u l-faqar, filwaqt li jiżdiedu l-impjiegi.

Ħafna jirrelataw it-terminu tal-edukazzjoni mal-iskola, għalkemm fir-realtà dan jin-

Fil-fatt, din timplimenta politiki f’setturi li jolqtu l-edukazzjoni u l-faċilitajiet ta’ kura bikrija tat-tfal, it-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali, l-edukazzjoni ogħla u tagħlim għall-adulti, filwaqt li toħloq ukoll strutturi għall-Istati Membri biex jaqsmu l-aħjar prattiċi u jitgħallmu minn xulxin.

Dawn il-fatturi kollha huma relatati mas-sinifikat tal-iżvilupp, il-kompetittività u l-impjiegi, li jenfasizzaw il-kontribut tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku u l-valur tat-tagħlim tul il-ħajja.

Skont Allmendinger u Leibfried (2003), il-konnessjoni bejn

Eżempji attwali ta’ edukazzjoni bħala politika soċjali jinkludu l-espansjoni tal-edukazzjoni bikrija biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-qasam tax-xogħol. L-edukazzjoni bikrija sservi wkoll bħala parti mill-iżvilupp tal-kompetenza tat-tfal.

Fl-istess ħin, biex tiġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ, l-Unjoni Ewropea tat bidu għal programmi ta’ apprendistat u appoġġ għat-tagħlim tul ilħajja, bl-intenzjoni li ttawwal iż-żmien tal-irtirar.

Il-Gvern Malti jħallas għalledukazzjoni minn livell bikri sa livell ogħla. Dan ikopri l-kindergarten, il-primarja, is-sekondarja medja u għolja li jinkludu kemm ġenerali u vokazzjonali, kif ukoll is-settur terzjarju. Il-perjodu ta’ edukazzjoni bikrija tat-tfulija huwa kompletament b’xejn għall-ġenituri li huma impjegati jew studenti

L-għan ewlieni tal-Gvern huwa li jiffinanzja l-edukazzjoni li tkun ta’ kwalità għolja, inklużiva, rilevanti tul ilħajja u li tkun aċċessibbli għal kulħadd, irrispettivament mill-età, kapaċità, kultura u sitwazzjoni soċjoekonomika. Finanzjarjament qed jiġi pprovdut għar-riżorsi meħtieġa biex dawn isostnu l-proċess ta’ tagħlim ta’ kull individwu.

B’hekk kulħadd ikun jista’ jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu u jkun possibbli li jsib xogħol addattat bil-ħiliet u l-kompetenzi kollha meħtieġa għas-soċjetà tal-lum, ibbażat fuq l-għarfien li jkun inkiseb.

Kulħadd għandu jsegwi t-tagħlim tul ħajtu, skont l-idea ta’ tagħlim tul il-ħajja - dak li nirreferu għalih bħala Lifelong Learning. Il-politika soċjali għandha l-għan li tiżgura li t-tagħlim jibbenefika lin-nies, lill-komunitajiet, lil min iħaddem u lis-soċjetà, fost oqsma differenti oħra.

Skont il-politika Maltija “A Policy on Inclusive Education in Schools Route to Quality Inclusion” li ġiet ippubblikata fl-2019 u riveduta mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-2022, l-istudenti kollha fis-sistema edukattiva ta’ Malta għandhom ikollhom aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità għolja irrispettivament mill-isfond, l-abbiltajiet jew sitwazzjoni finanzjarja.

Biex tiżdied il-kwalità tattagħlim provdut lill-istudenti, il-politika soċjali fl-istituzzjonijiet edukattivi tiżgura li l-kurrikuli u r-riżorsi tat-tagħlim huma aġġornati u flessibbli biżżejjed biex jissodisfaw l-aspettattivi soċjali u individwali li jinbidlu tul is-snin.

Il-politika soċjali fi ħdan l-istituzzjonijiet edukattivi għandha wkoll l-għan li tappoġġja lil kulħadd billi tiżgura li gruppi vulnerabbli fis-soċjetà, bħal studenti bi bżonnijiet speċjali, dawk minn familji bi dħul baxx u refuġjati, ma jitħallewx lura u jkollhom opportunitajiet indaqs biex jirnexxu fl-edukazzjoni tagħhom, kif jidher mill-implimentazzjoni tal-Iskema 9 li ġiet imwaqqfa u kompla jsaħħaħha Gvern Laburista.

30.04.2023 13
Minn OSSERVATUR POLITIKU
Opinjonista MARIAH MELI

DISKUSSJONI MILL-FONDAZZJONI IT-TISĦIĦ TAL-PAGA MINIMA NAZZJONALI

Fl-isfond u bi tħejjija għall-festa tal-Ewwel ta’ Mejju, il-Fondazzjoni iDEAT fi ħdan il-Partit Laburista tellgħet attività ta’ diskussjoni dwar it-tisħiħ tal-paga minima, li mhux biss fakkret dwar din il-kisba minn Gvern Laburista 48 sena ilu, iżda anke t-titjib tagħha wara żmien twil erba’ snin ilu.

It-taħdita tal-fondazzjoni, li kienet immexxija mill-ekonomista Stanley Mifsud, kellha l-għan li tħares ’il quddiem biex dan id-dritt nazzjonali jkun jista’ jissaħħaħ, anke wara t-twaqqif ta’ kummissjoni nazzjonali apposta biex tissuġġerixxi dan perjodikament.

Iċ-Chairperson ta’ iDEAT, Dr Elaine Degiorgio, saħqet dwar l-importanza ta’ diskussjonijiet simili bil-għan li tkompli titjieb il-kwalità talħajja tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin, b’mod partikolari dawk l-aktar fil-bżonn.

Fl-attività ħadu sehem rappreżentanti mill-General Workers’ Union, il-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u l-Caritas, fost l-oħrajn, flimkien ma’ intervent mis-Segretarju Parlamentari responsabbli għad-Djalogu

Soċjali, Andy Ellul.

soċjali kollha, iffirmaw ftehim biex titwaqqaf kummissjoni għall-paga minima, fejn l-istess kummissjoni tagħti rakkomandazzjonijiet kull erba’ snin għal dan il-għan u jitwieżnu dawk l-aktar li għandhom bżonn fis-soċjetà Maltija. Hu qal li l-ewwel rakkomandazzjonijiet iridu jiġu ppreżentati sal-aħħar ta’ din is-sena.

Anthony Gatt, Direttur tal-Caritas, innota kif jifhem li dan is-suġġett jista’ joħloq tensjoni bejn il-ħaddiema, li qegħdin fuq il-paga minima, u min iħaddem. Hu għamel aċċenn għallistudji li Caritas tikkummissjona kull erba’ snin, fejn tisħaq fuq living income, li jista’ jgħin lin-nies ma jaqgħux lura.

Gvern Laburista, flimkien mal-imsieħba

soċjali kollha, qablu

fl-2017 li titwaqqaf

kummissjoni li tagħti rakkomandazzjonijiet

kull erba’ snin dwar tisħiħ fil-paga minima

Degiorgio saħqet li importanti li nżommu fiċ-ċentru ta’ kollox il-ħaddiem, għax mingħajr ħaddiem b’saħħtu, la jkollna ekonomija u lanqas soċjetà b’saħħithom u staqsiet “xi jkun ifisser Jum il-Ħaddiem, jekk fil-miżuri, fil-ħsieb u fil-politika tagħna ma jkollniex fiċ-ċentru tagħna l-ħaddiem?”.

Hi nnotat il-qbil li kien hemm mill-unjins fuq suġġett sensittiv bħal dan, waqt li fakkret kif kollox qisu katina, fejn il-ħaddiem hu bżonn lil min iħaddem u viċi versa.

Is-Segretarju Parlamentari fakkar li kif fl2017 Gvern Laburista, flimkien mal-imsieħba

Qal li wieħed tajjeb jirrikonoxxi li hawn nies, b’mod partikolari, dawk ġejjin minn pajjiżi terzi, li qed jgħixu kwalità ta’ ħajja inqas mill-Maltin, filwaqt li jistgħu jkunu qed jaħdmu f’kundizzjonijiet ħżiena u jibżgħu jitkellmu għax jitkeċċew.

Gatt enfasizza kif il-Gvern wieżen b’miżuri addizzjonali lill-faxex l-aktar batuti fis-soċjetà, eżempju ta’ dan insibu l-introduzzjoni tat-tieni mekkaniżmu tal-COLA.

Josef Bugeja, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, fakkar kemm Malta kienet ’il quddiem 48 sena ilu meta introduċiet il-paga minima nazzjonali, filwaqt li fid-disgħinijiet daħħlet l-Income’s Policy, fosthom il-Cost Of Living Adjustment (COLA), xi ħaġa li l-Unjoni Ewropea qed tiddiskuti issa biex tintroduċiha fil-pajjizi kollha Ewropej.

Bugeja nnota li l-paga minima mhix is-soluzzjoni ta’ kollox u jemmen li l-edukazzjoni hi ċ-ċavetta li tgħin persuna tinqala’ minn dik ilfaxxa u aċċenna għall-istudju li kkummissjonat il-GWU s-sena li għaddiet fuq il-Living Income, fejn ġie rrimarkat li hu meħtieġ li jogħla l-livell

tal-pagi mingħajr ma titkisser il-kompetittività. Tul id-diskusjoni, is-Segretarju Ġenerali talGWU spjega kif it-tisħiħ tal-paga minima nazzjonali mhux relattivament joħloq inflazzjoni, u ta elenku ta’ numru ta’ miżuri u benefiċċji li introduċa l-Gvern biex jgħin lill-ħaddiema, bħall-In-Work Benefits, iċ-childcare b’xejn, it-trasport pubbliku b’xejn u eżamijiet b’xejn, fost ħafna oħrajn.

Fir-rigward tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, Bugeja rrimarka li l-GWU pproponiet il-kunċett ta’ 4 day week, iżda b’40 siegħa xorta, xi ħaġa li għadha kemm ġiet introdotta fis-Settur Pubbliku.

Abigail Mamo, li hi l-Kap Eżekuttiv tal-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, stqarret li xi kul-

tant ma napprezzawx fejn tikkunsidra li għad hawn għadhom qed jiddiskutu mentaw il-paga minima li, bħala msieħba soċjali pjan ħolistiku li mhux biss minima, imma ħafna drabi tajiet oħrajn, b’mod partikolari wieħed irid ukoll jindirizza nu s-soċjetà b’mod komplet.

Hi rrimarkat ukoll li kien mal-unjins, qed jimbottaw ir-regolarizzazzjoni tat-temping dawk ukoll ikunu protetti jkunu protetti wkoll. Dwar it-tisħiħ tal-paga

30.04.2023 14
Anthony Gatt, Caritas Josef Bugeja, GWU Abigail Mamo, Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji R itratti: CHRISTIAN CAUCHI

MILL-FONDAZZJONI iDEAT FUQ NAZZJONALI

qet li hu proċess kontinwu, fejn illum hu mnaqqax f’liġi li persuna fuq il-paga minima ma tistax iddum aktar minn sena u minn hemm ’il quddiem tkun intitolata għal żidiet gradwali. Fl-istess ħin aċċennat li, waqt li tajjeb insaħħu l-paga minima, irridu naraw ukoll li nibqgħu kompetittivi u nħarsu fejn pajjiżna jinsab fuq livell ta’ produttività

Għamlet enfasi wkoll għall-pass, li kienu mexxew bħala Kamra, u li ġie introdott millGvern biex persuna self-employed, li kien ikollu jieqaf għal sena biex ikun intitolat għall-pensjoni u jerġa’ jiftaħ wara sena meta l-intrapriża tkun allura kważi mietet, illum l-istess persuna tista’ tibqa’ taħdem u tieħu l-pensjoni xorta waħda.

Minbarra hekk kien innotat ukoll kif il-Gvern inċentiva t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-part-time meta jkun f’xogħol full-time.

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa

Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

fejn waslet Malta, meta hawn pajjiżi fl-Ewropa li jiddiskutu kif għandhom jimpliminima nazzjonali. Hi saħqet soċjali, qegħdin jaqblu fuq biss jaraw żieda fil-paga drabi jkun hemm diffikulpartikolari dawk soċjali, li jindirizza ħalli naraw li nsostkomplet.

li bħala Kamra, flimjimbottaw biex jaslu fuq tat-temping agencies, biex protetti u n-nies li jħaddmu tal-paga minima, Mamo saħ-

Brendon Zerafa, konsulent fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, tkellem dwar kif il-globalizzazzjoni qed ikollha effett fuq il-pagi kif ukoll fuq l-livell tal-għajxien. Saħaq dwar il-kwalità tal-ħajja u spjega kif hemm żewġ sitwazzjonijiet. Hemm dawk il-persuni li jkollhom tnejn jew tliet xogħlijiet għax iridu huma, forsi biex jagħmlu pass kbir f’ħajjithom, u hemm oħrajn li jkollhom aktar minn xogħol wieħed, għax ma jlaħħqux malħajja, u hu saħaq li dawk huma l-persuni li rridu nieħdu ħsieb u jsir intervent dirett.

Zerafa spjega kif iż-żieda fil-paga minima tista’ twassal għal żieda fl-inflazzjoni, iżda mbagħad hemm żewġ modi kif wieħed jista’ jiffaċċja din tal-aħħar, jew billi tnaqqas id-domanda bil-konsegwenza li żżid it-tbatija jew inkella li wieħed jindirizza l-kawża tal-inflazzjoni.

Hawnhekk irrefera għall-mod li ġie adottat mill-Gvern Malti fejn intervjena b’mod qawwi bis-sussidju fil-qasam tal-enerġija biex iżomm stabbli l-prezzijiet tal-elettriku, l-ilma, il-gass u l-fuels.

30.04.2023 15
Brendon Zerafa, konsulent

JUM IL-ĦADDIEM

MALTA U LIL HINN MINNHA

in-work benefit;

• Tapering ta’ benefiċċji soċjali għal dawk li jibdew jaħdmu;

• Tax Credits għall-ħaddiema li jfaddlu pensjoni privata;

• Tnaqqis fit-taxxa fuq l-overtime;

• Tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq ix-xogħol part-time minn 15% għal 10%;

• Covid Wage Supplement;

• L-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja u skont l-aħħar rapport tal-IMF għal din is-sena u s-sena d-dieħla bl-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea;

Sur Editur, Niskanta u nitnixxef, kif kienet tgħid dik il-ħadra ta’ kunjata li kelli, Alla jagħtiha l-glorja tal-ġenna, kemm tal-partit tagħhom jirriċiklaw sitwazzjonijiet meta aħna nkunu fil-gvern. Issa dan jagħmluh bi skop partiġjan imnellaħ ta’ kemm għandhom. Taf għaliex, Sur Editur? Ħa ngħidlek jien.

Proprju għada, il-ħaddiema madwar id-dinja kollha ser ikunu qed jiċċelebraw Jum il-Ħaddiem. Filwaqt li għal ħafna huwa jum ta’ mistrieħ, għal ħafna oħrajn huwa jum li fih ser ikunu għadhom qed jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom. Jekk nagħtu ħarsa madwarna, mhux daqstant bogħod minna, fi Franza, il-ħaddiema u l-familji tagħhom ma tantx jidher li se jiċċelebraw dan il-jum. Anzi huwa mistenni li l-unions ewlenin filpajjiż, ser ikunu qed jittamaw li mewġa kbira ta’ nies, jimlew it-toroq tal-kaptali sabiex ikomplu jipprotestaw kontra l-President Franċiż u l-miżuri li jrid idaħħal fejn tirrigwarda l-pensjoni.

Ħaddiema f’pajjiżi oħra ser ikunu qed jipprotestaw minħabba l-prezzijiet tal-enerġija filwaqt li oħrajn minħabba n-nuqqas t’opportunitajiet. Żgħażagħ f’pajjiżi oħra ser ikunu qed jipprotestaw minħabba n-nuqqas ta’ postijiet tax-xogħol, filwaqt li ħaddiema oħra ser ikunu qed jinżlu fit-toroq minħabba l-miżerja tal-paga minima tagħhom.

Lura f’pajjiżna, l-familji Maltin u Għawdxin għandhom tassew għalfejn jiċċelebraw dan il-Jum. Il-ħaddiema Maltin, f’mumenti ta’ diffikultà, sabu Gvern jieqaf magħhom li tahom il-wens, l-għajuna, isserħan il-moħħ u l-assikurazzjoni li l-ħajja tagħhom u fuq kollox il-kwalità tagħha, ser tibqa’ tiġi assistita b’deċiżjonijiet għaqlin.

Ħaddieħor qal li ser jibda jiċċelebra dan il-jum ukoll. L-istess jum li qabel kien ikasbru għax kien jgħid li hu jum il-komuniżmu, issa bħal donnu ra d-dawl u se jiġbor in-nies għal manifestazzjoni. Dak li qatt ma kien mal-ħaddiem anzi dejjem kontra tiegħu u l-interessi tiegħu, bħal donnu jrid inessi dak li kiseb il-ħaddiem f’dawn l-aħħar għaxar snin. Ejjew infakkru x’għandu jiċċelebra l-ħaddiem Malti proprju għada;

• Ftehim dwar paga minima nazzjonali;

• Childcare mingħajr ħlas;

• Tnaqqis fir-rata tal-income tax;

• Ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa;

• L-introduzzjoni u t-twessigħ tal-

• Ftehimiet kollettivi fosthom mal-Korpi Dixxiplinati eżempju: il-Pulizija bdew jitħallsu tas-sahra;

• Id-dritt li korpi dixxiplinati jissieħbu f’unjin;

• Ħaddiema tal-kuntrattur li jipprovdu xogħol fis-settur pubbliku jitħallsu bid-doppja fil-Ħdud;

• Kumpens lill-ħaddiema tat-Tarzna li sofrew mill-asbestos;

• Fl-aħħar snin ittriplika n-numru ta’ ħaddiema b’diżabilità;

• Żieda fit-tax credit għall-ġenituri ħaddiema li jibagħtu t-tfal attivitajiet ekstrakurrikulari;

• Miljuni ta’ ewro biex insewwu l-inġustizzji tal-passat;

• Żidiet fir-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fis-settur tax-xogħol. Fil-fatt, iż-żidiet fix-xogħol fulltime kollha jimmarkaw li fin-nisa kien hemm l-akbar żidiet;

• Ħamest ijiem leave li jaqgħu f’festi pubbliċi – tajniehom lura wara li kien ħadhom Gvern Nazzjonalista;

• Drittijiet ġodda għall-ħaddiema – żieda fil-leave tat-tieni ġenitur f’każ ta’ twelid ta’ tarbija;

• Inċentivi għal min jaddotta fosthom erba’ snin credits ta’ bolla għall-ħaddiema li jaddottaw u jgawdu mill-maternity leave, l-istess;

• Eżenzjoni mit-taxxa għall-perjodi, għal dawk li gradwaw f’livell ta’ Maġisteru (Masters) jew Dottorat;

• Sitta minn kull għaxar Għawdxin illum jaħdmu f’Għawdex kontra t-tlieta minn għaxra li kien hemm fi żmien GonziPN. Illum in-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex huwa ta’ 70 ruħ biss;

• Roħs u stabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fuel.

Dan huwa dak li Gvernijiet Laburisti taw lill-ħaddiem. Meta ħaddieħor ried jgħolli l-kontijiet, iwaqqaf is-sussidji tal-enerġija, jieħu ġranet tal-leave, jintaxxa l-paga minima filwaqt li jieħu żieda bil-moħbi għalih, il-Partit Labrista fil-Gvern, verament wieżen lil ħaddiem u l-familja tiegħu.

Huwa għalhekk li għada għandna nuru l-appoġġ tagħna lill-Mexxej tal-Partit u l-Prim Ministru ta’ Malta billi nattendu l-Belt Valletta sabiex flimkien niċċelebraw u nsaħħu dak li Gvern Laburista wettaq għal dan il-pajjiż.

Mela meta dawn l-intamati jagħmlu xi ħaġa, u ovvjament tkun kontra l-Gvern tagħna, din li jagħmlu taraha mxerrda mal-gazzetti bl-Ingliż forċini tagħhom, b’ħafna aġġettivi miżjuda. Taf int, ipinġuha kerha kemm jista’ jkun.

Issa l-barranin li jgħixu f’pajjiżna, gazzetti bl-Ingliż jixtru. U meta l-barranin ta’ barra, inklużi dawk tal-Unjoni Ewropea, jaqraw l-aħbarijiet fuq il-mezzi soċjali, ħeqq fuq il-gazzetti bil-lingwa Ingliża jmorru hux.

Għalfejn qed niktiblek dan kollu Sur Editur? Mhux biex nagħmel bħaz-zija Stella, Alla wkoll jagħtiha l-glorja tal-ġenna. Din biex tgħidlek li faqqsilha fellus, kienet tibda l-istorja minn meta s-serduk rikeb lit-tiġieġa. Le, mhux se nagħmel bħaz-zija Stella.

Mela x’jagħmlu dawn il-qatta indannati għax hemm aħna filgvern? Jibdew joħolqu l-istejjer, biex dawk il-barranin li jaqraw fuq pajjiżna, jaħsbu li Malta tagħna hija xi pajjiż agħar mill-Uganda ta’ żmien Idi Amin.

Ftit ilu kellna lil dak li għandu l-Arriva mażżra ma’ għonqu, jgħid x’jgħid. Mhux Wistin il-Gatt ta. Manuel id-Delia. Dak li ma jxommx taħt abtu u erħilu jfajjar il-kakka bl-addoċċ fuq kull min huwa Laburist jew jissimpatizza magħna.

Dan kien qal li kellu jmur pajjiż ieħor għax kien qed jibża’ għassigurtà tiegħu f’Malta. Iċ-ċuċata li ġie lura. U l-gazzetti bl-Ingliż kienu għamlu plejtu sħiħ fuqha din. Ovvjament biex ipinġu lil pajjiżna ikrah mal-barranin. Issa wieħed minn dawk li ħareġ jimmiskina (jekk ivvintajtha jien din il-kelma ħalliha, Sur Editur, għax togħġobni) lil Manuel “Il-krema tal-kremiet” id-Delia, taf min kien? Dak li ma tgħaddix ġurnata li ma tarahx fl-aħbarijiet. Ħu Karol l-Aquilina. Bertu “Iċ-Ċawla” l-Aquilina. Li miskin fil-jiem li għaddew, ukoll qal li għandu bżonn il-protezzjoni tal-pulizija għax qed jibża’ għassigurtà tiegħu u ta’ familtu. U kiteb lill-Prim tagħna, lill-Kummissarju tal-Pulizija u lil ma nafx min aktar, għax qed iħossu mhux sigur. U ajma! Mur tnellaħ.

Ilek snin għaddej qisek ċawla tgħid kontra kulma huwa tal-Labour u kontra kull istituzzjoni li tieħu deċiżjoni li l-partit ta’ qattus ommok ma togħġbux, issa qed tibża’ għas-sigurtà tiegħek u tal-familja, x’kull waħda! Imma l-iskop huwa li jerġa’ jkun hemm il-ġurnali tal-Ingliż u ovvjament il-mezzi li suppost huma tal-Knisja, biex ixerrduha mal-erbat irjieħ. Ħa jkomplu jpinġu lil Malta kerha, għax hemm Gvern tagħna.

Issa dawn, Sur Editur, huma kollha sitwazzjonijiet riċiklati. Sitwazzjonijiet li kumbinazzjoni dejjem ifeġġu fil-wiċċ meta jkun hemm Gvern tagħna. Għax dik hija l-politika tagħhom. Li dejjem ipinġu lil Malta tagħhom kerha mal-barranin, meta jkun hemm Gvern tagħna. Puu għal wiċċhom u għal wiċċ qattushom. Mal-qtates ġejja llum. Ħodor dan-nies. U ara min jgħid li mhumiex.

Imma l-aqwa, Sur Editur, li Bernard “qas jaf x’laqtu” l-Grech ma marx għall-kunċert a la Grande tal-Bella d’Europa, Berta l-Metsola. Dak li għamlet fit-Teatru Manoel. Hekk qalilna. Ried jagħmilha ċara. Imur żikk, qattus ommha li qed tissemma li tista’ teħodlu postu. Ara Richard il-Cachia Caruana, magħruf aħjar bħala ArrSiSi, hemm kien. Bernard il-Grech qal li l-aħħar li mar il-Manoel ra rappreżentazzjoni sabiħa. Jiġifieri ma riedx imur jara xi ħaġa kerha. U ma marx jara ta’ Metsola. Jien hekk fhimtha tal-anqas. Nifhem ukoll li ma stidnitux, ovvja!

Taf min reġa’ stenbaħ, Sur Editur? Dak li kien kandidat stilla talPeNe. Salvu l-Mallia. U meta jiftaħ ħalqu dan, jikkonferma xi stilla hu. Qal li min din id-darba jivvota lill-partit tagħna għandu jiġi interdettjat miċ-ċittadinanza Maltija.

Ħa nkun pulit bħalhom. Feckoff, Salv. Għad-dieħla!

30.04.2023 16
President Sezzjoni Kunsilliera PL MARIO FAVA

Diversi fergħat tal-Partit Laburista qed jorganizzaw it-trasport lejn u mill-Belt Valletta għaċ-ċelebrazzjonijiet li se jiġu organizzati għada minn kmieni waranofsinhar fl-okkażjoni tal-Ewwel ta’ Mejju, Jum il-Ħaddiem. Iċ-ċelebrazzjonijiet u l-mass meeting jibdew mit-3.00 p.m. u jilħqu l-qofol tagħhom bl-indirizz talPrim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela. Din li ġejja hi l-lista tal-privates li qed jorganizzaw il-kumitati lokali tal-PL għal din l-okkażjoni:

Il-Baħrija – se titlaq fis-1.30 p.m. mill-pjazza tal-lokal;

Il-Birgu – se titlaq fis-1.30 p.m. mill-pjazza tal-lokal;

Birżebbuġa – se titlaq fis-1.45 p.m. minn ħdejn iċ-Ċentru Laburista tal-lokal. Biljetti mill-Bar taċ-ċentru jew mingħand il-membri tal-kumitat;

Ħad-Dingli – se titlaq fis-2.00 p.m. mill-venda tal-lokal;

Il-Fgura – se titlaq fis-2.00 p.m. minn quddiem iċ-Ċentru Laburista u biljetti mill-bar tiegħu;

Il-Gudja – se titlaq fis-1.30 p.m. minn quddiem iċ-Ċentru Laburista tal-lokal;

Il-Gżira – se titlaq fis-2.00 p.m. minn quddiem

it-Teatru Orpheum. Biljetti mill-Bar taċ-Ċentru Laburista;

Ħal Lija – se titlaq fis-2.00 p.m. minn ħdejn iċ-Ċentru Laburista tal-lokal, tgħaddi għal ħdejn iċ-Ċentru Laburista ta’ Ħal Balzan fis-2.15 p.m. u tmur wara l-Knisja ta’ Santa Elena f’Birkirkara minn fejn titlaq għall-Belt fis-2.30 p.m. Biljetti mingħand il-membri tal-kumitati lokali tat-Tmien Distrett;

Marsaskala – se titlaq fis-2.00 p.m. minn quddiem iċ-Ċentru Laburista tal-lokal. Biljetti mill-istess Ċentru Laburista;

Marsaxlokk – se titlaq fis-1.30 p.m. mill-venda fi Triq l-Arznell. Biljetti mingħand Pauline Grech jew xi membru tal-kumitat;

Il-Mellieħa – se titlaq fis-2.00 p.m. minn quddiem iċ-Ċentru Laburista tal-lokal;

L-Imġarr – se titlaq fis-2.00 p.m. minn quddiem iċ-Ċentru Laburista tal-lokal;

L-Imsida – se titlaq fis-2.00 p.m. minn quddiem iċ-Ċentru Laburista tal-lokal. Biljetti mill-istess Ċentru Laburista;

In-Naxxar – se titlaq fis-1.45 p.m. minn quddiem iċ-Ċentru Laburista tal-lokal;

Ħal Qormi – se titlaq fis-1.30 p.m. minn quddiem l-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ, tgħaddi għal Ta’ Farsina, minn ħdejn iċ-Ċinella u minn ħdejn iċ-Ċentru Laburista tal-lokal;

Ir-Rabat – se titlaq fis-1.30 p.m. mill-venda l-antika fi Triq Santa Rita. Biljetti mill-bar taċ-Ċentru Laburista tal-lokal;

San Ġiljan – se titlaq fit-2.45 p.m. minn Ta’ Giorni, tgħaddi minn ħdejn iċ-Ċentru Laburista tal-lokal u titla’ Pembroke ħdejn il-Kunsill Lokali. Għall-biljetti

ċempel lil John Chetcuti fuq 99861331; San Pawl il-Baħar – se titlaq fis-1.45 p.m. minn ħdejn il-Knisja tal-Qawra, tgħaddi minn ħdejn in-Nicks Petrol Station, ħdejn il-Maypole, ħdejn il-Knisja tal-Qawra u l-Għassa tal-Pulizija qabel titlaq għall-Belt; Santa Luċija – se titlaq fis-2.30 p.m. minn quddiem iċ-Ċentru Laburista tal-lokal. Għall-biljetti ċempel lil Anne Cutajar fuq 99496699; Is-Siġġiewi – se titlaq fis-2.00 p.m. minn quddiem iċ-Ċentru Laburista tal-lokal. Għall-biljetti ċempel lil Rita Psaila fuq 79251343; Ħal Tarxien – se titlaq fis-2.15 p.m. minn quddiem il-Knisja Arċipretali ta’ Marija Annunzjata. Għall-biljetti kkuntattja lis-Segretarju tal-kumitat, Keith Darmanin, fuq 79894316; Ħaż-Żabbar – se titlaq fis-1.30 p.m. minn quddiem iċ-Ċentru Laburista tal-lokal u tgħaddi minn ħdejn iċ-Ċentru Laburista tax-Xgħajra qabel titlaq għall-Belt;

Iż-Żejtun – se titlaq fis-1.30 p.m. minn wara l-Knisja Arċipretali tal-lokal. Biljetti mill-bar taċ-Ċentru Laburista tal-lokal jew mingħand il-membri tal-kumitat.

Trasport pubbliku addizzjonali

Sadanittant, il-Malta Public Transport qed tħabbar servizzi addizzjonali għall-festa tal-Ewwel ta’ Mejju, minbarra l-iskeda regolari għall-vaganzi pubbliċi, biex tilqa’ għal domanda addizzjonali.

Din se topera s-servizzi addizzjonali fuq diversi rotot kif ġej:

Rotta 1 – L-Isla se topera ħames vjaġġi addizzjonali f’11:50, fis-12:50, fis-13:50, fit-14:50 u fl-15:50 bil-vjaġġi mill-Belt Valletta (A2) jitilqu fin-12:25 sal-17:25 kull siegħa.

Rotta 31 – Buġibba se topera sitt vjaġġi ad dizzjonali li jibdew mill-11:25 sal-16:25 li jit ilqu kull siegħa. Bil-kontra, il-vjaġġ lura mill-Belt Valletta (B5) se jibda fin-12:25 bil-karozzi tal-linja jitilqu kull sieg sal-17:25.

Rotta 46 mill-Belt Valletta (B8) se titlaq mill-11:15 sal-17:15 u topera servizz kull siegħa. Bil-kontra, ilvjaġġi bil-karozza tal-linja lejn Ħal Għargħur se jkunu minn 11:45 sas17:45 u jitilqu kull siegħa.

Rotta 48 – Buġibba tibda mill11:30 u topera kull siegħa sal-16:30. Il-vjaġġi bir-ritorn se jsiru kull siegħa mill-Belt Valletta (B5) minn 12:35 sal-17:35.

Rotta 49 – Għadira se tibda mill12:15 sal-16:15 u topera kull siegħa, bi vjaġġi bir-ritorn mill-Belt Valletta (B6) jibdew mill-11:05 sal-17:05.

Rotta 51 – l-Imtarfa se taħdem mill-

11:15 u titlaq kull siegħa sal-16:15. Il-vjaġġi bir-ritorn mill-Belt Valletta (C2) se jibdew mill-12:15 sal-17:15 kull siegħa.

Rotta 61 se titlaq mill-Belt Valletta (C4) minn 11:45 kull 30 minuta sal-17:15. Bil-maqlub, vjaġġi mill-bus stop “Kandlora” f’Ħaż-Żebbuġ se jitilqu kull 30 minuta mill-11:35 sal-17:35.

Rotta 62 se titlaq mill-Belt Valletta (C5) minn 11:50 kull siegħa sal-16:50 bi vjaġġi bir-ritorn lejn is-Siġġiewi li jibdew mill-11:28 sal-17:28 u li jitilqu kull siegħa.

Rotta 71 miż-Żurrieq titlaq f’11:40 kull siegħa sal16:40. Mill-Belt Valletta (A4) il-karozza tal-linja se titlaq fis-13:00 kull siegħa sal-17:00.

Rotta 82 lejn Birżebbuġa titlaq mill-11:15 sal-16:15 bi tluq kull siegħa. Il-vjaġġ bir-ritorn mill-Belt Valletta (A7) se jitlaq minn 12:10 u jopera kull siegħa sal-17:10. Rotta 84 – Iż-Żejtun se tibda mill-11:25 kull siegħa sat-15:25, filwaqt li l-vjaġġ bir-ritorn mill-Belt Valletta (A8) jibda mis-12:40 u jibqa’ għaddej kull siegħa sal16:40.

Rotta 91 – Marsaskala titlaq fil-11:00 u tibqa’ għaddejja sal-16:00 b’karozza tal-linja titlaq kull siegħa. Mill-Belt Valletta (A11) il-karozza tal-linja titlaq f’12:05 u se taħdem kull siegħa sal-17:05.

Il-Malta Public Transport qed tħeġġeġ lil kulħadd jagħmel użu mis-servizzi u l-faċilitajiet tal-Park & Ride tagħha biex jiġu evitati konġestjoni tat-traffiku u diffikultajiet ta’ parkeġġ. Għal aktar tagħrif tista’ żżur issit elettroniku tal-kumpanija (publictransport.com. mt/).

30.04.2023 17
Iieħeb www.partitlaburista.org 5160 2034 - €10 SMS fuq 50619275 - €11.65 (Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna) mal-Partit Laburista
GĦALL-EWWEL TA’ MEJJU
TRASPORT

STINKA GĦAS-SEPARAZZJONI BEJN L-ISTAT U L-KNISJA

Is-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja ma bdietx minn ftit tas-snin ilu, iżda sa min-nofs is-seklu 18. Kienu żminijiet ferm agħar minn tal-lum, għax il-Knisja kienet aktar ħakkiema minn dik li nafu aħna, u għalhekk ma xtaqitx li terħi mis-setgħat tagħha. Iżda mill-istudju li għamel il-Professur FRANS CIAPPARA jidher li Ġannikol Muscat, li twieled u għex bejn l-1735 u l-1803, kien l-ewwel Avukat Ġenerali, Uditur jew kunsillier tal-Gran Mastru de Rohan u difensur qalil għal din is-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja.

Minn CHARLES B. SPITERI

Fost il-persunaġġi ewlenin Maltin tat-tieni nofs tas-seklu 18, li għamlu isem mill-aqwa fostna, huma magħrufin sewwa l-kapuċċin patri Pelaġju; Injazju Saverju Mifsud; Agius de Soldanis u Mikiel Anton Vassalli. L-Avukat Ġenerali u Uditur Ġannikol Muscat kien midfun fil-qabar tal-Istorja sakemm il-Professur Frans Ciappara, l-ewwel b’artiklu li ppubblika fl-1993 u mbagħad bil-ktieb Church-State Relations in late-eighteenth-Century Malta: Gio. Nicolò Muscat 1735-1803 (Stamperija tal-Università ta’ Malta, 2018) li ħarġu għall-pubbliku.

S’issa ftit instab tagħrif fuq żgħożitu. Nafu li twieled ilBelt Valletta fl-1735 f’familja fqira. Ir-raba’ minn ħamest itfal, trabba’ ma’ zitu li rnexxielha tlaħħqu avukat. Muscat kien tant iħobb il-qari li nafu li fl-1800 kellu l-librerija tiegħu li kienet tlaħħaq għal aktar minn 612-il volum. Kien minn dawn il-kotba li fehem u xorob l-ideat tieghu. Jirriżultalna li fost l-oħrajn kien familjari mal-kitbiet ta’ Ċiċerun, Virġilju, Platun, Santu Wistin, Dante, Muratori, iżda l-aktar għal qalbu kienu l-kittieba tal-liġi naturali bħal Grozio u speċjalment Gianvincenzo Gravina u Pufendorf.

Patrijott ewlieni Malti

Ġannikol Muscat kien patrijott ewlieni ta’ pajjiżna, kif jidher fil-ktieb Apologia a Favore dell’Inclita Nazione Maltese (Ruma, 1783). Iddefenda

lil Malta kontra Giandonato

Rogadeo, avukat Naplitan, li

l-Gran Mastru Rohan kien

ġabu Malta biex jagħmel kodiċi ġdid tal-liġijiet Maltin.

Il-Maltin ma kellhomx bżonn il-pariri ta’ barranin, saħaq Muscat. Jekk Rogadeo ħaseb li hu l-koloss ta’ Rodi, il-Maltin (referenza għall-Ġgantija) huma dixxendenti tal-ġganti. M’għandniex bżonn ta’ esperti

barranin għajr kastrati, kummidjanti u qaddiefa għal fuq ix-xwieni. Għandna biżżejjed inġiniera, fundituri, bennejja tax-xwieni, periti u matematiċi.

Malta hi nazzjon Ewropew, ċivilizzat, il-biċċa t’isfel tal-Italja, bil-litterati tagħha: avukati, kleru, predikaturi, knejjes maestużi, abitanti beżlin, armerija, u belt ġdida bl-università, sptar u stamperija.

Muscat kien illuminista kbir f’kuntatt ma’ nies influenti bħall-Prinċep Wenzel Anton ta’ Kaunitz-Rietberg, il-kanċellier tal-imperatur Ġużeppi II tal-Awstrija.

Muscat kellu żewġ skopijiet. L-ewwel, li l-qrati barranin ma jeżerċitawx ġurisdizzjoni f’Malta. Għalhekk fl-1786

ħareġ id-digriet tal-exequatur jew kif kien jissejjaħ Malta tal-Vidit. Dan kien ifisser li kull dokument legali li jasal minn qrati barranin, ukoll minn Ruma, ma setax ikun esegwit fil-qrati Maltin jekk ma jkunx approvat mill-Gvern Malti. It-tieni, li f’Malta jkun hawn distinzjoni bejn Stat u Knisja. Ġannikol Muscat kien isostni li l-Qrati tal-Isqof u tal-Inkwiżitur ma setgħux jiddeċiedu kawżi tal-lajċi.

Mhux suġġett għall-inkwiżitur

Fl-1787 ċertu barbier ħebb għall-prokuratur tas-Sant’Uffiċċju. L-Inkwiżitur Gallarati Scotti kien se jibda l-proċess kontrih iżda xhud li kellu jidher fil-kawża ġie

mwissi li bħala bniedem lajk ma kienx suġġett għall-inkwiżitur, iżda kellu jagħraf biss lill-Gran Mastru bħala s-superjur tiegħu. Muscat mar ukoll għand l-inkwiżitur u f’isem Rohan wissieh biex ma jiħux passi. Jekk l-inkwiżituri ta’ qablu kienu jeżerċitaw dan id-dritt, dan kien abbuż barbaru li ma kienx se jkun ittollerat aktar.

Muscat ipprova jiskredita lill-inkwiżitur fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Il-każ inqala’ meta ħaddiem tal-inkwiżizzjoni spara fuq kollega ieħor u ferieh. L-ewwel wieħed safa arrestat iżda Muscat deherlu li l-inkwiżitur kien tratta l-każ superfiċjalment u talab lil Ruma biex tieħu l-każ f’idejha. Il-Papa ddefenda lill-inkwiżitur. L-indħil tal-gvern fil-

każ kien pass straordinarju, li kien jappartjeni biss lill-inkwiżitur, sostniet Ruma.

Protesta mill-Inkwiżitur u l-Isqof

F’Settembru tal-1791 il-Konti Ġużeppi Fenech talab lillGran Mastru biex kawża li kellu kontra żewġ ħaddiema tal-inkwiżizzjoni u l-prokuratur tal-oratorju ta’ San Filippu, il-Birgu, tinstema’ fil-Qorti tal-Gvern. L-inkwiżitur u l-isqof ipprotestaw li dan kien attentat kontra l-libertà tal-Knisja. Fit-8 ta’ Ottubru, il-Konti Fenech għamel rikors ieħor. Akkuża liż-żewġ prelati li kienu qegħdin jaġixxu kontra l-awtorità sovrana talGran Mastru, il-vigarju t’Alla fid-dinja. Minn dak li saħaq

30.04.2023 18
Muscat jispjega testment

Muscat, Malta dejjem kienet

l-aħħar pajjiż li jimxi fuq l-eżempji ta’ pajjiżi barranin, bħat-Toskana u Napli.

Il-Knisja tista’ teżerċita

l-ġurisdizzjoni tagħha biss

fejn għandhom x’jaqsmu

s-sagramenti, il-fidi, il-morali u d-dixxiplina ekkleżjastika. Il-Gran Mastru rrefera

l-kwistjoni lill-qorti suprema

tal-ġustizzja, iżda r-rapport tal-imħallfin kien biss sommarju tal-ideoloġija ta’ Mus-

cat: kull awtorità u ġurisdizzjoni tas-“sacerdozio” f’materji temporali hi biss konċessjoni tal-“impero”.

F’Novembru tal-istess sena

1791, il-Papa ordna t-tneħħija

ta’ Muscat minn Uditur u Avukat Ġenerali. Muscat iddefenda ruħu bil-qawwa. Jekk żbalja kien biss involontarjament

Muscat ipprova jiskredita lill-inkwiżitur fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Il-każ inqala’ meta ħaddiem tal-inkwiżizzjoni spara fuq kollega ieħor u ferieh. L-ewwel wieħed safa arrestat iżda Muscat deherlu li l-inkwiżitur kien tratta l-każ superfiċjalment u talab lil Ruma biex tieħu l-każ f’idejha. IlPapa ddefenda lill-inkwiżitur

Meta Muscat ġie lura Malta f’Ottubru baqa’ sejjer dritt għand Rohan u l-għada ppreżenta ruħu l-Qorti, iżda fis-7 ta’ Novembru l-Gran Mastru stqarr fil-Kunsill, li l-Gvern kien ħaddan prinċipji, li għalkemm approvati minn stati oħrajn ma għoġbux lill-Papa. Waqqaf ukoll kummissjoni biex tistudja fejn il-ġurisdizzjoni tal-Knisja

kienet ġiet offiża. Din kienet irtirata definittiva tal-gvern u tkeċċija finali ta’ Muscat.

Memorandum lill-Papa

d-dritt li jitlob is-servizzi ta’ min irid.

Xejra differenti fil-politika internazzjonali

u qatt ma ried jaqla’ inkwiet bejn l-Istola u x-Xabla. Kien jadura l-Knisja b’qalbu kollha u fiha ried imut. L-inkwiżitur

baqa’ sorpriż b’dawn is-sentimenti ta’ Muscat. Kulħadd kien jaf bl-ideat tiegħu f’dan ilkaż, li fil-qosor kienu jinġabru

f’li: ‘Dan mhux aktar is-seklu tal Knisja!’ jew ‘Lill-isqof inħallilu biss il-baklu u l-mitra!’

Muscat jitneħħa mill-impjiegi li kellu

Fl-4 ta’ Jannar 1792 Rohan bagħat lill-Kavallier Antonio Miari jgħarraf lill-inkwiżitur li kien neħħa lil Muscat mill-impjiegi li kellu, iżda fit23 ta’ April, Muscat mhux biss ingħata lura l-uffiċċji li kien jeżerċita qabel, iżda aktar inħasset l-importanza tiegħu.

Kien rappurtat li ma ħalliex kawża ta’ separazzjoni tażżwieġ milli tkun imressqa quddiem it-Tribunal tal-Knisja, għax sostna li ż-żwieġ hu kuntratt ċivili. Hedded li jeżilja avukat li kien iddefenda lil wieħed bidwi fil-Qorti tal-Isqof fuq kwistjoni ta’ dejn. Il-Papa reġa’ talab ir-riżenja ta’ Muscat fil-5 ta’ Ġunju 1792. Il-Gran Mastru mhux biss aċċetta iżda wiegħed ukoll li din id-darba ‘jeżilja’ lil Muscat. Muscat telaq lejn Napli f’Lulju fejn iltaqa’ ma’ Acton, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin. Il-Kardinal Segretarju tal-Istat talab lin-Nunzju f’Napli jżommu taħt għajnejh għalkemm ma setax jifhem kif ‘għadu ddikjarat tal-Papa’ seta’ jirbaħ l-appoġġ tal-Gvern Naplitan.

Fil-15 ta’ Lulju 1792 Muscat bagħat memorandum lill-Papa. Ħassu miżerabbli immens għax ħass li kien akkużat b’delitt li qatt ma kkommetta. Ħaġa waħda biss kien fadallu, dik li jappella direttament lill-Papa u li jekk jinstab ħati talab li jkun maħfur. Ammetta li kien suġġett għall-iżball iżda l-intenzjonijiet tiegħu dejjem kienu tajbin. Xejn ma kellu aktar għal qalbu ħlief il-ġid tas-soċjetà u tas-Santa Sede. Muscat bagħat kopja ta’ dan ir-rapport lill-inkwiżitur, li baqa’ sorpriż kif l-Eks Uditur kellu l-kuraġġ javviċinah wara li kien ipprova tant biex ixejjen l-awtorità tal-Papa.

B’danakollu fl-14 ta’ Settembru, Muscat reġa’ ġie u ngħata l-karigi li kellu. Il-prim imħallef laqgħu b’kull formalità u mbagħad introduċieh lill-imħallfin l-oħrajn. Wieħed minnhom widdbu biex ma jindaħalx f’affarijiet tal-Knisja. Muscat aċċetta u talab lil dawk preżenti li fil-każ li jmur lura minn din il-wegħda, kellhom jopponuh. Muscat reġa’ lura d-dar fejn ħbiebu marru jifirħulu. L-inkwiżitur ipprotesta ma’ Rohan iżda l-Gran Mastru wieġeb li kellu

Iżda issa l-politika internazzjonali kienet ħadet xejra oħra. It-Tron u l-Artal kienu magħqudin kontra r-rivoluzzjonarji Franċiżi, li kienu qatlu lill-familja rjali. Terġa’ l-Ordni riedet l-appoġġ tal-istati l-oħrajn, l-aktar tal-Papa. L-ambaxxatur tal-Ordni f’Ruma, il-Prinċep Camille de Rohan, ġie Malta fil-15 ta’ Ottubru 1793. Camille kieku xtaq li dan ‘il-brikkun’ ta’ Muscat jingħata l-forka u wissa lillGran Mastru li jekk Muscat jibqa’ jżomm il-pożizzjonijiet li kellu, ma jkollux il-kuraġġ jerġa’ lura Ruma u jippreżenta ruħu quddiem il-Papa, li kien wiegħdu li ma jkollux aktar x’jilmenta mill-gvern tal-Ordni.

Il-Gran Mastru ċeda u poġġa lil Benedettu Schembri minflok Muscat bħala Avvocato del Principato. Għall-inkwiżitur, Schembri kien l-inqas suspettuż fost l-avukati Maltin. Kollha kienu xorbu mill-velenu tal-opinjonijiet korrotti taż-żmien, immirati kontra l-ġurisdizzjoni ekkleżjastika bl-iskuża li kienu qegħdin jiggarantixxu d-drittijiet tal-gvern.

Muscat kien aġent tipiku tal-Illuminiżmu li pprova jistabbilixxi l-limiti bejn Stat u Knisja. Kien programm ambizzjuż li ma setax jitwettaq fiċ-ċirkustanzi ta’ żmienu. Twettaq biss ħafna snin wara iżda għandu l-mertu kbir li ppreveda l-futur.

Muscat miet fl-1803 u ġie midfun fil-knisja tal-patrijiet ta’ Ġieżu l-Belt.

30.04.2023 19
Il-ktieb tal-Professur Ciappara

MARIANO GERADA: L-ISKULTUR

TAL-ISTATWI TA’ SETTEMBRU

Is-sajf Malti li qed joqrob ġmielu, huwa marbut maċ-ċelebrazzjoni tal-festi sbieħ li ilhom jiġu ċċelebrati fil-gżejjer tagħna għal snin twal. Nitfgħu l-lenti fuq Settembru li huwa marbut ma’ diversi festi ċċelebrati f’Malta li fihom jiġu meqjuma statwi maħduma minn id wieħed mill-aqwa skulturi ta’ pajjiżna – Mariano Gerada.

Fosthom hemm dik ta’ Santa Katerina fiż-Żurrieq fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru, dik tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar fil-Ħadd ta’ wara l-festa tal-Vitorja u dik ta’ San Mikiel f’Bormla fid-29 ta’ Settembru. Għalhekk ħsibt li jkun xieraq li fil-ħarġa tal-lum inwasslilkom ftit tagħrif dwar dan il-persunaġġ magħruf Malti.

Mariano jew Maruzzo Gerada twieled Ħal Tarxien fis-7 ta’ Mejju 1766, bin Antonio u Tereża mwielda Mifsud, it-tieni minn erba’ subien. Ma kienx ta’ skola kbira, iżda kien jinqeda jikteb u jaqra bl-ilsien

Taljan. F’żgħożitu bejn is-17 u d-29 sena (1783-1795), Gerada kien imsiefer, probabbilment fi Spanja, fejn il-familja kellha rabtiet kbar, u fejn f’Valencia l-artist tħarreġ fil-karriera ta’

skultur.

Għalkemm twieled Ħal Tarxien, mill-1803 ’l quddiem, għex u ħadem Bormla. Wieħed mix-xogħlijiet ewlenin tiegħu kien il-vara proċess-

jonali tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar (c.1797), u l-istatwa stradali tant sabiħa tal-istess Madonna tal-Grazzja fi Triq is-Santwarju fl-istess raħal (c.1801). F’Jannar tal-

Il-kummmissjoni lil Gerada biex jaħdem il-vara titulari tal-purċissjoni għall-parroċċa taż-Żurrieq saret b’kuntratt

notarili fis-26 t’ Ġunju 1803 quddiem in-nutar Pietru

Paolo Farrugia. Il-kuntratt sar fiż-Żurrieq, probabbilment fil-knisja parrokkjali, bejn Gerada fuq naħa waħda u

l-Kappillan Buttigieg, flimkien mas-sinjuri Zammit u

Mallia, prokuraturi tal-proġett

1803 imbagħad, il-prokuratur tar-Rużarju tal-Knisja tasSiġġiewi ordna l-vara proċessjonali tal-Madonna tar-Rużarju li tlestiet sentejn wara, fl-1808. L-iskultur kellu f’idejh il-kummisjoni għall-vara ta’ Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq. Insibu wkoll l-iljun u ż-żiemel fil-funtana ta’ fuq San Ġwann il-Belt (1820), u l-arma rjali li kien hemm fuq Bieb il-Belt. F’Bormla l-Marjani ħadem il-fonti battesmali (1814), u l-vara ta’ San Mikiel (1819), filwaqt li matul l-1822 kien beda l-istatwa tal-ġebel ta’ Santu Rokku fil-pjazza tal-Qrendi, li tlestiet wara mewtu mill-istudent tiegħu Pietro Paolo Azzopardi.

F’Għawdex, il-knisja talGħarb għandha Ecce Homo, xogħol Mariano Gerada, filwaqt li x-Xewkija għandhom opra li tirrappreżenta lil San Elija. L-iskultur ħadem ukoll bosta xogħlijiet u opri oħra li l-verità tagħhom għad trid titfaċċa

30.04.2023 20
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

biż-żmien. Iżda Gerada kien ikun mgħobbi dejjem bix-xogħol għaliex hu ta’ sikwit kien jaħdem kummissjonijiet żgħar ġewwa d-djar u l-knejjes ta’ pajjiżna.

Il-kummissjoni lil Gerada biex jaħdem il-vara titulari tal-purċissjoni għall-parroċċa taż-Żurrieq saret b’kuntratt notarili fis-26 ta’ Ġunju 1803 quddiem in-Nutar Pietru Paolo Farrugia.

Il-kuntratt sar fiż-Żurrieq, probabbilment fil-knisja parrokkjali, bejn Gerada fuq naħa waħda u l-Kappillan Buttiġieġ, flimkien mas-sinjuri Zammit u Mallia, prokuraturi tal-proġett, fuq in-naħa l-oħra żewġ qassisin Żrieraq derhu bħala xhieda. Qabel iddeċidew fuq il-kummisjoni, Gerada kien ġa ħadmilhom mudell jew abbozz bħala kampjun tax-xogħol li kien fi ħsiebu jagħmel, u li naturalment kien intgħoġob u ntlaqa’ tajjeb.

Lill-iskultur tawh sena u kważi erba’ xhur żmien biex ilesti x-xogħol, bil-prezz ta’ 700 skud. Il-kuntratt fih ftit dettalji u kundizzjonijiet imposti minn naħa tal-prokuraturi fuq l-iskultur. Jissemma biss l-injam tal-arżnu u li l-iskultur kellu jiskolpi l-vara, jinduraha u jorqomha.

Bnadi oħra, pereżempju fil-kummissjoni tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju tas-Siġġiewi (Jannar 1803), u fl-istatwa ta’ San Ġużepp taż-Żurrieq (1822) li Gerada qatt ma lesta, il-kuntratt jidħol f’ħafna dettalji dwar il-kummissjoni. Pereżempju fil-każ tal-kummissjoni tas-Siġġiewi, il-pittur Michele Busuttil u l-iskultur Giuseppe Casha kellhom jissorveljaw u japprovaw ix-xogħol.

Mal-istess vara kellu jinħadem ukoll il-pedestall indurat (li Gerada ħadem għand Michele Scolaro tal-Belt), u wkoll il-lasti għar-reffiegħa, u fil-każ tal-kummissjoni għallvara ta’ San Ġużepp taż-Żurrieq, il-kuntratt isemmi fost l-oħrajn il-kwalità tal-injam, pedestall u bradella, lasti, kulur, induratura u l-opinjoni ta’ ‘bravi pittori’.

Iżda għalkemm il-kuntratt

għal Santa Katarina taż-Żurrieq huwa ftit xott minn xi dettalji, xorta waħda jibqa’ dokument importanti ħafna

għaliex huwa wieħed mill-ftit

kuntratti li nafu bihom dwar

ix-xogħlijiet ta’ Gerada. Kelma

oħra ċkejkna dwar il-prezz li

talabhom l-iskultur, jiġifieri

700 skud, li huwa prezz għoli ġmielu għal dawk iż-żminiji-

et, speċjalment meta wieħed iqabblu mal-prezzijiet li tħallsu fuq kummissjonijiet oħra ta’ Gerada. Pereżempju għallvara tar-Rużarju tas-Siġġiewi, Gerada kien talab 550 skud, filwaqt li għal dik ta’ San Ġużepp taż-Żurrieq kien ftiehem fuq 500 skud.

Fl-istorja artistika ta’ Malta, Gerada jitqies bħala l-aqwa statwarju wara Melchiorre Gafa (1635-1667), u x-xogħlijiet tiegħu, fl-injam u l-ġebla Maltija, l-iktar statwi u vari proċessjonali, huma kkaratterizzati minn livell artistiku għoli u minn ċerta grazzja, raffinamenti u kurvaturi mill-aktar armonjużi.

Mariano Gerada miet ġuvni fl-età ta’ 57 sena nhar l-24 ta’ Jannar 1828 wara marda qalila u ndifen fil-knisja parrokkjali ta’ Bormla. L-esekutur testamentarju tiegħu kien neputih, Antonio Gerada (1803-1877), li wiret il-bottega ta’ zijuh, u kellu, jieħu ħsieb il-kummissjonijiet u l-pagamenti li kien għad hemm pendenti.

L-arti ma mititx miegħu. Fil-ħanut tiegħu Gerada kien ħarreġ tliet skulturi Maltin: Xandru Farrugia, Pietru Pawl Azzopardi u Salvatore Psaila u li t-tlieta għamlu isem fl-istorja artistika ta’ pajjiżna.

the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Gudja.

CFO document to be collected from

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun.

Tuesday 2nd May 2023 to Friday 5th May 2023, 9.00am to 5.00pm and Monday 8th May 2023, 9.00am to noon.

Closing date for submissions:

Monday 8th May 2023, at 12.00pm

30.04.2023 21

JOE BORG

GĦADU KIF IPPUBBLIKA

L-AWTOBIJOGRAFIJA TIEGĦU

L-individwu li tkellimt miegħu llum inzertajt ili nafu snin twal. Mhux lilu biss iżda lil familtu kollha, għall-fatt li trabbejt u għext fil-viċinanzi tagħhom fil-Mosta. Qed nirreferi għal Joe Borg.

Twieled Tas-Sliema fil-5 ta’ Diċembru 1948. Ħa l-edukazzjoni primarja tiegħu fil-Gżira, kif ukoll it-tagħlim reliġjuż filMużew u wara l-Azzjoni Kattolika. Beda d-delizzju tal-palk taħt l-għalliem tiegħu s-Sur Vanni Riolo. Biss bħal kull tifel Gżirjan kellu ġibda kbira lejn il-logħba tal-futbol. Ir-rivalità sportiva li kellhom fil-familja kompliet tħeġġu biex isir plejer tal-futbol.

Bħala edukazzjoni sekondarja attenda l-Liċeo tal-Belt u wara l-Ħamrun. Kien jipprova jlaħħaq ma’ kollox: skola, futbol u palk. Beda jaħdem ma’ Mizzi Brothers u mill-post tax-xogħol qabad is-sieħba tiegħu, Mary, Mostija b’qalb tad-deheb. Iżżewġu fl-1971 u dejjem għexu ġewwa l-Mosta. Għandhom żewġt ibniet Cynthia, għalliema fl-iskola primarja, u Alison għalliema St. Monica.

Għandu karattru ferrieħi u kull fejn ikun dejjem jipprova jnissel tbissima fuq wiċċ dak li jkun. “Sfortunatament inbati ħafna bid-dipressjoni, imma xorta waħda nipprova nferraħ lil ħaddieħor. Nistħi immens, anki fuq il-palk u

għalkemm l-udjenza ma tintebaħx, rari nħares lejha. Il-familja nħobbha immens u nagħmel kollox għaliha. Jien nipprova ngħin kemm jista’ jkun u ninkoraġġixxi lill-atturi kollha b’mod speċjali meta tkun parti diffiċli.”

Joe ilu attur għal diversi snin. Ridt inkun naf x’ħajru jibda r-reċtar u x’sodisfazzjon jagħtih. “Ili attur ’il fuq minn 60 sena. Bdejt fuq ir-Rediffusion kif semmejt mas-Sur Riolo, komplejt il-Mużew u l-Azzjoni Kattolika, imbagħad bdejt nieħu sehem ma’ bosta kumpaniji teatrali bħal Stage Dragons, Msida Goldoni, u Ħamrun Dramatic Company taħt it-tmexxija tal-mibki Manwel Grima. Miegħu tlajt kemm-il darba l-konkorsi tal-Imġarr.

Il-fattur prinċipali li qbadt il-palk kompletament kien li weġġajt l-għaksa u kelli bżonn noperaha, ħaġa li nibża’ immens u l-operazzjoni m’għamiltha qatt. Għalhekk qbadt id-drama u anki l-kitba bħala d-delizzju prinċipali. Biss jien dejjem kelli l-appoġġ minn marti għax dak huwa l-qofol. Is-sodisfazzjon huwa kbir. Fuq il-palk, tħoss l-udjenza miegħek il-ħin kollu. Jidħku meta tifqagħhom bid-daħk u jibku meta tbikkihom u jibku miegħek,” beda jgħidli.

Mitlub jgħidli x’jippreferi

jekk hux li jidher fuq il-palk jew fuq it-televixin, Joe weġib-

ni: “Il-palk inħobbu immens avolja qed inbati biex nitgħallem il-linji. It-televixin jasal għand ħafna iktar nies u għalhekk inferraħ lil numru ikbar ta’ individwi. Biss l-emozzjonijiet tal-udjenza jagħtuk sodisfazzjon kbir.”

B’kurżità, ridt inkun naf jekk għandux xi praspura li ġratlu sabiex jirrakkuntaha lill-qarrejja ta’ meta kien fuq il-palk jew waqt xi rekodjar ta’ xi drama għal fuq it-televixin. “Fost il-ħafna praspar, għax kieku nibda nirrakkonta ma nispiċċax, ser insemmi din. Jien ktibt u dderiġejt ħafna pageants tal-Milied, tal-Passjoni u oħrajn għall-knisja tal-Gżira. Mela f’waħda mill-pageant tal-Passjoni wieħed mill-atturi li kien idoqq it-trumbetta talabni biex iniżżel lil Ġesù mejjet minn fuq is-salib.

Jien sinċerament ma xtaqtux għax ma setax iniżżel lil Ġesù billi kellu nuċċali tal-vista qawwi ħafna. F’pageant ta’ dik l-epoka ma jistgħux jilbsu n-nuċċali għax ma kinux jeżistu. Mela tant talabni bil-ħerqa li aċċettajtlu. Kont pront għedtlu biex jinża’ n-nuċċali, u hekk għamel.

Bdejna biex nimxu u bumm…baqa’ dieħel fis-salib, kisser il-qasba tat-trumbetta u qasam xufftejh. Għandna waħda…bdejt ngħid f’qalbi, ara x’għamilt. Jien dak il-ħin li ried iniżżlu kont moħbi wara

s-salib biex nidderieġi x-xena. Mela Ġesù miet…dan tela’ fuq il-forċi kbir biex idawwar liżar twil ma’ Ġesù mejjet u beda jniżżlu. Mela l-liżar ma setax idawru għax weħel mal-kuruna tax-xewk.

Beda jferfer il-liżar biex jinqala’ minn mal-kuruna u jqabbżu u xi jqabbżu…bil-liżar tajjar il-kuruna tax-xewk u kieku ma kontx pront naqbeż qabża għal ħajti kien ilibbes il-kuruna lili,” irrakkuntali Joe bi tbissima fuq fommu.

Meta Nfetaħ is-SiparjuAwtobijografija tiegħu stess

Fatt interessanti dwar Joe Borg, huwa li dan l-aħħar kiteb u ppubblika awtobijografija tiegħu stess bl-isem Meta Nfetaħ is-Siparju li l-qligħ tiegħu qed imur b’risq id-Dar Tal-Providenza. Wara dan ilktieb hemm ħidma intensiva u jittratta ħajtu u l-karriera

tiegħu bħala attur u jiswa €20 biss. Kienet ħolma li tant kienet ilha tberren f’moħħu u fl-aħħar saret realtà.

Staqsejtu kemm dam jiktbu u għaliex tħajjar jikteb ħajtu kollha f’dan il-ktieb. “Fl-2013 tlift lil ħija Charlie li kien disa’ snin iżgħar minni. Qabditni mill-ġdid id-dipressjoni u bid-dwejjaq li qabduni

ġġelidt miegħi nnifsi u għaddieli l-ħsieb minn moħħi li nibda ndur xi kxaxen fejn kelli

skripts tar-reċtar u affarijiet oħra li setgħu jtaffuli ftit in-niket.

Għalhekk qbadt il-laptop u bdejt nipprova nara x’niftakar minn twelidi ’l hawn. Kelli ħafna informazzjoni ta’ ħafna drammi, kummiedji, konkorsi, akkademji tal-Oratorju, pageants, eċċ. Ma’ dawn kelli wkoll ħafna ritratti ta’ tifkira u bdejt nikteb sena wara sena dak li bdejt niftakar.

Fl-2017 kont ser nagħlaq ġrajjieti, imma billi bqajt attiv kemm fuq il-palk kif ukoll fit-televixin iddeċidejt li nkompli nikteb. Oriġinarjament ktibt mal-480 paġna u temmejt kitbieti mal-Covid-19. Jien minn ċkuniti kelli ħerqa kbira li ngħin lid-Dar Tal-Providenza u b’dan ir-rakkont ta’ ħajti, Meta Nfetaħ is-Siparju, ġietni x-xoqqa f’moxtha. Il-bijografija tinkludi familjari tiegħi, ġirien u atturi li ħadu sehem miegħi fejn jidħlu palk, televixin, ċinema u radju. Praspar li għamilt u oħrajn li kont kompliċi fihom ma jonqsux. Ix-xewqa tiegħi hija li nagħti somma sabiħa lil Fr Martin Micallef għad-Dar tal-Providenza. Dan isir biss jekk il-pubbliku jixtri dan ilktieb. Il-prezz ħallejtu €20 biss biex jintlaħaq minn kulħadd. Il-bejgħ għall-grazzja t’Alla miexi ġmielu ħalli din il-ħolma titwettaq. Ħajti ġbartha fi ktieb biex inħeġġeġ lil

30.04.2023 22
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

kulħadd jaqra, jgħin finanzjarjament lid-Dar tal-Providenza, u nħajjar oħrajn biex jiktbu ġrajjiethom u naturalment, biex in-nies ma jinsewnix.”

Ta’ min jgħid li l-ktieb fih rakkont kontinwu ta’ 272 paġna waqt li fuq wara, wieħed isib 47 paġna appendiċi fejn l-atturi jsibu isimhom bħala parteċipi. Il-BDL Books għamlulu biċċa xogħol sabiħa ħafna b’bosta ritratti ta’ tifkira li verament sebbħu l-ktieb. “Il-qarrej żgur ser jieħu gost jaqrah u jixtarru u kif wieħed jibda, żgur li ma jitilqux minn idu qabel itemmu għax imżewwaq minn kollox,” stqarr miegħi Joe.

Mistoqsi xi kemm dam b’kollox jikteb dan il-ktieb, Joe weġibni: “B’kollox ħadt sitt snin naħdem fuqu, biss mhux xogħol kontinwu għax matul kull sena, minbarra l-awtobijografija, kont nikteb żewġ pageants bibliċi, drammi u kummiedji oħra.

Ridt inkun naf, peress li issa kiteb dan l-ewwel ktieb tiegħu, jekk il-karriera tiegħu bħala attur u awtur hix se tkompli, jew wasalx iż-żmien sabiex jieqaf jirrilassa minn kollox. “Kieku ili ngħid li rrid nieqaf u ngawdi l-ħajja, nirrilassa u ma nistudjax aktar, imma la l-Mulej jislifni l-għomor u moħħ biex inżomm il-linji li nistudja, it-talent li

SKEDA ONE

tani nibqa’ nużah biex inferraħ lin-nies bih. Rigward kitba, ktibt ukoll żewġ teleserials, wieħed komiku u ieħor reliġjuż.

Għandi wkoll dramm kommemorattiv fuq għeluq il-mitt sena minn meta l-Gżira saret parroċċa u l-wasla tal-istatwa titulari minn Lecce, dik tal-Madonna tal-Karmnu miġjuba mis-Sur Karmelo Pace. Insomma bil-fomm ngħid nieqaf, imma bil-qalb nagħmel mod ieħor,” stqarr miegħi.

Fuq nota personali, staqsejtu xi jdejqu mill-ħajja b’mod inġenerali. “Ara jdejjaqni ħafna min juri wiċċ b’ieħor. Min iqasqas fuq il-proxxmu. Min jgħir u jagħmel il-ħsara. Taf kemm taf, qatt ma taf biżżejjed u għalhekk idejquni dawk il-persuni li jaħsbu li jafu kollox.”

Fl-aħħar nett Joe ħalla messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Bħala Maltin u Nsara għandna nħobbu lil xulxin, ngħinu lil xulxin u l-kwalitajiet karitattivi li nuru mal-barrani għandna nuruhom ma’ ħutna l-Maltin. Għandna nagħmlu dejjem il-ġid u qatt id-deni, kif kien jgħid San Ġorġ Preca, kif ukoll Ġorġ tal-Mużew, bniedem sempliċi imma għaref fi kliemu u f’għemilu. Taf kemm taf, dejjem hemm x’titgħallem. Grazzi ħafna talli qrajtu l-messaġġ tiegħi.”

08.11.2020 30.04.2023 23
06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 Żona Sport 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pultruna 09:00 1 ta’ Mejju: Programm Speċjali 11:20 Azzar 11:50 L-Interdett 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Pultruna 13:15 L-Interdett 15:15 1 ta’ Mejju: Programm Speċjali 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Partit Laburista: L-1 ta’ Mejju 19:15 F’idejna 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 Azzar 20:35 Liquorish 22:45 Diskors Prim Ministru 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:50 Mużika Lokali 06:55 L-Interdett 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 Dak li Jgħodd 09:35 Natura Maltija 10:00 L-Inkurunazzjoni tar-Re Karlu III 15:30 ONE News 15:35 F’idejna 16:05 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Arani Issa 23:30 ONE News 01-05 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Country Jamboree 07:35 Natura Maltija 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Aroma Kitchen 11:10 Pultruna 11:25 L-Interdett 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 F’idejna 15:45 Prime Time 16:10 Mal-Moll 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Investigaturi tal-Mużika 17:15 Pink Panther 17:55 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 Reboot Podcast 21:15 Pultruna 21:30 The Local Traveller 22:00 Il-Willy 23:00 Popcorn 23:30 ONE News 03-05 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:50 Prime Time 07:05 The Local Traveller 07:35 Natura Maltija 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Żona Sport 10:30 Attività Politika 11:25 What’s Cooking 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:40 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Liquorish 16:05 Mal-Moll 16:40 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 L-Argument 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Diskors tal-Prim Ministru 20:50 Il-Willy 22:00 Madwar Mejda 23:30 ONE News 07-05 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Popcorn 07:30 Mal-Moll 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Diskors Prim Ministru 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Flimkien ma Nancy 11:10 Ieqaf 20 Minuta 11:35 Reboot Podcast 12:10 Pultruna 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:10 Ondroad 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Sittin+ 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Natura Maltija 21:00 L-Interdett 21:50 Country Jamboree 22:25 Żona Sport 23:05 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News TLIETA 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Reboot 07:30 Empowerment 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Dak Li Jgħodd 11:10 Ieqaf 20 Minuta 11:30 Country Jamboree 12:05 Natura Maltija 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:15 Sittin+ 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Mal-Moll 21:00 Madwar Mejda 22:30 L-Interdett 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Sittin+ 07:30 The Local Traveller 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Espressjoni 11:25 Pultruna 11:40 Pink Panther 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:10 Reboot Podcast 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Prime Time 20:30 Brillanti 23:15 Pultruna 23:30 ONE News 05-05 ĠIMGĦA 04-05 02-05 06-05

reċensjoni tal-ktieb

SENSEI

Ħajjitha Patricia ma kinitx xi waħda faċli. Iżżewġet żgħira, ta’ dsatax-il sena. Ommha ma qablitx mal-għażla tagħha, ma għoġobhiex il-ġuvnott li kienet se tieħu bħala r-raġel tagħha, ma kinitx tarah li jġibilha r-rispett li kien jixirqilha. La mill-kliem li kien jgħidilha, u wisq iktar mill-mod kif kien jittrattaha u jġib ruħu magħha. U dan kollu l-omm ħaditu u fehmitu minn kliem Patricia stess, dak l-istess kliem li t-tifla kienet tgħidilha meta ġieli kienet tiftaħ qalbha magħha, dawk il-ftit drabi, hekk kif kienet tmur lura d-dar imdejqa għall-aħħar wara xi laqgħa miegħu. Fuq hekk, l-omm qatt ma ħallietha ġġibu u ddaħħlu d-dar. Biex tgħaxxaqha, Patricia ma tantx kienet ilha tafu, xi ftit xhur biss. U iktar kemm l-omm bdiet turilha l-problemi li tista’ tħabbat wiċċha magħhom, iktar it-tifla webbset rasha. Dejjem hekk jiġri ħafna drabi meta l-ġenituri jopponu għall-għażla tat-tfal tagħhom. U Patricia kellha ras taż-żonqor. L-omm ma qaltilhiex ċar u tond biex ma teħdux, kemm fetħitilha għajnejha. Kif dejjem għandhom jagħmlu l-ommijiet, il-ġenituri. Uritilha l-problemi li jista’ jkollha. Li setgħu jkunu ħafna u ħafna kbar. Kollu għalxejn. Patricia għaddset rasha, tgħammxet wara l-kliem ħelu u ż-żegħil fieragħ ta’ dak il-ġuvnott. Issaħħret wara s-sura skultorja sabiħa tiegħu. Kollu mmuskolat. Twil. Xagħru mġiegħed. Ta’ lewn ismar.

Kellha tarbija, li semmietha Marie. L-hena tagħha. Id-dinja kollha tagħha.

Ir-raġel tagħha kien jabbużaha, isawwatha, jaqlibhielha. Jidħol tard id-dar. Tgħidlu fejn kont? Jigdbilha.

Mentalment u psikoloġikament kienet qiegħda tbati. Saħħitha sejra lura bil-ftit il-ftit. Ineżorabbilment.

Il-vjolenza domestika xejn ma hija sabiħa. Ommha kellha mitt elf raġun.

Il-kunfidenza tagħha tbaxxitilha bil-kbir.

Fl-aħħar rabbiet il-kuraġġ. Telqitu.

Xejn ma kienet faċli għaliha.

Hu baqa’ jheddidha u jinsulentaha, anke barra fit-

triq. Jigdeb fuqha man-nies u jtebbgħalha isimha.

Hi ma tatx kas. L-aqwa li min jafha jaf x’inhi u x’mara hi. Serja. Tal-affari tagħha. Onesta. Dak huwa l-importanti. X’jgħidu u x’jaħsbu fuqha n-nies issa ma għadux jimpurtaha.

U, wara kollox, min jgħajjat u jwerżaq ħafna drabi jkun xkora vojta, ma jiswiex tebaq fwiedu, ikollu t-tort.

Kif kien dak l-individwu.

Daħlet il-qorti.

Ma kellhiex triq oħra.

Kruċjata oħra, kerha.

Imma li kienet lesta li tgħaddi minnha. Għaliha. U għal bintha.

Bdiet trabbi t-tarbija waħedha. Li kien għad kellha biss ftit xhur.

Daħlet taħdem f’fabbrika tan-nuċċalijiet biex tgħin lilha nnifisha.

Imma ta’ erbgħa u għoxrin sena daħħlitha f’rasha li tkompli tistudja. Dak kien dispjaċir kbir, li waqfet mill-istudju minħabba fih, ir-raġel li kellha. Issa riedet li ssir xi ħaġa.

Rieda kellha. Minn dik ma kinitx nieqsa. Rieda soda li tirnexxi meta l-bosta jaħsbu li tista’ tfalli.

Riedet tagħmel xi ħaġa ta’ ġid għall-umanità, jekk jirnexxilha. Ma riditx li tkun ġiet f’din id-dinja għalxejn, fjamma nar batuta li tnin bil-ftit il-ftit bla ma ħadd ikun jaf biha. Hija riedet li tkun ħuġġieġa kbira li ddawwal kullimkien u li tagħti l-ħajja u t-tama lil min ikun jeħtieġha.

Pass ta’ min ifaħħru.

Fittxet u rat u stħarrġet u staqsiet. U ħadet għadd ta’ pariri qabel ma qatgħetha x’kellha tagħmel. Daħlet l-Università.

Is-suġġett li għażlet biex tispeċjalizza fih xejn ma kien wieħed faċli. Il-Ġappuniż.

Ma kienx il-lingwa ta’ pajjiżha.

Kulħadd, familtha u sħabha, dawk il-ftit intimi li kellha, kulħadd qalilha l-istess ħaġa: minn daqstant lingwi sbieħ li hawn dak għażilt? Il-Ġappuniż?

Mistoqsija: Kemm kellha żmien meta żżewġet Patricia?

Imma Patricia kellha rieda soda, u la darba ddaħħal ħaġa f’rasha mhux la kemm twarrabhielha.

Il-Ġappuniż kien jaffaxxinaha, u l-kultura Ġappuniża kemm-il darba qrat fuqha. Kienet tħalli fiha awra ta’ mistiċiżmu u sbuħija u rilassament.

Meta marret tapplika talbuha biex tagħtihom ukoll it-tieni isem tagħha.

Patricia Joan.

Hekk kien jisimha.

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb SENSEI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju.

Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb AQLA’ KJASS! hija:

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Fuq medda ta’ 12-il xahar kemm kienet iż-żieda tal-vetturi elettriċi?

Isem:

Numru tat-telefown:

Tweġiba:

Indirizz:

30.04.2023 24
05
H. ABELA - GUDJA

THE MOOR MURDERS

It-tmiem tal-koppja Ian Brady u Myra Hindley

IL-ĦAMES PARTI

Waqt l-interrogazzjoni, Brady qal lill-pulizija li hu u Evans iġġieldu iżda beda jinsisti li hu u Smith qatluh filwaqt li Hindley għamlet dak li qalulha huma. Mill-banda l-oħra, Smith qal li Brady qallu biex jiġbor xi kotba li setgħu jixħtu dell ikrah fuqu. Hu għamel hekk u Brady tefagħhom f’bagalji differenti u firixhom fl-istazzjonijiet tattren.

B’din l-informazzjoni, il-pulizija kkuntattjaw l-uffiċċji li jieħdu ħsieb bagalji mitlufin u fil-bagalji sabu l-ktieb tat-talb ta’ Hindley, kostumi, noti, ritratti – fosthom disa’ ritratti pornografiċi tal-vittma Downey fejn dehret bla ħwejjeg u b’xalla mdawra ma’ fommha, u audiotape ta’ 16-il minuta fejn fih instemgħet Downey tidentifika lilha nnifisha bħala Lesley Ann Weston. F’dan l-audiotape, il-vittma nstemgħet tgħajjat, tibki u titkarbilhom biex iħalluha tmur iddar għand ommha. Omm Downey ikkonfermat li dik kienet bintha li nstemgħet fuq l-audiotape.

Il-pulizija kellmu lil Patricia Hodges, il-ġara ta’ Brady u Hindley. Hi ħadithom lejn Saddleworth Moor u wriethom fejn Brady u Hindley kienu jħobbu jmorru. Waqt it-tfittxija, il-pulizija sabu għadma minn id ħierġa mill-ħamrija. Għall-bidu ħasbu li din kienet ta’ Kilbride iżda kif ħaffru, huma sabu li kienet Downey. Magħha kellha wkoll ħwejjiġha midfunin u ommha vverifikat li kienu ta’ bintha.

Fost ir-ritratti li sabu fil-bagalji, kien hemm xenarji mis-Saddleworth Moors, li skont Smith, Brady qal li kienu evidenza fotografika tal-qtil kollu li wettaq. Fil-fatt, il-pulizija nnotaw kif Brady kien neħħa xi ritratti mid-dar u bdew jissuspettaw li dawn kienu fejn twettqu d-delitti. Fil-21 ta’ Ottubru, il-pulizija sabu l-katavru ta’ Kilbride, li kien fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni. Dakinhar tas-sejba, Brady u Hindley instabu ħatja bil-qtil ta’ Downey. L-audiotape u r-ritratti ntużaw bħala l-evidenza prinċipali iżda Brady beda jgħidilhom li żewġ irġiel ħadu lil Downey għandu u wara li ħadilha r-ritratti reġgħu ġew għaliha u ħaduha magħhom ħajja. Brady instab ħati għall-qtil ta’ Kilbride, Downey u Evans. Hindley instabet ħatja għall-qtil ta’ Downey u Evans, filwaqt li nstabet ħatja li ħadet sehem fil-qtil ta’ Kilbride. Brady weħel tliet sentenzi ta’ għomor il-ħabs filwaqt li Hindley weħlet żewġ sentenzi ta’ għomor il-ħabs u seba’ snin oħra magħhom. Hu ntbagħat f’HM Prison Durham filwaqt li Hindley intbagħtet f’HM Prison Holloway.

Iktar investigazzjoni

Fl-1985, Brady tkellem ma’ gazzetta lo-

kali u stqarr li hu qatel ukoll lil Reade u lil Bennett. Il-pulizija diġà kellhom suspett ta’ dan iżda ma kellhomx evidenza biżżejjed u ma setgħux isibu l-katavri tagħhom f’Saddleworth Moore. Kien għalhekk li l-pulizija reġgħu bdew ifittxu iżda spiċċaw jitolbu lil Hindley biex tgħinhom isibu l-katavri tal-vittmi. Din qaltilhom li hi ma kellhiex x’taqsam mal-qtil iżda pruvat turihom fuq il-mappa liema nħawi ta’ Saddleworth Moore żaret ma’ Brady. Minkejja dan l-isforz, hi qaltilhom li ma setgħetx tkun ċerta mingħajr ma żżur l-art xagħra hi stess.

Fis-16 ta’ Diċembru tal-1986, Hindley marret mal-pulizija biex tgħinhom fit-tfittxija imma ma rriżulta xejn. Tlett ijiem wara, il-pulizija marru ma’ Smith ifittxu imma reġa’ ma rriżulta xejn. Fl-10 ta’ Frar tal-1987, Hindley ammettiet bl-involviment tagħha fil-ħames omiċidji. B’din l-istqarrija, il-pulizija żaru lil Brady u qalulu x’kienet ammettiet Hindley. Għall-bidu ma bediex jemminhom, iżda mbagħad kif tawh xi dettalji fuq il-ħtif ta’ Reade, Brady iddeċieda li kien lest jammetti, bil-patt u l-kundizzjoni li kif jammetti jagħtuh l-għażla li jneħħi ruħu b’idejh, liema talba ma ġietx milqugħa.

Sadanittant, Hindley reġgħet marret mal-pulizija f’Saddleworth Moor f’Marzu tal-1987. Hi ftakret f’liema parti ndifnet Reade iżda ma kinitx ċerta fejn kien il-qabar tagħha. It-tfittxija baqgħet għaddejja għal xhur sħaħ u

fl-1 ta’ Lulju tal-istess sena, il-pulizija sabu l-fdalijiet ta’ Reade. Kif instabet, Brady ammetta li qatilha u aċċetta li jmur f’Saddleworth Moor biex jgħin lill-pulizija jkomplu jfittxu. Din iż-żjara ma wasslet għall-ebda sejba u t-tieni darba li ħaduh uriehom fejn kien

Bennett iżda ma nstab xejn. Il-katavru ta’ Bennett għadu ma nstabx sal-lum il-ġurnata.

Brady miet fil-15 ta’ Mejju tal-2017 b’kawża naturali filwaqt li Hindley mietet fil-15 ta’ Novembru tal-2002 bi pnewmonja tal-bronki.

30.04.2023 25 TMIEM
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Myra Hindley fil-ħabs Ian Brady mal-pulizija waqt it-tfittxija Brady lejn l-aħħar ta’ ħajtu

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

30.04.2023 26

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Isem:

Indirizz:

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

TISLIBA 484

MIMDUDIN:

1. It-tieni numru (5)

4. Kompli l-qawl: .... ma jagħmel xejn għal xejn (4)

7,15. Ma jidhrux (8)

9,11. Jaf ħafna (5)

WEQFIN:

10. Dan miftuħ qed jissemma ħafna dan iż-żmien (6)

12. Preċiżi (6)

16. Din tista’ tniżżilha fuq il-mobile (3)

18. Liutenant

1. It-tielet numru (6)

2. Eċċ bl-Ingliż imħawda (3)

3,17. Frott (6)

5,23. Att? (7)

imqassar (2)

19. Jaħraq dan (3)

20. Nieklu fih (5)

21. Xejn bl-Ingliż (3)

23. Ara 5

24. Jinżammu fil-mużika (5)

6. Dud imħawwad (3)

8. Partitarju (9)

11. Ara 9

12. European Parliament (1,1)

13. Kollox Ingliż (3)

14. Mhux mimsus (6)

15. Ara 7

17. Ara 3

21. Mhux misjur (3)

22. Kif insejħu lil Karmelino (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

MIMDUDIN: 1.Ħabib,4,Bajd, 7,16.Iprem,9.Sar,10.

Ġelati, 12.Attent, 18.US, 19.Ass, 20.Attur, 21.Rip, 24.Lasti

WEQFIN: 1.Ħassar, 2.Bir, 3,17.Biġeni, 5.Ara, 6,11.Dritt, 8.Pedestall, 12,23. Amorin, 13.Tut, 14.Tarsus, 15.Estiżi, 21.Rio, 22.PAI

30.04.2023 27
L. MALLIA - KALKARA
Bi 3 NUMRI 000 007 125 146 185 199 263 279 410 420 434 488 591 596 654 704 754 810 813 824 830 850 863 B’4 NUMRI 0036 0344 1125 1410 1565 1610 2229 2608 3164 3534 4011 4485 4933 5419 5468 5710 6046 6403 6611 6620 7285 7445 7506 7551 8388 8481 8820 9281 9654 9730 B’5 NUMRI 14107 35405 42603 49046 50857 69985 71315 81000 85159 89883 95447 B’6 NUMRI 011113 404695 606548 611297 664690 677545 719744 745763 746091 804126 804283 953083 B’7 NUMRI 5037990 6384276 B’10 NUMRI 2755473990 8759849739

FIL-BELT TĦABBAT QALBNA

Editorjal

L-Oppożizzjoni toħlom li, kontra kull interess nazzjonali, il-poplu jkun fil-miżerja. Dik hi l-unika ġustifikazzjoni biex tipprotesta. Bil-maqlub, Gvern Laburista qed juri fejn tħabbat qalbu … issa sta għalina li nuru fejn tħabbat tagħna

L-appuntament t’għada tal-Ewwel ta’ Mejju, imfakkar fid-dinja kollha bħala Jum il-Ħaddiem, hu manifestazzjoni li ma tfakkarx biss kisbiet kbar fid-drittijiet umani fuq medda ta’ aktar minn 130 sena, iżda wkoll il-qagħda ta’ ħaddiema f’pajjiżi individwali llum il-ġurnata u dak li jirriserva l-ġejjieni għalihom. Għaldaqstant, jieħu forom varji skont il-pajjiż u l-mument.

Għal għadd ta’ ġnus fi stati oħrajn fl-Unjoni Ewropea u lil hinn, dan il-jum se jservihom biex jesprimu biss għadab għaċ-ċirkostanzi tal-lum fejn il-gvernijiet rispettivi tagħhom baqgħu passivi u, minflok, ħallewhom ifendu għal rashom quddiem l-agħar diffikultajiet u opportunitajiet nieqsa, inklużi dawk tax-xogħol.

Fl-istess ħin huma kostretti jġorru piżijiet eżorbitanti li ma jaħtux għalihom, b’mod partikolari bl-isplużjonijiet tal-prezzijiet tal-enerġija. Dawn huma riflessi fil-kontijiet tal-elettriku tagħhom, fl-ispiża biex jużaw il-vetturi tagħhom u mhux l-inqas fl-għajxien bażiku bi spejjeż addizzjonali tar-riperkussjonijiet kollha bl-inflazzjoni ladarba kull settur hu milqut.

Komplessivament, dan joħloq apatija u staġnar ekonomiku li wkoll jiġi bi prezz qares għaċ-ċittadini kollha. L-esperjenza Maltija waqt il-kriżi finanzjarja ferm iżgħar 15-il sena ilu dewqitna mrar simili taħt it-tmexxija ta’ Gvern Nazzjonalista. Allura llum hu iżjed faċli għalina nifhmu l-frustrazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema barranin

Viċi versa, meta dawn iħarsu lejn pajjiżna u jaraw minn xiex għaddejjin hawn il-ħaddiema, il-familji u n-negozji, inkluż ilmod kif il-Gvern tal-Prim Ministru Robert Abela qed jittrattahom kompletament differenti, ma tlumhomx li jgħiru.

Avolja fi sfidi internazzjonali li huma l-istess, pajjiżna kellu l-għaqal li jantiċipa u jevita l-akbar daqqiet lill-poplu kollu tagħna. Kif imwiegħed millGvern Laburista, tali piżijiet kellhom jinġarru kollha minnu, kif għadhom sal-lum u kif diġà qal li biħsiebu jagħmel fiżżmien li ġej.

L-esperjenza tal-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista u l-miżerja li tniżżel fiha l-poplu, b’mod speċjali l-faxex l-aktar vulnerabbli, kienet biżżejjed u anke żżejjed. Il-qagħda li spiċ-

ċaw fiha dak iż-żmien in-negozji ż-żgħar, l-industriji l-kbar u anke l-ekonomija inġenerali hi riflessjoni kerha li ħadd ma jawgura għal ħaddieħor, aħseb u ara għalih innifsu.

Il-fatt li, fiċ-ċirkostanzi u l-isfidi bla preċedent li għaddejja minnhom l-Ewropa, Malta qed tibbrilla fost il-kumplament, hu aktar milli sinifikanti. F’pajjiżna li l-ekonomija baqgħet tikber bl-akbar rata fl-Ewropa, l-opportunitajiet ta’ xogħol qed jiġru wara l-ħaddiema (u mhux bil-maqlub), il-qgħad jinsab f’livelli rekord, in-negozji għandhom l-akbar fiduċja għallum u għal għada, l-inflazzjoni baqgħet fost l-iżgħar li jeżistu, il-konsumaturi baqgħu jżidu l-konsum, it-tifdil tal-familji baqa’ jiżdied u l-poplu hu l-iżjed sodisfatt bit-tmexxija, fost oħrajn, huma f’wiċċ kulħadd.

Ma jarawhomx biss dawk li ma jridux jarawhom … għax ma

jaqblilhomx

Kontra l-interess nazzjonali u l-interess ta’ kull ċittadin, jaqblilhom u joħolmu li l-poplu jkun fil-maġġoranza assoluta tiegħu fil-miżerja, jittallab fit-toroq, fil-kju biex jirreġistra għax-xogħol u jeżisti biss bit-

tama tal-assistenza soċjali ħalli jfendi ġurnata wara oħra.

Dak hu proprju li jixtieq ilPartit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech u l-establishment li jikkmandah, flimkien ma’ grupp ieħor żgħir b’obbligazzjonijiet lejn din il-mentalità makabra, anke jekk teħodhom lil hinn minn dak li jippritkaw u jittradixxu l-kawża li għaliha jeżistu.

Hi biss il-kilba li għandhom għall-poter, li tagħtihom ġustifikazzjoni biex jopponu kull għajnuna li qed jagħti l-Gvern. Hi l-unika ġustifikazzjoni għaliex għada jridu jipprotestaw, minflok jgħożżu dak li qed jirnexxilhom jiksbu l-ħaddiema, il-familji u n-negozji fliżgħar stat membru tal-UE, bilmaqlub tal-kumplament.

Fl-istess ħin, jibqgħu jikkonfermaw u jagħtu raġuni oħra lill-maġġoranza tal-poplu biex tilqa’ l-istedina tal-Prim Ministru Robert Abela ħalli jintbagħat sinjal qawwi kontra dawk li jriduna ninġarru mill-kurrenti.

Gvern Laburista qed juri fejn tħabbat qalbu, issa sta għalina li nuru fejn tħabbat tagħna. Għada fil-Belt Valletta niċċelebraw dak li jagħmilna privileġġati fuq ħaddieħor.

30.04.2023 28
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.