KullĦadd_28.05.2023

Page 1

F’GĦAXAR SNIN

ŻDIEDU 50,000

MARA F’IMPJIEG

…95% FULL-TIME

Il-Ħadd, 28 ta’ Mejju, 2023

Ħarġa Nru 1,559Prezz €1

MILL-ABBANDUN GĦAT-TGAWDIJA TAL-FAMILJI

Għadd ta’ sindki u anke dawk fit-tmexxija ta’ għaqdiet mhux governattivi (NGOs) esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għall-proġetti ta’ spazji miftuħa li tħabbru proprju din il-ġimgħa f’16-il lokalità mferrxin minNofsinhar ta’ Malta sa Għawdex.

Il-proġetti, li nibtu minn fost il-komunitajiet u l-għaqdiet volontarji nfushom, se jiżviluppaw komplessivament mat-80,000 metru kwadru li se jingħataw lura lill-poplu għall-ewwel darba jew f’forma aħjar biex jitgawdew iżjed u b’mod sigur minn ċittadini ta’ kull età u abbiltà.

Minn kummenti lill-KullĦadd, joħroġ komuni kif dawn il-proġetti se jġibu bidla qawwija lokali, fejn spazji, li llum huma mitluqin jew saħansitra setgħu jiġu mibnijin, issa se jkunu kompletament aċċessibbli għall-familji Maltin u Għawdxin.

Ara wkoll minn paġni 15 sa 18

IL-FINANZI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA

X’QED IĦAWWAD GRECH?!

Il-PN jippreżenta rapporti uffiċjali li juru dejn li hu ferm inqas milli kien semma l-Kap qabel reġa’ tellaq waħdu għall-kariga

Fl-2020 il-Partit Nazzjonalista ddikjara dejn ta’ €10.8 miljun u telf akkumulat ta’ €14-il miljun għall-fergħa tal-midja tiegħu, Media.link. Dan hu ferm ’il bogħod mit-€32 miljun dejn li l-Kap Bernard Grech innifsu kien semma qabel bħal-lum sena eżatt kien reġa’ tellaq waħdu għall-kariga u ġie kkonfermat. Id-differenza tirriżulta mill-kontijiet uffiċjali għas-sena li fiha laħaq Kap Grech u li l-PN ippreżenta lill-Kummissjoni Elettorali. Dawn il-kontijiet, li ġew ippubblikati fl-aħħar jiem, qed iqajmu mistoqsijiet kbar u pertinenti fil-PN stess, kif tista’ tiżvela l-KullĦadd

Tkompli f’paġna 6

.
Rapport
4 u 5
f’paġni

DETTALJI

EDITUR

RONALD VASSALLO

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

KIMBERLY CEFAI

email: sales@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

DISINN TAL-PAĠNI

KIMBERLY CEFAI

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

KUNTATT ĠENERALI

KullĦadd

email: editorial@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate

Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU

www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI

www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT

Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI

Emerġenza Covid 19 - 111

Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112

Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 26°C

L-Inqas Temperatura: 17°C

L-Indiċi UV: 9

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja qed tippersisti fuq il-Punent u ċ-ċentru tal-Mediterran.

It-Temp: Xemxi

Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli

Il-Viżibilità: Tajba

Il-Baħar: Ħafif

L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral li jsir ftit li xejn

It-Temperatura tal-Baħar: 18°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567

Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018

Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459

Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958

Brown’s Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275

Brown’s Pharmacy, Retail Outlet, Level 0, 135, Central Business Centre, Spinola Bay, San Ġiljan – 21333886 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492

St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Trasfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875

St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442

St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649

Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646

Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529

Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939

Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278

Milia’s Pharmacy, 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971

Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115

Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274

Għawdex

Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija – 21563052

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

28.05.2023 02
It-Tnejn 26°C 25°C 26°C 26°C 17°C 17°C 17°C 18°C UV 11 UV 11 UV 11 UV 8 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
25°C 17°C UV 11 It-Tlieta 26°C 18°C UV 11 Il-Ġimgħa
PIETA MSIDA SANTA VENERA PAOLA BIRGU GĦAXAQ MARSAXLOKK ŻURRIEQ GĦAJNSIELEM MELLIEĦA SAN PAWL IL-BAĦAR MOSTA GĦARGĦUR MTARFA BIRKIRKARA GŻIRA GREENING OUR COMMUNITIES €10 MILLION Community Greening Grant www.project.green

50,000 MARA IŻJED F’IMPJIEG SAL-2022

Sa tmiem is-sena li għaddiet kien hawn 121,190 mara f’impjieg f’pajjiżna, bi ftit inqas minn 100,000 f’impjieg full-time. Imqabbel mal-aħħar ta’ Diċembru ta’ għaxar snin qabel, lejn tmiem l-aħħar leġiżlatura Nazzjonalista, id-differenza hi waħda sinifikanti b’żieda ta’ kważi 50,000 mara fis-suq lokali tax-xogħol.

Dan juri kemm ħafna mit-tkabbir jirrifletti l-inċentivi u s-sostenn qawwi li daħħal Gvern Laburista biex aktar nisa joħorġu jaħdmu, b’mod partikolari l-introduzzjoni taċ-childcare b’xejn, l-InWork Benefit u t-tapering tal-benefiċċji.

Dawn il-benefiċċji, flimkien ma’ ħafna oħrajn, komplew jiżdiedu u jissaħħu mill-2013 ’il quddiem.

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), sas-sena l-oħra kien hawn żieda ta’ aktar minn 100,000 full-timer f’pajjiżna mqabbel mal-2012, li jfisser li, bħala medja, kull ġurnata taħt amministrazzjoni Laburista kien hemm żieda ta’ 29 impjieg full-time, jew aktar minn impjieg kull siegħa. Ma’ dawn żdiedu wkoll 23,500 part-time ġdid.

Minn din iż-żieda kollha ta’ impjiegi full-time bla preċedent fl-istorja ta’ pajjiżna kien hemm kważi 91,000 li ġew impjegati fis-settur privat. Li jfisser li aktar minn disgħa minn kull għaxar

impjiegi full-time ġodda kienu f’industriji privati, bl-aktar setturi li kabbru d-domanda għall-ħaddiema kienu tasservizzi professjonali u amministrattivi fejn kien hemm żieda ta’ kważi 31,000 impjieg, waqt li kienet sinifikanti wkoll żieda ta’ kważi 13,300 impjegat full-time fl-oqsma tal-ospitalità u t-trasport, minkejja aktar minn sentejn tal-agħar effetti bil-pandemija tal-COVID-19.

Minkejja pandemija li kienet mistennija tolqot l-aktar l-impjieg tan-nisa, għax ħafna minnhom jaħdmu fisservizzi, pajjiżna kellu l-ogħla rata ta’ impjieg femminili fl-istorja.

Ir-rata tagħna ta’ 66% kienet saħansitra aħjar minn dik osservata madwar l-Unjoni Ewropea, meta sa ftit snin ilu pajjiżna kellu l-inqas rata ta’ impjiegi simili fost l-istati membri.

Storikament Malta kellha rata ta’ impjiegi fost in-nisa sostanzjalment inqas minn dik fil-bqija tal-Ewropa u sa ftit tassnin ilu konna l-aħħar fiż-Żona Ewro f’dan ir-rigward. B’kuntrast, skont il-Eurostat, Malta qabżet il-medja tal-UE f’termini ta’ impjiegi fost in-nisa għall-ewwel darba mill2020 ’l hawn, tant li mill-Ewropa kollha

d-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi tjiebet l-aktar f’pajjiżna.

Stħarriġ konġunt mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza fil-Ġeneru (EIGE) u l-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u x-Xogħol (Eurofound) kien sab li Malta rreġistrat l-akbar sforz biex tnaqqas l-inugwaljanzi sesswali fost iċ-ċittadini tagħha, inkluż fil-qasam tax-xogħol fejn ġie rreġistrat tnaqqis ta’ 10% fid-diskrepanza bejn impjiegi full-time (jew l-ekwivalenti) ta’ rġiel u nisa. Minn tagħrif ġdid, li għadu kemm ġie

Bis-saħħa tal-inċentivi li ġew offruti, nofs iż-żieda globali fil-workforce li esperjenzat Malta bejn l-2012 u l-2022 kienet fil-fatt magħmula min-nisa, kważi kollha f’impjiegi full-time

ppreżentat fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, jerġa’ joħroġ li nofs iż-żieda tal-workforce lokali li kellu pajjiżna bejn l-2012 u

l-2022 hi fil-fatt femminili. Mistoqsi jgħid kemm hawn nisa jaħdmu full-time, reduced full-time u part-time, maqsuma skont sitt faxex ta’ etajiet u bil-persentaġġi, il-Ministru Caruana poġġa fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati żewġ tabelli bl-aħħar ċifri disponibbli u kif miġburin mill-aġenzija JobsPlus. Ingħata wkoll l-istess tagħrif miġbur sal-aħħar ta’ Diċembru tal-2012. Dawn juru, fost l-oħrajn, kif in-nisa f’impjieg żdiedu fil-faxex kollha tal-etajiet, għajr dik ta’ bejn is-16 u l-20 sena, li rapporti oħrajn jindikaw li dawn issa qed ikomplu iżjed jistudjaw biex itejbu l-ħiliet tagħhom milli kienu sa għaxar snin qabel. Jirriżulta li, biss biss, sal2020 Malta kellha l-aktar rata baxxa fl-istorja ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola, żewġ terzi tar-rata taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista. Fl-istess ħin, għall-ewwel darba, aktar minn kwart tal-forza taxxogħol tagħna kellhom lawrja Universitarja.

Fost in-nisa wkoll ġew irreġistrati żidiet f’impjiegi part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom jew full-time b’sigħat imnaqqsa ta’ xogħol (reduced hours),

28.05.2023 04
DIĊEMBRU 2012 DIĊEMBRU 2022 NISA JAĦDMU Ammont Persentaġġ* Ammont Persentaġġ* Full-time 51,231 27.8% 98,404 33.3% Reduced full-time 2,332 1.3% 4,148 1.4% Part-time 17,775 9.7% 18,638 6.3% TOTAL 71,338 38.8%121,19041.0% *persentaġġ mit-total sħiħ ta’ nies jaħdmu NISA JAĦDMU F’DIĊEMBRU 2012 NISA JAĦDMU F’DIĊEMBRU 2022 EtajietFTRFT PT TOTAL FTRFTPT TOTAL 16-20 1,9141302,502 4,546 1,841872,468 4,396 21-30 18,2794473,803 22,529 26,0434783,104 29,625 31-40 14,2168403,561 18,617 31,5521,3393,373 36,264 41-50 9,0925683,667 13,327 21,7621,3133,718 26,793 51-60 6,7173052,879 9,901 13,0267303,149 16,905 61+ 1,013421,363 2,418 4,1802012,826 7,207 TOTAL51,2312,33217,77571,33898,4044,14818,638121,190 FT = full-time; RFT = reduced full-time; PT = part-time
NISA F’IMPJIEG 2012 = 71,338 2022 = 121,190

…95% FULL-TIMERS

VIŻJONI EKONOMIKA

MODERNA LI SSAĦĦAĦ IL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA

Il-Prim Ministru jisħaq mal-MCESD li l-ekonomija nazzjonali tinsab fi tranżizzjoni importanti ħafna

Il-Prim Ministru Robert Abela indirizza konferenza tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) li matulha ġie ppreżentat ir-Rapport Nazzjonali dwar il-Produttività tal-2022.

Fid-diskors tiegħu, fejn enfasizza l-viżjoni ekonomika tal-Gvern, il-Prim Ministru spjega li l-ekonomija Maltija għaddejja minn tranżizzjoni importanti ħafna.

Hu qal li l-Gvern mhux biħsiebu jistrieħ fuq il-kisbiet, iżda se jkompli jaħdem fuq prinċipji mġedda, b’viżjoni ekonomika għaż-żmien li ġej li tinkludi t-tranżizzjoni lejn ekonomija bbażata fuq it-tagħrif, tranżizzjoni lejn ekonomija iktar ħadra u diversifikazzjoni ta’ dak li noffru bħala pajjiż biex inkunu aktar kompetittivi.

il-konsum privat kien jistaġna u mhux ikompli jiżdied. Madankollu, hu qal li xorta jeħtieġ tiġdid fit-tmexxija ekonomika u finanzjarja għax is-suċċess ekonomiku ta’ Malta hu riżultat ta’ pajjiż li ma jiqafx jinbidel.

Il-Prim Ministru sostna li l-bidla hija l-garanzija ta’ pajjiż li jibqa’ kompetittiv u jattira l-investiment.

Dwar it-tkabbir ekonomiku, Dr Abela spjega li dan ġej mill-investiment, mit-titjib tal-ħiliet, mill-użu aħjar tar-riżorsi umani ta’ pajjiżna u minn żieda fil-produttività. Hawnhekk il-Prim Ministru ttratta l-kontribut tal-ħaddiema.

iżda l-ammonti kienu minimi. Fil-fatt, 95% taż-żidiet fl-impjiegi tan-nisa bejn l-2012 u l-2022 kienu kollha fuq bażi fulltime.

Minn Marzu 2013 ’l hawn kien hemm żieda ta’ kważi 23,500 impjieg part-time fost il-ġeneri kollha, iżda fost in-nisa din kienet ta’ inqas minn 1,000, waqt li inqas minn 2,000 żdiedu f’impjiegi fulltime b’sigħat imnaqqsa. Minflok, in-nisa ppreferew iżjed l-impjiegi full-time.

F’analiżi f’aktar dettall taċ-ċifri ppreżentati bi tweġiba għal mistoqsijiet tadDeputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ, jirriżulta li l-maġġoranza tan-nisa fl-impjieg bħalissa huma fl-etajiet ta’ bejn il-21 u l-50 sena, għalkemm l-akbar żidiet irreġistrati fl-aħħar għaxar snin kienu dawk ta’ bejn il-31 u l-50 sena, li rdoppjaw. Fil-fatt, kien hemm total ta’ iżjed minn 31,000 fuq l-2012 ta’ nisa f’impjieg minn din il-faxxa ta’ etajiet.

Din hi wkoll indikazzjoni oħra ċara kemm eluf ta’ familji qed igawdu millmiżuri governattivi li jħajruhom jidħlu lura f’impjieg wara li wkoll ikunu rabbew lil uliedhom fl-ewwel snin ta’ ħajjithom.

Minbarra ż-żieda fl-impjiegi, mill2013 lil hawn kien hemm qabża kbira wkoll fil-paga bażika medja, tant li din

issa qabżet il-€21,000. Fl-2012 din kienet inqas minn €15,500, li jfisser li, anke meta teskludi s-sahra u l-allowances, kien hemm titjib ta’ aktar minn €5,500 fl-aħħar għaxar snin. B’hekk bħala medja f’dan iż-żmien ħaddiem fuq paga medja ra żieda ta’ €10 fil-ġimgħa.

Kif irrapportat minn din il-gazzetta x-xahar li għadda, dawk il-ħaddiema Maltin u Għawdxin, li għandhom dħul li jaqbeż l-livell ta’ €20,000 fis-sena (paga medja nazzjonali), irdoppjaw fl-aħħar għaxar snin mindu nbidlet l-amministrazzjoni fil-pajjiż.

Fl-istess ħin dawk li jaqgħu taħt il-livell ta’ €20,000 naqsu b’madwar 14,000 persuna, waqt li faxex ta’ ħaddiema b’salarji ogħla minn €25,000, €30,000, €35,000 u €40,000 saħansitra tripplaw u kwadripplaw fl-istess perjodu.

Dan it-titjib fil-pagi u fl-ammont ta’ impjiegi wassal biex il-qagħda finanzjarja tal-familji Maltin u Għawdxin marret ħafna għall-aħjar, kif joħroġ mill-fatt li d-depożiti tagħhom mal-banek aktar milli rdoppjaw minn €7.634 biljun fl-2012 għas-somma rekord ta’ €16.353 biljun fi tmiem l-2022.

Din iż-żieda kienet kważi erba’ darbiet iż-żieda li kien hemm fl-għaxar snin ta’ qabel l-2012.

Dan hu mill-aktar meħtieġ wara li l-iżvilupp ekonomiku, li ġie esperjenzat fl-aħħar diċennju, kien wieħed li wassal lil Malta tilħaq livell ieħor kif jixhdu r-riżultati ekonomiċi fejn illum għandna l-ogħla rata ta’ xogħol, l-inqas rata ta’ qgħad u l-aktar ekonomija li qed tikber fl-Ewropa.

“Nemmen li l-ħaddiem hu dak li jsaħħaħ id in-negozju f’dinja fejn il-kompetittività u l-produttività qed jitqiesu fuq il-ħiliet tal-ħaddiema u mhux fuq kemm in-negozju se jiffranka f’pagi,” qal il-Prim Ministru.

Irridu li l-bidla u l-innovazzjoni jkunu fiċ-ċentru tal-ħajja lokali ta’ kuljum fil-livell li jmiss għal pajjiżna

F’dan l-isfond, Malta se tibqa’ tara tkabbir ekonomiku b’saħħtu, bil-Gvern se jkompli jaħdem favur livell ta’ għajxien aħjar.

F’dan il-kuntest, Dr Abela laqa’ x-xogħol li sar mill-imsieħba soċjali fuq dan ir-rapport li jitkellem dwar il-produttività ta’ pajjiżna. Hawn hu tenna l-importanza taddjalogu soċjali biex il-pajjiż jimxi ’l quddiem u fakkar, kif meta ffaċċjat bl-akbar sfidi, il-Gvern dejjem sab fl-imsieħba soċjali fonti ta’ ideat ta’ kif nistgħu nimxu ’l quddiem u li l-istrateġija u l-viżjoni ekonomika għandha tkun imfassla minn firxa wiesgħa ta’ nies li jirrappreżentaw l-interessi ta’ kulħadd.

Il-Prim Ministru wkoll irrefera għax-xokk tal-inflazzjoni li laqat lil diversi pajjiżi fl-aħħar xhur u spjega li f’Malta, mingħajr it-tkabbir ekonomiku li ġie investit fin-nies,

Dwar il-qalba diġitali u dik ambjentali, Dr Abela spjega dak li qed jippjana l-Gvern u kif iċ-ċokon ta’ pajjiżna għandu jservi ta’ opportunità ħalli ċerti bidliet isiru b’aktar ħeffa u effiċjenza.

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru Abela spjega li s-sena l-oħra Malta rat investiment ta’ xejn inqas minn €3.7 biljun, li mqabbel ma’ għaxar snin qabel dan kien ifisser aktar mid-doppju.

L-istess fejn jidħlu l-gradwati li jaħdmu fl-ekonomija tagħna, tant li llum għandna 94,000 meta għaxar snin ilu kien hemm inqas minn nofs dan l-ammont.

Dr Abela temm l-indirizz tiegħu lill-imsieħba fl-MCESD li tali kisbiet huma biss il-bidu tat-triq li għandu quddiemu pajjiżna u biex immorru għal-livell li jmiss, il-bidla u l-innovazzjoni jridu jiġu fiċ-ċentru tal-ħajja ta’ kuljum. “Irridu nżidu l-produttività, insaħħu l-ekonomija, imma fuq kollox nagħtu ħajja aħjar lill-familji u nipproteġu lillħaddiem b’kundizzjonijiet u b’pagi aħjar,” tenna l-Prim Ministru.

28.05.2023 05

IS-SITWAZZJONI BAQGĦET TIDDETERJORA TAĦT GRECH

Tkompli minn paġna 1

Minn sorsi li tkellmet magħhom din il-gazzetta, jirriżulta li hemm min qed jgħid li, jekk dak li qal Grech sena ilu huwa minnu, allura jfisser li wara li ħa t-tmun tal-Partit f’idejh mingħand il-predeċessur tiegħu, Adrian Delia, id-dejn fil-fatt sploda. Jiġifieri li, allura, dak li Delia kien beda jaħdem fuqu ntilef kompletament wara li Grech ġie imbottat fit-tmexxija, megħjun minn attakki ħorox mill-establishment fuq ta’ qablu.

Fl-istess ħin, oħrajn fil-Partit qegħdin jistaqsu jekk Grech kienx għaġġibha apposta bid-dejn biex, wara li tilef l-aħħar elezzjoni bl-agħar riżultat fl-istorja, ibeżża’ lil dawk li forsi setgħu kienu qed jikkontemplaw li jikkontestawh għall-kariga. U b’hekk isir dak li xtaq hu, jiġifieri jispiċċa jtellaq waħdu kif fil-fatt ġara.

Meta bħal dan iż-żmien sena kien talab mill-ġdid konferma għall-kariga tiegħu, Dr Grech kien sostna fil-Kunsill Ġenerali li l-Partit kellu dejn ta’ €32 miljun, kważi tliet darbiet aktar minn dak li wieħed isib ippubblikat fil-kontijiet awditjati tal-Partit.

Kienet x’kienet ir-raġuni, hu żgur li dak li qal Grech juri differenza kbira minn dak iddikjarat fl-2020. L-iktar li qed togħkor l-għajn hi li Grech kien tkellem mal-erba’ xhur wara li l-PN kien diġà għalaq il-kontijiet għall-2020. Fil-fatt, dawn ingħalqu f’Jannar tas-sena l-oħra.

Il-kontijiet tal-PN għall-2021 u 2022 għad iridu jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni Elettorali.

Sadanittant, il-kontijiet tiegħu għall-2020 jindikaw li l-qagħda finanzjarja tal-Partit ħadet daqqa meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, tant li l-obbligazzjonijiet finanzjarji tiegħu laħqu l-ogħla livell mindu bdew jiġu ppubblikati l-kontijiet tal-partiti. Dan hekk kif il-Partit Nazzjonalista b’mod dirett jidher li kellu jagħti mal-€10.8 miljun fi djun jew pagamenti dovuti. Dan ifisser żieda ta’ madwar €1 miljun fuq l-2019, hekk kif il-Partit saħansitra kellu joħroġ aktar ċedoli fl-iskema kontroversjali maħluqa minn Simon Busuttil.

ĊedoliPN qajmet mistoqsijiet u dubji kbar ta’ due diligence u trasparenza, iżda kull Kap tal-PN minn dakinhar żammhom għaddejjin.

Jirriżulta li ħafna minn dawn iċ-ċedoli se jerġgħu jimmaturaw tliet snin oħra u għadu mhux ċar kif il-PN biħsiebu jiffinanzja l-ħlas tagħhom. Aktar minn €7 minn kull €10 li l-Partit daħħal miċ-ċedoli fl-2020 intefqu mill-ewwel f’dik is-sena stess.

Fattur ewlieni li qed ikompli jitfa’ pressjoni fuq il-finanzi Nazzjonalisti jibqa’ l-andament tal-kumpaniji tiegħu, l-aktar tal-Media.link. Skont il-kontijiet ippubblikati, it-telf akkumulat ta’ din il-kumpanija jlaħħaq kważi €15-il miljun.

Fl-2020 il-PN kellu jgħaddi €644,409 lillkumpaniji tiegħu, waqt li ħallas pagamenti ta’ djun mal-banek ta’ €262,724. Il-kontijiet finanzjarji għall-2020 juru li l-Partit kellu jagħti garanzija bankarja ta’ €4.1 miljun fuq self ta’ dawn il-kumpaniji. Dan ifisser żieda qawwija fuq l-2019, meta l-banek kienu qed jitolbu garanzija ta’ €1.7 miljun biss fuq dan is-self.

Fl-2020 il-Partit fl-Oppożizzjoni spiċċa jħallas mal-€400,000 f’imgħaxijiet, li jfisser li parti kbira mid-donazzjonijiet li kien irċieva kellhom jintużaw għal dan il-għan. Dan jispjega għal xiex diversi eks uffiċjali tal-Partit, fosthom Clyde Puli, irreferew għad-dejn li kien sar taħt amministrazzjonijiet preċedenti bħala mażżra kbira. Kif spjegat, iżda, is-sitwazzjoni baqgħet tiddeterjora, bil-Kap attwali jsemmi livelli li qatt ma kienu ssemmew qabel.

Il-kwistjoni tad-dejn tal-PN issa ilha fid-dominju pubbliku sa minn ftit jiem wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013 fejn tilef il-poter wara kwart ta’ seklu, għajr 18-il xahar bejn l-1996 u l-1998.

Huwa sigriet magħruf kif ilPN kien jiffinanzja lilu nnifsu b’modi illeċiti, anke b’abbuż sfaċċat mill-Gvern, inkluż billi kien jobbliga lil kuntratturi jagħtu persentaġġi minn tenders li “jirbħu” mill-Istat.

28.05.2023 06

Parti minn protesta li saret ilbieraħ filgħodu filBelt Valletta, bis-sehem ta’ madwar 90 għaqda u r-rappreżentanti tagħhom. L-appelli filprotesta kienu favur aktar spazji miftuħa li jkunu jistgħu jitgawdew mill-poplu inġenerali, li jiġu wkoll protetti spazji ħodor fil-komunitajiet u kontra l-ħolqien ta’ aktar bini u konkos f’siti, bħal dawk li kienu ddaħħlu fiż-żona tal-iżvilupp 17-il sena ilu taħt Gvern Nazzjonalista. Il-protesta mxiet minn Vjal Ġlormu Cassar, għal quddiem il-Berġa ta’ Kastilja u ntemmet biswit il-Qorti fi Triq ir-Repubblika.

IL-PN JIKKONFERMA LI MA

JMISSX ARTIJIET LI DAĦĦAL HU FL-ISKEMA TA’ ŻVILUPP

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-ippjanar, Stanley Zammit, ikkonferma ċar u tond li l-Partit Nazzjonalista ma jneħħix artijiet mill-iskema ta’ żvilupp, b’referenza għal dawk li kienu ddaħħlu fl-iskema tal-iżvilupp fl-2006 minn Gvern Nazzjonalista. Dak iż-żmien dak il-proċess kontroversjali, imsejjaħ ta’ “razzjonalizzazzjoni”, kien ta d-dritt ta’ żvilupp lil għadd ta’ artijiet id-daqs tasSiġġiewi kollu.

Fl-aħħar xhur kelliema tal-PN ipprovaw jirkbu fuq is-sentiment ta’ residenti viċin dawn l-artijiet li pprotestaw għallfatt li fuqhom saru applikazzjonijiet ta’ ppjanar. Iżda ċ-ċittadini li għandhom jew biegħu dawn l-artijiet jitkellmu kif tali applikazzjonijiet huma dritt li hu tagħhom b’dan l-istess pjan lokali tal-2006.

Quddiem il-messaġġi tal-Oppożizzjoni, li tirkeb fuq dawn il-każi, saret mistoqsija ċara u tonda lil Zammit jekk jemminx li min għandu art f’żona ta’ żvilupp għand ha titneħħielu issa u jekk fuq kollox hix din il-politika tal-PN.

Il-mistoqsija diretta minn ONE News kienet: “Min għandu art fabbrikabbli qed tgħidulu li se tneħħuhielu miż-żona tal-iżvilupp?”. It-tweġiba daqstant ieħor skjetta ta’ Stanley Zammit kienet li “LE”.

Fi kliem sempliċi, il-kelliem tal-Oppożizzjoni kkonferma li dawk l-artijiet kollha li fl-2006 iddaħħlu fl-iskema ta’ żvilupp se jibqgħu proprju għal dak il-

kontra l-iżvilupp ta’ art inkluża fir-“razzjonalizzazzjoni” tal-2006

għan, jiġifieri li jiġu żviluppati. Ironikament Zammit fl-aħħar jiem kien fiż-Żurrieq biex jagħti l-appoġġ lil numru ta’ residenti li oġġezzjonaw li art tiġi żviluppata anke jekk din iddaħħlet fiż-żona tal-iżvilupp f’dak il-proċess Nazzjonalista tal-2006.

Dwar li l-PN m’għandux ħsieb li jirrevoka d-deċiżjoni li ttieħdet fl-2006, anke l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Ber-

nard Grech, kien iddikjara pożizzjoni simili. “Mhux se nidħol fuq id-drittijiet tan-nies li jiżviluppaw il-proprjetà tagħhom,” kien qal Grech. Dan anke jekk fl-istess ħin jitkellem dwar il-bilanċ ambjentali biex jipprova jintgħoġob ma’ kulħadd, kull darba li tfeġġ xi applikazzjoni fuq dawn l-artijiet.

Fl-aħħar jiem l-Awtorità tal-Ippjanar spjegat xi jfissru applikazzjonijiet tal-

kontroll tal-ippjanar (PC) li ħafna drabi jsiru fuq dawn iż-żoni. “Il-PC applications jirregolaw biss l-użu, disinn tat-toroq u l-għoli tal-bini u mhux jekk l-art hijiex f’żona ta’ żvilupp jew le. L-art, li ddaħħlet fl-area ta’ żvilupp skont il-Liġi tar-Rationalisation tal-2006, ma tistax issir żviluppabbli bil-PC Application, imma hi żviluppabbli b’riżultat tal-Pjan Lokali tal-2006,” qalet l-awtorità.

“Fl-2006, il-Gvern għamel emendi fil-pjani lokali li permezz tagħhom numru ta’ siti mhux mibnija madwar Malta u Għawdex ġew inklużi biex ikunu parti miż-żona ta’ żvilupp. Dawn is-siti jinsabu ħdejn żoni mibnijin u f’ċerti każi jistgħu jkunu art agrikola. Madanakollu, mill-2006, dawn is-siti ma baqgħux ikkunsidrati bħala ODZ (Outside Development Zone), iżda saru parti miż-żona tal-iżvilupp,” kompliet l-awtorità, b’referenza għall-artijiet kbar li l-Gvern Nazzjonalista tahom id-dritt li jiġu żviluppati.

Fl-2006 il-PN fil-Gvern espanda ż-żona ta’ żvilupp b’artijiet daqs is-Siġġiewi bla parametri ta’ ppjanar

Riċentement anke l-Eks Kap Nazzjonalista u Prim Ministru fl-2006, Lawrence Gonzi, iddefenda dik il-miżura billi ddeskrivieha bħala ħtieġa nazzjonali.

L-Awtorità tal-Ippjanar kompliet tispjega kif, minħabba li dawn is-siti ġew inklużi fiż-żona ta’ żvilupp bla parametri ta’ ppjanar, sid/sidien tal-art jeħtieġu li, qabel jissottomettu applikazzjoni għalliżvilupp għall-konsiderazzjoni tal-awtorità, japplikaw u jipproponu x’jistgħu jkunu l-parametri tal-ippjanar għas-sit.

“Għalkemm applikazzjoni għall-kontroll tal-ippjanar (PC) tista’ tingħata għal sit partikolari, dan ma jfissirx li awtomatikament jingħata l-permess għall-iżvilupp fuq il-post,” temmet tgħid l-awtorità fi stqarrija.

28.05.2023 07
Zammit (inset) u Toni Bezzina fil-protesta riċenti fiż-Żurrieq

TIMBRU POŻITTIV FUQ L-ANDAMENT EKONOMIKU U SOĊJALI F’PAJJIŻNA

“ Malta is maintaining its growth momentum in an uncertain environment ” (“Malta qed iżżomm ir-ritmu ta’ tkabbir f’ambjent inċert”) jaqra t-titlu tal-analiżi annwali mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-istat ta’ pajjiżna. L-esperti Ewropej innotaw kif wara d-daqqa talpandemija, pajjiżna rnexxielu jirkupra bis-saħħa u reġa’ beda jikber b’rata akbar minn dik ta’ pajjiżi Ewropej oħrajn. Dan filwaqt li enfasizzaw li t-tkabbir hu dovut għall-andament b’saħħtu f’numru ta’ setturi, fosthom il-gaming, it-turiżmu u s-servizzi finanzjarji.

Ir-rapport tal-Kummissjoni jinnota kif “l-inflazzjoni kienet limitata bis-saħħa tal-intervent tal-Gvern”. B’hekk id-deċiżjoni li jinżammu stabbli l-prezzijiet tal-enerġija wasslet biex l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna kien inqas minn dak f’pajjiżi madwarna.

Fl-istess ħin l-esperti jsemmu kif l-impjiegi komplew jiżdiedu, tant li r-rata tal-qgħad niżlet għal minimu storiku fi tmiem is-sena l-oħra, filwaqt li jinnotaw kif ir-rata ta’ dawk f’riskju talfaqar jew esklużjoni soċjali kienet inqas mil-livell ta’ qabel il-pandemija.

L-esperti Ewropej innotaw kif wara d-daqqa tal-pandemija, pajjiżna rnexxielu jirkupra bissaħħa u reġa’ beda jikber b’rata akbar minn dik ta’ pajjiżi Ewropej oħrajn

Malta qed jirnexxilha żżomm

ir-ritmu ta’ tkabbir

fi żminijet ta’ inċertezza

Fil-fatt, jgħidu kif “sa mill-2020, Malta xehdet żieda sinifikanti fl-infiq fil-protezzjoni soċjali mqabbel mal-Prodott Gross Domestiku”. Dan hu xhieda ta’ kemm jagħti importanza linnefqa soċjali l-Prim Ministru Robert Abela.

Ir-rapport jindika wkoll kif il-politika tal-enerġija tal-Gvern wasslet għal titjib f’indikaturi ta’ “energy poverty ” . Pereżempju l-proporzjon ta’ dawk li jgħidu li ma jaffordjawx iżommu darhom sħuna naqas bin-nofs mill2015 ’l hawn. Il-proporzjon tal-popolazzjoni li tonfoq aktar minn 10% tal-infiq tagħha fuq kontijiet tad-dawl f’Malta hu għaxar darbiet inqas mill-medja Ewropea.

Ir-rapport jidħol fid-dettall, fejn jikkummenta b’mod pożittiv dwar miżuri biex pajjiżna jwettaq qalba ambjentali u dawk li saħħew is-saltna tad-dritt.

Jgħid li l-pjan Malti biex il-

pajjiż jadotta teknoloġiji offshore ta’ enerġija rinnovabbli hu “qabża maġġuri fil-politika (nazzjonali)”.

Ir-rapport tal-Kummissjoni jinnota bidliet oħrajn li jgħid li huma “pass fid-direzzjoni t-tajba”, fosthom ir-rieda tal-Gvern Malti li ma jħallix abbużi fis-sistema tattaxxa. L-esperti Ewropej kellhom kliem ta’ tifħir ukoll fuq it-twettiq tal-pjan ta’ rkupru u reżiljenza tal-Gvern Malti.

Meta jitqiesu l-aħħar ħames snin f’ħidma għat-twettiq tas-17-il mira ta’ żvilupp sostenibbli tal-Ġnus

Magħquda, Malta wriet progress fi 13 minnhom u fl-erb-

għa fejn kien hemm xi tnaqqis, fi 3 minnhom pajjiżna diġà qiegħed aħjar mill-medja Ewropea.

Ir-rapport annwali

tal-Kummissjoni Ewropea jikkonferma kemm pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba u kif bit-twettiq tal-pjan ta’

rkupru u reżiljenza, pajjiżna se jirnexxilu jagħmel aktar progress lejn prosperità ġdida.

L-istituzzjoni Ewropea wkoll tikkonferma l-galbu fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi ta’ pajjiżna.

Fir-rakkomandazzjonijiet tagħha lil Malta, il-Kummissjoni Ewropea llimitat ruħha għal erbgħa biss, l-istess ammont tas-sena ta’ qabel. Dan meta qabel il-bidla fl-amministrazzjoni, il-Kummissjoni kienet għamlet sitt rakkomandazzjonijiet għal pajjiżna.

L-ewwel rakkomandazzjoni hi biex pajjiżna jtemm il-miżuri ta’ appoġġ fil-qasam tal-enerġija. Apparti li din saret lil kull pajjiż, il-Kummissjoni ħeġġet lillGvern Malti biex, filwaqt li jżomm (kif ippjanat) iż-żieda fl-ispiża taħt il-5.9%, ikompli jinvesti favur il-qalba diġitali u ambjentali. Fl-analiżi tagħhom, l-esperti tal-Kummissjoni jinnotaw li l-pjan fiskali tal-Gvern hu konformi mar-rakkomandazzjonijiet tagħhom.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni ssostni li l-Gvern qed jonfoq

wisq, l-esperti tal-Kummissjoni qalu li “t-tkabbir fl-infiq kurrenti nazzjonali nżamm taħt kontroll” u li dan mistenni jseħħ anke fis-snin li ġejjin. Dan bil-maqlub għallopinjoni negattiva li l-Kummissjoni tat lil disa’ pajjiżi oħrajn fejn intqal li dawn se jonfqu aktar milli hu rrakkomandat, anke jekk ineħħu l-appoġġ fl-enerġija. Fost dawn il-pajjiżi jispikkaw Franza, ir-Rumanija u l-Belġju.

It-tieni rakkomandazzjoni, li bħall-ewwel waħda komuni għal kull pajjiż, hi li pajjiżna jkompli jimplimenta l-pjan ta’ rkupru u reżiljenża.

Ta’ min ifakkar kif il-Kap tal-Oppożizzjoni kien sejjaħ dan il-pjan bħala “froġa”. Minflok, ir-rapport tal-Kummissjoni ma fih xejn għajr kliem ta’ tifħir għal dan ilpjan.

It-tielet rakkomandazzjoni li hi speċifika għal Malta u xi pajjiżi oħrajn li huma ċentri ta’ servizzi finanzjarji sostanzjali, tkopri s-sistema ta’ tassazzjoni. Dan fid-dawl ta’ riformi li qed isiru f’ambitu internazzjonali. Ir-rapport jinnota kif il-Gvern Malti diġà

ħa passi f’dan ir-rigward.

L-aħħar rakkomandazzjoni, komuni wkoll għallpajjiżi kollha, hi fuq il-qalba ambjentali. Pajjiżna hu mħeġġeġ biex ikompli jkabbar l-użu ta’ enerġija rinnovabbli kif ukoll inaqqas it-tniġġis mis-sistema tattrasport. Dan filwaqt li r-rapport tal-Kummissjoni jinnota kemm il-pjan ta’ rkupru u reżiljenza ppreżentat millGvern għandu allokazzjoni qawwija favur il-qalba ambjentali.

Ta’ min jinnota kif, bilmaqlub għas-snin qabel l-2021, issa pajjiżna ma ngħata l-ebda rakkomandazzjoni fuq tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-governanza.

Dan hu prova oħra ta’ kemm ir-riformi li wettqet l-amministrazzjoni mmexxija minn Robert Abela qed ikunu milqugħin fl-Unjoni Ewropea.

Din is-sena l-Kummissjoni tat rakkomandazzjoni lil Ċipru biex isaħħaħ il-governanza tal-entitatjiet pubbliċi, filwaqt li rrimarkat kif ċerti azzjonijiet tal-Gvern Ungeriż mhumiex konformi mas-saltna tad-dritt.

28.05.2023 08

Malta taf tkun l-ewwel pajjiż li jkollu l-pjan tiegħu, magħruf bħala RePowerEU, approvat minn fost il-pajjiżi kollha talUnjoni Ewropea. Din se tkun mira importanti, għax tkompli tikkonferma l-fiduċja li l-Gvern Malti jgawdi fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, b’mod partikolari mit-tnedija u l-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta’ Malta f’dawn l-aħħar tliet snin.

Permezz tal-pjan RePowerEU l-istati membri kollha flUE ntalbu jfasslu programm ta’ investimenti u riformi relatati mal-enerġija nadifa u rinnovabbli biex jitwettqu sa Diċembru tal-2026.

Dan il-pjan se jiżdied bħala kapitlu addizzjonali mal-Pjan għall-Irkupru u Reżiljenza diġà attwat u se jgħin lill-pajjiżi Ewropej jirrispondu għall-kriżi fis-suq tal-enerġija internazzjonali kkawżata mill-Gwerra fl-Ukrajna. Din tal-aħħar ħolqot nuqqas fil-provvisti tal-enerġija fil-kontinent, bil-konsegwenza li splodiet il-prezzijiet tal-fuels u l-kontijiet tad-dawl, fost oħrajn, fl-Ewropa kollha. Malta kienet oriġinarjament allokata €30 miljun għal dan il-pjan, iżda l-KullĦadd hi infurmata li, wara negozjati mmexxija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej f’isem il-Gvern Malti, dan ilfond żdied b’€40 miljun oħra, biex issa Malta se jkollha total ta’ €70 miljun biex timplimenta l-pjan tagħha.

Din il-gazzetta hi infurmata li l-Gvern issottometta l-pjan tiegħu lill-Kummissjoni fil-ġimgħat li għaddew u bħalissa għaddej il-proċess li, permezz tiegħu, l-istituzzjoni Ewropea tinnegozja mal-gvernijiet tal-istati membri dawn il-pjani, b’xi tibdil propost għall-investimenti u r-riformi proposti.

Il-proċess ġeneralment idum ix-xhur, bl-approvazzjoni finali tal-pjan tkun f’idejn il-Kummissjoni Ewropea.

Minkejja dan, jidher li dan ilproċess mhux mistenni jdum daqshekk fil-każ ta’ Malta, għax il-pjan aktarx jiġi approvat mingħajr ebda tibdil. Dan ifisser li l-Kummissjoni Ewropea hi sodisfatta bix-xogħol li qed isir mill-Gvern Malti f’dan il-qasam u prova oħra ċara ta’ kemm it-tmexxija ta’ Robert Abela tgawdi l-ogħla livell ta’ fiduċja mindu sirna membri talUE kważi 20 sena ilu.

Mitlub jikkummenta dwar tali żvilupp, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej

ĊANS LI L-PJAN MALTI TA’ REPOWEREU JIĠI APPROVAT

L-EWWEL WIEĦED FL-UE

Il-programm addizzjonali li se jżid il-fondi lokali favur investimenti fl-enerġija nadifa u rinnovabbli għal €70 miljun mhux mistenni jara emendi mill-Kummissjoni Ewropea

Chris Bonett (inset) esprima s-sodisfazzjon tiegħu għallmod kif mexjin in-negozjati mal-UE f’dan ir-rigward.

Hu stqarr li, fl-aħħar tliet snin, ir-relazzjoni bejn Malta u l-Kummissjoni Ewropea tjiebet ħafna, u waħda mir-raġunijiet hija li kull meta l-Gvern ta kelma dejjem żammha.

“Qegħdin f’sitwazzjoni fejn jidher ċar li aħna komdi nitkellmu ma’ xulxin, anke meta nkunu qed niffaċċjaw xi problema. Ħdimna ħafna biex ilħaqna dan il-livell ta’ fiduċja, frott ix-xogħol kbir li għamel il-Prim Ministru Robert Abela biex bena reputazzjoni b’saħħitha għal pajjiżna. Dan minkejja li hawn Maltin bħalna, li joperaw fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej, li politikament ma jaqblux mal-Gvern, imma li qed jagħmlu minn kollox biex ipoġġu lil pajjiżna f’dawl ikrah.”

Dr Bonett kompla jis pjega kif dan il-pjan se jwassal biex il-ministeri li huma responsabbli mill-enerġija u l-ippjanar ikunu f’pożizzjoni li jwettqu proġetti u riformi ħalli Malta tlaħħaq mat-talba għall-prov vista tal-enerġija.

Kulma jmur qed tiżdied id-domanda għall-konsum biex ikunu anke sostnuti proġetti li twettqu mill-Gvern, b’mod partikolari l-qalba għall-vetturi elettriċi u l-proġett shore-toship, u għalhekk irid isir investiment qawwi fuq il-grid tal-elettriku ta’ pajjiżna.

Minbarra hekk, se jsiru riformi meħtieġa biex l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp, li jinkludu element ta’ effiċjenza fl-enerġija jew enerġija rinnovabbli, ikollhom proċess aktar mgħaġġel.

28.05.2023 09
GARAGE FOR SALE Street level garage in Triq l-Ahwa Vassallo Luqa measuring 6.8m X 3.05m X 4.22m height. Price €158,000. Owner 79498337

JERĠA’ FINALIST GĦALL-AQWA MEP

Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Viċi President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D) fil-Parlament Ewropew, il-Membru Parlamentari Laburista Alex Agius Saliba (inset) reġa’ jinsab fost il-finalisti għall-unur tal-Aqwa MEP tas-Sena. Din id-darba qed ikun innominat għall-ħidma tiegħu fil-qasam tal-istrateġija diġitali u s-suq uniku. Hu wkoll l-unika MEP Malti nnominat din is-se-na. Ftit ġimgħat ilu Agius Saliba wkoll kien magħżul fost l-aktar MEPs influwenti fil-Parlament Ewropew, waqt li fl-2020 iddaħħal fil-lista tal-ġurnal Politico mal-aqwa 20 MEP. Agius Saliba sostna li hu ta’ unur li, bil-politika li qed iħaddem, qed jirnexxilu jinfluwenza policies li fil-verità jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum tan-nies. “Onorat li erġajt irċevejt vot ta’ fiduċja għax-xogħol li qed inwettaq fi ħdan il-Parlament Ewropew u ġejt magħżul bħala finalist għal dan l-unur prestiġjuż. Se nibqa’ naħdem bla heda biex ħadd ma jitħalla lura,” sostna l-MEP Laburista.

B’vot unanimu mir-rappreżentanti tal-194 stat membru fl-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), id-Deputat Prim Ministru Malti Chris Fearne ġie maħtur President tal-Assemblea ta’ din l-organizzazzjoni dinjija waqt il-ftuħ tas-76 edizzjoni tagħha din il-ġimgħa.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa hu l-ewwel Malti li qed jokkupa din il-kariga prestiġjuża, fejn l-istati membri jiddeterminaw il-prijoritajiet u l-politika tal-organizzazzjoni għas-sena li ġejja.

Fl-ewwel reazzjoni, Fearne qal li fit-terminu ta’ sena tiegħu se jagħfas fuq il-ħtieġa li l-me-

diċini l-ġodda jkunu aċċessibbli għall-popli kollha tad-dinja fl-istess ħin.

L-2023 se tfakkar il-75 sena mit-twaqqif tal-WHO.

Fearne se jservi l-kariga ta’ President tal-World Health Assembly għal terminu ta’ sena, waqt li jkompli bil-ħidma tiegħu bħala Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa f’Malta.

Fil-marġini tal-istess Assemblea, hu kellu numru ta’ laqgħat bilaterali, inklużi mad-Direttur Ġenerali tal-WHO, Dr Tedros Adhanom Ghebreyesus, u mad-Deputat Ministru talKummissjoni Nazzjonali għasSaħħa għaċ-Ċina Dr Cao Xuetao.

28.05.2023 10
TAL-ASSEMBLEA DINJIJA
FEARNE PRESIDENT
TAS-SAĦĦA

APPOĠĠ U KURAĠĠ

LILL-ATLETI MALTIN TA’ SPECIAL OLYMPICS

Mart il-Prim Ministru u l-President ta’ Special Olympics Malta, Dr Lydia Abela, din il-ġimgħa laqgħet lis-27 atleta li se jieħdu sehem fil-logħob dinji ta’ Special Olympics bejn is-17 u l-25 ta’ Ġunju li ġej, f’Berlin.

F’indirizz tal-okkażjoni lirrappreżentanti lokali ta’ dan l-avveniment sportiv għall-atleti b’diżabilità ġejjin minn 170 pajjiż, Dr Abela fissret dawn illogħob fil-kapitali Ġermaniża bħala ċelebrazzjoni oħra ta’ inklussività.

Fil-preżenza anke tal-familji tal-atleti Maltin, il-President ta’ Special Olympics Malta tat l-appoġġ u l-kuraġġ lill-parteċipanti Maltin u fakkrithom kif għandhom kull opportunità li jilħqu l-potenzjal tagħhom. Qalet li bħala Special Olympics Malta saret ħidma qawwija biex l-atleti jkollhom faċilitajiet tajbin u li jitħejjew b’mod tajjeb.

Hi rreferiet għall-Invitational Games ta’ Special Olympics li saru f’pajjiżna sena ilu u fakkret mhux biss fis-suċċessi li kisbu l-atleti ta’ Special Olym-

pics Malta, iżda anke fil-festa sportiva li pajjiżna rnexxielu jilqa’ fi ħdanu biex pajjiżna kien tassew mudell tal-inklużjoni.

Waqt li rringrazzjat lil dawk kollha li jaħdmu fi Special Olympics Malta, flimkien mal-ġenituri tal-atleti, li fissrithom bħala mutur ewlieni, mart il-Prim Ministru kellha messaġġ partikolari għall-atleti. “Intom l-atleti tagħna li se tkunu qed tirrappreżentaw il-bajda u l-ħamra u aħna kburin bikom ilkoll. Nawguralkom kull suċċess,” qalet Dr Abela.

Fl-istess attività tkellmet id-Direttur Nazzjonali ta’ Special Olympics Malta, Anna Calleja li rrimarkat għall-ħidma tal-coaches li jaħdmu mill-qrib mal-atleti bi tħejjija għal dawn il-logħob. Calleja enfasizzat kemm Special Olympics Malta taħdem qatigħ biex kull rappreżentant Malti juri l-aħjar abbiltajiet tiegħu.

Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

28.05.2023 11
I ieħeb www.partitlaburista.org 5160 2034 - €10 SMS fuq 50619275 - €11.65 (Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna) mal-Partit Laburista I ieħeb www.partitlaburista.org 5160 2034 - €10 SMS fuq 50619275 - €11.65 (Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna) mal-Partit Laburista
Ritratt: OMAR CAMILLERI/DOI
Mart il-Prim Ministru waqt il-laqgħa mal-atleti Maltin

RESPONSABBILTÀ AKBAR FIT-TOROQ

Ħafna allegazzjonijiet li xi ħadd seta’ kien taħt l-effett ta’ xi ħaġa jew oħra. Ejjew inħallu l-inkjesta f’dan ir-rigward tmexxi fuq il-fatti u mhux fuq l-għajdut.

Inkunu qed nonqsu lejn il-memorja ta’ din it-tfajla u l-familji tan-nies involuti jekk nagħmlu mod ieħor. Ma jistax ikun li kulħadd ifajjar bl-addoċċ fuq il-mezzi soċjali u joqgħod jassumi x’seta’ ġara. Hemm l-esperti u se jkunu huma li jiddeterminaw x’seta’ seħħ. Minn hemm u abbażi ta’ dak li jgħidu wara jsir dak li hemm bżonn li jsir.

bejn toroq arterjali, dawk residenzjali u anke rurali, tant li llum ħafna mill-garr ikun għax it-triq tkun maqlugħa (għax iva nifhem li jkun hemm inkonvenjent).

Issa jekk għas-saħħa tal-argument, u skont kif bħal donnu l-Oppożizzjoni qed tipprova twaddab il-likk, huwa tort talGvern, allura meta ma kinitx issir triq waħda, sakemm ma tkunx ġejja r-Reġina (dak iżżmien), u meta ħafna toroq Maltin u Għawdxin kienu donnhom wiċċ il-qamar, kemm kien aktar agħar?

jaqraw dan l-artiklu, u road blocks ninzerta ħafna.

Bħal kull sewwieq, xi kultant ingerger ħabba l-cameras, l-isleeping policeman, uffiċjali tal-komunità, uffiċjali ta’ TM u Pulizija fit-toroq, imma mhux dawn huma l-infurzar? Tgħiduli biżżejjed?

Jiena ngħid li anke jekk joħroġ kull membru tal-korp fit-triq ma jkunx biżżejjed, għax fl-aħħar mill-aħħar li jgħodd huwa kif inġibu ruħna aħna lkoll. Ir-regoli mhux qegħdin hemm biex induru magħhom imma biex nosservawhom.

istru Robert Abela mal-ġurnalisti. Hemm bżonn iva, li min ma jimxix mal-liġi, b’konsegwenza li kapaċi jweġġa’ lil ħaddieħor, li fil-Qrati jingħataw sentenzi aktar ibsin. Ħadt gost ukoll li rajt Prim Ministru li forsi ma qagħadx isemmi bħali dak li sar, għalkemm m’għandix dubju li jaf u seta’ għamel bħalma għamilt jiena, iżda minflok xedd fuqu l-libsa tal-umiltà u l-konsapevolezza li hemm bżonn dejjem li jsir aktar għax għandna kemm għandna qatt mhu biżżejjed.

Fl-aħħar ġranet bħal donnha tkebbset aktar il-kwistjoni tas-sigurtà fit-toroq tagħna u forsi bir-raġun ukoll. Proprju bħal-lum ġimgħa tilfet ħajjitha xbejba ta’ 17-il sena fil-fjur ta’ ħajjitha u persuna oħra, fl-istess inċident, sfat midruba sewwa wkoll.

Minn hawn irrid ngħaddi l-kondoljanzi sinċiera lill-familjari ta’ Kacey. Naf li l-ebda kelma mhi se tkun biżżejjed sabiex issabbar lil din il-familja, iżda ninsab ċert li l-poplu Malti u Għawdxi kollu, jinsab b’qalbu u b’ruħu kollha, ma’ din il-familja. U se nibda proprju minn hawn. Qabelxejn, nitnikket li fuq il-mezzi soċjali nkunu minn tal-ewwel biex ngħaddu ġudizzju dwar x’seta’ ġara f’dak il-lejl.

Iżda dak li se nikteb dwaru llum ukoll imur lil hinn minn dan l-aċċident ikrah. Iddisgustajt ruħi kif bħal donnu l-Oppożizzjoni pruvat iddaħħal feles, u aċċident bħal dan, jew aċċidenti oħrajn, pruvat iddawru f’ballun politiku.

Filwaqt li huwa minn ewl id-dinja li jkun hemm min ġenwinament jistaqsi, forsi anke mistoqsijiet mill-mezzi tax-xandir, imma ejja ngħidu dak li huwa abjad abjad, u dak li hu iswed iswed. Qatt daqs flaħħar snin ta’ Amministrazzjoni tal-Partit Laburista ma sar investiment fit-toroq. Dan huwa fatt li ħadd u xejn ma jista’ jxejnu.

Kull rokna ta’ pajjiżna, jew triq jew oħra, sar xogħol infrastrutturali estensiv li jvarja

L-inċidenti qatt m’għandna nippruvaw nagħtuhom il-bixra politika, għax ikun hemm min ikun hemm fil-Gvern, inċidenti se jibqgħu jsiru. Dik hija n-natura tal-bniedem. Qatt ma jsir dak li nippjanaw kif jgħid il-qawl Malti stess, il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi.

Iżda kemm hu aħjar li t-toroq isiru u jkunu ta’ kwalità aħjar. Iva nemmen li permezz ta’ hekk, apparti l-konnettività aħjar, ikun hemm aktar sigurtà. Għalhekk l-investiment massiċċ fl-infrastruttura talpajjiż.

U hawn jidħol punt ieħor popolari li jissemma’ dejjem kważi pari passu ma’ kull ħaġa li tiġri f’dan il-pajjiż; l-infurzar. Infurzar isir u hija ċara li jsir. Jiena nsuq bħal ħafna li qed

Hawn ma rridx nerġa’ nkun politiku imma bilfors irrid insemmi għax bħal donnu ‘xi wħud’ għandhom memorja qasira. L-investiment li sar fil-korpi dixxiplinati. Aktar vetturi. Uffiċjali ta’ TM li bdew jagħmlu xogħol ta’ infurzar ukoll.

Is-sistema tal-punti, li forsi ma tinstemax tant popolari, imma ddaħħlet minn dan il-Gvern xi snin ilu.

Riċenti, l-istess forsi mhux tant popolari wkoll, iżda reġgħu żdidu l-pieni għal min iwettaq irregolaritajiet fit-triq. Dan huwa l-mod kif ikun hemm deterrent, iżda fl-aħħar millaħħar ir-responsabilità fit-triq hija meħtieġa minna lkoll.

U nagħlaq fuq punt ieħor. Matul din il-ġimgħa smajt b’attenzjoni dak li qal il-Prim Min-

GVERN LOKALI VIĊIN IN-NIES

punt ta’ referenza għar-resident, filwaqt li kienu katalisti għall-bidliet li saru f’diversi lokalitajiet.

Għalhekk, mill-bidu li ġejt inkarigata fl-irwol ta’ Segretarju Parlamentari għallGvern Lokali, ħassejt il-ħtieġa li għandna nibqgħu nitgħallmu u nitkellmu sabiex intejbu l-Gvern Lokali. Sa mill-bidu ħassejt li għandna nagħtu viżjoni lill-Kunsilli Lokali sabiex dawn jibqgħu jaqdu l-irwoli tagħhom, jaddattaw għaż-żminijiet u jsaħħu l-istrutturi tagħhom.

sponsabbli għad-deċiżjonijiet li jieħdu f’isem ir-residenti tal-lokalitajiet tagħhom.

Għaldaqstant, irridu nixprunaw fil-Kunsilli Lokali u Reġjonali bidla fid-direzzjoni fejn jimmiraw li jilħqu livell ogħla ta’ governanza tajba u effettiva waqt li jkomplu jibnu fuq it-tajjeb li nbeda.

X’differenza minn min xogħlu huwa biss li jqum filgħodu jittawwal x’hemm fuq Facebook u fil-gazzetti u joqgħod jikkummenta u jgħaddi l-opinjoni tiegħu skont x’jara miktub. Il-politika ma ssirx hekk.

Il-politika ssir billi tkun taf fejn trid tasal, ikollok pjan u wara tieħu d-deċiżjonijiet anke dawk li forsi mhux se jkunu tant popolari. Dan huwa dak li qed jagħmel Gvern Laburista.

L-aħħar appell. Mhux kollox ward u żahar, dejjem se jifdal xi jrid isir, iżda fuq l-istering (nittama li dejjem fuq l-istering) idejna jkun hemm u id ħadd aktar. La nkunu aħna fil-kmand, ejjew inkunu responsabbli u nibżgħu għalina nfusna u aktar u aktar għal ħaddieħor li jkun għaddej għall-affari tiegħu. IlĦadd it-tajjeb.

Il-Kunsilli Lokali għadhom strumentali sabiex jilħqu l-ħtiġijiet varji tas-soċjetà Maltija. Fil-fatt, nemmen li l-Kunsilli Lokali għandhom irwol importanti x’joffru biex ikomplu jkunu l-estensjoni tal-Gvern fil-qalba tal-ibliet u l-irħula ta’ pajjiżna.

Il-Kunsilli Lokali ħadmu u għamlu kemm setgħu biex jibqgħu viċin ir-resident. Mifruxa fuq 30 sena ta’ ħidma, il-Kunsilli Lokali servew bħala

Għaldaqstant, fassalna u nedejna Viżjoni Strateġika Nazzjonali għall-Gvern Lokali miġbura mill-esperjenzi u mill-ħsibijiet ta’ dawk kollha li għandhom għal qalbhom dan il-qasam. Viżjoni li fassalna flimkien u identifikajna ħames temi ta’ ħidma ewlenin.

Bil-Viżjoni Strateġika Nazzjonali għall-Gvern Lokali, se nindirizzaw lill-Kunsilli Lokali u Reġjonali sabiex ikunu dejjem iktar trasparenti u re-

Matul l-aħħar snin żdiedu s-servizzi offruti mill-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli Reġjonali qed iservu biex jintlaħqu miri b’mod iktar effiċjenti li l-Kunsilli Lokali b’mod individwali setgħu ma kinux ser jaslu għalihom.

Il-Viżjoni strateġika ser issaħħaħ il-valur tal-Kunsilli Reġjonali bħala punt ta’ referenza fis-settur tal-Gvern Lokali. U minkejja kollox il-Viżjoni Strateġika hija għodda li se tkompli tiġi mtejba u rfinata waqt li tkun qed tiġi attwata. Qed inkomplu naraw sforzi akbar mill-Gvern sabiex jinvesti fil-qasam ambjentali. Huwa għalhekk li waħda mit-temi li identifikajna flim-

kien hija li nkomplu nsaħħu r-riżorsi għal ambjent aktar nadif - ambjent li jwassal għal arja aktar nadifa u kwalità ta’ ħajja aħjar.

Bħala Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, nemmen li t-tema li nkunu viċin in-nies hija strumentali f’din il-Viżjoni. Il-Gvernijiet Lokali ġew imfassla bl-għan li jirrappreżentaw liċ-ċittadini lokali kollha.

Fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, il-pubbliku qed jagħti s-setgħa lill-uffiċjali eletti li jagħmlu dak kollu meħtieġ biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom filwaqt li jieħdu deċiżjonijiet għall-ġid tal-lokalità.

Identifikajna wkoll id-diġitalizzazzjoni fil-qasam talGvern Lokali bħala pedina li tqarribna iktar lejn in-nies. Il-konnettività diġitali se tixpruna lill-Gvern Lokali sabiex jibqa’ jevolvi u jimxi maż-żminijiet ħalli jibqa’ qasam relevanti filwaqt li nibqgħu konnessi iktar minn

qatt qabel.

Huwa għalhekk li tkellimna u fassalna miżuri biex il-Kunsilli Lokali jagħmlu użu mit-teknoloġija diġitali għat-titjib fil-kwantità u fil-kwalità tasservizzi bl-iktar mod aċċessibli għall-komunitajiet tagħna. B’hekk nagħmlu l-ħajja tar-residenti xi ftit aktar komda.

Din il-viżjoni strateġika għandha tkun strument ħaj li jagħtina spazju biex nibnu u ntejbu fuq l-ideat miġbura. Irridu naraw li nibqgħu nsostnu din il-viżjoni strateġika sabiex tibqa’ toffri triq ’il quddiem għall-qasam tal-Gvern Lokali f’pajjiżna.

Bħala Gvern ser nissuktaw naħdmu biex il-Gvern Lokali jibqa’ fil-qalba tal-komunitajiet tagħna. Huwa d-dover tagħna li nservu bla riservi lil dawk li jafdawna bil-vot tagħhom. Huwa għalhekk li rridu nkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti u nindirizzaw il-ħtiġijiet tal-lokalitajiet kollha.

28.05.2023 12
NIGEL VELLA Segretarju Parlamentari ALISON ZERAFA CIVELLI

OPPOŻIZZJONI POPOLISTA U BLA IDEAT

li jagħmlu ħoss, huma dawk li wara l-faċċata tagħhom ma ssib xejn. Huma dawn talaħħar li preżentament huma l-wiċċ tal-Oppożizzjoni u hu għalhekk li meta l-poplu jiġi biex jagħżel, se jerġa’ jħallihom l-art.

ibiddlulek l-istil ta’ ħajtek, u dak kollu li drajt bih.

Il-politika tal-istilel u l-kwiekeb

Meta politiku, hu min hu, u ġej minn fejn ġej, ma jkollux ideat u proposti li jista’ jintrabat hu stess magħhom, jaf li għandu żewġ toroq x’jieħu. Esperti ta’ dawn huma numru ta’ rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista.

Ħa nkun ċar - hemm elementi fil-Partit Nazzjonalista li huma ġenwini u jaħdmu b’interess u b’mod ġenwin. Tarahom ifaħħru proġetti u ħidma tal-Gvern u jikkritikaw b’ton kostruttiv fejn u meta hemm bżonn.

Iżda l-iktar li għamlu storbju u sfortunatament l-iktar

Iż-żewġ toroq li semmejt jikkonsistu fil-politika tal-istilel u l-kwiekeb u l-politika tal-Facebook. Politiku jrid b’xi mod jgħid xi ħaġa anke jekk mhux fit-tmexxija tal-pajjiż. Tisma’ politiċi jikkritikaw bla ħsieb lil min jieħu deċiżjonijiet kuljum, diffiċli kemm huma diffiċli.

Tistaqsi jekk wara l-kritika li ssir kienx hemm ħsieb, soluzzjonijiet u proposti, kienx hemm għaqal. Ħafna drabi le. Issib il-baħħ. Hu proprju fuq dan li ddeċidejt li nikteb illum. Għax il-poplu jeħtieġ jagħraf, kif għamel fl-aħħar snin, li l-politiku għandu jiġi ġġudikat lil hinn minn dak li jgħidlek, mill-kliem ħelu u li jridek tisma’.

Għax il-politiku mhux hemm biex jgħidlek dak biss li trid tisma’ imma anke jgħidlek, jurik u jimplimenta bidliet li kapaċi jiskomodawk,

Dan hu dak it-tip ta’ politiku li jitkellem biss fuq temi u suġġetti li mhumiex kontroversjali. Jitkellem dwar viżjoni sabiħa u tlellex imma qajla tisma’ proposta ta’ kif se jasal.

Għal mument wieħed jaf ħares lejn dan il-politiku bħala nifs ġdid - mhux konfrontattiv, jitkellem biss dwar il-viżjoni u ma jidħol f’ebda kontroversja jew jipproponi miżuri u soluzzjonijiet li jweġġgħu jew ikunu ta’ inkonvenjent.

Biex nagħti ftit eżempjimill-portafolli li kelli fl-aħħar snin, issib politiċi li jgħidulek li rridu nnaqqsu l-emmissjonijiet mill-karozzi. Jew li jridu inqas kostruzzjoni u minflok boskijiet. Viżjoni tajba u bla dubju kulħadd jaqbel magħha. Imma mbagħad meta jistaqsuhom kif se jaslu għal dawk il-miri, ma jitkellmux.

Għax jafu li l-miżuri se

jweġġgħu, se jkunu ta’ inkonvenjent, u l-għan tagħhom hu li jfuħu biss. Allura dlonk jitkellmu biss fuq narrattiva ġenerika, dwar id-destinazzjoni imma mhux dwar x’għandu jsir biex naslu. Politika talħolm imma politika taparsi. Fejn hi s-sustanza? Fejn hu l-kuraġġ li tgħid l-affarijiet kif inhuma? Baħħ minn dawn ilpolitiċi, duħħan.

Il-politika tal-kwiekeb u l-istilel - bl-Ingliż isejħulha “fairytale politics”.

Politika tal-Facebook

Imbagħad hemm dak il-politiku li jagħżel li jkun popolari biss, daqs tal-ħanut li jbigħ il-ġelati. Dan il-politiku, int min int, se jaqbel miegħek dejjem u jirkeb fuq il-frustrazzjonijiet tiegħek.

Dawn il-politiċi ssibhom jgħoddu kemm ġabu likes fuq Facebook. Politiċi li jqumu filgħodu, jaraw liem hi l-ikbar frustrazzjoni tal-ġurnata u tarahom jaqbżu fuqha. Ħa nagħti ftit eżempji. Għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni fit-toroq u b’hekk żdied it-traffiku filgħodu. Tarahom jiktbu

LI JKOLLOK TARBIJA HUWA PRIVILEĠĠ JEW DRITT?

ta’ infertilità matul ħajjithom u l-Gvern Malti għaraf dan!

Matul dawn l-aħħar 10 snin, Gvern Laburista ħadem biex jagħti opportunità, dak li nsejħu “The Right to Health”, iddritt għall-kura tas-saħħa li ma jkunx biss biex nevitaw tbatija fiżika jew mewt iżda li nagħtu opportunità. Dritt li int min int, hu x’inhu d-dħul finanzjarju tiegħek, dan il-Gvern assigura li int tista’ tibbenefika minn dan is-servizz.

minn €450,000 bħala rifużjoni għal 248 applikazzjoni li rċeviet l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun.

U l-ħidma kienet kostanti u proprju għalhekk f’għeluq l-ewwel 100 jum mill-għoti ta’ dan il-mandat hekk b’saħħtu daħħalna fis-seħħ emendi biex aktar persuni jirnexxilhom isiru ġenituri. Fil-fatt, dawn l-emendi wasslu biex:

dwar kemm hemm traffiku fil-pajjiż.

Hemm żvilupp li se jsir f’żona li diġà huwa permessibbli li tibni fiha iżda li hemm oppożizzjoni minn nies li jgħixu fil-madwar. Tarahom jiktbu fuqha u jgħidu li hawn wisq kostruzzjoni. Ittardja l-ajruplan tal-Airmalta għal kwalunkwe raġuni. Jgħidu x’għarukaża li n-nies tħallew jistennew. Aġir li tistenna mingħand kulħadd barra minn politiku responsabbli. Din hi l-politika populistail-politika tal-likes.

U filwaqt li nħallik taħseb fuq dawn iż-żewġ tipi ta’ politiċi - nistiednek taħseb liema politiċi tassoċja ma’ dan kollu. Dur il-politiċi tal-Oppożizzjoni u ssib kemm trid.

Tagħmel sew ma tafdahomx bit-tmexxija tal-pajjiż għaliex hu veru li meta jirkeb il-frustrazzjoni tiegħek kapaċi tagħmillu like fuq Facebook, imma meta tmur tivvota għall-Gvern ta’ għada, politiċi li jiddeċiedu, li jieħdu d-deċiżjonijiet diffiċli trid. Il-politiku ma jbigħx ġelati, u min jagħmel il-ġelati ma jservix il-pajjiż f’ismek.

L-infertilità hija rrikonoxxuta anki mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bħala kundizzjoni tas-sistema riproduttiva tal-mara jew tar-raġel, wara li l-koppja ma jirnexxilhiex tikkonċepixxi, jiġifieri li jkollha l-ulied, meta ż-żewġ individwi jkunu ilhom jippruvaw għal 12-il xahar jew aktar.

L-infertilità taffettwa lil bosta persuni u ħafna drabi jekk ma tkunx int li għaddejt minn din l-isfida għandek lil xi ħadd fil-familja.

1 minn kull 6 persuni madwar id-dinja jesperjenzaw sfidi

Li jkollok l-ulied naqblu u nifhmu li huwa privileġġ, iżda bħala politiċi fit-tmexxija ta’ dan il-pajjiż matul dawn

l-aħħar 10 snin aħna rrikonoxxejna li dan għandu jkun dritt bażiku u ħadd m’għandu jiġi mċaħħad minn dan.

Għalhekk bħala Gvern mhux

biss xprunajna l-kunċett tasservizz tal-IVF b’xejn iżda matul is-snin komplejna naħdmu biex nassiguraw dan id-dritt.

Assigurajna li l-mediċina

meħtieġa matul il-proċess tiġi b’xejn u biex ħadd ma jkollu dan id-dritt imċaħħad minħabba l-ispejjeż relatati.

Fil-fatt, matul is-sena 2022 rajna investiment ta’ aktar

• estendejna l-età tan-nisa eliġibbli għall-proċess ta’ oocyte retrieval għal 45 sena waqt li l-proċess ta’ embryo transfer estendejnieh sal-età ta’ 48 sena.

• żidna ċ-ċikli tal-IVF mingħajr ħlas

• is-servizz ġie mwessa’ biex jiġi mogħti ċ-ċans għat-tieni wild kemm jekk kien hemm ulied b’mod natural jew bl-IVF

• emendajna l-liġi biex f’pajjiżna nibdew nippermettu l-Pre-Implantation Genetic Testing f’disa’ kundizzjonijiet stipulati mill-protokoll

Bħala Gvern aħna dejjem ħdimna biex nimbuttaw ’il quddiem l-ugwaljanza iżda nemmen li minkejja li ksibna bosta matul is-snin għad fadal

aktar ħidma biex inkomplu nassiguraw li s-soċjetà li aħna ngħixu fiha tkun waħda ugwali, li fiha kull individwu jħares lejn kulħadd b’mod ugwali mingħajr diskriminazzjoni u li kulħadd ikollu l-istess opportunità.

U għall-ewwel darba fl-istorja tal-prokreazzjoni assistita f’pajjiżna, matul is-sena 2022 kellna l-ewwel tliet approvazzjonijiet għal ġenituri prospettivi nisa tal-istess sess biex jaqsmu l-maternità fejn mara tikkontribwixxi bl-oocyte tagħha u l-mara l-oħra tikkontribwixxi bl-utru tagħha.

Bħala Gvern aħna dejjem konna konsistenti biex nassiguraw il-kunċett tal-ugwaljanza li tiffavorixxi l-ħajja u li tgħaqqadna u jeħtieġ inkomplu nimbuttaw biex nassiguraw dan.

U għalhekk jeħtieġ li nieqfu nimponu t-twemmin u l-valuri fuq ħaddieħor fejn inċaħħdu lil persuni minn trattamenti li jistgħu jeħtieġu.

Surrogacy huwa suġġett li jeħtieġ li jkollna l-kuraġġ li niddiskutu permezz ta’ diskussjoni serja li tpoġġi fuq

quddiem mhux biss l-interessi ta’ dik il-mara li m’għandhiex l-utru iżda wkoll tal-persuna li ser tkun qiegħda ġġorr b’mod altruwistiku t-tarbija għax hija wkoll għandha d-drittijiet li jeħtieġ li jkunu mħarsa. Jeħtieġ li naħsbu f’dawk in-nisa li huma mingħajr utru u nibdew inħarsu lejn dawn il-każijiet fejn għandna nisa li ma jistgħux iġorru tarbija. Nemmen li huwa suġġett marbut ma’ etika u reliġjon iżda sakemm aħna se nkomplu nżommu lura fuq dan issuġġett, ser jibqa’ jkollna persuni diskriminati.

Sal-lum permezz tal-emendi li ressaq ’il quddiem dan il-Gvern komplejna nagħtu l-opportunità lil aktar persuni li jsiru ġenituri anka lil koppji tal-istess sess u nisa single li jkollhom tarbija.

Għalhekk inħares ’il quddiem lejn aktar ħidma pożittiva, ħidma li tagħraf l-isfidi li għandna fis-soċjetà, ħidma li ma tibżax timbotta ’l quddiem azzjonijiet biex nassiguraw ġustizzja ma’ kulħadd, f’soċjetà li ma tagħmel ebda diskriminazzjoni.

28.05.2023 13
AARON FARRUGIA
Ministru
Membru Parlamentari ROMILDA B. ZARB

IL-LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR 2023

Il-Fosos tal-Furjana għada filgħaxija se jilqgħu spettaklu kbir li jagħti bidu uffiċjali għalLogħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li fihom se jieħdu sehem 1,000 atleta minn disa’ pajjiżi, inkluż pajjiżna. Din hija t-tielet darba li Malta qed tospita dawn il-logħob prestiġjużi sa mill-bidu tagħhom fl-1985.

Minn kemm ilhom isiru l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar l-atleti Maltin kisbu 331 midalja. Fiżżewġ edizzjonijiet li saru f’pajjiżna, l-atleti kienu kisbu 32 midalja fl-1993 u 44 midalja fl2003. Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa (GSSE) huma avveniment biennali u nħolqu wara inizjattiva mill-Kumitat Olimpiku Malti fl-1985. L-għan kien li jkun hawn avveniment multi-dixxiplinarju għal dawk il-pajjiżi Ewropej li għandhom inqas minn miljun abitant.

Il-Logħob din is-sena se jara atleti minn Andorra, Ċipru, l-Iżlanda, Monaco, il-Liechtenstein, il-Lussemburgu, il-Montenegro u San Marino, li flimkien ma’ dawk Maltin se jikkompetu f’għaxar dixxiplini sportivi. L-atleti kollha jinsabu akkumpanjati minn 500 uffiċjal.

Il-ftuħ uffiċjali, li għalih mistennija jattendu dinjitarji millpajjiżi parteċipanti, u

l-kompetizzjonijiet sportivi jwasslu sat-3 ta’ Ġunju u huma l-qofol ta’ xhur sħaħ ta’ preparamenti u investiment bla preċedent.

Għal dan l-avveniment sportiv mistennija jkunu f’Malta dinjitarji, bħall-Prinċep Albert ta’ Monaco u l-Prinċipessa Angela tal-Liechtenstein. Magħhom se jkun hawn Ministri responsabbli mill-isport tal-pajjiżi parteċipanti, li wkoll se jiltaqgħu mal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Malti Clifton Grima.

Mitlub mill-KullĦadd biex jikkummenta dwar dan l-avveniment prestiġjuż, il-Ministru Grima qal li fl-aħħar ġimgħat kiber sew l-entużjażmu mhux biss tal-kumitat organizzattiv, imma ta’ dawk kollha li huma involuti f’dawn illogħob, fuq quddiem

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa

Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

l-atleti u l-isportivi. “Din hi okkażjoni oħra li permezz tagħha qed ngħollu l-profil ta’ pajjiżna fid-dinja tal-isport, imma permezz tagħha se nħallu legat qawwi għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin,” qalilna l-Ministru.

Il-legat mhux biss fl-investiment massiċċ fil-bini ta’ faċilitajiet sportivi ġodda u r-riġenerazzjoni ta’ oħrajn, li se jibqgħu jitgawdew mill-atleti u l-isportivi u mill-poplu Malti u Għawdxi kollu, imma wkoll legat ta’ ħidma li għaddejja biex l-isport ikompli jingħata l-importanza li jistħoqqlu. Dan jinkludi ħidma fost l-istudenti fis-snin bikrin fl-iskejjel u wkoll sostenn lill-istudenti sportivi fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport.

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ ta’ għada se tkun turija tal-kapaċitajiet tat-talent lokali, mhux biss fl-organizzazzjoni ta’ dawn il-Logħob, imma wkoll fit-talent artistiku li se joħloq briju f’post li jitqies bħala wieħed mill-ikoni ta’ x’joffri pajjiżna lill-barrani.

Fost l-oħrajn, Amber u AIDAN se jippreżentaw id-diska uffiċjali tal-Logħob “Shine Your Light”, b’mużika ta’ Amber stess u l-kompożitur Elton Zarb, u lirika wkoll ta’ Amber. Se jispikka wkoll il-mascot “Puka” li nħoloq apposta għal dan il-logħob. L-isem ġej minn lampuka, il-ħuta tant imfittxija u li nsibu sew fl-ibħra Maltin.

L-għan hu li l-mascot jagħti togħma tat-tradizzjoni Maltija, u għalhekk il-Logħob tal-

Pajjiżi ż-Żgħar ikunu ffokati tura u l-istorja Maltija u l-kultura barranin li tħalltu ma’ Malta Ewropa magħquda.

Tul il-jiem tal-kompetizzjonijiet tenni wkoll li l-Maltin u l-Għawdxin du wara l-bandiera u l-atleti ta’ pajjiżna, li fihom sar investiment kbir biex il-Gvern jgħin fit-taħriġ t-tħejjijiet neċessarji tagħhom Logħob.

Il-Gvern qed jagħti appoġġ is-settur u hu kommess li jgħin jkompli jimxi ’l quddiem. Il-pjan f’dan is-settur hu dak ta’ investiment sabiex Malta mhux biss tipparteċipa, seb riżultati tajbin.

Il-Ministru Grima mhux biss penn tal-atleti u l-isportivi li taw lil pajjiżna fid-diversi dixxiplini imma lil dawk kollha involuti. sodisfazzjon li jara l-impenn ta’ dawk kollha involuti, li qed mu kollu tagħhom biex il-Logħob ż-Żgħar f’pajjiżna jkunu mera joffru Malta u Għawdex fis-settur Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar jenza sabiħa mhux biss għall-atleti, wkoll għall-poplu kollu. Il-logħob jpoġġina fuq il-mappa dinjija jkun okkażjoni li fiha Malta se

28.05.2023 14

IS-16-IL SPAZJU ĠDID MIN-NIES GĦAN-NIES

Il-komunitajiet se jgawdu minn spazji miftuħa ħodor b’16-il proġett f’lokalitajiet differenti f’Malta u Għawdex, b’110,000 persuna se jkollhom postijiet ġodda fejn jirrikreaw ruħhom ftit minuti biss bogħod mid-djar tagħhom, minn fejn jistudjaw jew jaħdmu.

Dawn il-proġetti minn fost għexieren li ġew proposti minn kunsilli u għaqdiet mhux governattivi wara sejħa pubblika, tħabbru din il-ġimgħa mill-Prim Ministru Robert Abela fil-Mosta. Dawn se jkunu qed isiru u jitlestew minn Project Green sa sentejn oħra permezz tal-Community Greening Grant, fond ta’ €10 miljun

B’kollox mat-80,000 metru kwadru ta’ art se jibdew jitgawdew aħjar bħala spazji miftuħa ġodda jew f’kundizzjoni ferm aħjar milli huma llum.

Il-Prim Ministru sostna li dawn huma proġetti tan-nies għan-nies u jirriflettu l-qalb soċjali tal-Gvern li se jibqa’ jieħu d-deċiżjonijiet biex il-pajjiż jimxi ’l quddiem, waqt li tenna li dan hu biss il-bidu.

Mill-bidu tas-sena u fl-ewwel xhur tagħha, Project Green diġà kienet responsabbli biex infetħu u ġew riġenerati aktar minn 32,000 me tru kwadru art pubblika.

Minbarra hekk, diġà għaddejja konsultazzjoni fuq l-ewwel proġetti massiċċi li saħansitra se jibdlu wiċċ żoni kbar, kif imwiegħed fil-manifest elettorali “Malta Flimkien”

Issa f’dawn il-proġetti proposti ġodda, kif jidhru f’d awn il-paġni speċjali, il-Maltin u l-Għawdxin se j kollhom ferm aktar spazji xi jgawdu, inklużi dawk bi skop edukattiv, inklussiv jew sempliċiment ta’ rilassament

Tlabna r-reazzjonijiet ta’ dawk li kienu wara tali proposti biex il-komunitajiet f’pajjiżna jkomplu jissaħħu b’aktar ambjent naturali fil-qalba tagħhom

Tal-Pietà

Pietà Playground: Il-bandli attwali se jiġi riġenerat u jikber, b’żona għal min iħobb jaqra, tagħmir għal-logħob u post għal wirjiet fil-komunità

ZOYA ATTARD Sindku: Proġetti simili huma importanti għall-komunitajiet tagħna biex noffru żoni ħodor sostenibbli ta’ rikreazzjoni. Issa nistgħu naraw din il-ħolma tagħna ssir realtà permezz tal-għajnuna finanzjarja mill-Gvern.

28.05.2023 15

Mellieħa

Ġnien Triq il-Għasel: Spazju li, bħalissa mitluq, se jiġi ttrasformat fi ġnien li jirrispetta t-tipografija bi tliet ċisterni tal-ilma u amenitajiet pubbliċi

Ħal Għargħur

Ta’ Xwieki Park: Flok spazju miftuħ pubbliku

aċċessibbli minn kulħ

Mtarfa

DARIO VELLA Sindku: Art ta’ 2,000 metru kwadru, li ilha bbandunata snin, li issa nħarsu ’l quddiem biex issir spazju miftuħ, ħala ġnien, fejn ir-residenti taż-żona jkunu jistgħu jgawdu. Grazzi all-impenn tal-Gvern li jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar liċ-ċittadini

Ġnien il-Barracks l-Antik: Ġnien li hu ddo minat mill-konkos se jiġi mibdul fi ġnien pubbliku b’aktar minn 160 siġra u 400 arbuxell, u spazju għat-tfal

MARK CUTAJAR

proġett li se jirriġenera ż-żona u joffri spazju miftuħ li jitgawda minn bosta familji. Ninsab sodisfatt li din l-inizjattiva se tkun qed toffri spazju ideali għall-isport u attività fiżika fi ħdan il-komunità.

Santa Venera

Hospice Landscape G

seta’ żviluppa f’binja bi spazju agrikolu u b

KYLE MIFSUD Sindku: B’dan il-proġett se nkunu qed nibdlu spazju kbir mimli passaġġi tal-konkos fi ġnien kbir fil-qalba storika tal-lokalità tagħna. Żona li fiha jgħixu għexieren ta’ familji u żona li b’mod pedonali tgħaqqad il-parti ġdida tal-Imtarfa maċ-ċentru tar-raħal

Ħal Għaxaq

Ġnien il-Barracks l-Antik: Ġnien li hu ddo minat mill-konkos se jiġi mibdul fi ġnien pubbliku b’aktar minn 160 siġra u 400 arbuxell, u spazju għat-tfal

DARREN ABELA Sindku: Project Green laqgħet it-talba tal-Kunsill Lokali biex żona abbandunata u mitluqa fil-konfini tal-lokal tagħna tingħata nifs ġdid. Spazju miftuħ li se nkunu nistgħu nagħtuh lill-pubbliku biex igawdih fil-lokal tagħna

ALEXIA DEMICOLI Hospice: Il-proġett se jikkumplimenta l-kumpless tagħna b’mod terapewtiku bi spazju miftuħ, seren u trankwill għat-tgawdija tal-pazjenti u qrabathom. Il-ġnien se jkun ukoll miftuħ għal żjarat edukattivi dwar aktar għarfien fuq il-kura paljattiva

16

Gżira

Green Shelter: Se jinħoloq pocket garden madwar waqfa tal-karozzi tal-linja, b’żona pedonali u pavimentar apposta biex jonqos l-għargħar jaħseb għal ambjent aħjar għar-residenti u l-istudenti tal-Iskola Primarja MARK GAUCI Segretarju Eżekuttiv, Birdlife: Permezz ta dan il progett BirdLife Malta se tkun qegħda toħloq żona fejn il-pubbliku jista’ jesperjenza n-natura u allura jgawdi l-benefiċċji tiegħu, dejjem b’rispett sħiħ lejn l-istess ambjent naturali taż-żona.

Mosta

Ġnien Reggie Cilia: Riġenerazzjoni ta’ spazju eżistenti, b’żieda ta’ canope bis-siġar, tibdil ta’ faċilitajiet sportivi u bandli, u titjib t al-parkeġġ eżistenti

ta’ canope bis-siġar, nti

Raħal Ġdid

Raħal Ġdid

Ġnien il-Mediterran: Spazju ta’ 21,000 metru kwadru li se jiġi mgħammar b’aktar siġar, ċisterni kbar, park tal-klieb, bandli u spazju għall-istudenti

Ġnien il-Mediterran: Spazju ta’ 21,000 metru kwadru li se jiġi mgħammar b’aktar siġar, ċisterni kbar, park tal-klieb, bandli u spazju għall-istudenti

CHRIS GRECH Sindku: Se nkunu qed noħolqu aċċess pedonali aħjar u nestendu l-ġnien attwali Qed inqarrbu l-ispazju tal-ġnien lejn ir-Rotund a u l-pjazza li qed tinbena madwarha B’hekk qed nikkontribwixxu bi spazju ferm isbaħ fil-qalba tal-lokalità.

aċċess pedonali l-ispazju tal-ġnien arha B’hekk qed al-lokalità.

Għajnsielem

Rainwater Harvesting Park: Ġnien pubbliku fejn se jinġabar madwar 84 metru kubu ta’ xita, b’ċentru edukattiv relatat, u aċċessibbli għal kulħadd

: Ġnien pubbliku fejn se jinġabar madwar 84 metru kubu

Żurrieq

KEVIN CAUCHI Sindku: Hu ta’ sodisfazzjon li l-lokalità se tibbenefika minn dawn il-fondi biex nindirizzaw l-problema tal-għargħar u l-ilma, flok jintilef, se jmur fil-watertable u għat-tisqija. Se jkollna spazju miftuħ ġdid, b’element edukattiv, għat-tfal u nies b’diżabilità.

Sindku: Hu ta’ sodisfazzjon li l-lokalità se tibbenefika minn dawn il-fondi biex nindirizzaw l-problema tal-għargħar u l-ilma, flok jintilef, se jmur fil-watertable u għat-tisqija. Se jkollna spazju miftuħ ġdid, b’element edukattiv, għat-tfal u nies b’diżabilità.

Birgu

Birgu

DOMINIC GRIMA Sindku: Grazzi lill-Ministeri u l-entitajiet kollha li huma involuti biex se nkunu nistgħu nwettqu dan il-proġett fi ġnien, wieħed mill-akbar pulmuni li għandna fil-lokal tagħna stess u fin-Nofsinhar ta’ Malta.

DOMINIC GRIMA Sindku: Grazzi lill-Ministeri u l-entitajiet kollha li huma involuti biex se nkunu nistgħu nwettqu dan il-proġett fi ġnien, wieħed mill-akbar pulmuni li għandna fil-lokal tagħna stess u fin-Nofsinhar ta’ Malta.

Misraħ il-Karmelitani: Pjazza akbar b’aktar siġar u arbuxelli, dwal ġodda, u ċisterna li tilqa’ għall-ilma tax-xita

: Pjazza akbar b’aktar siġar u arbuxelli, dwal ġodda, u ċisterna

New Leaf Park: Spa zju għal tagħlim fil-miftuħ fuq il-bijodiversità, ibbażat fuq in-natura u l-veġetazzjoni, b’tagħmir apposta li jiffaċilita l-proċess

New Leaf Park: Spa zju għal tagħlim fil-miftuħ fuq il-bijodiversità, ibbażat fuq in-natura u l-veġetazzjoni, b’tagħmir apposta li jiffaċilita l-proċess

RITA GRIMA Sindku: Is-sit għandu bżonn tisbiħ biex jitgawda aktar Dan hu proġett ta’ madwar 565 metru kwadru fejn se jitħawlu diversi siġar kbar u arbuxelli Se tiżdied il-ħamrija u se tiżdied ċisterna għall-ilma biex jissaqqu s-siġar li se jitħawlu

RITA GRIMA Sindku: Is-sit għandu bżonn tisbiħ biex jitgawda aktar

Dan hu proġett ta’ madwar 565 metru kwadru fejn se jitħawlu diversi siġar kbar u arbuxelli Se tiżdied il-ħamrija u se tiżdied ċisterna għall-ilma biex jissaqqu s-siġar li se jitħawlu

STEPHEN CACHIA Direttur, Kulleġġ De La Salle: Il-proġett se jippromwovi t-tagħlim fin-natura u se jibbenefika lill-istudenti tal-kulleġġi fin-network tagħna oħrajn fl-iskejjel tal-inħawi. F’dinja b’inqas esperjenza tal-ambjent, il-valur tal-proġett hu enormi

STEPHEN CACHIA Direttur, Kulleġġ De La Salle: Il-proġett se jippromwovi t-tagħlim fin-natura u se jibbenefika lill-istudenti tal-kulleġġi fin-network tagħna oħrajn fl-iskejjel tal-inħawi. F’dinja b’inqas esperjenza tal-ambjent, il-valur tal-proġett hu enormi

28.05.2023
28.05.2023 18

2023 SE JIFTĦU GĦADA F’PAJJIŻNA

wkoll fuq il-kull-kultura tal-pajjiżi Malta biex ikollna

tal-kompetizzjonijiet hu misl-Għawdxin jingħaql-atleti rappreżentanti investiment dirett fit-taħriġ tagħhom u tagħhom għal dawn ilappoġġ sħiħ lil dan jgħin lill-isport Malti Il-pjan strateġiku investiment qawwi tipparteċipa, iżda tikbiss faħħar l-imse jirrappreżendixxiplini sportivi, involuti. Qalilna li hu ta’ u d-dedikazzjoni qed jagħmlu l-alil-Logħob tal-Pajjiżi mera ta’ dak kollu li fis-settur sportiv. ż-Żgħar se jkunu espergħall-atleti, imma Il-logħob se jkompli dinjija tal-isport, u se se tkun iċ-Ċentru

tal-attenzjoni tad-dinja sportiva. Il-pubbliku se jkun jista’ jmur fil-faċilitajiet sportivi fejn se jkun qed isir il-logħob, madankollu dawk li ma jistgħux joħorġu mid-djar tagħhom għal raġuni jew oħra, se jkunu jistgħu jsegwu trażmissjonijiet frekwenti matul il-jiem kollha tal-logħob. Dawn it-trażmissjonijiet jinkludu kemm l-avvenimenti sportivi nfushom u trażmissjonijiet oħrajn marbutin ma’ dak li jkun għaddej f’kull kompetizzjoni bħal intervisti tekniċi, intervisti mal-atleti u l-għoti tal-midalji lir-rebbieħa.

F’dawn il-logħob hemm involuti diversi setturi, fosthom artisti, tfal tal-iskejjel, mijiet ta’ voluntieri li ngħaqdu mal-kumitat organizzattiv, ħaddiema u tekniċi li kollha taw kontribut biex ikun żgurat li l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Malta jkunu suċċess.

Kull settur kien involut. Il-logo tal-Logħob, li nħoloq mill-kumpanija lokali The Concept Stadium, ġie ispirat minn disinji ta’ studenti ta’ bejn l-10 u t-18-il sena u jgħaqqad iċ-ċrieki famużi Olimpiċi mal-baħar, mal-ħut u ma’ ikona Maltija rikonoxxuta mad-dinja – is-simbolu tal-għajn. L-għajn, matul is-snin tħalltet f’diversi aspetti tal-kultura Maltija, li tibda mill-famuża gardjola sal-luzzu lokali.

Il-kuluri taċ-ċrieki Olimpiċi ġew magħquda biex jenfasizzaw il-valuri ta’ Malta ta’ diversità u inklużjoni permezz tat-taħlit tal-kuluri differenti.

28.05.2023 19
L-atleti Maltin waqt li ntlaqgħu mill-Prim Ministru Robert Abela f’Kastilja l-ġimgħa li għaddiet

X’INHU GVERN LOKALI?

internazzjonali), il-Presidenti Reġjonali u ħames membri ordinarji.

Ix-xogħol primarju tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali huwa li tassigura li l-Gvern Lokali f’pajjiżna jkun b’saħħtu, kredibbli u li jwassal il-vuċi kemm tal-Kunsilliera eletti kif ukoll tar-residenti li nirrappreżentaw.

L-għan tagħna huwa li ninfluwenzaw l-aġenda politika lokali fuq materji li nistgħu naħdmu fuqhom u li nemmnu li jistgħu jagħmlu differenza fil-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Sur Editur, Arroganti bil-pedigree, Sur Editur. Dak li huma. Arroganti u ħodor, tant li meta joħorġilhom l-għaraq, tara l-ħdura u l-arroganza ħierġa mill-pori ta’ ġisimhom. Minn żgħar jiġu indotrinati flarroganza u l-ħdura. Issa ngħidlek jien għaliex, Sur Editur.

Gvern Lokali huwa l-eqreb awtorità tar-resident. Jieħu deċiżjonijiet li bl-aktar mod dirett jaffettwaw il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħna. Kunsill Lokali mhuwiex biss Kunsill għar-resident imma huwa Kunsill li jmexxi lokalità sħiħa li tinkludi saffi differernti tas-soċjetà, komunitajiet differenti, inkluż dik tan-negozju, kif ukoll minoranzi u kulturi differenti.

Bl-istess mod, dan ifisser li s-Sindku, il-Viċi Sindku u l-Kunsilliera, mhumiex qegħdin hemm għal dak jew għal dik, imma qegħdin hemm għall-lokalità kollha u dak kollu li jiffurmaha.

Irridu ngħidu li l-elezzjonijiet lokali huma l-akbar eżerċizzju demokratiku li jseħħ f’kull pajjiż demokratiku. Dan għaliex filwaqt li elezzjoni nazzjonali teleġġi 79 membru rappreżentattiv fuq bażi nazzjonali, l-istess numru ta’ votanti f’elezzjonijiet lokali jeleġġu aktar minn 460 rappreżentant lokali.

Dan fi spirtu tat-tħaddim tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tad-deċentralizzazzjoni, hekk kif spjegat fid-dettall fiċ-Charter tal-Kungress Ewropew għall-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali.

F’pajjiżna għandna żewġ livelli ta’ Gvern Lokali; dak lokali u dak reġjonali, fejn bir-riforma tal-2019, issa hemm sitt Kunsilli Reġjonali (flok ħamsa), filwaqt li l-Kunsilli Lokali baqgħu 68.

Ir-rwol prinċipali tal-Kunsilli Lokali u Reġjonali jibqa’ dak li jaħdmu ma’ stakeholders u msieħba soċjali oħra sabiex jiġu definiti l-prijoritajiet u abbażi tagħhom jittieħdu u jiġu implimentati d-deċiżjonijiet fl-aħjar interess ta’ kulħadd.

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

Il-membri tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali huma l-membri eletti lokali, filwaqt li l-Eżekuttiv tagħha jiġi elett fi proċess ta’ elezzjonijiet li fihom jipparteċipaw il-membri eletti lokali.

L-Assoċjazzjoni hija mmexxija minn President, żewġ Viċi Presidenti (wieħed għall-affarijiet lokali u ieħor

Fil-fatt, lura fl-2019, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali nediet il-viżjoni tagħha ResidentFirst – Better Quality of Life, li hija bbażata fuq erba’ pilasri ewlenin li huma: Mobbiltà Sostenibbli, Spazji Miftuħa, Ambjent Urban u Bliet u Rħula Intelliġenti.

Huwa ta’ pjaċir li llum, kulħadd qed jitkellem u jsemmi dawn il-prijoritajiet fil-ħidma tiegħu, inkluż fuq bażi nazzjonali.

L-impenn tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali jibqa’ dak li tagħti sostenn prattiku sabiex l-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali jibqgħu jesploraw u jesplojtjaw opportunitajiet li jġibu progress fil-komunitajiet tagħna. L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ser tibqa’ tkun preżenti u attiva sabiex tagħti u toffri soluzzjonijiet lokali għall-isfidi li kienu, għadhom u se jkunu qed jiffaċċjaw l-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali f’pajjiżna.

Għal aktar informazzjoni dwar ix-xogħol tal-Assoċjazzjoni, wieħed jista’ jżur il-paġni diġitali; www.lca.org.mt www.ilkunsill.com

Fil-ġimgħat li ġejjin nagħtu ħarsa lejn kif Kunsillier jista’ jkun effettiv, il-kuntatt mar-resident, il-komunikazzjoni, it-tħaddim tad-demokrazija lokali, it-tkattir tal-fiduċja tar-resident fil-Gvern Lokali kif ukoll il-mod li bih il-Kunsilli Lokali verament jistgħu jagħmlu differenza fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħhom.

Waħda mill-istilel tagħhom hija Eva “Greta Iceberg” il-Borg Bonello. Għad għandha 19-il sena u kliemha jdardrek. Diġà taħseb li laħqet lil Alla b’idejha din. Aħseb u ara la timmatura. Immaġina kieku xi ħadd minn tagħna qal lil xi ħadd minn tagħhom “Relax Bello”. Ummi ma x’kienu jagħmlu kieku! Ħoll xagħrek, għax tiegħi spiċċa, u ġib iż-żejt e! U min ingħaqad magħha, of all people? David l-Għarukaża. O Ġesù! Dawn iħossuhom superjuri, mingħalihom. Ngħid li ma nsemmihx aktar lil ħu Karol l-Aquilina, dak li jmexxi l-PeNe, Sur Editur. Imma ma jagħtinix. Mela ħuh, Robert l-Aquilina, kien mistieden Sqallija biex jagħmel diskors għall-31 anniversarju tal-assassinju ta’ Giovanni l-Falcone u Paolo l-Borsellino. Ta’ bniedem li jħobb lil art twelidu, dawwar anniversarju ta’ pajjiż ieħor u għamel diskors kontra Malta.

Skont dan l-enċiklopedija tal-għerf li lanqas Salamun ma jlaħħaq miegħu, jifhem kif taħdem il-Mafja fi Sqallija, għax Malta sar pajjiż Mafjuż, ovvjament, skont dan l-intamat, taħt il-Gvern tagħna. Tiġini f’moħħi d-diska ta’ Marco l-Masini, Sur Editur.

U ara kemm huwa kakka di mucca dan. Mar ipeċlaq u jgħid li mhux aċċettabbli li l-Prim tagħna jattakka l-ġudikatura. Issa hawn tibda tagħtini rasi jien. Għax l-ewwel nett ma smajtu mkien lillPrim jattakka l-ġudikatura u t-tieni, la bdejtha bit-Taljan, Guarda chi parla! U taf x’jgħid it-Taljan, Sur Editur? Chi molto parla e poco intende, per asino si vende.

Ara kemm huma arroganti. Mela ħareġ ir-rapport tal-Awditur fuq il-biċċa tal-Isptarijiet. Kien fih ċertifikat li l-Prim tagħna mexa b’mod għaqli, konsistenti u b’mod li ħares is-settur tas-saħħa. Imma għall-estremisti li jmexxu minn imnieħru lil dak li jaħseb li huwa l-kap tal-partit tagħhom, ir-rapport huwa kundanna għallPrim tagħna.

U Bernard “Pinokkju” l-Grech, qed jogħxa fit-tgħawwiġ talfatti u fin-nuqqas ta’ verità biex mingħalih ipinġi lilna l-Laburisti koroh. Kemm huwa politikament fjakk Madonna tal-ħniena! Però ma niddejjaqx ta, Sur Editur. Għax kif tgħid il-maġġoranza: “Malħoss tas-suffara, Nardu bħal Simon, Kastilja mhux se jara”. Le bugie hanno le gambe Corte, Sur Editur.

Arroganti u ħodor. Imma beżżiegħa wkoll. Għax meta ħareġ irrapport tal-Awditur, il-Prim tant m’għandux x’jaħbi li mal-ewwel talab li ssir diskussjoni dwaru fil-Parlament. Kieku ried jaħbi u kien qed jibża’, kieku ma kien jagħmel diskussjoni xejn, mhux hekk?

Imma x’ġara? Tal-PeNe ħarbu mill-Parlament. Baqgħu dilettanti li l-Parlament jużawh qisu loki dawn. U dan Bernard il-Grech mar jixxena quddiem il-kameras tat-televixin, għax ma jħobbx jidher, minflok baqa’ jiddiskuti fil-Parlament. U spiċċa jmieri dak li qal l-Awditur Ġenerali, minkejja li r-rapport mhux biss giddbu imma ta ċertifikat lill-Gvern.

Issa dan u sħabu jridu jitfgħu lill-Prim tagħna l-ħabs. Ikolli nivvinta l-Litanija bil-maqlub fuq din, Sur Editur.

Minn kollox jagħmlu biex ipinġu lill-Gvern tagħna ikrah. Din ilġimgħa, waħda li jkollha ittra kuljum kontrina fuq it-tħarbixa ta’ gazzetta li għandhom, reġgħet irremettiet fuqna. Persważ li qamet filgħodu, għajtet mal-fattiga tagħha u qaltilha: “Leave me alone, scum, do not disturb me, I have some garbage to write”, u ngħalqet fil-kamra tagħha tikteb.

bażi nazzjonali

Fasslet artiklu kollu appelli lill-President. “Biex jieħu f’idejh issitwazzjoni prekarja li fiha jinsab pajjiżna”; “Għandna Gvern li seraq l-awtonomija tal-istituzzjonijiet”, “Għall-anzjani, flus m’għandux” qaltilna l-pappagall, li qed tgawdi miż-żidiet fil-pensjonijiet li ta l-Gvern li tgħid kontrih u li qatt ma żdiedu mill-partit li tappoġġja. Din oħra li tpoġġi fuq moħħha għandu jkun, Sur Editur. Ħa mmur nagħmel froġa b’moħħ ta’ ħaruf.

Għad-dieħla!

28.05.2023 20
Huwa ta’ pjaċir li llum, kulħadd qed jitkellem u jsemmi dawn il-prijoritajiet
fil-ħidma tiegħu, inkluż fuq
President Sezzjoni Kunsilliera PL MARIO FAVA

LGBTIQ+

STRATEĠIJA 2023 - 2027

Taqsima 01

Miżuri li jippromwovu u jiggarantixxu l-ugwaljanza fl-impjieg u fil-provvista tas-servizz.

Taqsima 02

Data dwar l-ugwaljanza u riċerka li tiġbor l-esperjenzi ta’ persuni LGBTIQ+

Taqsima 05

Jiġi ffaċilitat id-dritt għal ħajja privata u tal-familja għal persuni LGBTIQ+.

Taqsima 03

Żieda fil-viżibilità u servizzi inklużivi għal anzjani, persuni b'diżabilità, migranti, tfal, u żgħażagħ LGBTIQ+.

Taqsima 06

Jiġi żgurat li d-dritt għall-edukazzjoni jista’ jitgawda minn persuni LGBTIQ+ mingħajr ebda diskriminazzjoni.

Taqsima 08

Jittejjeb il-benesseri ġenerali u l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa għal persuni LGBTIQ+.

Taqsima 09

Tisħiħ fir-relazzjoni bejn il-Gvern u s-Soċjetà Ċivili komposta minn membri LGBTIQ+.

Taqsima 04

Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, diskors ta mibegħda u reati ta’ mibegħda.

Taqsima 07

L-Inklużjoni ta’ persuni LGBTIQ+ fl-isports.

Taqsima 10

Promozzjoni tal-ugwaljanza LGBTIQ+ fuq livell internazzjonali

GVERN TA’ MALTA SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA

LENTI FUQ IŻ-ŻWIEĠ MALTI

Il-liġijiet taż-żwieġ saru sa mill-ħolqien tad-dinja, għax iż-żwieġ kien bżonn naturali biex il-bnedmin jgħixu fil-paċi bejniethom. Il-Bibbja għandha l-isbaħ storja tal-bniedem u fuq kollox insibu kliem Alla lill-ewwel bnedmin “Ikbru u oktru”. Kristu għallimna li ż-żwieġ hu sagrament, rabta bejn raġel u mara li ma tinħall qatt ħlief bil-mewt. Kull ġens għandu d-drawwiet tiegħu fit-tiġijiet, li għalkemm jistgħu jixxiebhu, ikun fihom ukoll xi drawwiet speċjali. Aħna l-Maltin għandna d-drawwiet tagħna wkoll, u se naraw xi ħaġa dwarhom, għax billi ż-żmien ibiddel kollox, id-drawwiet taż-żwiġijiet ta’ missirijietna ġralhom l-istess. Dan it-tagħrif slittu minn dak li ħallielna miktub il-Kav. Rafel Bonnici Calì.

Minn CHARLES B. SPITERI

Għalkemm l-ewwel Maltin għammru fl-għerien, ma damux wisq biex sabu kif jibnu d-djar, imqar xi gabuba u baqgħu jibnu hekk sakemm irnexxielhom jagħmlu bini ta’ kull għamla u kobor. Il-bennejja tagħna, fil-Medjuevu kienu waslu biex tawna djar bil-ħtiġiet kollha għall-għarajjes, fost kollox bil-ħarrieġa tax-xebba li tilħaq biex tiżżewweġ.

Il-ħarrieġa hi staffa fi ħdan it-tieqa jew staffa żgħira maġenb it-tieqa, fil-faċċata tad-dar, fis-sular ta’ fuq. Tkun magħmula bħal ġebla ħierġa mill-ħajt, xi drabi maħduma f’għamla ta’ mensola, għalhekk issemmiet ħarrieġa. Din isservi biex fuqha titqiegħed qasrija, b’xitla tal-qronfol jew warda oħra bħala sinjal, li f’dik id-dar hemm xebba għaż-żwieġ, biex b’hekk iż-żagħżugħ jitħajjar għaliha.

Ix-xebba, kienet tieħu ħsieb li ssaqqi din il-qasrija, u jkollha skuża tixref mit-tieqa kemm trid u forsi tiġbed l-għajnejn ta’ xi żagħżugħ li jgħaddi minn quddiem id-dar. Żagħżugħ bħal dan kien ikollu xi warda jew werqa fuq widintu bħala sinjal li qiegħed ifittex lil sieħba.

Jekk iż-żagħżugħ iħares lejn ix-xebba u jitbissmilha, hi aktarx titbissimlu wkoll biex turih li għandha ġibda lejh, u titfagħlu werqa jew fjura mill-qasrija. Dan kien aktarx jiġborha mill-art bħala sinjal li se jerġa’ jgħaddi mit-triq, u li x-xebba għoġbitu. Wara dan, hu aktarx jara kif jagħmel iħajjarha toħroġ mid-dar għall-quddiesa jew biex tixtri xi ħaġa mill-qrib, biex ikollu skuża jkellimha. Waqt dan kollu, ommha aktarx kienet tkun kompliċi magħha fl-innamrar bil-moħbi.

Il-ħuttaba

Jekk iż-żagħugħ ikun mistħi, kien ikollu jinqeda b’ħuttaba; xi mara xiħa magħrufa għal dan ix-xogħol li tirranġa kollox malajr bejn iż-żewġ familji. Hi kienet tkun taf x’għandha tagħmel, tfaħħarhom aktar milli ħaqqhom, sakemm

tressaq il-boċċa qrib il-likk u taqla’ xi sold minn fuq daharhom. Hi tibqa’ ssus fuqhom sakemm issir ir-rabta u t-tieġ ħalli tkun tista’ taqla’ xi ħaġa oħra. Il-ħuttaba tajba taf tlaqqa’ u taf x’jixraq; taf x’jgħid Salamun “kull par għal paru”, u għalhekk iż-żwieġ bil-ħuttaba kien jirnexxi.

Il-ġenituri kollox

Naturalment, il-kelma tal-ġenituri tax-xebba kienet l-aktar li torbot jew tħoll, għax dari x-xebba ftit kellha sehem

fl-għażla tas-sieħeb. Iżda kellha

l-għaqal li tisma’ u tobdi lil missierha u lil ommha li jridulha

l-akbar ġid, u ġeneralment dejjem imxiet kif mexxewha huma.

Dan kien jaqblilha għal ħafna raġunijiet, fosthom għad-dota li trid tieħu mill-ġenituri u għallpaċi tagħha stess fil-familja u tas-sieħeb: ma kienx ikun isbaħ milli jsir tieġ bil-kuntentizza taż-żewġ familji. Fost il-proverbji li kellna dari, hemm “Ilbaqra tajba tinbiegħ f’pajjiżha”, għalhekk qabel kull għerusija li kienet issir, erħilhom jistaqsu u jerġgħu jistaqsu fuq il-familja l-oħra li ma jkunux jafu sewwa. Dari kienu jfittxu kollox: il-fama, il-kundizzjoni soċjali, il-ġid u l-mard tal-familja, għax kienu jemmnu li kollox jintiret, tajjeb jew ħażin.

Ir-rabta

Iż-żewġ żgħażagħ ma tantx

kienu jistgħu jkellmu lil xulxin fiż-żmien qasir tan-namur, iżda l-ħuttaba kienet twitti t-triq, biex il-ġenituri tax-xebba jistiednu lin-namrat u lill-familja tiegħu fid-dar, ħalli ssir ir-rabta (l-għerusija) dejjem bi ftehim li jkun hemm għerusija qasira kemm jista’ jkun. Għalhekk ir-rabta kienet issir meta d-data tal-għerusija kienet tkun diġà miftiehma. Ix-xebbiet ta’ dari aktarx kienu jkunu jafu jaħdmu ħwejjiġhom huma stess, u erħilhom iħitu l-lożor u l-bjankerija tagħhom, imżejnin bil-bizzilel u xi drabi bir-rakkmu maħdum minnhom stess.

Il-ħwejjeġ ta’ fuq biss kienu aktarx jitħallew biex tħithom xi ħajjata magħrufa. Dakinhar

tar-rabta, l-għarusa titwissa minn ommha kif għandha ġġib ruħha mal-għarus: fost affarijiet oħra biex tkellmu bil-ħlewwa. Għalhekk kienet tidilkilha xufftejha bil-għasel. Dan kien iservi wkoll biex hi ma tissugrax tbus lill-għarus, għax dan l-għasel jikxef kollox, billi jdellek wiċċ l-għarus. Mażżmien daħal il-lipstick!

L-għarus kien jagħti żewġ ħutiet friski, u f’ħalq waħda minnhom kien ipoġġi ċurkett tad-deheb, waqt li l-għarusa kienet tagħtih maktur irrakkmat. Meta ħut frisk ma kienx jinsab, kien ikun biżżejjed li jsibu figolli għamla ta’ ħuta, għax kien maħsub li l-ħut iġib ir-risq, ħaġa li aktarx tnisslet mill-ġrajja ta’ Tobija, li ibnu sab

28.05.2023 22
It-Tieġ Malti mill-Kumpanija taż-Żfin ta’ Paul Curmi

FL-ANTIK

wara l-għannej u d-daqqaqa, wieħed b’qarċilla jew kannestru fuq rasu, bi ftira jew kejk, u qagħqa mdendla minn żigarella minn fuq spalltu; ieħor, ukoll bil-qagħqa u ż-żigarella, kien ikollu kannestru bil-lewż u ħelu, u figura tal-Madonna jew qaddis ieħor. Il-ħelu kien jitqassam fit-triq lura mill-knisja.

Sadanittant, kien jitgħatta b’maktur kontra d-dubbien. Ittielet raġel kien iżomm baċir bl-inċens biex ifewwaħ it-triq.

Il-qofol tal-purċissjoni kien ikun fejn jaslu l-għarajjes mexjin ħdejn xulxin, u fi żmien wisq antik kienu jimxu taħt baldakkin aħmar b’erba’ lasti miżmumin minn irġiel l-aktar ħbieb tal-familja.

Il-baldakkin kien aktarx daħal mill-użanza tal-kbarat Għarab, iżda nqata’ meta beda jintuża fil-purċissjonijiet tal-Knisja bosta snin ilu.

L-għarajjes, imdawrin minn nieshom, kien jidħlu fil-knisja mill-bieb tan-nofs, bid-daqq tal-qniepen u l-orgni, u allaħares ma jkunx hemm min idoqq l-orgni, għax dan kien ifisser risq ħażin. L-għarajjes kienu jmorru quddiem l-artal taħt il-lampier fejn itejjiġhom il-qassis. Billi dari l-mistoqsijiet mill-qassis kienu jsiru bil-Latin, l-għarajjes kienu jwieġbu la Taljana signor si (iva, sinjur).

u jiżfnu wkoll biex jallegraw l-okkażjoni. Ġeneralment fl-irħula mhux żfin kien isir, iżda jgħannu waqt li l-għarusa kienet toqgħod bilqiegħda tilqa’ r-rigali f’ħoġorha. Dawn aktarx kienu jkunu xi ħaġa tad-deheb jew flus. Wara dan, kienet tintemm il-festa tat-tieġ u kulħadd imur lejn daru, ukoll l-għarus, imur għand ommu u l-għarusa tibqa’ għand ommha sakemm issir il-ħarġa, wara ftit ta’ żmien ieħor.

Il-ħarġa

Tmint ijiem wara t-tieġ, l-għarus kien imur biex jieħu lil martu għad-dar tiegħu, li tkun diġà lesta u mżejna blgħamara u kulma jeħtieġ. Dakinhar l-għarusa żżanżan libsa oħra, tissejjaħ tal-ħarġa, għax tkun ħarġet minn dar ommha. F’jum il-ħarġa, dawn l-għarajjes friski jmorru jieklu għand il-ġenituri tal-għarus fejn jiltaqgħu iż-żewġ familji, u wara dan, il-koppja tmur fid-dar ġdida tagħha.

Il-ħwejjeġ ta’ fuq biss kienu aktarx jitħallew biex tħithom xi ħajjata magħrufa. Dakinhar tar-rabta, l-għarusa titwissa minn ommha kif għandha ġġib ruħha mal-għarus: fost affarijiet oħra biex tkellmu bil-ħlewwa. Għalhekk kienet tidilkilha xufftejha bil-għasel. Dan kien iservi wkoll biex hi ma tissugrax tbus lill-għarus, għax dan l-għasel jikxef kollox, billi jdellek wiċċ l-għarus

lis-sieħba wara li l-anġlu Rafel qallu biex jaqbad ħuta mixxmara; storja kurjuża ta’ kif l-anġlu laqqa’ din l-għerusija. Kurjuża wkoll kif Tobija fieq minn marda f’għajnejh biddlik tal-fwied tal-ħuta. Minn dawn il-ġrajjiet, aktarx li tnissel it-twemmin fir-risq li jġibu l-ħut, u għalhekk l-anġlu Rafel intgħażel bħala protettur tal-għarajjes. Dan l-Anġlu Rafel kien tassew ħuttab tajjeb!

It-tieġ

Lejlet it-tieġ kienet issir il-kitba taż-żwieġ min-nutar f’dar l-għarusa, fejn jinkiteb kollox dwar id-dota li l-missier u l-omm se jagħtu lil binthom, bħal bini, ilbies, art, flus,

għamara, bhejjem, eċċ. u l-għarus ukoll jgħid x’ser jieħu miegħu biex ikunu jafu sew, jekk kienx ikun hemm biżżejjed biex l-għarajjes ġodda jkollhom biex jgħixu.

L-għarus kien iwiegħed ukoll xi ġid dotarju lill-għarusa, waqt li kien irid joqgħod għax-xewqat tal-għarusa, li ġeneralment kienu jkunu li jeħodha għal xi festi li tħobb, bħall-Imnarja, San Girgor u San Ġwann. Dawn kienu wkoll jinkitbu fil-kitba taż-żwieġ, biex jorbtu lill-għarus aktar milli lill-għarusa. Il-ġenituri tal-għarusa u tal-għarus, issa kellhom id-dmir li jmorru jistiednu lill-ħaddara għat-tieġ. Illum jintbagħtu l-inviti.

It-tieġ, li aktarx kien isir nhar

ta’ Ħadd jew festa oħra, filgħodu, dejjem kien ikun iċċelebrat fil-parroċċa tal-għarusa. Kienu jinġabru l-ħaddara kollha f’dar l-għarusa, ilkoll bl-aħjar ilbies, u kienu jieħdu magħhom x’ser jieklu fuq il-mejda ta’ nofsinhar: aktarx xi tiġieġa msajra fi platt. Għall-ħobż, inbid, ħelu u affarijiet oħra, kienu jaħsbu l-ġenituri tal-għarusa. Fil-ħin miftiehem, il-ħaddara jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-għarusa, li kienet tibda b’żewġ daqqaqa u raġel ieħor jgħanni tifħir lill-għarajjes, bħal kemm hi ħelwa l-għarusa, kemm hi liebsa sabiħ, kemm ġejja minn familja tajba, u tifħir ieħor ukoll lill-għarus, li kien jitqabbel dak il-ħin stess.

Irġiel oħrajn kienu jimxu

Wara l-quddiesa kien jingħata rigal lill-qassis, kannestru b’xi ikel u nbid mill-aħjar. Wara din iċ-ċerimonja kienet tibda l-purċissjoni lura lejn id-dar. Hawn l-għarusa kienet tkun wiċċha mikxuf, filwaqt li lejn il-knisja kienet wiċċha mgħotti b’velu rqiq, użanza oħra b’oriġini Għarbija.

Malli din il-purċissjoni kienet tasal id-dar, xi ħadd minn fuq il-bejt jew tieqa kien iwaddab xi ftit qamħ għal fuq

l-għarajjes b’sinjal ta’ risq, u xi drabi kienu jitfgħu wkoll xi bċejjeċ flus ta’ valur żgħir u t-tfal jitqabdu fuq xulxin biex jiġbruhom.

Il-mejda

Il-ħaddara kienu joqogħdu mal-mejda mal-għarus, waqt li l-għarusa tidħol tiekol waħedha f’kamritha. Meta jiekol kulħadd, kienet toħroġ meta jaslu għall-inbid. Hawn

l-għarus kien iferra’ tazza nbid, jixrob nofsha u l-kumplament tkomplih l-għarusa. Jekk hi titlob lill-għarus biex tiżfen, dan kien ikollu jiżfen ukoll jekk ma jkunx jaf kif.

Iż-żfin kien isir fost id-daqq ta’ strumenti apposta. Il-ħaddara kienu jkomplu magħhom

L-għarusa kienet toqgħod attenta li fid-dar tidħol hi l-ewwel waħda, minħabba li kienu jaħsbu li jekk jidħol l-ewwel irraġel, il-mara tkun is-seftura, mhux is-sid. Twemmin ieħor kien, li għar-risq tajjeb, l-ewwel ikla fid-dar il-ġdida għandha tkun bil-ħut. Dan kien jgħodd l-aktar għas-sinjuri, għax ilfqar kienu jagħmlu tieġ ħafif mingħajr lussu, aktarx filgħaxija, mingħajr quddiesa u biss biċ-ċerimonja ‘tal-kunsens’, billi jgħidu s-signor si lill-qassis li jbierek it-tieġ fl-isem ta’ Alla.

Il-karità

Iżda Alla ħanin u dejjem jipprovdi! Għalhekk xi għonja ħallew fondi biex jingħataw bħala dota lix-xebbiet fqar li jridu jiżżewġu. Dawn il-legati tad-dota ġew imħollijin lill-Knisja biex tamministrahom hi, skont l-ordnijiet tal-fundaturi stess.

Fost dawn insibu, li fost il-kbarat tal-Imdina fl-1565, kienu ħarġu l-flus biex waqqfu l-cumola della carità għad-dota tal-fqar, bħala wegħda biex Malta toħroġ rebbieħa mill-assedju l-kbir ta’ dik is-sena. Għonja oħra għamlu legati għal nieshom, jew għall-foqra tal-parroċċa, jew għal dawk li jridu jtejġu f’ċerti knejjes jew f’ċerti festi speċjali u b’hekk xebbiet fqar sabu għajnuna fid-dota. Hekk imxiet id-dinja u nispera li tkompli, għax il-providenza t’Alla hi bla qies.

28.05.2023 23
Tieġ tas-seklu 16 f’rappreżentazzjoni fiż-Żurrieq fl-2008

IS-SANTWARJU TAL-MADONNA TAL-ĦERBA F’BIRKIRKARA

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Fil-qalba tar-raħal antik ta’ Birkirkara, eżatt wara l-Bażilika ta’ Sant’Elena, hemm knisja żgħira ddedikata lill-Madonna. Oriġinarjament kienet inbniet f’nofs ilblat xagħri, qalb it-terrapien u l-fdalijiet u maż-żmien, akkwistat l-isem ta’ Madonna tal-Ħerba.

Rigward l-isem, jew aħjar il-laqam, “Tal-Ħerba,” ħadd għadu ma ppreżenta evidenza preċiża dwar xi jfisser it-terminu. L-awtur u edukatur magħruf Malti E.B. Vella pprova minn kollox biex iwarrab l-ipoteżi li t-terminu fakkar it-telfa tal-assedju tat-Torok fl-Assedju l-Kbir tal-1565. Għalkemm bil-Malti għandna kelma simili, “Ħarba,” li tfisser titjira, iżda, l-isem huwa ċar “Ħerba” u bil-Malti dan ifisser, “rovina” jew “żminijiet ta’ inkwiet.” Dwar dan insibu kunsens wiesa’ fost l-istudjużi lingwistiċi kollha.

Fl-istorja ta’ dan is-santwarju għadha ma nstabitx data ċerta jew ippruvata meta twaqqaf oriġinarjament. Dak li nafu żgur, miż-żjara pastorali tal-Isqof Pietru Dusina, huwa li fl-1575 kien diġà santwarju Marjan magħruf ħafna, li jgawdi devozzjoni kbira. Madanakollu, kien għadu ma jissejjaħx Tal-Ħerba. Min-naħa l-oħra, waqt żjara fil-Parroċċa ta’ Birkirkara mill-Isqof ta’ Malta, Mons. Baldassare Cagliares, fl-1615, jirreferi għalih bħala ‘Tal-Ħerba’, u jgħid ukoll li l-knisja kienet iddedikata lil Marija Assunta.

Dokumenti relatati

maż-żjarat pastorali ta’ diversi isqfijiet (1637, 1679, 1685, 1809), jirreferu għall-knisja

Tal-Ħerba bħala ddedikata

lit-Twelid tal-Madonna: Sub titulo Nativitatis B.M.V.

Dan jimplika li jekk fl-1615 il-knisja kienet għadha ddedikata lil Marija Assunta, filwaqt li fl-1637 kienet iddedikata lit-Twelid tal-Madonna, il-bidla, jekk tista’ tissejjaħ hekk, seħħet xi żmien bejn dawn id-dati. Ta’ min isemmi wkoll li fid-dokument

Status Animarum tal-1647,

is-santwarju kien jissejjaħ ukoll tal-Madonna tal-Grazzja jew tal-Mirakli. Insibu ip -

oteżi li tgħid li din il-knisja ġiet rinnovata fl-1640, però li nafu fiċ-ċert hu li ftit taż-

żmien qabel l-1644 quddiem il-bieb prinċipali tagħha nbniet knisja oħra, idded-

Fl-istorja ta’ dan is-santwarju għadha ma nstabitx data

ċerta jew ippruvata meta twaqqaf oriġinarjament. Dak li nafu żgur, miż-żjara pastorali tal-Isqof Pietru Dusina, huwa li fl-1575 kien diġà santwarju Marjan magħruf ħafna, li jgawdi devozzjoni kbira. Madanakollu, kien għadu ma jissejjaħx Tal-Ħerba

ikata lit-Twelid tal-Madonna, filwaqt li l-knisja l-antika baqgħet intatta.

Fiż-żjara pastorali tal1673, ġie deċiż li ma jibqgħux isiru quddisiet fil-knisja l-antika. Ftit tas-snin wara nbniet is-sagristija tal-knisja l-ġdida. Din illum hija waħda miż-żewġ kappelli żgħar, maġenb is-santwarju mlaqqma “l-kappella ż-żgħira tal-ġenb”. L-aħħar modifiki strutturali tas-santwarju, qabel it-tkabbir li sar fis-seklu 20, kienu l-bini millġdid tal-faċċata u t-twaqqif tal-kampnar, it-tnejn fl-1797. Is-santwarju ġie kkonsagrat fit-23 ta’ Marzu, 1785, mill-Isqof Mons. Vincenzo Labini. Is-santwarju huwa mżejj-

28.05.2023 24

en b’mod dekoruż u barokk b’diversi opri u xogħlijiet tal-arti. Fid-daħla, fuq innaħa tal-lemin, insibu statwa ta’ San Speditu, ċenturjun Ruman li miet martri wara li kkonverta għall-Kristjaneżmu. Fuq in-naħa tax-xellug insibu d-daħla għall-kappella l-oħra, magħrufa bħala l-oratorju. Faċċata tad-daħla tas-santwarju, wieħed mill-ewwel jara l-kwadru mirakoluż li jiddomina l-inħawi tal-artal maġġur. Dan il-kwadru titulari juri lill-Verġni Marija żżomm lill-Bambin Ġesù f’idha x-xellugija, filwaqt li bl-id il-leminija miftuħa tilqa’ l-erwieħ li l-Anġlu Kustodju qed jeħles mill-purgatorju. L-Anġlu Kustodju jidher jiggwida l-erwieħ lejn Ġesù u Marija, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra hemm impitter San Ġwann Battista. Il-Madonna u l-Bambin ġew inkurunati fis-7 ta’ Awwissu 1910, b’kuruni sbieħ tad-deheb imżejna bid-djamanti. Probabbilment, din ix-xbieha titulari tpittret bejn l-1668-1679, iżda mhix l-ewwel waħda tas-santwarju. Fil-fatt, hija facsimile ta’

Fl-oratorju tal-ġenb insibu niċċa bl-istatwa ta’ San Ġużepp, u fuq in-naħa opposta hemm niċċa oħra bil-fdalijiet qaddisa tal-martri Santa Vittorja.

L-għadam għażiż ta’ din il-qaddisa nġieb minn Ruma fl-1775 u minn dakinhar baqa’ meqjum fis-santwarju.

Maġenb in-niċċa tal-qaddisa nsibu wkoll kurċifiss antik u li huwa miżmum bi stima u b’devozzjoni kbira

pittura ferm iżgħar u antika. Madanakollu l-pittura l-antika kellha x-xbieha tal-Patrijarka San Ġużepp minflok

l-Anġlu Kustodju. Il-pittura

l-antika, illum tinsab fil-kappella tal-ġenb tas-Santwarju.

Fl-oratorju tal-ġenb insibu niċċa bl-istatwa ta’ San Ġużepp, u fuq in-naħa opposta hemm niċċa oħra bil-fdalijiet qaddisa tal-martri Santa Vittorja. L-għadam għażiż ta’ din il-qaddisa nġieb minn

Ruma fl-1775 u minn dakinhar baqa’ meqjum fis-santwarju. Maġenb in-niċċa tal-qaddisa nsibu wkoll kurċifiss antik u li huwa miżmum bi stima u b’devozzjoni kbira. Il-ħitan ta’ dan l-oratorju huma miksija b’pitturi ex-voto relatati partikolarment ma’ inċidenti tal-baħar. Huma sinjali ta’ gratitudni għall-grazzji mogħtija lillbaħrin, sajjieda u vjaġġaturi tal-baħar. Il-kappella l-oħra,

fil-ġenb l-ieħor tas-santwarju, hija mżejna b’artal talirħam, li fuqu hemm il-pittura titulari l-antika, u hija ornata bi skulturi Rococco sbieħ u dettaljati ħafna. Wieħed mill-bibien interni ta’ din il-kappella jservi ta’ daħla għas-sagristija, filwaqt li ieħor iwassal għal sala żgħira mimlija b’diversi pitturi ex-voto. Din il-kappella fiha wkoll bukkett tal-ganutell speċjali ħafna

li ngħata lill-Madonna millGran Mastru Jean Parisot De Valette b’tifkira tar-rebħa tal-Assedju l-Kbir.

Fil-passat, meta Malta kienet tkun milquta minn epidemiji qerrieda, bħall-pesta u l-kolera, jew meta l-għelieqi kienu jkunu għerja minħabba n-nixfa, kienu jiġu organizzati pellegrinaġġi kbar lejn is-Santwarju ta’ Tal-Ħerba, kemm mill-ibliet kif ukoll mill-irħula. Il-Maltin kemm-il darba talbu bil-ħerqa u bil-ħniena l-interċessjoni tal-Madonna, biex Binha Ġesù jeħlishom minn dawn il-problemi. Missirijietna minn qalbhom kienu jpoġġu l-fiduċja tagħhom fil-Verġni Mbierka, u hi qatt ma naqset milli tisma’ u tilqa’ t-talb tagħhom. Anke llum, Tal-Ħerba għadha waħda mill-aktar santwarji frekwentati f’Malta. Matul is-sena, partikolarment l-Erbgħa u s-Sibt, il-ġranet tal-Madonna, kif ukoll il-Ġimgħa (il-jum tassuq ta’ Birkirkara), ħafna jżuru s-santwarju biex jitolbu quddiem ix-xbieha qaddisa tal-Madonna.

Fost ir-rakkonti popolari dwar dan is-santwarju nsibu wieħed li jgħid li kien għaddej paralitiku bil-krozzi u sema’ l-qanpiena tal-knisja ddoqq. Huwa staqsa għaliex u fejn kienet qed iddoqq il-qanpiena. Qalulu li kienet qed issejjaħ lill-fidili għall-quddiesa li kienet ser tiġi ċċelebrata fil-kappella. Ir-raġel ħaffef bil-ftit saħħa li kellu lejn is-santwarju tal-Ħerba. Malli daħal fis-santwarju, il-krozzi waqgħu minn taħt il-ħofor ta’ dirgħajh u beda miexi mingħajrhom. B’qalb ferrieħa u grata, il-paralitiku mfejjaq waqa’ għarkopptejh quddiem ix-xbieha tal-Madonna biex ifaħħarha għall-interċessjoni tagħha. L-aħbar ta’ dan il-miraklu xterdet malajr mal-gżira u d-devozzjoni lejn il-Madonna

Tal-Ħerba żdiedet bil-kbir. Is-Santwarju tal-Madonna

Tal-Ħerba huwa magħruf li jħajjar, iqanqal u jistieden lil min jemmen biex jitlob b’aktar ħeġġa, speċjalment waqt id-diffikultajiet u meta jkun jidher li m’hemmx kura għallmard.

Huma ħafna dawk li jixhdu li kull meta jżuru s-santwarju Tal-Ħerba, il-preżenza talVerġni Marija tinħass tassew. Jidher li Marija għażlet hi dan is-santwarju biex bħala

Omm ma’ wliedha, tħobbna, tikkonslana, teħlisna millħsara, u tfejjaqna mill-mard tal-ġisem u tar-ruħ.

28.05.2023 25

KAYLOCKE BUHAGIAR REBBIEĦ TA’ MALTA KULINARJA 2023

Il-personalità tal-lum taħdem fil-qasam tal-gastronomija, settur li huwa importanti daqs kull settur ieħor li jeżisti. Jidħol l-element artistiku fih ukoll, u b’hekk proprju offrejtlu din l-intervista. Qed nirreferi għal Kaylocke Buhagiar. Joqgħod Birkirkara u għandu 30 sena. Jaħdem bħala chef u għalhekk bla dubju jħobb ħafna jsajjar u jara kif ser jippreżenta platti mill-isbaħ. Iħobb isiefer u s’issa żar madwar 13-il pajjiż differenti. Isegwi l-futbol lokali u hu sapporter kbir ta’ Birkirkara F.C. Jorganizza attivitajiet u jaħdem b’mod volontarju fil-lokalità tiegħu. Apparti minn hekk huwa kunsillier fil-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.

Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala ħabrieki, organizzata ħafna u ma jaqtax qalbu mix-xogħol. Iħobb jgħin ħafna, u jagħti sehmu għax jemmen li meta wieħed jagħti ser jirċievi sodisfazzjon kbir f’ħajtu. Huwa wkoll bniedem determinat u dak li jippjana jrid jarah jiġi mwettaq u jirnexxi.

Kaylocke ilu jaħdem fl-industrija tal-catering għal dawn l-aħħar 15-il sena. Ħadem f’diversi lukandi ta’ livell għoli madwar Malta, u kellu wkoll l-esperjenza li jaħdem fi tliet lukandi madwar l-Ewropa.

Mistoqsi x’differenza osserva meta ħadem barra minn xtutna, Kaylocke weġibni:

“Għalkemm tgħallimt ħafna hawn Malta, però ma niċħadx li l-esperjenzi tiegħi barra minn Malta għenuni ħafna, kemm personalment u anke fil-karriera tiegħi. Id-differenza li forsi kienet evidenti kienet żgur il-kultura, iżda tgħallimt ukoll kif l-ikel huwa xi ħaġa universali, u għalhekk aktar milli osservajt id-differenzi, aktar osservajt kemm l-ikel jaf ikun opportunità li tgħaqqadna bħala poplu; ma’ sħabna u jista’ wkoll ikun mezz biex wieħed jesprimi lilu nnifsu b’mod kreattiv permezz ta’ preżentazzjoni ta’ platt”.

Fil-Malta Kulinarja 2020 fost kategoriji oħra li kkompeta fihom, waħda minnhom kienet “Work in fat” li kiseb midalja tal-fidda meta dakin

har preżenta Statwa ta’ Happy Buddha. Din is-sena ddeċieda li jidħol għal Malta Kulinarja

2023 fil-kompetizzjoni “Work in fat” f’ismu, kif ukoll f’isem Scala Restaurant u preżenta bust tal-karattru ta’ Batman

li ħadlu madwar tliet ġimgħat

biex ġab il-forma li xtaq.

Dan il-bust fih iktar minn

20kg ta’ butir u l-ikbar sfida

hi l-fatt li mhux permess li f’din il-kompetizzjoni jkollu sapport fl-istatwa. B’hekk

ridt inkun naf kif din l-istatwa

kellha s-sapport neċessarju. “Tajjeb ngħidu li din kienet sfida, għax filwaqt li strutturi oħrajn ikollhom xi sapport partikolari, bħal ngħidu aħna xi ħadid jew injam, din l-istatwa li ħdimt jiena ma kellha sapport ta’ xejn ħlief butir,” stqarr miegħi.

Jaħdem xogħol artistiku gastronomiku mill-isbaħ

B’hekk Kaylocke kien ir-rebbieħ tal-midalja tad-deheb

fil-kompetizzjoni Malta Kulinarja 2023. Xogħol artistiku gastronomiku mill-isbaħ li jkompli joħroġ fid-dieher id-dedikazzjoni li għandna fis-settur tal-ospitalità.

Ġie ġġudikat minn ġurija professjonali barranija, u rnexxielu jġib il-marka ta’ 92.5 u rebaħ medalja tad-dehebold. Ħallejt f’idejh sabiex jgħaddili l-kummenti tiegħu.

“Ninsab sodisfatt ħafna għall-marka li ġibt, iżda ninsab sodisfatt l-aktar għax kif

Ninsab sodisfatt ħafna għall-marka li ġibt, iżda ninsab sodisfatt l-aktar għax kif għedt, jiena bniedem determinat u din l-istatwa ddedikajt ħafna ħin għaliha, għamiltha minn

qalbi b’għan nobbli, u għalhekk meta wieħed jemmen fih innifsu għandu pass ġewwa biex jasal fejn jixtieq

għedt, jiena bniedem determinat u din l-istatwa ddedikajt ħafna ħin għaliha, għamiltha minn qalbi b’għan nobbli, u għalhekk meta wieħed jemmen fih innifsu għandu pass ġewwa biex jasal fejn jixtieq.”

Fil-fatt, Kaylocke kien ispirat biex jagħmel superhero batman minn Andrea Calleja, atleta li weġġa’ s-sinsla ta’ dahru waqt l-aħħar ostaklu f’The Grid Challenge Malta. Andrea kien imsejjaħ supereroj minn sħabu għad-determinazzjoni u l-kuraġġ tiegħu biex jerġa’ jikseb l-indipendenza tiegħu. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan il-fatt.

“Kif għedt sewwa inti, Andrea Calleja li kien weġġa’ serjament f’The Grid Challenge ispirani biex noħloq din l-istatwa meta ġie msejjaħ minn sħabu stess supereroj, għax hu wkoll determinat li jasal u jgħaddi minn din il-burraxka. Andrea huwa wkoll ta’ ispirazzjoni għalina lkoll għax kollha kemm aħna

-
28.05.2023 26
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

jkollna l-battalji tagħna li neħtieġu niġġieldu biex naslu fejn nixtiequ, u dan il-messaġġ stajt inwasslu permezz ta’ din l-istatwa. Nieħu l-opportunità biex minn hawn nawgura lil Andrea Calleja sabiex jibqa’ jagħmel progress u jiġi aktar ’il quddiem.”

Mistoqsi x’sodisfazzjon jagħtih it-tisjir b’mod ġenerali, Kaylocke weġibni li t-tisjir jagħtih ħafna sodisfazzjon, għax apparti l-fatt li hu xi ħaġa neċessarja għall-bniedem, jgħinu wkoll biex ikun kreattiv, joħloq riċetti b’ingredjenti ġodda u anke tidħol il-preżentazzjoni tal-ikel għax kif jgħidu l-ewwel ma tolqot l-għajn!

Jagħmel xogħol volontarju f’diversi għaqdiet tallokalità tiegħu

Barra minn hekk, ħajtu hija mimlija daqs bajda. Fil-fatt, jagħmel xogħol volontarju f’diversi għaqdiet f’Birkirkara. Dawn l-aħħar snin serva wkoll bħala bħala kunsillier fil-lokalità ta’ Birkirkara, u issa ilu jokkupa din il-kariga mis-sena 2013. Bis-saħħa t’hekk jgħaddi minn esperjenzi li bihom jikber, jitgħallem u jiltaqa’ ma’ nies ġodda. Ħallejt f’idejh sabiex jgħaddi l-kummenti tiegħu.

“Li jiena kunsillier żgur li jgħinni għaliex niltaqa’ ma’

SKEDA ONE

kull tip ta’ nies, minn klassijiet soċjali differenti, u għalhekk nitgħallem mingħand kulħadd. Barra minn hekk, kbirt fil-qasam tal-politika u anke jiena bħala karattru għax tara l-bżonnijiet tannies u tal-lokalità tiegħek aktar mill-viċin, u tipprova dejjem aktar issib mezzi biex tgħin u ttejjeb il-lokalità, u bla ma tkun taf tkun ukoll qed ittejjeb lilek innifsek fil-karattru u fil-kwalitajiet li wieħed għandu jkollu.”

Fl-aħħar nett, stedintu jħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ li nixtieq inwassal hu, li wieħed għandu jinvolvi ruħu kemm jista’, mhux biss fix-xogħol jew fil-karriera tiegħu, imma anke fil-volontarjat fejn wieħed ikollu l-opportunità biex jgħin lil ħaddieħor u jikber anke fil-valuri u jkollu sodisfazzjon personali. Apparti minn hekk, minn din l-aħħar esperjenza u mis-suċċess li ksibt, nixtieq ngħid lill-qarrejja li wieħed m’għandux jaqta’ qalbu, jibqa’ jissielet u jkun supereroj tiegħu nnifsu biex imbagħad jista’ jkun mudell għall-oħrajn għax l-eżempju jkaxkar.

Nixtieq nirringrazzja lill-familja u lill-ħbieb kollha tiegħi għall-għajnuna u l-ap

08.11.2020 28.05.2023 27
-
tagħhom
nik-
dan is-suċċess.”
poġġ
biex stajt
seb
06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 Żona Sport 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:15 Indhouse 11:15 Popcorn 11:50 Diskors Prim Ministru 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 One News 15:40 F’Idejna 15:45 Żona Sport 16:00 Pultruna 16:10 Sabiħa l-Ħajja 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Empowerment 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 Żona Sport 20:45 Ċerimonja tal-ftuħ tal-logħob tal-pajjiżi żgħar f’Malta 22:40 Pultruna 22:50 Reboot Podcast 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Mal-Moll 07:15 Country Jamboree 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 Dak li Jgħodd 09:35 Natura Maltija 10:00 Aroma Kitchen 11:00 Popcorn 11:25 Empowerment 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:40 Brillanti 15:30 ONE News 15:35 Ġmielek Dokumentarju 15:45 Żona Sport 16:00 F’idejna 16:30 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Żona Sport 20:30 Arani Issa 23:30 ONE News 29-05 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Country Jamboree 07:35 Natura Maltija 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Aroma Kitchen 11:10 Empowerment 11:40 L-Interdett 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 F’idejna 15:45 Żona Sport 16:00 Pultruna 16:10 Mal-Moll 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Investigaturi tal-Mużika 17:15 Pink Panther 17:55 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Żona Sport 20:35 Reboot Podcast 21:15 Pultruna 21:30 The Local Traveller 22:00 Il-Willy 23:00 Popcorn 23:30 ONE News 31-05 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:50 Prime Time 07:05 The Local Traveller 07:35 Natura Maltija 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Żona Sport 10:30 Attività Politika 11:25 What’s Cooking 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:40 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Liquorish 16:05 Mal-Moll 16:40 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 Indhouse 18:30 Country Jamboree 19:05 Pultruna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Diskors tal-Prim Ministru 20:50 Il-Willy 22:00 Madwar Mejda 23:30 ONE News 04-06 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Popcorn 07:30 Mal-Moll 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Flimkien ma Nancy 11:10 Ieqaf 20 Minuta 11:35 Reboot Podcast 12:10 Pultruna 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Żona Sport 16:00 Ġmielek Dokumentarju 16:10 Ondroad 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Sittin+ 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Żona Sport 20:45 Liquorish 22:50 Country Jamboree 23:30 ONE News TLIETA 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Reboot Podcast 07:30 Empowerment 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Dak Li Jgħodd 11:10 Ieqaf 20 Minuta 11:30 Country Jamboree 12:05 Natura Maltija 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Żona Sport 16:15 Sittin+ 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Żona Sport 20:30 Mal-Moll 21:00 Madwar Mejda 22:30 Ondroad 23:05 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Sittin+ 07:30 The Local Traveller 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Espressjoni 11:25 Żona Sport 11:40 Pink Panther 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Żona Sport 16:10 Reboot Podcast 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Żona Sport 20:30 Brillanti 23:15 Pultruna 23:30 ONE News 02-06 ĠIMGĦA 01-06 30-05 03-06

reċensjoni tal-ktieb

BERTU -

ĦABEL TAT-TAJJAR

Fl-aħħar rahom deħlin. Melinda kienet miexja bejn ommha u missierha. Iżda ħarset Bertu kienet fuqha biss, jaraha tersaq lejh bil-mod, u bla ma taf li kien hemm ġuvni nofsu mistoħbi li kien qed jaduraha b’għajnejh.

Imma issa Bertu ġie f’diffikultà għax is-Sur Patist u l-familja, flok intefgħu bilqiegħda fuq bank għad-dell, baqgħu mexjin fid-direzzjoni tiegħu. U Bertu ma ridhomx jarawh. Almenu mhux għalissa. Din ma kinitx fil-pjani tiegħu. Ried li jiltaqa’ magħhom taparsi b’kumbinazzjoni u juri ruħu sorpriż meta jiltaqgħu. Iżda hu u jarahom mexjin lejh…

Dar minn fejn kien u ntefa’ wara kolonna tal-arkati, u qagħad jissindikahom, attent li ma jarawhx. Melinda baqgħet bejn ommha u missierha, u minħabba f’hekk Bertu ma setax jara wiċċha. Raha biss ittella’ idha biex iżżomm il-kappell minħabba ż-żiffa li kienet għaddejja.

Is-Sur Patist kien il-ħin kollu jippunta subgħu lejn il-bastimenti u jirrakkonta, sakemm fl-aħħar daru minn fejn kienu, għaddew minn taħt l-arkati u bdew jimxu lejn bank fid-dell ta’ siġra.

Did-darba, Melinda ma poġġietx bejn ommha u missierha iżda fit-tarf. Bertu issa seta’ jara ’l wiċċha. Raha tħares madwarha, qisha aktar qed tinteressaha l-ħajja ta’ madwarha milli d-diskors għaddej maġenbha. Bertu kien qed jogħxa jħares lejn dak il-wiċċ. Iżda malajr kien idaħħal rasu wara l-kolonna kull darba li Melinda titfa’ ħarsitha lejn in-naħa tiegħu.

Is-Sur Wiġi, martu u wliedhom kienu għadhom ma tfaċċawx, u Bertu beda jitlob li jibqgħu ma jitfaċċawx. Iżda issa ried bilfors jara x’jivvinta biex b’xi mod jiltaqa’ b’kumbinazzjoni ma’ Melinda. Ikun ħa battikata għalxejn jekk jispiċċa jħares lejha mill-bogħod biss u mank imqar jisma’ leħinha.

Mistoqsija: Ma’ min kienet miexja Melinda?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb BERTU- ĦABEL TAT-TAJJAR. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 04 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi.

Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb SEKONDA BEJN TNEJN hija:

R. MALLIA - QORMI

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

B’kemm żdied l-ammont ta’ nisa f’impjieg sal-2022?

Isem:

Numru tat-telefown:

Tweġiba:

Indirizz:

28.05.2023 28
04

TOQTOL BIEX TKUN MAL-MAĦBUB

It-Triangolu tal-Imħabba ta’ Mary Ann Britland

Mary Ann Britland kienet qattiela tal-massa Ingliża li qatlet tlieta min-nies fis-seklu 19. Britland qatlet lil żewġha, lil bintha u lillmara tan-namrat tagħha bil-valenu tal-ġrieden biex tkun tista’ tkun man-namrat fil-beraħ. Dan it-triangolu tal-imħabba wassal biex Britland tkun l-ewwel mara li tingħata l-forka fi Strangeways Prison, f’Manchester. Il-bojja kien James Berry.

Min kienet Mary Ann Britland?

Mary Ann Britland twieldet fl-1847 f’Bolton, f’Lancashire, fl-Ingilterra. Hi kienet it-tieni wild ta’ Joseph u Hannah Hague. Fl-1866, hi żżewġet lil Thomas Britland f’St Michael’s Church, li kienet tinsab f’Ashton-under-Lyne, raħal f’Manchester. Il-koppja Britland sabet dar bil-kiri fl-istess raħal u kellha żewġt ibniet, Elizabeth u Susannah. Britland kienet mara ħabrieka u kienet taħdem f’fabbrika matul il-ġurnata u f’bar filgħaxija.

Fi Frar tal-1886, Britland marret tixtri valenu tal-ġrieden, magħruf bħala ‘Harrison’s Vermin Killer,’ għax qalet li kellha d-dar infestata bil-ġrieden. Il-verità kienet li Britland xtrat il-valenu biex l-ewwel teħles minn bintha l-kbira Elizabeth ta’ 19-il sena, hekk kif din tal-aħħar indunat li ommha kellha relazzjoni intima malġar tagħhom, Thomas Dixon. F’Marzu, Elizabeth mietet mewta kerha u skont it-tabib li invistaha, hi mietet minħabba li bdiet tirremetti u b’tagħfis f’qalbha hekk kif din bdiet

tħabbat b’mod irregolari. Mal-mewt ta’ Elizabeth, Britland ġabret għaxar liri sterlini mill-polza tal-assigurazzjoni li kellha fuq il-ħajja ta’ bintha. Xahrejn wara mill-mewt ta’ Elizabeth, Britland ivvalenat lil żewġha, Thomas Britland ta’ 44 sena. Din id-darba, il-kawża tal-mewt ta’ Thomas Britland tniżżlet bħala epilessija. Wara l-mewt ta’ żewġha, Britland marret għall-flus tal-polza tal-assigurazzjoni li kellha fuq ħajtu, u din id-darba ġabret għoxrin lira sterlina.

Hekk kif ilġirien tagħha, Thomas Dixon u martu Mary, semgħu

b’dawn iżżewġ imwiet, huma stiednu lil Britland u lil bintha ż-żgħira biex imorru jgħixu għandhom.

Din kienet ix-xoqqa f’moxtha għal Brit land biex teħles millmara tan-namrat tagħha iżda kienet ukoll l-aħħar vittma tagħha li wasslitha għall-forka.

Fl-14 ta’ Mejju, Britland ivvalenat lil Mary Dixon ta’ 29 sena, u mal-aħbar ta’ din il-mewta, il-ġirien bdew jissuspettaw li kien hemm xi ħaġa ħażina.

Is-sintomi li kellha l-mara ta’ Dixon kienu simili għas-sintomi li kellhom ir-raġel u t-tifla ta’ Britland u dan wassal għal ħafna għajdut. Kien għalhekk li l-pulizija bdew jinvestigaw u bdew billi qalgħu l-katavri tal-vittmi minn taħt l-art u saret l-awtopsja fuqhom. Mill-awtopsja rriżulta li dawn kellhom ammont kbir ta’ arseniku u striknina fl-istonku u fit-tessut tagħhom. Din l-iskoperta wasslet għall-arrest ta’ Britland, hekk kif sar magħruf li hi kienet xtrat il-valenu tal-ġrieden ftit ġimgħat qabel bdew imutu n-nies qrib tagħha. Thomas Dixon ukoll ġie arrestat għax kien hemm suspett li hu għen lil Britland teħles mill-vittmi minħabba li kellhom relazzjoni intima flimkien. Dixon inħeles mill-arrrest hekk kif ma kienx hemm evidenza kontrih filwaqt li Britland baqgħet arrestata. Waqt li kienet arrestata, Britland ammettiet li qatlet lil bintha l-kbira għax din tal-aħħar saret taf bir-relazzjoni li kellha mal-ġar tagħhom.

Għall-bidu, Britland tressqet il-qorti mixlija bil-qtil ta’ Mary Dixon, iżda wara nstabet ħatja wkoll għall-qtil ta’ żewġha u ta’ bintha l-kbira minħabba s-similarità kbira li kien hemm fil-mod ta’ qtil. Waqt il-ġuri, Britland bdiet tgħid li hi kienet innoċenti u li ma kellha l-ebda ħtija. Minkejja dan, fit-22 ta’ Lulju tal-1886, Britland instabet ħatja u weħlet il-piena kapitali permezz tal-forka. Min-naħa l-oħra, in-namrat tagħha, Thomas Dixon, ma tressaqx quddiem il-qorti għax ma kellu l-ebda involviment fil-qtil tattliet vittmi.

Mary Britland ingħatat il-forka fid-9 ta’ Awwissu tal-1886 fi Strangeways Prison f’Manchester. Hi kienet l-ewwel mara li ngħatat il-forka f’dan il-ħabs. Dakinhar tal-eżekuzzjoni tagħha, Britland bdiet tgħajjat u titlob għall-ħniena waqt li żewġ ħaddiema ħaduha ħdejn il-bojja, James Berry, li kien qiegħed jipprepara għall-eżekuzzjoni.

Mill-awtopsja rriżulta li

dawn kellhom ammont kbir ta’ arseniku u striknina fl-istonku u fit-tessut tagħhom

Strangeways Prison

28.05.2023 29

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

28.05.2023 30
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Isem:

Indirizz:

- ŻABBAR

TISLIBA 488

MIMDUDIN:

1. Telaq (5)

4. Kompli l-qawl: ....... ma jara xturu (4)

7,23. Isorr? (6)

9. Inpoġġu l-kartiera fih (6)

WEQFIN:

1. Annunzja (6)

2. Isir fil-knisja (3)

3. Inżommu l-ilma fih (3)

5,11. Kunjom (5)

6. Dipartiment

10. Minn Bucharest dawn (6)

12. Ħasla! (6)

16. Stazzjon

tat-televixin (3)

18. L-ewwel tnejn

tal-International Monetary Fund (1,1)

tal-Informazzjoni (1,1,1)

8. Jittieħdu fil-qorti (9)

11. Ara 5

12,19. It-tarf tad-drapp? (5)

13. Distanza (3)

14. Marbut (6)

15. Ġnien (6)

17. Alfred Muscat Urpani (1,1,1)

21. Tlieta (3)

22. Driegħ Ingliża (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

MIMDUDIN: 1.Zoptu, 4.Ċatt, 7,19.Rkant, 9,13. Namrar, 10.Pudina, 12.Barmil, 16.Rio, 18.A,I, 20.Prezz, 21.Ġar, 23.Bram, 24.Akuta

WEQFIN: 1,17.Zunnarija, 2,11.Pompa, 3,5. Urpani, 6.Tua, 8.Kummiedja, 12,22. Borma, 14.Lazzru, 15.Strada, 21.Ġib

28.05.2023 31
C. SCHEMBRI 19. Ara 12 wieqfa 20. Tilbsu gala (5) 21. Kunjom (3) 23. Ara 7
Bi 3 NUMRI 078 090 102 118 225 226 245 285 298 323 352 354 385 454 466 554 847 852 888 911 951 987 B’4 NUMRI 0303 1004 1127 1159 1255 1331 1922 2037 3365 3710 4144 4498 4503 4540 5177 5481 6511 6514 7253 7456 7457 7601 7742 7752 7848 8034 8132 8225 8531 8745 8934 9585 9597 9749 B’5 NUMRI 10234 22776 37415 39422 54121 71007 B’6 NUMRI 144697 179037 551472 822778 Bi 8 NUMRI 17558239 64178615
24. Tagħmel bħall-ajruplan (5)

IL-PROGRESS HU “AĦDAR” UKOLL

Editorjal

Il-Partit Nazzjonalista, li kien żbilanċjat kontra l-ambjent u responsabbli għall-akbar degradazzjoni, illum jipprova jingħoġob m’Alla u max-xitan. Bilmaqlub seħħ mill-2013 ’il quddiem, b’rivoluzzjonijiet kif qed iseħħu llum ukoll

L-ebda raġuni waħda u sempliċi ma tista’ tiddefinixxi l-aħjar għajxien tal-bniedem f’ambjent ċivilizzat u f’demokrazija moderna, mingħajr ma tqis kull element primarju involut. Kważi dejjem u kollox jispiċċa jdur ma’ dak li hu meqjus bħala sens komun.

Għax kull żvilupp, li jagħmel il-bniedem biex jgħammar f’komunità, irid ikun kumplimentari ma’ dak neċessarju fil-ħajja … mill-post li jagħtih protezzjoni ta’ “saqaf fuq rasu”, għal post ieħor li minnu jrid jaqla’ l-“ħobża” tiegħu, sa post ukoll fejn jiddeverti u anke fejn jirrilassa, li mhux bilfors huma l-istess ħaġa, anzi spiss ikunu kompletament differenti minn xulxin.

Il-bilanċ, forsi l-aktar kelma diffiċli f’kull soċjetà, ukoll ifisser varjazzjoni wiesgħa ta’ affarijiet, skont il-perspettiva individwali. Minkejja dan, kollettivament u fi kliem sempliċi, ifisser li ma jistax ikollok biss residenzi, mingħajr ma jkun hemm postijiet tax-xogħol.

Ma jistax ikollok biss faċilitajiet għal mezzi ta’ trasport mingħajr l-ambjent naturali distint. Ma jistax ikun hemm

bini għal attivitajiet għal skop komunitarju mingħajr postijiet indokrati u siguri fil-miftuħ fejn jimirħu anke dawk l-iċken fostna.

Dawn huma karatteristiċi li jridu jiġu osservati flimkien, u mhux separatament, minn kull soċjetà. Jibqgħu dejjem ta’ sfida għall-bniedem, hu fejn hu, biex iżomm f’din it-triq ta’ bilanċi, waqt li hu jkompli jtejjeb ħajtu. Wisq iżjed jibqgħu ta’ sfida għalina fiċ-ċokon ta’ pajjiż li għandna u b’popolazzjoni li hi dik li hi.

Minbarra l-progress uman fih innifsu, mal-milja taż-żmien il-bniedem żviluppa wkoll kuxjenzi dwar prijoritajiet fil-ħajja u dak li kien approvat jew jgħaddi sa ftit ta’ snin ilu, illum il-perspettiva hi ħafna differenti jekk mhux bil-maqlub ukoll.

Jekk tqis l-ambjent waħdu, fil-forom kollha tiegħu mhux biss il-ħdura li nsibu fil-kampanja, faċli tasal għall-konklużjoni li sfortunatament għal numru ta’ snin ħarisna lejh biss bħala wieħed sekondarju.

Sa ftit ilu, kien aċċettabbli li impjant tal-enerġija jaħdem bil-faħam jew anke bl-aktar żejt li jniġġes. Konna nirrassenjaw

irwieħna li, la l-art hi daqstant limitata, ma jkunx hawn parks kif għandhom pajjiżi oħrajn. Inkella nqisu naturali li t-traffiku jistaġna la l-infrastruttura disponibbli kienet li kienet.

U la ma kienx hemm lanqas rieda amministrattiva li dan jinbidel, it-tama kienet iddub fil-frustrazzjoni tagħna lkoll meta, iżjed minn dan, ikollok Gvern li saħansitra jiddeċiedi li jnaqqas l-istandards permessibbli għall-ambjent jew iħalli power station mingħajr filtri meħtieġa għal xhur sħaħ, bit-theddida li, jekk ridna l-kumdità u l-utilità tal-elettriku, allura ma jistax ma jkollokx din it-tip ta’ degradazzjoni filħajja.

Għax waqt li tajjeb niftakru li dan ma kienx wisq ’il bogħod mil-lum, dan kollu nbidel drastikament fl-aħħar għaxar snin. Ħaddieħor, li kien il-perċimes f’tali degradazzjoni passata, illum jinsab f’amneżija totali u jipprova jbellagħhielna li l-ħsara ambjentali seħħet mill-2013 lil hawn.

Il-poplu, li għadu jesperjenza rivoluzzjonijiet sħaħ, inklużi fil-produzzjoni tal-enerġija, flinfrastruttura u issa anke fl-is-

pazji miftuħa, jaf li dan mhux il-każ.

Esponenti mill-Partit Nazzjonalista, minflok jistaħbew bilmistħija, jibqgħu jiddefendu u anke jittantaw jimminimizzaw il-ħsara ta’ azzjonijiethom, inkluż fl-akbar sfreġju ambjentali bl-inklużjoni fiż-żona tal-iżvilupp ta’ meded kbar ta’ artijiet id-daqs tas-Siġġiewi fl-2006. Sal-lum għadna qed inbatu r-riperkussjonijiet ta’ dik id-deċiżjoni unilaterali.

Fl-istess nifs, biex jipprovaw jingħoġbu kemm ma’ Alla u max-xitan, jappoġġjaw l-argumenti ta’ dawk li ma jridux żviluppi biswit djarhom, waqt li jiddikjaraw li, jekk jerġgħu jkunu fil-poter, żgur ma jbiddlu xejn mill-pjanti li pinġew għal pajjiżna 17-il sena ilu.

Għalhekk ukoll ma jista’ qatt ikollhom il-kredibbiltà bħallGvern Laburista li, minflok, alloka l-akbar baġit fl-istorja biex postijiet mibnijin, mitluqin jew abbandunati jinbidlu fi spazji xierqa għat-tgawdija ta’ kulħadd. L-ewwel riżultat ta’ dan kienu l-€10 miljun investiti f’16-il lokalità, kif magħżula min-nies stess. U dan hu biss il-bidu, l-ewwel togħma!

28.05.2023 32
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.