3 minute read

IT-TRIQ TAL-MARFA QED TINBENA MILL-ĠDID BI STANDARDS MODERNI

B’referenza għal diversi stqarrijiet riċenti fir­rigward tal­investiment li qed isir fiż­żona tal­Għadira, Infrastructure Malta wieġbet bil­fatti għal dikjarazzjonijiet bla bażi, inkluż mill­Partit Nazzjonalista, u spjegat ix­xogħlijiet neċessarji li qed jitwettqu bil­għan li tinħoloq infrastruttura iżjed sigura.

Waqt li fakkret li ż­żona hi suġġetta għal inċidenti serji, uħud anke fatali, l­aġenzija tal­Gvern qalet li l­interventi li qed isiru fil­proġett ta’ Triq il­Marfa, preċiżament bejn ir­roundabout li tagħti għall­Armier u r­roundabout li tagħti għal ta’ Pennellu, huma skont l­istandards moderni.

Advertisement

Dawn se jwasslu għal “infrastruttura li tagħti prijorità lis­sigurtà tan­nies li jużawha b’diversi modi, speċjalment għal dawk li jużaw din it­triq bil­pass u bit­trasport pubbliku.”

Fi stqarrija, Infrastructure Malta spjegat li t­triq kif kienet ma kellhiex bankini u lanqas spazji ta’ parkeġġ adegwati fuq il­karreġġjata li tagħti għaċ­Ċirkewwa, bir­riżultat li sewwieqa kienu jipparkjaw il­vetturi tagħhom parzjalment fuq il­korsija tax­xellug b’riskji kbar għalihom u għal vetturi oħrajn li jkunu qed isuqu fuq l­istess korsija.

Minbarra hekk, “meta dawn is­sewwieqa u l­passiġġieri f’dawn il­vetturi kienu joħorġu mill­vetturi tagħhom, ir­riskji li jintlaqtu minn vetturi oħrajn kien ikun wieħed għoli, minħabba li dawn in­nies ikollhom bżonn jaqsmu għan­naħa l­oħra tat­triq bla bankina.

Għalhekk, ġie deċiż li l­parkeġġ għandu jkun fil­biċċa l­kbira tiegħu fuq in­naħa tal­bajja. Il­prijorità kienet li wieħed jimmassimizza l­ispazji tal­parkeġġ minħabba li l­Għadira hi destinazzjoni mfittxija minn ħafna, speċjalment fixxhur tas­sajf,” tenniet l­aġenzija, li hi responsabbli mill­bini mill­ġdid tat­toroq kollha fil­pajjiż b’investiment ta’ €700 miljun fuq seba’ snin.

“Għaldaqstant, l­ispazji tal­parkeġġi tfasslu b’angolu ta’ madwar 45 gard mannaħa tal­bajja. F’partijiet limitati, il­wisa’ tat­triq ma tippermettix it­tfassil ta’ erba’ korsiji (tnejn f’kull direzzjoni), meta wieħed jikkunsidra aċċessorji neċessarji oħrajn, bħal central strips u bankini. Il­karreġġjata li tagħti għaċĊirkewwa qiegħda għat­telgħa u għalhekk jagħmel sens li jkun hemm żewg korsiji ħalli wieħed ikun jista’ jaqbeż vetturi kbar. Il­karreġġjata li tagħti għall­Belt għandha għalhekk partijiet b’korsija waħda għax qiegħda għan­niżla, iżda ta’ min wieħed isemmi li l­wisa’ totali tal­karreġġjata mis­central strip sal­parkeġġ se tkun ta’ 5.5 metri, u dan jippermetti li żewġ vetturi kbar jgħaddu biswit xulxin f’każ li tieqaf vettura kbira,” kompliet Infrastructure Malta. Jirriżulta wkoll li fis­central strip se jitħallew ukoll spazji biex, f’każ ta’ emerġenza, it­traffiku jkun jista’ jgħaddi għall­karreġġjata opposta b’mod ikkontrollat minn uffiċjali tat­traffiku.

Infrastructure Malta qalet li “ta’ min wieħed jippreċiża li dawn l­interventi qed isiru ma’ investiment ta’ madwar €8 miljun, b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħrajn, f’żona li ilha ma tara investiment mistħoqq ’il fuq minn 30 sena,” minkejja wkoll numru ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ awtoritajiet kompetenti maż­żmien.

Is-sigurtà fiż-żona, li kienet toffri numru ta’ perikli serji, issa qed tingħata l-prijorità

L­istqarrija temmet tgħid li “Infrastructure Malta se tkompli twettaq il­viżjoni tal­Gvern għal titjib fit­toroq tagħna, tkompli tieħu deċiżjonijiet li jagħmlu sens u, bħalma qed tagħmel fl­Għadira, tieħu miżuri neċessarji biex kull min juża l­akkwati jagħmel dan bl­inqas riskji għalih u għal nies oħrajn.”

Il­proġett jgħaqqad ukoll mat­titjib li għaddej fil­promenade tal­Bajja tal­Għadira, li fl­aħħar xhur offra diversi sfidi li mhux dejjem jagħmlu l­andament tax­xogħol faċli. L­immaniġġjar tat­traffiku fuq karreġġjata waħda u l­maltemp tax­xitwa offra sfidi simili, iżda x­xogħlijiet fis­sit spiċċaw jiffaċċjaw sfidi ħafna akbar minn hekk.

Kif irrapportat mill­KullĦadd ftit tal­ġimgħat ilu, l­akbar sfida f’dan ilproġett kienet iż­żmien, minħabba li l­maġġoranza tax­xogħol kellu jsir fix­xitwa biex il­bajja u l­madwar ikunu mbagħad jistgħu jitgawdew matul ixxhur tas­sajf.

Fost ħafna problemi, jirriżulta li l­promenade u t­triq kellhom jinbnew mill­ġdid fuq materjal dgħajjef li kull meta kien qed isir l­iskavar dan jinfetaħ u jispiċċa jaqa’ għal isfel fit­trinka li tkun qed titħaffer. Biex dan ma jkunx ta’ periklu għall­ħaddiema, it­trinek infetħu aktar wiesgħa biex ikunu jistgħu jaħdmu aħjar u mingħajr periklu. Ovvjament, din il­metodoloġija tawlet aktar iż­żmien tax­xogħol.

F’partijiet oħrajn ix­xogħol ta’ skavar jinżel aktar ’l isfel mil­livell tal­baħar u minħabba l­viċinanza mal­kosta, l­ilma baħar beda jippenetra fit­trinek. F’dan il­każ kien meħtieġ li jingħata konkos apposta biex jitwaqqaf l­ilma baħar milli jkompli jidħol fit­trinek qabel ikun jista’ jitkompla kull xogħol ieħor.

F’żoni oħrajn il­livelli tal­promenade u tat­triq jinsabu f’livelli aktar għoljin u uffiċjali, li qed jaħdmu fuq il­proġett, qalu lil din il­gazzetta li “hawnhekk sibna problema fejn kien hemm ħafna materjal li beda jimbotta fuq il­ħitan eżistenti, tant li wassalhom fi stat li jiġġarrfu jekk ma jsirx intervent fuqhom. Fin­naħa tan­nofs tal­bajja kellu jinħatt għalkollox ħajt għoli ta’ madwar ħames metri u wiesa’ 25 metru u jerġa’ jinbena mill­ġdid bil­blokki kbar tal­konkos biex iservi ta’ lqugħ għat­triq u l­promenade.”

This article is from: