KullĦadd_09.04.2023

Page 1

Il-politika tal-Gvern immexxi minn Robert Abela għolliet b’mod qawwi għajnuniet lil diversi faxex fis-soċjetà

Mas-600 pazjent rilokati

f’akkomodazzjonijiet eqreb

tan-normalità sa mill-2018

Minn ħames snin ilu sal-lum madwar 600 pazjent, li kienu qed jingħataw ilkura fl-Isptar Monte Carmeli għal xi raġuni jew oħra, ġew rilokati f’akkomodazzjoni alternattiva fil-komunità. Dan biex, filwaqt li jgħixu ħajja viċin in-normalità bl-għajnuna kollha li jkollhom bżonn, jonqsu n-nies li jinżammu bla bżonn f’ambjent ta’ sptar.

L-għan ewlieni hu li, fejn u kemm jista’ jkun, in-nies jirċievu l-kura tagħhom fil-komunità u mhux iżjed fl-isptar, biex jibqgħu jgħixu l-ħajja li jkunu mdorrijin biha fl-istess ħin li jieħdu l-għajnuna li jkollhom bżonn ħalli jegħlbu l-isfidi mentali.

Din hi waħda minn diversi inizjattivi li qed jittieħdu id f’id mal-Istrateġija għas-Saħħa Mentali, li tisħaq fuq kura fil-komunità u bidla fis-servizzi għal aktar reżiljenza.

Tkompli f’paġna 8

MAL-1,100 SESSJONI TA’ TERAPIJA MA’

QRABA TA’ PRIĠUNIERI

Rapport f’paġna 9

€100M KULL XAHAR

F’BENEFIĊĊJI SOĊJALI

B’inqas persuni fuq l-assistenza u l-għajnuna supplimentari, il-Gvern Laburista

fl-2022 wettaq investiment rekord b’titjib b’saħħtu fir-rati tal-ħlasijiet lil diversi faxex tas-soċjetà bħal pensjonanti, romol, carers, ġenituri u min jibda jaħdem

Fl-2022 għall-ewwel darba fl-istorja l-Gvern ħallas bħala medja aktar minn €100 miljun fix-xahar f’benefiċċji soċjali. Dan hekk kif stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ikkonfermat li matul is-sena li għaddiet l-ispiża fuq benefiċċji soċjali laħqet livell rekord ta’ €1.2 biljun, żieda ta’ kważi €81 miljun f’sena waħda, li hi wkoll l-akbar tkabbir li qatt ġie rreġistrat minn sena għall-oħra fl-istorja lokali.

Dan l-investiment soċjali, iżda, ma kienx dovut għal xi żieda

fl-ammont ta’ dawk f’qagħda ta’ dħul vulnerabbli, pereżempju dawk li jiddependu mill-assistenza soċjali.

Fil-fatt, kienu biss 4,181 persuna li kellhom jirrikorru għal din l-għajnuna, li jfissru 16% inqas minn dawk li kellhom bżonn din l-għajnuna fl-2019, qabel faqqgħet il-pandemija talCOVID-19.

Tkompli f’paġni 4 u 5

Ħarġa Nru 1,552 Prezz €1 Il-Ħadd, 9 ta’ April, 2023 … mingħand l-Editur u l-istaff kollu
MINN MONTE CARMELI LURA FIL-KOMUNITÀ
Ritratt: GARETH DEGIORGIO

DETTALJI

EDITUR

RONALD VASSALLO

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

KIMBERLY CEFAI

email: sales@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

DISINN TAL-PAĠNI

KIMBERLY CEFAI

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

KUNTATT ĠENERALI

KullĦadd

email: editorial@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate

Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU

www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI

www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT

Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI

Emerġenza Covid 19 - 111

Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112

Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 18°C

L-Inqas Temperatura: 11°C

L-Indiċi UV: 6

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa fuq inNofsinhar tal-Italja ser testendi lejn il-Gżejjer Maltin

It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab b’xi ħalbiet tax-xita

iżolati waranofsinhar, li jsir ftit imsaħħab

Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent li jdur ftit qawwi għal qawwi, lokalment qawwi mill-Majjistral

Il-Viżibilità: Tajba minbarra f’xi ħalbiet tax-xita

Il-Baħar: Ħafif li jsir moderat

L-Imbatt: Ftit li xejn

It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396

The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682

Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068

St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913

Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigord, Ta’ Xbiex – 21341649

St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġ – 21371062

Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535

Brown’s Naxxar Centre Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 21411438

Brown’s Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21432038

Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462

De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408

Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720

San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant’Anna, Marsaskala – 21637994

St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039

Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251

Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648

Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447

Għawdex

Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra – 27551140

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

09.04.2023 02
It-Tnejn 16°C 18°C 18°C 15°C 12°C 15°C 11°C 10°C UV 6 UV 8 UV 4 UV 8 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
12:00
u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00
u
p.m.
p.m.
17°C 12°C UV 6 It-Tlieta 19°C 11°C UV 8
Il-Ġimgħa
Gudja/Airport
Tunnels
Tunnels to Airport/Ħal Far
to Kirkop
Kirkop
Kirkop Tunnels to Luqa/Qormi Ħal Far/Airport to Qormi/Valletta The sole responsibility of this production lies with the author. The European Union is not responsible for any use that may be made of the information therein. Temporary diversions around the Airport KIRKOP TUNNELS & AIRPORT INTERSECTION PROJECT Use alternative routes when possible Plan ahead to avoid inconvenience Drive cautiously within recommended speed limits 95% COMPLETED MINISTRY FOR TRANSPORT, INFRASTRUCTURE AND CAPITAL PROJECTS PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR EU FUNDS
Kirkop Tunnels to Valletta

IN-NEFQA SOĊJALI FL-AĦĦAR 10 SNIN

Tkompli minn paġna 1 Imqabbel mal-2021, tul is-sena li għaddiet kien hemm tnaqqis ta’ 262 persuna dipendenti fuq l-assistenza soċjali. Fuq medda ta’ sentejn kien hemm tnaqqis ta’ 415-il persuna f’din il-qagħda vulnerabbli.

Dan it-tnaqqis jistona bilkbir ma’ dak li kien ġara fil-kriżi ekonomika ta’ wara l-2008, meta kien hemm żieda ta’ kważi 900 persuna fuq l-assistenza soċjali. Dan filwaqt li fl-2013 kien hemm aktar mid-doppju tal-ammont preżenti jiddependu minn din l-għajnuna.

Sal-aħħar kwart tal-2022 kompliet tonqos ukoll id-dipendenza fuq l-allowance supplimentari, bl-ammont li jirrikorru għaliha jonqos bi kważi 715-il persuna meta mqabbel ma’ sena qabel u b’1,174 persuna meta mqabbel mal-2020. Ta’ min jinnota li, minkejja t-tnaqqis fid-dipendenza fuq dan il-benefiċċju, l-ispiża tal-Gvern xorta kważi rdoppjat minn €9.3 miljun fl-2020 għal €17.4 miljun fl-2022. Dan għaliex ilGvern tejjeb ħafna r-rati ta’ dan il-benefiċċju, li ras għal ras irdoppja.

Grazzi għal miżuri f’baġits konsekuttivi żdied ukoll l-ammont direzzjonat lejn il-carers, li issa tela’ għal aktar minn €12-il miljun. Fost it-titjib f’dan il-qasam kien hemm l-introduzzjoni tal-carers grant għal dawk il-ġenituri li ma jaħdmux biex jieħdu ħsieb lil uliedhom b’diżabilità. Dan il-grant din is-sena se jitla’ għal €4,500.

L-istess ġara fir-rigward taċChildren’s Allowance, fejn l-allokazzjoni telgħet għal kważi €45 miljun, grazzi għad-dħul ta’ suppliment, u b’hekk l-infiq hu aktar minn €3 miljun iżjed mill-2020. Minn din is-sena ċ-Children’s Allowance se jitla’ b’€90 għal kull wild u sal-aħħar tal-leġiżlatura se tkun telgħet b’€450 għal kull wild.

Bil-maqlub, fil-kriżi ekonomika wara l-2008 il-Gvern dakinhar kien naqqas din l-assistenza lill-familji b’aktar minn €2 miljun.

B’differenza wkoll għal żminijiet oħrajn, l-anzjani mhux jitħallew waħedhom f’dan il-mument ta’ sfida ekonomika. Fil-fatt, il-ħlas lir-romol tela’ għallewwel darba ’l fuq minn €164 miljun. Dan ifisser żieda ta’ €15 miljun fuq medda ta’ sentejn. Fejn jidħol l-ammont mogħti lill-pensjonanti dan ukoll laħaq figura rekord, dik ta’ kważi €700 miljun bejn dawk kontributorji u dawk tal-età. Dan ifisser tkabbir ta’ €75 miljun imqabbel mal-

2020.

Jekk tħares biss lejn l-inqas pensjoni, jiġifieri dik minima, issib li l-allokazzjoni żdiedet bi €15 miljun, jew bi kważi kwart, li juri kif il-Gvern iffoka l-għajnuna fuq dawk l-aktar fil-bżonn.

Din is-sena wkoll il-pensjonanti se jgawdu mill-akbar żieda li qatt ingħatat, b’titjib ta’ madwar €650 fis-sena lill-pensjonanti kollha, u żidiet anke akbar għar-romol u dawk fuq l-inqas pensjoni.

Il-manifest “Malta Flimkien” ukoll jinkludi żidiet oħrajn qawwija għall-pensjonanti sa tmiem din il-leġiżlatura.

Fl-istess ħin, permezz ta’

In-nefqa soċjali fl-2022 żdiedet b’€81 miljun fuq is-sena ta’ qabel, l-aktar waħda għolja rreġistrata

minn sena għall-oħra … id-differenza fuq l-2012

hi ta’ €426 miljun iżjed

miżura mħabbra fil-Baġit ta’ din is-sena, il-Gvern qed isaħħaħ l-In-Work Benefit u jwessa’ l-eliġibilità għal dan il-benefiċċju siewi. Dan filwaqt li l-manifest elettorali Laburista jinkludi proposta li, permezz

tagħha, l-In-Work benefit jibqa’ jiżdied għal erba’ snin infila. Meta kkummenta dwar dan fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela tenna li, minkejja rekord ta’ benefiċċji, il-Gvern mhux biħsiebu jieqaf hawn, iżda se jkompli jinvesti biex iwettaq dak li wiegħed. Sadanittant, mill-bieraħ stess il-Ministeru għall-Politika

Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal implimenta żewġ miżuri oħrajn tal-Baġit 2023, biex idaħħlu 20 mit-22 miżura soċjali tiegħu jew 91%. F’konferenza tal-aħbarijiet l-Erbgħa li għadda l-Ministru responsabbli Michael Falzon (inset fuq) u s-Segretarju Permanenti fl-istess Ministeru Mark Musù (inset taħt) spjegaw fid-dettall kif tqassmu dawn il-miżuri mtejbin, flimkien mal-qagħda ġenerali tal-għajnuniet soċjali fl-aħħar għaxar snin.

Waħda mill-miżuri l-ġodda hi żieda qawwija fil-Carer’s Grant, li kienet introdotta għall-ewwel darba fl-2021. Dakinhar din l-għotja bdiet titħallas fl-ammont ta’ €300 fis-sena u s-sena l-oħra telgħet għal €500 fis-sena. Iżda, kif imwiegħed fil-manifest elettorali, minn din is-sena dan il-pagament għola għal nofs il-Paga Minima Nazzjonali netta, jiġifieri kważi €4,510 fis-sena.

Dan l-ammont se jibda jkun maqsum f’erba’ pagamenti ta’ kważi €1,127.50 il-wieħed kull tliet xhur. Il-persuni eliġibbli m’għandhomx għal xiex japplikaw u l-proċess ta’ pagamenti issa sar kollu awtomatiku. L-ewwel pagament għal din issena twettaq proprju lbieraħ u se jkomplu jsiru pagamenti kull tliet xhur, bin-nefqa totali fuq din l-għotja se titla’ minn €230,000 għal €2 miljun fis-sena.

Miżura oħra ġdida tittratta persuni waħedhom li jkunu fuq l-assistenzi soċjali u jibdew jieħdu l-allowance tal-carers. Issa dawn il-persuni mhux se jibqa’ jkollhom tnaqqis fiddħul tagħhom, minkejja li ma jkunux aktar meqjusin bħala l-kapijiet tal-familja.

Iddaħħal tibdil kif imħabbar fil-Baġit 2023 li bih dawn il-persuni xorta jibqgħu jirċievu l-istess ammont ta’ benefiċċju li kienu jirċievu qabel bla tnaqqis. Din il-miżura tfisser li dawn il-persuni se jibqgħu bi €13.21 fil-ġimgħa aktar fi bwiethom, li issa mhux se jibqgħu jitnaqqsulhom.

Ilbieraħ ukoll sar il-pagament tal-In-Work Benefit li jkopri l-ewwel tliet xhur tas-sena. B’kollox jirriżulta li hemm 22,500 familja benefiċjarji, li bejniethom se jirċievu €3.2 miljun. Il-proċess issa sar wieħed awtomatiku u l-istess

m’hemmx aktar bżonn li ssir applikazzjoni.

Dan il-benefiċċju jitħallas lill-ġenituri li jaħdmu bi tfal dipendenti taħt it-23 sena. Iddħul mill-impjieg tagħhom (wara li titnaqqas il-bolla) ma jridx jaqbeż il-€50,000 fis-sena fejn il-koppji li jaħdmu t-tnejn li huma; €35,000 għall-koppji fejn wieħed biss mill-ġenituri jaħdem jew single parent f’impjieg.

Waqt it-tħaddim ta’ dan l-eżerċizzju nstab li kien hemm madwar 10,300 familja oħra responsabbli għal madwar 15,400 tifel u tifla. B’riżultat ta’ dawn l-iżviluppi, in-nefqa fuq dan il-benefiċċju issa telgħet b’€6.7 miljun għal €13.7 miljun.

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet saret analiżi tal-istatistika ppubblikata mill-NSO li kkonfermat li n-nefqa soċjali fl-2022 żdiedet b’€81 miljun fuq is-sena ta’ qabel. Din iż-żieda kienet l-aktar waħda għolja li qatt ġiet irreġistrata minn sena għall-oħra.

Matul l-2022 in-nefqa globali fuq il-benefiċċji soċjali laħqet €1.2 biljun, maqsuma f’madwar €966 miljun f’pensjonijiet u benefiċċji kontributorji u €242 miljun oħra f’benefiċċji mhux kontributorji. Dan l-ammont hu €426 miljun ogħla minn dak li kien jintefaq għaxar snin qabel b’żieda ta’ 54.5% minn dakinhar.

09.04.2023 04
BENEFIĊĊJI JAN-DIĊ 2020 JAN-DIĊ 2021 JAN-DIĊ 2022 Bidla 2021-2022 Bidla 2020-2022 Kontributorji €878,270,000 €915,013,000 €965,919,000 +€50,906,000 +€87,649,000 Mhux Kontributorji €210,106,000 €212,493,000 €242,526,000 +€30,033,000 +€32,420,000 TOTAL €1,088,377,000 €1,127,506,000 €1,208,445,000 +€80,939,000 +€120,068,000

ŻDIEDET B’55%

Ġie spjegat li fattur ewlieni għal din iż-żieda fin-nefqa sena ilu kienu ż-żidiet u t-titjib li sar bit-twettiq ta’ pakkett b’saħħtu ta’ miżuri fil-Baġit għall-2022. Dawn kienu jinkludu żieda ta’ €5 fil-ġimgħa fil-pensjonijiet, l-introduzzjoni ta’ aġġustament gradwali fil-pensjoni tar-romol u t-tnedija ta’ tibdil fil-mekkaniżmu tal-bonus tal-għoli talħajja biex eventalwalment jibda jitħallas bl-istess rata sħiħa lill-pensjonanti kollha.

B’mod naturali żdiedu wkoll il-pensjonanti, anke permezz ta’ miżura ġdida li biha ġew rikonoxxuti kontribuzzjonijiet

imħallsin qabel l-età ta’ 19-il sena u b’hekk madwar 2,000 persuna, ħafna minnhom nisa, bdew igawdu minn pensjoni.

B’kollox in-nefqa fuq il-pensjonijiet tal-irtirar u tar-romol, flimkien mal-bonus kontributorju, telgħet bi kważi €55 miljun. Meta wieħed, imbagħad, janalizza x’wassal għal żieda ta’ aktar minn 54% fuq pensjonijiet u benefiċċji soċjali flaħħar għaxar snin isib li dawn kienu mal-110 miżuri soċjali mmirati għall-pensjonanti u l-anzjani; 268 miżura soċjali għall-familji u l-ħaddiema, l-aktar f’benefiċċji soċjali; żieda ta’ mill-inqas €37 fil-ġimgħa fil-pensjonijiet kollha u dawk fuq il-pensjoni minima żdiedu saħansitra sa €57 fil-ġimgħa; programm estensiv ta’ reviżjonijiet fil-pensjonijiet li kienu

ilhom snin kbar ma jsiru fejn tħallsu aktar minn €45 miljun f’arretrati lil madwar 42,000 pensjonant, minbarra ż-żidiet fir-rati tal-pensjoni sussegwenti; żieda ta’ aktar minn 20,000 fl-għadd ta’ pensjonanti mill2012 ’il hawn, l-aktar tal-irtirar u r-romol.

Iċ-ċifri tal-NSO urew li n-nefqa fuq il-benefiċċji mhux kontributorji kibret bi €30 miljun. L-akbar impatt fuq in-nefqa kienu żewġ miżuri ewlenin li

tniedew lejn l-aħħar tal-2022 u li bejniethom kienu jinvolvu żieda ta’ €24.5 miljun.

Il-fond allokat għall-Għajnuna Supplimentari tela’ bi ftit inqas minn €18-il miljun għal €31.2 miljun, l-aktar għax ma’ l-assistenza normali bdiet tingħata għotja addizzjonali malkumpens annwali għall-għoli tal-ħajja biex familji u persuni bi dħul baxx jew fuq il-benefiċċji soċjali jkunu jistgħu jlaħħqu aħjar maż-żieda fir-rata tal-inflazzjoni.

Din l-għotja tħallset f’Diċembru skont mekkaniżmu li tfassal apposta biex ikejjel il-kumpens li jwieżen lill-persuni eliġibbli. Il-ħlas ta’ dan il-benefiċċju fl-2022 biss laħaq €13.8 miljun li marru għand madwar

41,000 familji li jirrappreżentaw 80,000 persuna.

Madwar 3,500 familja oħra ħadu l-kumpens tagħhom filbidu ta’ din is-sena biex is-somma telgħet għal €14.8 miljun.

It-tieni miżura b’impatt qawwi fuq in-nefqa – it-twessigħ tal-faxex eliġibbli għallIn-Work Benefit – rat madwar

9,000 familja b’14,000 tifel u tifla bdew igawdu mill-benefiċċju.

Dawn ġew identifikati skont id-dħul irreġistrat mal-Ufċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi. Fit-tħaddim ta’ dan l-eżerċizzju nstab li kien hemm 10,300 familja oħra bi 15,400 tifel u tifla li, għalkemm eliġibbli skont il-limiti preċedenti, għal xi raġuni naqsu milli japplikaw. Din il-prattika se tibqa’ fis-seħħ u kull familja eliġibbli għall-InWork Benefit issa titħallas awtomatikament.

B’riżultat ta’ dawn l-iżviluppi l-ispiża fuq dan il-benefiċċju qabżet b’€6.7 miljun għal €13.7 miljun.

Żidiet oħrajn ġew irreġistrati wkoll fin-nefqa taċ-Children’s Allowance, fl-assistenzi tad-diżabilità u fil-benefiċċji għall-carers.

KULL JUMEJN TLIET PERSUNI

QIEGĦDA SABU IMPJIEG TAĦT IL-PRIM MINISTRU ABELA

Minn ċifri ta’ Jobsplus, fi Frar li għadda kien hemm 1,041 persuna biss jirreġistraw biex isibu impjieg. Dan ifisser tnaqqis ta’ 650 persuna meta mqabbel ma’ Jannar 2020, meta Robert Abela beda jokkupa l-kariga ta’ Prim Ministru ta’ pajjiżna. B’hekk kull jumejn kien hemm tliet persuni qiegħda li sabu impjieg.

Minkejja l-isfidi bla preċedent li kellu jiffaċċja fl-aħħar tliet snin, inkluż pandemija u l-effetti ta’ gwerra fl-Ewropa, u bl-esperti jbassru qgħad ta’ aktar minn 50,000, taħt it-treġija ta’ Dr Abela l-qgħad naqas b’40%. Dan meta l-am mont ta’ nies jirreġis traw f’Jannar 2020 kien meqjus bħala minimu storiku, li ftit kien hemm ċans li seta’ jkun hemm titjib fuqu.

Iżjed minn hekk, matul Frar li għadda l-ammont ta’ dawk jir reġistraw kien seba’ darbi et inqas mill-ammont li kien hemm f’Marzu 2013, jiġifieri fl-aħħar xahar ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista. Ta’ min ifakkar ukoll li taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, speċjalment wara li għollew il-kontijiet tad-dawl u l-fuels, il-qgħad kien tela’ għal kważi 8,000 persuna.

Imqabbel ma’ sena qabel, Frar li għadda rreġistra tnaqqis ta’ 84 persuna li kienu qed ifittxu xogħol, li jfisser li f’sena l-ammont ta’ dawk jirreġistraw naqas b’7%. L-akbar tnaqqis kien fost dawk bla impjieg u li kellhom 45 sena u aktar, bi tnaqqis ta’ 36 persuna. Kien hemm tnaqqis ukoll fost dawk bla impjieg u li għandhom inqas minn 30 sena.

L-istatistika uffiċjali tindika li ftit aktar minn 200 persuna ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena. Dan meta f’Marzu 2013 kien hemm kważi 2,800 persuna li kienu ilhom bla xogħol għal mill-inqas 12-il xahar. Li jfisser li għal kull persuna li llum ilha sena tirreġistra, f’Marzu 2013 kien hemm 14-il persuna.

Dan hu konferma ta’ kemm il-politika attiva ta’ xogħol li wettaq Gvern Laburista, b’miżuri bħat-tapering of benefits u inwork benefit għamlet differenza enormi biex persuni qiegħda jidħlu fid-dinja tax-xogħol. L-istatistika wkoll tikkonferma it-trasformazzjoni ekonomika tal-gżira Għawdxija. Fil-fatt, in-numru ta’ Għawdxin jirreġistraw naqas għal 60 fi Frar 2023 minn 742 flaħħar xahar ta’ Gvern Nazzjonalista.

Fl-2013 kien hemm 12il Għawdxi mingħajr xogħol għal kull Għawdxi li llum jinsab qed ifittex ix-xogħol.

Fuq medda ta’ għaxar snin it-titjib relattiv fil-qgħad f’Għawdex kien id-doppju ta’ dak f’Malta. Imqabbel mal-2022, f’Għawdex kien hemm tnaqqis ta’ 66 persuna minn fuq ir-reġistru, li jfisser li l-qgħad naqas bin-nofs. B’hekk it-tnaqqis fil-qgħad f’Għawdex fl-aħħar 12-il xahar kien fuq tliet darbiet iżjed minn dak li kien hemm f’Malta.

Sadanittant istituzzjonijiet internazzjonali, fosthom il-Kummissjoni Ewropea, qegħdin ibassru li din is-sena l-qgħad f’Malta se jibqa’ f’minimi storiċi, minkejja t-tħassib fis-sitwazzjoni ekonomika globali.

09.04.2023 05
REKORD TA’ XOGĦOL: Robert Abela

IL-GVERN JIBQA’ JĠIB L-EWWEL

L-INTERESS NAZZJONALI FIL-KAŻ

TAL-ISPTARIJIET U STEWARD

Tkompli tispikka d-differenza bejn l-aġir tal-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista fi kwistjonijiet relatati mal-isptarijiet nazzjonali u s-servizzi tal-kura tas-saħħa, inkluż l-iskandlu tal-konkos fl-Isptar Mater Dei

Il-Gvern Laburista nhar it-Tlieta ressaq rikors quddiem il-Qorti biex l-appell li għamlet Steward Malta fil-kawża b’rabta mal-konċessjoni tat-tliet sptarijiet jinstema’ b’urġenza fl-interess pubbliku u fl-interess nazzjonali.

Filwaqt li l-Gvern m’appellax mis-sentenza li ngħatat nhar l-24 ta’ Frar 2023 mill-Imħallef Francesco Depasquale fil-Prim’awla tal-Qorti Ċivili, hu wieġeb għar-rikorsi tas-soċjetajiet Steward, fejn b’kollox tressqu għaxar atti ġudizzjarji.

Fi stqarrija uffiċjali ngħad li, “fir-risposti tiegħu, il-Gvern oppona għat-talba ta’ Steward li jitressqu provi u dokumenti ġodda, u f’każ li l-Qorti tilqa’ din it-talba li jitressqu dokumenti ġodda, żamm id-dritt li jkun f’pożizzjoni li jwieġeb għalihom, anke billi jressaq talba biex jippreżenta dokumenti li ma kinux disponibbli (lanqas kienu jeżistu) qabel l-għoti tas-sentenza. Dan peress li kien hemm żviluppi wara l-għoti tas-sentenza.”

Il-Gvern Malti oppona wkoll għat-talba tas-soċjetajiet Steward, li qegħdin jitolbu li l-Qorti tal-Appell Superjuri Sede Ċivili tirreferi l-każ quddiem il-Qrati Ewropej.

Dan l-aħħar żvilupp fil-kwistjoni jerġa’ joħroġ id-differenza bejn iż-żewġ partiti ewlenin f’pajjiżna u kif ġabu ruħhom meta ffaċċjati b’dan il-każ u oħrajn relatati mas-servizzi tal-kura tas-saħħa, mhux l-inqas dawk fil-passat mhux tant glorjuż tal-PN, li l-esponenti tiegħu qed jipprovaw inessu minkejja l-fatti.

Fil-każ attwali tad-deċiżjoni tal-Qorti Ċivili, li annullat il-kuntratti marbutin mal-konċessjoni tat-tliet sptarijiet – l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar San Luqa – u ordnat biex dawn jiġu rritornati lill-Gvern mingħand Steward Healthcare, Gvern Laburista ħares dejjem l-interess pubbliku u ta l-garanziji li anke l-ħaddiema ma jitilfux ħobżhom.

Imbagħad hemm differenza grassa fil-mod kif kien aġixxa Gvern Nazzjonalista fil-każ tal-Isptar Mater Dei anke qabel ġie stabbilit li dan inbena b’konkos difettuż.

Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech waqt attività politika tal-Partit f’Għawdex fl-aħħar ġimgħat qal li l-Partit Laburista ma kellux raġun jikkritika l-proġett ta’ Mater Dei. Meta qal hekk, mhux biss ipprova jnessi l-iskandli koll-

ha marbutin ma’ dan il-proġett, li ħa eternità biex twettaq, imma saħansitra pprova jnessi x’kien qal ir-rapport tal-Awditur Ġenerali Charles Deguara ħames snin ilu.

Fit-12 ta’ Ġunju tal-2015, il-Ministru għall-Finanzi kien talab lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) biex jinvestiga l-proċess, mid-disinn sat-tlestija talproġett tal-Isptar Mater Dei, minħabba tħassib relatat mal-governanza, it-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja waqt il-proċess.

Mill-ewwel bdew l-intoppi u, minkejja kull sforz mill-Awditur Ġenerali, instab li investigazzjoni komprensiva tal-proġett ma kinitx possibbli, primarjament minħabba nuqqas sinifikanti ta’ dokumentazzjoni fl-istadji kollha. Dan in-nuqqas żamm lura lill-Uffiċċju tal-Awditur milli jkun jista’ jagħmel b’mod sħiħ il-ħidma tiegħu.

Minkejja r-responsabbiltà fit-tul talFondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) għall-immaniġġjar ta’ dan il-proġett, bejn l-1998 u l-2011, din ma setgħetx tipprovdi d-dokumentazzjoni mitluba, inklużi r-rekords tal-kontabilità u tal-assi fissi tal-proġett.

Għalhekk l-NAO kien qal li n-nuqqas

tal-FMS li tipprovdi dan it-tagħrif bażiku, jirrappreżenta falliment istituzzjonali u negliġenza kbira fl-amministrar ta’ fondi pubbliċi. Ir-rapport tal-Awditur kien qal ukoll li, minbarra hekk, rekord ta’ verifika mhux adegwat u mhux affidabbli jnaqqas mil-livell mistenni ta’ responsabbiltà, trasparenza, ġustizzja u governanza ġustifikati f’dan il-proġett nazzjonali.

Imma, skont kliem Bernard Grech fl-aħħar jiem, il-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport mhumiex ġustifikati. U allura lanqas, skontu, mhuma ġustifikati nuqqasijiet kbar li swew miljuni minn but il-poplu, tort tal-amministrazzjoni Nazzjonalista, dak iż-żmien immexxija minn Lawrence Gonzi.

Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali sab li Gvern Nazzjonalista kellu nuqqasijiet serji ta’ kwalità, spejjeż ogħla minn dawk imbassra u nuqqas ta’ governanza, sptar li dam 15-il sena biex inbena u sewa lil pajjiżna ħames darbiet aktar mill-valuri kuntrattwali oriġinali. Intqal ukoll li studju komparattiv żvela li l-ispejjeż għad-disinn u l-kostruzzjoni tal-isptar qabżu l-benchmarks internazzjonali relatati mal-ispazju għal kull sodda u l-ispiża għal kull metru

09.04.2023 06

kwadru. Din is-sitwazzjoni ġiet riflessa wkoll meta dawn il-parametri tqabblu mal-ispejjeż għad-disinn u l-bini taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.

Ir-rapport, li kien tressaq fil-Parlament, innota li l-ispejjeż tal-Isptar Mater Dei qabżu dawk tal-Isptar Sir Anthony Mamo bi 30% għal kull metru kwadru. Ġie stmat li l-ispejjeż tad-disinn u l-kostruzzjoni ta’ Mater Dei kienu ogħla b’€97 miljun meta mqabblin mal-Isptar tal-Onkoloġija.

B’hekk dawn in-nuqqasijiet u oħrajn wasslu biex l-Isptar Mater Dei sewa lil pajjiżna €583 miljun u l-ispejjeż totali għad-disinn u l-kostruzzjoni tiegħu qabżu l-valuri kuntrattwali oriġinali b’madwar ħames darbiet. Dawn huma kollha flus li ttieħdu minn but il-poplu minħabba nuqqasijiet serji tal-Gvern Nazzjonalista.

Aktar minn hekk, fl-2014 instab ilkonkos difettuż f’Mater Dei fi żmien meta l-Gvern kien beda bi pjani biex jibni żewġ sulari fuq l-Emerġenza ħalli jiżdiedu s-sodod fl-isptar. Anki hawn kompliet is-saga tal-inkompetenza ta’ żmien Gvern Nazzjonalista, meta sar magħruf, permezz ta’ analiżi tal-binja mill-kumpanija internazzjonali Arup, li l-konkos fil-binja ma kienx b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ aktar sulari.

Fl-investigazzjoni li saret mill-kumpanija ARUP instab li l-konkos li ngħata fl-Isptar Mater Dei kien dgħajjef (Grad 19), meta skont l-ispeċifikazzjonijiet dan kellu jkun iżjed b’saħħtu (Grad 30). Inkjesta waslet għall-konklużjoni li erbgħa minn kull ħames testijiet li saru fuq kampjuni tal-konkos minn Skanska kienu mbagħbsin u iktar inferjuri minn dak li jintuża fil-bini tal-bankini.

Dan wassal biex il-Gvern Laburista jiffaċċja arbitraġġ internazzjonali tal-Ġnus Magħquda li spiċċa jeżonora minn kull responsabbiltà lill-kumpanija responsabbli mill-proġett, dik Żvediża Skanska. It-tribunal internazzjonali qal li l-Gvern Malti tilef id-dritt

għall-kumpens wara li fi Frar tal-2009, il-Gvern ta’ GonziPN, permezz tal-FMS, kien iffirma ftehim li fih ċeda d-dritt li jfittex lil Skanska f’każ li joħorġu xi difetti fil-proġett f’Tal-Qroqq, li kien taħt ir-responsabbiltà tagħha.

Għalhekk nefaq €30 miljun biex jitranġa l-konkos dgħajjef fl-Isptar Mater Dei, li minħabba deċiżjoni tal-Gvern ta’ Lawrence Gonzi, kellu jbatihom il-poplu Malti.

Fin-negozjati ta’ ftehim tar-rinunzja mal-konsorzju internazzjonali, immexxi minn Skanska, ħa sehem attiv fihom ilPerit Paul Camilleri, il-kuġin tal-Prim Ministru Gonzi, li kien il-President tal-FMS meta ġiet iffirmata r-rinunzja, waqt li l-Kap Eżekuttiv kien Brian St John, li eventwalment spiċċa jmexxi l-midja tal-PN wara l-2014.

Minn tagħrif li kien ingħata fil-Parlament, jirriżulta li Camilleri kien jitħallas Lm43 (€100) fissiegħa biex jiftiehem ma’ Skanska, liema ftehim wassal biex il-pajjiż tilef id-dritt biex ħames snin biss wara jfittex lill-kumpanija għad-danni

Saru diversi stqarrijiet u wkoll seduta Parlamentari li fihom il-Prim Ministru u Mexxej Laburista kien dejjem ċar: li l-Gvern ried ikun żgur li ma jikkatalizza ebda klawsola li setgħet tintitola lil Steward Healthcare għal xi kumpens li ma kinitx intitolata għalih u li bħala prijorità se jara li s-servizz tas-saħħa pprovdut f’pajjiżna jkun salvagwardjat filwaqt li assigura l-impjieg tal-ħaddiema kollha fl-istess sptarijiet.

Din kienet deċiżjoni ferm għaqlija iżjed minn dak li talbet l-Oppożizzjoni, tant li kieku l-Gvern qagħad fuqha u jtemm il-konċessjoni lil Steward Healthcare b’mod immedjat, il-pajjiż kien ikollu joħroġ €100 miljun. Madankollu l-Gvern ħalla l-istituzzjonijiet jaħdmu u stenna l-eżitu tad-deċiżjoni tal-Qrati.

Id-differenza hi ċara bejn Gvern Laburista li jħares l-interessi nazzjonali u Gvern Nazzjonalista li pproteġa l-interessi ta’ kumpanija barranija

Iżda l-Kap attwali Nazzjonalista flaħħar jiem dan kollu warrbu u pprova jnessih meta ddikjara li m’hemmx raġunijiet għall-kritika fil-konfront talproġett ta’ Mater Dei.

L-istorja tal-konċessjoni tat-tliet sptarijiet lil Steward Healthcare ukoll kellha andament differenti għalkollox. Filwaqt li fil-każ tal-Isptar Mater Dei, Gvern Nazzjonalista kien ipproteġa lilu nnifsu u lill-kumpanija barranija responsabbli, fil-każ ta’ Steward, Gvern Laburista ġab l-interess tal-poplu l-ewwel.

Imma anke fil-każ innifsu hemm fatti li jagħmlu distinzjoni kbira fil-mod kif ilGvern u l-Oppożizzjoni ttrattaw il-kwistjoni wara s-sentenza tal-Qorti Ċivili.

Il-pożizzjoni talGvern ittieħdet wara diskussjonijiet wiesgħa li matulhom ġew esplorati x-xenarji kollha, tqieset ukoll kull konsegwenza possibbli, inkluż li jiġi evitat kwalunkwe konflitt possibbli mal-eventwali sentenza tal-Qorti. Deċiżjoni li ttieħdet ukoll wara li l-Gvern qies ir-rapporti preċedenti tal-Awditur Ġenerali.

Fl-aħħar tliet snin fil-konfront ta’ Steward Healthcare, il-Gvern ħa pożizzjoni konsistenti, dejjem qalilhom li l-pattijiet u l-obbligi legali qegħdin hemmhekk biex jiġu osservati. Dejjem qal lil Steward li kellha obbligi legali li kienu ċari, kienet taf x’kienu l-obbligi legali li daħlet għalihom u li kellha tikkonforma ruħha magħhom. Minn wara Jannar tal-2020, il-Gvern ukoll fittex lil Steward Healthcare għall-arretrati tattaxxa li kienu akkumulaw.

F’din il-kwistjoni l-Gvern dejjem ħares l-interess nazzjonali, tant li l-Qorti laqgħet ir-rikors imressaq mill-Prim

Ministru Robert Abela, l-Avukat Ġenerali u l-entità tal-Gvern responsabbli mill-artijiet, INDIS, biex jitnaqqas il-perjodu ta’ 30 jum allokat għall-appell bil-għan li jkun hemm deċiżjoni definittiva fil-kwistjoni kemm jista’ jkun malajr, fl-interess nazzjonali. Il-perjodu tnaqqas għal 20 jum u issa hu magħluq. Jekk saru xi pagamenti tul il-konċessjoni kemm lil Vitals jew lil Steward li ma ngħatax lura korrispettiv għalihom, se tkun qed issir azzjoni legali mill-Gvern biex jirkupra dak l-ammont jekk Steward tirrifjuta li tħallsu.

Fil-fatt, il-Prim Ministru kiteb ukoll lill-Awditur Ġenerali u talbu jagħmel l-istħarriġ tiegħu. L-Awditur diġà għamel żewġ rapporti u jinsab fit-triq lejn il-pubblikazzjoni tat-tielet rapport biex jagħmel din l-investigazzjoni u jara dak li qed tallega l-Oppożizzjoni li l-Gvern ta’ Malta ħallas €400 miljun li tiegħu ma ngħata lura xejn.

Issa l-Awditur Ġenerali se jara dawk is-servizzi kollha li ngħataw, jara l-investiment li twettaq minn Steward u jekk jirriżultaw xi diskrepanzi, allura jsir kif diġà sar fil-kwistjoni tat-taxxa fejn kien hemm kwistjoni ta’ arretrati ta’ taxxi dovuti minn Steward u l-Kummissarju tat-Taxxi ħa l-azzjoni meħtieġa fl-interess nazzjonali.

Il-Prim Ministru ta wkoll l-assigurazzjoni li l-Gvern se jkun f’pożizzjoni soda fil-konfront ta’ Steward, l-istess pożizzjoni li ntweriet mill-Gvern fl-aħħar tliet snin. Altru milli ffirma konċessjoni favur Steward, kif kien għamel Gvern Nazzjonalista ma’ Skanska.

F’dawn iż-żewġ każi, tispikka b’mod ċar mhux biss differenza bejn Gvern Laburista u Gvern passat Nazzjonalista, imma wkoll differenza kif tal-ewwel jipproteġi l-interessi nazzjonali u talaħħar ipproteġa l-interessi ta’ kumpanija barranija.

Mhux ta’ b’xejn li Bernard Grech irid inessi dak li għamel Gvern immexxi mill-Partit tiegħu fil-każ tal-iskandli ta’ Mater Dei.

09.04.2023 07

IĊĊERTIFIKATI L-EWWEL STUDENTI F’KARRIERA FL-ISPORTS

F’ċerimonja preseduta mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, 50 student minn seba’ skejjel Sekondarji tal-Istat ġew ippreżentati biċċertifikat tal-Isport Career Development Programme fil-livell MQF 2 jew 3 wara ħames snin ta’ ħidma kontinwa.

L-Isport Career Development Programme tnieda ħames snin ilu bl-iskop li jagħti aktar importanza lill-isport fl-iskejjel, filwaqt li jiftaħ aktar opportunitajiet għal dawn l-istudenti li jixtiequ jimirħu f’dan il-qasam. Jirriżulta li attwalment hemm mal-1,000 student minn Malta u Għawdex li qed isegwu dan il-programm.

Is-suġġett hu offrut f’20 skola Medja u Sekondarja tal-Istat u jinkludi l-ispeċjalizzazzjoni fl-atletika, il-basketball, il-futbol, l-għawm, il-ġinnastika, il-hockey, il-judo, l-isparar fuq simulatur, u ż-żfin. Minbarra hekk, studenti jingħataw taħriġ f’diversi oqsma oħrajn relatati mal-isports, fosthom il-First Aid, Sports Media, Sports Photography, Anti-Doping Education u nutrizzjoni, fost oħrajn. Dan kollu jsir b’mod prattiku.

IMPENN BIEX JINĦARĠU MILL-ISPTAR

Tkompli minn paġna 1

Tagħrif, li kisbet il-KullĦadd, juri kif dawn il-mijiet ta’ pazjenti jaqgħu fi tliet kategoriji ewlenin:

1) anzjani li kienu ilhom snin twal jinżammu f’Monte Carmeli li ġew rilokati fir-Residenza San Vinċenz de Paul jew fi djar residenzjali oħrajn b’kura speċifika;

2) adulti bi sfidi mentali, li, iżda, kapaċi jgħixu fil-komunità, ġew rilokati f’akkomodazzjoni alternattiva taħt il-kura ta’ diversi professjonisti bi qbil ma’ numru ta’ NGOs; u

3) persuni b’diżabilità intellettwali jew b’mard diġenerattiv li ġew integrati f’appartamenti wkoll bi ftehim ma’ NGOs li joffru sodod f’ambjent ta’ dar u allura aktar addattat minn dak ta’ sptar.

Fl-istess ħin, f’Monte Carmeli għaddejjin diversi inizjattivi oħrajn biex fejn tbattlu ċerti swali, isiru xogħlijiet meħtieġa u jiġu attrezzati aħjar għall-isfidi li jeżistu u l-bżonnijiet tallum. Minbarra hekk, qed jiġi rranġat ġnien terapewtiku li jkun ta’ għajnuna għall-pazjenti li xorta jeħtieġu l-kura fl-isptar.

Bl-istess mod, hemm impenn sħiħ biex is-servizzi joħorġu minn Monte Carmeli u jmorru fil-komunità.

Fost l-oħrajn, qed isir xogħol kbir mit-timijiet tal-Community Mental Health Clinics, tal-Outreach u anke tas-servizz ġdid tal-Crisis Resolution Home Treatment, biex tingħata l-għajnuna immedjata f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi mentali, inkluż fid-djar tal-pazjenti stess.

Jekk qed tesperjenza xi kriżi ta’ saħħa mentali ċempel issa fuq in-numru 1579 għall-għajnuna!

Wara li ntlaħaq ftehim mal-istituzzjonijiet rispettivi, studenti li jiksbu Ċertifikat Akkreditat MQF f’livell 3 jistgħu jippreżentawh biex ikomplu bl-istudji tagħhom f’livell Postsekondarju, jiġifieri fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST), fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS), fil-Giovanni Curmi Higher Secondary School, f’GEM 16+, fil-Kulleġġ De La Salle u f’Sir M. A. Refalo Sixth Form f’Għawdex.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għal din l-okkażjoni ngħad li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ulterjuri biex istituzzjonijiet oħrajn Postsekondarji jagħtu din l-opportunità u jsegwu l-istess rotta.

“Qed nagħtu importanza kbira lill-isport fl-iskejjel tagħna, għax irridu nagħtu l-opportunitajiet kollha possibbli lil kull student u studenta biex jilħqu l-aspirazzjonijiet u l-ħolm tagħhom, anke fl-isport u d-diversi dixxiplini tiegħu,” qal il-Ministru Grima. Hu feraħ lill-istudenti kollha li ngħataw iċ-ċertifikat u awguralhom li jkollhom aktar suċċessi kemm fil-karriera sportiva kif ukoll f’dik akkademika.

TIKBER IT-TENSJONI FL-EPP

Wara r-rejd tal-pulizija fil-kwartieri tal-grupp ċentru-lemini fi Brussell f’investigazzjoni ta’ korruzzjoni, tħassret laqgħa

Il-Partit Popolari Ewropew (EPP), li jħaddan fih lill-Partit Nazzjonalista Malti, ħassar laqgħa tal-grupp skedata għal din il-ġimgħa li ġejja wara l-iskandlu ta’ nhar it-Tlieta li għadda fejn il-Pulizija Belġjana u dik Ġermaniża wettqu rejd fuq il-kwartieri tiegħu fi Brussell.

Sorsi, li tkellmu mal-portal Euroactiv, ikkonfermaw li d-delegazzjoni Pollakka tal-EPP esprimiet tħassib serju dwar l-iżviluppi u l-ħsara politika lill-familja taċ-ċentru-lemin wara r-rejd.

Il-każ qed jingħata prominenza fl-aħbarijiet, wara li mill-uffiċċji tal-EPP ġew elevati diversi dokumenti u kompjuters f’inkjesta dwar allegata korruzzjoni waqt il-kampanja għall-elezzjoni talParlament Ewropew fl-2019.

Ir-rejd sar fi sfond ta’ investigazzjoni separata tal-pulizija Belġjana, imlaqqma Qatargate, dwar influwenza barranija fil-Parlament Ewropew li permezz tagħha leġiżlaturi u uffiċjali ġew arrestati u akkużati b’korruzzjoni.

Ir-rejd fil-kwartieri tal-EPP ħoloq tensjoni kbira interna li baqgħet tiżdied flaħħar jiem, waqt li imbarazzat lil dawk li jogħxew jattakkaw lil oħrajn b’allegazzjonijiet ta’ tixħim u korruzzjoni. Il-PN f’Malta spiss jinqeda b’deputati tal-EPP fil-Parlament Ewropew biex jattakkaw lil Malta u lill-Gvern Laburista.

Hannes Grünseisen, li qed imexxi l-investigazzjoni fuq l-EPP, qal li fil-mira hu Mario Voigt, Kap tad-Demokristjani fl-Istat Ġermaniż ta’ Thuringia. Voigt, li tqabbad mill-Kap tal-EPP Manfred Weber innifsu, kien strumentali fl-elezzjoni erba’ snin ilu fejn ħa ħsieb l-aspett online tal-kampanja b’kollaborazzjoni ma’ Udo Zolleis, il-Kap tat-Taqsima tal-Istrateġija tal-EPP, li hu wkoll l-id il-leminija ta’ Weber.

Weber, sostenitur kbir tal-PN, kien ħatar lil Simon Busuttil bħala Segretarju Ġenerali tal-grupp wara li dan irriżenja minn Kap Nazzjonalista fl-2017. Fil-Par-

lament Ewropew jaħdmu id f’id ma’ Metsola u David Casa biex ma’ kull okkażjoni jwelldu attakki fuq Malta.

Il-portal speċjalizzat fil-politika Ewropea, Euractiv, li żvela l-investigazzjonijiet fuq il-EPP, qal li r-rejd kompla jżid malfrustrazzjoni kbira li hemm fil-grupp minħabba l-Kap u l-għażliet ta’ nies f’pożizzjonijiet strateġiċi ta’ madwaru.

Ftit tal-jiem ilu wkoll il-Euractiv innota kif l-EPP ta bidu għal “sabotaġġ” taż-żjara ta’ kumitat tal-Parlament Ewropew f’Ateni meta rtira l-membri tiegħu bl-iskuża tal-inċident tal-ferrovija li seħħ fil-bidu ta’ Marzu.

Il-portal kien ikkritika lil Metsola talli baqgħet siekta quddiem dan kollu u rrapporta li, meta ntalbet għal kumment, hi ma weġbitx.

Il-Prim Ministru Konservattiv Grieg, Kyriakos Mitsotakis, li wkoll jagħmel parti mill-EPP, irrifjuta li jiltaqa’ malmissjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja, u l-Intern (LIBE) dwar

l-istat tas-saltna tad-dritt fil-Greċja. L-istess għamlu l-prosekutur ewlieni, isservizzi sigrieti, il-kapijiet tal-Pulizija u saħansitra l-President tal-pajjiż.

Kritika ta’ kif jaħdmu membri tal-EPP toħroġ spiss mill-grupp internazzjonali favur it-trasparenza u kontra l-korruzzjoni, Transparency International EU, li jsemma’ leħnu fil-pubbliku dwar diversi nuqqasijiet min-naħa ta’ Metsola.

Il-grupp tkellem iebes fil-każi kontroversjali taċ-Chief of Staff tagħha, it-Taljan Alessandro Chiocchetti, li tpoġġa Segretarju Ġenerali tal-Parlament u sussegwentement ipprovat tpoġġi lirraġel t’oħtha Matthew Tabone, bħala ċ-Chief of Staff il-ġdid tagħha.

Il-kontroversji fit-tmexxija tal-Parlament Ewropew, inħassu wkoll meta fil-każ Qatargate l-Avukat tal-Viċi President tal-Parlament Ewropew, il-Griega Eva Kaili, qal li l-klijenta tiegħu kienet qiegħda tobdi l-ordnijiet li nħarġu dirett mingħand Metsola.

09.04.2023 08
għolja li kienet skedata għal din il-ġimgħa li ġejja Roberta Metsola mal-Kap tal-EPP Manfred Weber

JITWETTQU MAL-1,100 SESSJONI TA’

TERAPIJA MA’ QRABA TA’ PRIĠUNIERI

Il-Gvern jinvesti kważi nofs miljun ewro fil-proġett “Locked Out” bi sħubija mal-fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl

Bejn l-2021 u Frar ta’ din is-sena, permezz tal-proġett imsejjaħ “Locked Out”, saru aktar minn 1,100 sessjoni ta’ terapija ma’ familji li xi ħadd mill-membri tagħhom qed jiskonta sentenza ta’ priġunerija.

Dan il-proġett bi sħubija bejn il-fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl u l-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Intern, hu maħsub biex familji ta’ priġunieri jingħataw servizz u terapija speċjalizzata minn professjonisti. Dan bil-għan li l-familja, inklużi tfal, ikunu ppreparati meta jerġgħu jilqgħu lura lil dak il-membru tal-familja li jkun skonta sentenza fil-ħabs, biex ikun hemm l-appoġġ adegwat li jbiegħed lil dik il-persuna milli terġa’ taqa’ fin-nasba tal-kriminalità.

Fuq tliet snin, il-Gvern se jkun investa mal-€460,000 f’dan il-proġett tant importanti, li qed jitmexxa mill-fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl u inkluda wkoll aktar minn 300 laqgħa minn professjonisti mal-familji konċernati. Hawn kienu involuti sitt professjonisti fis-settur li qattgħu numru kbir ta’ sigħat jassistu lil dawn il-familji u individwi.

Mitlub jikkummenta dwar il-proġett, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, saħaq li dan il-proġett hu turija ċara ħafna tal-importanza li qed jagħti l-Gvern biex il-proċess riabilitattiv ikun imsaħħaħ għall-benefiċċju tal-priġunier ħalli jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-reċediviżmu jew fi kliem ieħor biex persuna ma terġax twettaq reat ieħor. Permezz t’hekk tgawdi wkoll is-soċjetà b’mod ġenerali għax ikun hemm inqas reati li jitwettqu.

Proġetti simili jmorru id f’id ma’ riformi varji li qed isiru fil-Ħabs

sjoniijet ta’ terapija f’“Locked Out”. Permezz ta’ din il-“Kamra tal-Familja”, priġunieri li qed jiskontaw sentenza effettiva ta’ ħabs jiltaqgħu ma’ wliedhom f’ambjent ’il bogħod mill-faċilità u addattat għat-tfal. F’dawn il-laqgħat il-priġunieri u anke l-uffiċjali ma jkunux lebsin l-uniformi tal-ħabs ħalli l-laqgħat mattfal jinżammu bl-aktar mod normali kemm jista’ jkun.

f’suġġetti vokazzjonali u snajja’. Jeżisti kordinament ukoll ma’ JobsPlus biex priġunieri jkunu jistgħu jiġu megħjuna jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol, kemm waqt li qed jiskontaw is-sentenza u anke wara li joħorġu lura fil-komunità.

ess. Dan se jinbena apposta fuq il-ħtiġijiet tal-priġunieri biex jiġu riabilitati u integrati mill-ġdid fis-soċjetà u l-komunitajiet fejn jgħixu.

Hu tenna li l-amministrazzjoni hi impenjata li proġetti bħal dawn jibqgħu jsiru anke għax imorru id f’id mal-ħafna riformi li qed isiru fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-KullĦadd tkellmet ukoll ma’ George Busuttil, Chairperson tal-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl, li sostna li dan il-proġett hu wieħed ta’ fejda kbira hekk kif dawn il-familji jkunu għaddejjin minn bosta ċirkostanzi diffiċli li huma konsegwenza ta’ xi membru tal-familja li jkun spiċċa l-ħabs. Hu spjegalna kif il-komunikazzjoni hi essenzjali f’ċirkostanzi partikolari bħal dawn u kompla li, permezz tas-sessjonijiet ta’ “Locked Out”, il-familji jkunu jafu kif iridu jġibu rwieħhom biex jgħinu lil dak il-membru tal-familja jaddatta millġdid għall-ħajja lura magħhom u fil-komunità.

Dan mhux l-uniku proġett li għaddej mal-fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl. Fil-fatt, b’mod kontemporanju, għaddej ukoll il-proġett tal-“Kamra tal-Familja” fil-Marsa, l-istess post fejn isiru s-ses-

F’dawn il-laqgħat ikun hemm ukoll preżenti numru ta’ professjonisti li josservaw dak kollu għaddej, waqt li jsiru rapporti li jintużaw biex jitkejjel il-progress fir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal.

Sentenza ta’ ħabs iġġib konsegwenzi mhux biss fuq l-individwu kkundannat, iżda anke fuq il-familja hekk kif il-komunikazzjoni tkun waħda limitata u għaldaqstant proġetti bħal dawn iqarrbu liż-żewġ partijiet flimkien kemm jista’ jkun.

Minbarra hekk, mal-istess fondazzjoni, il-Gvern jinvesti eluf ta’ ewro fi programmi ma’ għaqdiet oħrajn, bħarRiSe, li tagħmel programmi fil-komunità għall-priġunieri fl-aħħar parti tas-sentenza tagħhom, il-Caritas u s-Sedqa, li jorganizzaw programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga.

L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, li tikkordina flimkien mal-għaqdiet imsemmija dawn il-programmi, taħdem ukoll fil-qrib ma’ istituzzjonijiet edukattivi, bħall-MCAST u l-Life Long Learning, biex priġunieri jkollhom l-aċċessibilità għall-korsijiet edukattivi kemm

Sadanittant, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jirriżultaw numru ta’ riformi mingħajr preċedent li qed jitwettqu fuq bażi regolari u b’mod konsistenti bilgħan li jassiguraw mhux biss l-aqwa livelli ta’ sigurtà, iżda wkoll it-tisħiħ tal-proċess riabilitattiv li minnu jgawdi kulħadd.

Ftit tal-jiem ilu f’diskors li għamel fil-Parlament, il-Ministru Camilleri silet uħud minn dawn ir-riformi li saru u anke dawk li għadhom għaddejjin.

Fost oħrajn jispikka n-numru bla preċedent ta’ professjonisti li ġew ingaġġati mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, l-ewwel pass sod lejn il-proċess riabilitattiv. Tali professjonisti u oħrajn, li huma responsabbli biex isegwu u jsusu li jitwettaq dan il-proċess, jinkludu tobba, infermieri, professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali, social workers, uffiċjal edukattiv, dentist u aktar.

Dawn il-persuni qegħdin ifasslu pjan ta’ kura għal kull priġunier appena jirfes l-għatba tal-Ħabs, b’evalwazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu mill-perspettiva soċjali, psikjatrika, psikoloġika, ta’ saħħa u fejn ikun meħtieġ ta’ ħelsien mid-droga.

Ma’ dawn kien hemm il-ħolqien taluffiċċju ta’ Kummissarju għall-Ħarsien tal-Priġunieri u fost proġetti ppjanati, inklużi dawk imsemmijin fil-manifest elettorali “Malta Flimkien”, hemm il-bini ta’ ċentru riabilitattiv fil-Faċilità st-

Nhar il-Ħamis stess ġie fi tmiemu kors ta’ taħriġ dwar protokolli marbutin ma’ tfal mifrux fuq erbat ijiem li ngħata minn żewġ uffiċjali ta’ Thames Valley Police ta’ Londra. Għal dan it-taħriġ, organizzat mill-fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl flimkien mal-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit, attendew 16-il parteċipant li kienu jinkludu membri tal-Pulizija tal-Vice Squad, l-Aġenzija għas-Sapport tal-Vittmi u social workers mit-taqsima tal-protezzjoni tat-tfal. Waqt it-taħriġ ġew diskussi diversi temi, fosthom il-kriminalità fost tfal u żgħażagħ, ir-riskji involuti u t-tisħiħ tal-ħidma u kordinament bejn aġenziji differenti.

F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Ministru Camilleri faħħar l-inizjattiva u stqarr kif koperazzjoni f’settur tant delikat hi importanti ferm. Hu sostna li f’każi ta’ kriminalità fost tfal u żgħażagħ hu kruċjali li jintużaw l-aħjar prattiċi u tingħata kull għajnuna possibbli sa mill-istadji bikrin biex dawn il-persuni ma jispiċċawx jinqabdu fi ċrieki usa’ ta’ kriminalità.

Wara li ħeġġeġ biex taħriġ ta’ dan ittip jibqa’ jsir, għax kull min hu fis-settur irid jibqa’ jitgħallem u jaġġorna ruħu, hu ppreżenta ċertifikat ta’ parteċipazzjoni lill-parteċipanti kollha. Preżenti għaċ-ċerimonja ta’ għeluq tat-taħriġ kien hemm id-Deputat Kummissarju Għoli Ingliż Tristan Gilchrist u ċ-Chairperson tal-fondazzjoni Mid-Dlam għadDawl.

09.04.2023 09
Fi tmiem taħriġ speċjalizzat lil uffiċjali u social workers dwar protokolli relatati ma’ tfal u żgħażagħ

MALTA FOST ID-DESTINAZZJONIJIET

L-IŻJED POPOLARI B’RABTA MAL-GĦID

F’dan it-tmiem il-ġimgħa festiv mistennija wkoll konkorrenza qawwija f’Għawdex li nieda programm vast

Bit-tradizzjonijiet kollha tagħha għal dan iżżmien tas-sena, mill-arti kulinarja sal-attrazzjonijiet tal-purċissjonijiet spettakolari, Malta hi fost l-aktar pajjiżi mfittxijin madwar id-dinja għall-Għid din is-sena, skont analiżi tal-aktar hashtags relatati li jinsabu fuq Instagram li saret minn portal internazzjonali.

In-niċċa tat-turiżmu reliġjuż qed taqbad sew fostna u tkompli tikkontribwixxi fin-numri għal iżjed turisti li, għall-vaganzi tagħhom, ifittxu xi ħaġa partikolari jew speċjali f’pajjiż jew inkella ambjent ta’ devozzjoni u tradizzjonalista li mhux daqshekk komuni jew konċentrat bħalma nsibuh sew f’dawn il-jiem f’pajjiżna.

L-istħarriġ mill-kumpanija DiscoverCars.com, li toffri kiri ta’ vetturi f’pajjiż barrani bi prezzijiet imqabblin minn fost diversi kumpaniji rinomati, sab li l-Għid f’Malta (#EasterMalta) hu s-sitt l-aktar popolari fuq Instagram wara r-Renju Unit, il-Greċja, l-Awstralja, il-Kanada u l-Irlanda. Isegwu lil pajjiżna mal-aqwa għaxar pajjiżi għall-aħjar żmien fl-Għid hemm Singapore, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Afrika t’Isfel u l-Indja.

Il-festi u t-tradizzjonijiet tal-Għid, sinonimi mal-istaġun tar-rebbiegħa, jintgħażlu minn ħafna li jiddeċiedu li jieħdu waqfa mistħoqqa mir-rutina tas-soltu f’dan iż-żmien u, avolja huma influwenzati mit-twemmin Nisrani tal-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù Kristu, miljuni ta’ persuni minn madwar il-globu jiġu flimkien biex igawdu lil xulxin

B’impenn qawwi minn eluf ta’ voluntieri u organizzazzjonijiet, li jagħtu ħafna minn ħinhom biex jittellgħu esebizzjonijiet b’vari u kostumi impressjonanti, Malta hi magħrufa internazzjonalment għall-purċissjonijiet fil-Ġimgħa l-Kbira.

Bi knejjes u kappelli, anke storiċi li jammontaw għal waħda kull ġurnata tas-sena, u saħansitra referenza biblika bil-ġrajja ta’ San Pawl li jingħad ikkonverta lill-poplu Malti għall-Kristjaneżmu, l-awtoritajiet lokali qed iwettqu investiment bla preċedent f’dan il-wirt uniku li għandna, waqt li kontinwament ifittxu swieq ġodda interessati f’dan il-kult reliġjuż. F’dan ir-rigward, il-gżira Għawdxija dan l-istaġun reġgħet nediet kalendarju relatat mal-fes-

ti tal-Għid biex tattira aktar turisti barranin u dawk lokali.

Waqt li nieda l-programm, li jintemm nhar ilĠimgħa li ġej, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li rridu nassiguraw li nżommu ħajjin bosta tradizzjonijiet li għaddew minn ġenerazzjoni għal oħra u noffru esperjenza differenti lil dawk kollha li jagħżlu lil Għawdex f’dawn il-jiem.

Ġew skedati għadd ta’ attivitajiet, inklużi kunċerti ta’ mużika sagra u esibizzjonijiet tal-arti viżiva. Imsemmi “Għid f’Għawdex – Arti, Fidi u Tradizzjoni”, il-programm jinkludi, fost oħrajn, għaxar purċissjonijiet bl-Irxoxt matul il-ġurnata tal-lum u attivitajiet divertenti għall-familja fil-Ġonna ta’ Villa Rundle, fir-Rabat, bejn l-10:00 ta’ dalgħodu u l-5:00 p.m.

Bħas-sena l-oħra, meta rekord ta’ persuni qas

mu l-fliegu għall-Għid u hu stmat li sa 90% tal-ak

komodazzjonijiet fil-gżira kienu bbukkjati, din is-sena mhux mistenni b’inqas. Jirriżulta li dan it-traffiku wkoll kien qawwi fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, li wkoll kien imtawwal minħabba li Jum il-Ħelsien ħabat ukoll il-Ġimgħa.

Sadanittant il-portal DiscoverCars.com analizza wkoll, bl-istess mod tal-hashtags fuq Instagram, liema huma l-aktar pajjiżi msemmijin fi żmien ir-rebbiegħa, staġun li joffri diversi benefiċċji oħrajn, bħal ġranet itwal u aktar sħan wara x-xhur kefrin tax-xitwa, flimkien mas-sbuħija tan-natura fl-aktar fażi vibranti tagħha.

F’dan il-każ ittieħdu 20 pajjiż partikolari minn lista miġbura minn CNN Traveller u ġew analizzati skont l-aktar hashtags assoċjati magħhom għal dan iż-żmien, b’mod partikolari r-rebbiegħa, vaganza f’dan iż-żmien u dehriet tan-natura. Finalment ġew ikklassifikati skont l-ammont ta’ posts biex instabu “d-destinazzjonijiet l-aktar popolari”.

Hawnhekk kienet l-Olanda li spiċċat fil-quċċata, segwita mill-Ġappun, ir-Renju Unit, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Kanada, il-Kolombja, Singapore, it-Turkija, il-Finlandja, New Zealand, l-Awstralja, l-Italja, il-Polonja, l-Istati Uniti tal-Amerka, il-Messiku, l-Iżvezja, Iżrael, l-Iżvizzera, il-Greċja u l-Ġermanja f’dik l-ordni.

Il-klassifika kkompilata bl-aktar pajjiżi popolari għal dan iż-żmien festiv tal-Għid skont data minn Instagram

09.04.2023 10
-
-
Ritratt: VISITMALTA

AKTAR MINN €11M INVESTITI F’PUTTINU F’PERJODU TA’ SENA

Il-kontribuzzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi fl-aħħar maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq Puttinu Cares nhar il-Ġimgħa

l-Kbira reġgħu qabżu ċ-ċifra ta’

€3 miljun f’disa’ sigħat ta’ xandira diretta fuq l-istazzjonijiet televiżivi nazzjonali.

Il-maratona, li stabbilixxiet ruħha bħala t-tieni l-akbar ġest ta’ solidarjetà nazzjonali wara dak li jintwera fl-Istrina kull sena, ilbiraħtlula laħqet is-somma ta’ €3,011,000 li se jmorru biex tkompli tiġi żviluppata l-binja li għadha kemm inxtrat fil-qalba ta’ Londra, li se tkun qed tingħata l-isem Dar Victor Calgana, għat-tabib kofundatur tal-istess organizzazzjoni li tilef ħajtu traġikament sena ilu.

Is-sena l-oħra l-poplu kien ta s-somma rekord ta’ €3,133,430 fl-istess appuntament. Magħdudin, flimkien mal-għotja ta’ €5 miljun millGvern sena ilu biex setgħet tinxtara l-istess binja, f’perjodu ta’ sena ġew investiti aktar minn €11-il miljun fil-ħidma ta’ Puttinu Cares, li toffri diversi għajnuniet lil pazjenti li jkunu jeħtieġu l-kura barra minn pajjiżna, inkluż akkomodazzjoni fl-Ingilterra.

Il-proġett il-ġdid, li se jospita pazjenti u qrabathom ftit minuti bogħod mill-isptarijiet ewlenin ta’ Londra, jeħtieġ mal-£20 miljun (€22,600,000) biex jinħolqu 24 appartament għall-iskop nobbli, li għalih taħdem Puttinu Cares.

Meta ftit tal-ġimgħat ilu nedew il-maratona ta’ din is-sena, Angele Cuschieri u Rennie Zerafa, President u Kap Eżekuttiv ta’ Puttinu rispettivament, ħabbru wkoll li saret

applikazzjoni mal-awtoritajiet Ingliżi biex jinbena sular ieħor. Fil-maratona nhar il-Ġimgħa l-poplu u n-negozji ġew imħeġġa jisponsorjaw kmamar fil-binja l-ġdida fejn se jitwaħħlu plakek kommemorattivi f’isem dawk li joffru €2,500 (kamra tal-banju), €5,000 (kamra tas-sodda) jew €10,000 (kċina).

Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni (Fondi UE) Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u Artijiet

Sejħa għal Konsultazzjoni Pubblika

Id-Direttur Ġenerali, Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni (Fondi UE) fi ħdan il- Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u Artijiet, jgħarraf lill- pubbliku nġenerali u partijiet interessati, bissejħa għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-inizzjattivi ta’ Malta għal REPowerEU bħala parti millFaċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza (RRF) għal Malta. Id-Dokument jista’ jiġi aċċessat fuq l-indirizz tas-sit elettroniku hawn taħt https://fondi.eu/programme/recovery-and-resilience-plan/ jew billi tinkiseb kopja mid- Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni, Sezzjoni Fondi Ewropej, 32, House of Catalunya, Triq Marsamxett, Il-Belt Valletta, VLT 1850.

Dawk interessati huma mistiedna jibagħtu proposti, suġġerimenti u kummenti fuq l -indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt jew billi jibgħatu bil-posta indirizzata lid- Diviżjoni tal-Istrateġija u lImplimentazzjoni, Sezzjoni Fondi Ewropej, 32, House of Catalunya, Triq Marsamxett, Il-Belt Valletta, VLT 1850.

Sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu sal-17:00hrs CEST tal-Gimgħa, 21 t’April, 2023 Proposti li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati.

09.04.2023 11 Operational Programme – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges” Project part-financed by the Cohesion Fund Co-financing rate: 85% European Union Funds; 15% National Funds CONNECTING THE DROPS EXPLORING WATER AS A CAREER CHOICE THE ENERGY & WATER AGENCY IN COLLABORATION WITH THE UNIVERSITY OF MALTA & MCAST INVITE YOU TO AN INTERACTIVE WORKSHOP ON This interactive masterclass will provide an opportunity for students and recent graduates to meet and learn from people working in the water sector. Interested in making your voice heard and to propose sustainable solutions? Join us to learn and contribute as we very much look forward to what will be proposed by the next generation. IF YOU ARE INTERESTED IN ATTENDING, KINDLY REGISTER BY CALLING 27772777 OR EMAIL ON INFO@EMCS.COM.MT THU 27TH APRIL 2023 between 8:30 and 16:00 FRI 28TH APRIL 2023 between 8:30 and 13:00 AT ESPLORA
Cuschieri u Zerafa mal-binja li se ssir Dar Victor Calvagna

RIFLESSJONIJIET F’JUM L-GĦID

din il-ġimgħa sar rejd mill-Pulizija fuq il-kwartieri ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew fi Brussell, il-Partit li tiegħu Simon Busuttil hu s-Segretarju Ġenerali.

Dan minħabba investigazzjonijiet rigward allegata korruzzjoni b’rabta mal-kampanja elettorali tal-Parlament Ewropew tal-2019.

Matul din il-ġimgħa wkoll, kelli l-unur li nirrappreżenta lill-Parlament Ewropew f’delegazzjoni tal-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu fl-ibliet ta’ Genoa u Firenze fl-Italja.

nfittxu li nassiguraw konnettività sostenibbli u mezzi ta’ trasport alternattivi, li jniġġsu anqas u li huma affordabbli għal kulħadd.

Dan hu messaġġ konsisteni f’ħidmieti, messaġġ li enfasizzajt ukoll il-ġimgħa li għaddiet f’konferenza rinomata li indirizzajt fi Brussell, li ġiet organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropea Airlines for Europe.

prattikaw il-fidi Nisranija, dan hu żmien li jġib ukoll sens ta’ ċaħda imma wkoll sens ta’ diqa, aħna u niftakru fil-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Dik iddiqa tkun mistennija li tintemm illum – f’Ħadd il-Għid –fejn bħala tfal konna mmorru bil-figolli għat-tberik, u bħala adulti jaf nifhmu aħjar issinifikat tal-Irxoxt.

jolqtu lil niesna u lis-soċjetajiet tagħna.

Ibda biex, irridu nkomplu ngħinu lin-nies minn aspett ekonomiku, ħalli dawk li qed ibatu, inkunu nistgħu ntaffulhom it-tbatija u ngħinuhom jimxu ’l quddiem.

Ovvjament, mhux bilfors

Ilum l-Għid Imqaddes imma wkoll l-ewwel Ħadd ta’ xahar ġdid. Kif jgħid il-Malti ż-żmien itir, filli konna qed niċċelebraw il-Milied, filli bdejna sena ġdida, filli l-Karnival u f’dawn l-aħħar jiem, il-Festi Mqaddsa.

Il-kalendarju kulturali lokali ma jieqaf qatt, kif ma tiqafx il-ħidma u l-iżviluppi kontinwi, kemm f’pajjiżna, kif ukoll fil-Parlament Ewropew.

Intant, fil-jiem li għaddew kellna dibattitu ieħor fuq Malta fil-plenarja ta’ Brussell, dibattitu li tal-Partit Nazzjonalista imbuttaw ’il quddiem biex jippruvaw jiddevjaw l-attenzjoni minn fuq il-Greċja, fejn il-Gvern tal-ġurnata hu tal-istess partit politiku tagħhom. Smajna wkoll kif

Waqt id-diversi laqgħat u żjarat li kellna, inkluż fl-akbar port tal-Italja f’Genoa, f’tarzna tal-vapuri tal-cruise liners, f’impjant tal-manifattura ta’ linji tal-ferrovija moderni u fl-ajruport ta’ Firenze, sħaqt dwar l-importanza li ninvestu fil-ħiliet tal-ħaddiema tagħna u dwar il-bżonn kontinwu li

Iżda llum xtaqt niffoka ftit fuq aspett ieħor. Matul dawn il-jiem, diversi minna jkollna l-vaganzi tal-Għid. Uħud nattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet relatati mal-Festi Mqaddsa u nżuru diversi wirjiet, knejjes u purċissjonijiet li jseħħu madwar l-irħula u l-ibliet tagħna. Dawn huma tradizzjonijiet reliġjużi, imma wkoll kulturali, li dejjem kienu fil-kalendarju tiegħi sa minn età żgħira.

Għal dawk minna li nip-

Għal dawk minna li għaddejjin minn żminijiet diffiċli, nistgħu nirrelataw aħjar mattoqol tas-salib, mad-Duluri mnikkta quddiem binha msallab. Id-diqa, li ġġib magħha wkoll is-solitudni, hi parti mill-ħajja, emozzjoni li kultant tolqotna; u lkoll kemm aħna, bil-mod tagħna, nistgħu nkunu hemm għal xulxin f’mumenti bħal dawn. Għal dawk minna fil-politika, huwa dmirna li nkomplu naħdmu biex nindirizzaw is-solitudni, il-faqar u l-pjagi soċjali li

Ibda biex, irridu nkomplu ngħinu lin-nies minn aspett ekonomiku ħalli dawk li qed ibatu, inkunu nistgħu ntaffulhom it-tbatija u ngħinuhom jimxu ‘l quddiem.

li s-solitudni, jew l-isfidi li persuni differenti jaffaċċjaw, huma prodott tas-sitwazzjoni ekonomika. Jista’ jkollok nies li huma b’saħħithom ekonomikament, iżda għandhom problemi soċjali oħrajn, bħal sfidi relatati mas-saħħa mentali, li żdiedu ferm wara li faqqgħet il-pandemija. Hemm membri ta’ minoritajiet li jħossuhom iżolati, filwaqt li hemm nies oħrajn li jsibuha diffiċli jintegraw.

Lil dawn il-persuni, irridu nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ngħinuhom, permezz ta’ servizzi msaħħa, permezz tal-edukazzjoni u t-tagħrif, permezz ta’ politika inklussiva u li ma tħalli lil ħadd jaqa’ lura.

Jalla l-Jum tal-Għid ikun ta’ tama għal dawk minna li għaddejjin minn diffikultajiet diversi, u jkun għalina lkoll, jum li jgħinna nixtarru kif ser inkomplu naħdmu ħalli nindirizzaw is-solitudni u l-pjagi soċjali ta’ żminijietna. Minn qalbi nawgura l-Għid it-tajjeb lilkom u lill-għeżież tagħkom!

IL-ĦARSIEN TAL-ILSIEN MALTI

Maltija ssawret minn diversi komponenti lessikali u morfoloġiċi kemm mill-Għarbi, mit-Taljan kif ukoll mill-Ingliż.

Il-Kostituzzjoni ta’ Malta, speċifikament f’artiklu 5(1) tirrikonoxxi l-ilsien Malti bħala l-ilsien nazzjonali ta’ pajjiżna. L-Att dwar l-Ilsien

Malti jibni fuq dan ir-rikonoxximent.

Kif qatt nistgħu nagħtu

l-ġenb lil ilsien pajjiżna, li fuq kollox jagħtina identità u jagħmilna Maltin? Missiri-

jietna ħadmu u stinkaw biex

joranza, u n-nuqqas ta’ drittijiet li kellhom il-ħaddiem taħt il-ħakkiema barranin. Huwa għalhekk dmir ta’ kull wieħed u waħda minna li nibżgħu għal ilsien pajjiżna. Sfortunatament, nemmen li hawn diversi nies li jħaddnu n-narrattiva li l-Ingliż għandu jipprevali fuq il-lingwa Maltija, għaliex bis-saħħa tal-lingwa Ingliża jinfetħu aktar orizzonti u niksbu l-opportunitajiet.

il-Malti. Imma dan għandu jsir b’tali mod li ma jinqerdux il-karatteristiċi tal-lingwa Maltija. Kemm hija ħaġa sabiha li naraw tfal minn etajiet bikrin, jgħożżu l-lingwa Maltija, jitgħallmu din il-lingwa li tagħmilhom kburin li huma Maltin.

u ħadmu kemm felħu sabiex il-lingwa Maltija tiġi rikonoxxuta mal-erbat irjieħ tad-dinja; dawn ukoll għandhom sehem kruċjali sabiex il-lingwa tagħna tibqa’ tiġi salvagwardjata.

Minn qatt kellu jgħidilna li ċagħqa fil-Mediterran kellha tkun ġawhra. Pajjiżna jissorprendini għal ħafna affarijiet, fosthom għall-fatt li minkejja li aħna żgħar, twieldet lingwa awtonoma magħmulha minn diversi komponenti.

Il-professur Aquilina studjuż tal-lingwa Maltija jgħid li l-pedamenti lessikali u l-istruttura morfoloġika tal-lingwa Maltija hija semitika. Madanakollu, il-lingwa

il-lingwa Maltija tingħata r-rikonoxximent li jixirqil-

ha. Ħafna minn dawn kienu

l-pijunieri tal-Partit Laburista, żgħażagħ, li ġġieldu biex jaraw li l-ilsien hekk li kien meqjus tal-kċina, jingħata r-rikonoxximent li jixraqlu

bħala l-lingwa tal-poplu, u li għandha tkun il-lingwa tal-istituzzjonijiet.

Dawn iż-żgħażagħ użaw il-lingwa Maltija biex jiddeskrivu l-faqar, il-ġuħ, l-in-

Huwa importanti li l-lingwa Ingliża nistudjawha sew għaliex tiftħilna diversi bibien, anke barra minn xtutna. Kif wara kollox hu stipulat ukoll f’artiklu 5(2)tal-Kostituzzjoni, l-ilsien Ingliż huwa wieħed mill-ilsna uffiċjali tagħna. Però, kif qatt nistgħu nabbandunaw il-lingwa ta’ pajjiża? Jekk m’aħniex ser inkunu aħna li ngħożżu din il-lingwa, x’ser jiġri minnha? Bħalma spjega tant tajjeb l-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta Dr George Vella, kull lingwa trid tevolvi, inkluż

U aħna ż-żgħażagħ illum x’għandna nagħmlu? L-ewwel nett, irridu nirrikonoxxu li l-attiviżmu tagħna biex nissalvagwardjaw il-Malti hu meħtieġ. L-attiviżmu tagħna jista’ jieħu diversi forom.

L-ewwel sehem li rridu nagħtu hu li nużaw il-Maltimal-ħbieb, fil-kitba u fid-diskors tagħna b’mod tajjeb. Bħala żgħażagħ, tajjeb li nġibu ideat innovattivi li jgħinu fl-użu ta’ kuljum tal-Maltin, fosthom fuq il-mobile.

Għandna ninkoraġġixxu ideat li permezz tagħhom ilMalti jkun aktar aċċessibbli online. Anke nies ta’ età aktar matura, li żgur jiftakru lill-missirijietna jirrakkuntaw il-qilla ta’ nies li stinkaw

Huma nies bħal dawn li jiftakru r-rakkonti u saħansitra avvenimenti li saru sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-ġieħ li jixirqilha, u għalhekk għandhom ifakkru l-ġenerazzjoni żagħżugħa li issa l-ballun huwa f’saqajna, li għandna nkunu aħna l-katalisti sabiex dak li tant ħadmu għalih missirijietna jibqa’ jiffjorixxi u ma jintilifx.

Huwa dmir tal-ġenituri jew ta’ dawk li għandhom xi rwol fil-qasam edukattiv li jedukaw lit-tfal tagħna dwar l-importanza li nibqgħu ngħożżu lsien pajjiżna, dwar l-importanza li lsienna għandu jiġi salvagwardjat.

Nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nawgura lilkom u lil dawk kollha għeżież għalikom l-Għid it-Tajjeb.

09.04.2023 12
Membru ŻL GABRIEL SCIBERRAS Membru Parlamentari Ewropew JOSIANNE CUTAJAR

FIL-QALBA TAL-PRIJORITAJIET

għar-riżultati mixtieqa.

Fil-fatt, fl-aħħar tliet snin, madwar 1,000 negozju bbażati f’Għawdex irċevew għajnuna mill-Malta Enterprise f’inizjattivi u skemi; għajnuna maħsuba biex dawn in-negozji jkomplu jkabbru u jsaħħu l-operat tagħhom.

Illum Għawdex jinsab f’pożizzjoni fejn sitta minn kull għaxar Għawdxin jaħdmu f’Għawdex stess. Qabel din il-bidla, kien hawn inqas minn 10,000 Għawdxi jaħdem f’Għawdex fis-settur privat u fis-settur pubbliku. Illum

ix-xogħol. Dan hu minnu nnifsu l-frott tat-tkabbir ekonomiku u l-fiduċja li l-industrijalisti u n-nies fin-negozju għandhom fl-ekonomija tagħna li qed tipprovdi r-riżultati.

Però, minkejja dan kollu, ilGvern ma adottax rwol ta’ spettatur imma xammar il-kmiem u kompla jinċentiva din l-attività b’rekord ta’ investimenti kapitali inklużi fl-edukazzjoni u fl-isport.

li.

Dan għaliex fl-istess proġett inbena ġibjun għall-ilqugħ tal-ilma, li se jkun qed jintuża sabiex, b’sistema ġdida ta’ irrigazzjoni, jissaqqew numru ta’ siġar indiġeni li tħawlu fl-istess pjazza. Dan flimkien ma’ sistema ġdida ta’ dawl effiċjenti, li qiegħed idawwal il-pjazza u fl-istess waqt inaqqas l-użu tal-elettriku.

sa u l-Għid il-Kbir, kelli l-opportunità li nżur bosta wirjiet li jiġu organizzati. Hu ż-żmien fejn l-arti, il-fidi u t-tradizzjoni jiltaqgħu u dan stajt nammirah aktar mill-viċin f’numru ta’ wirjiet li ġejt mistieden li nżur.

Tassew għandna biex inkunu kburin bit-talent li jħaddan pajjiżna fejn għalkemm limitati fid-daqs, żgur aħna mogħnija b’nies ta’ ħila liema bħalha.

Il-Partit Laburista dejjem

ħares lejn Għawdex bħala gżira ta’ opportunitajiet. Kien għalhekk li wara li l-Partit Laburista ngħata l-fiduċja tal-poplu, bħala Gvern tajna prijorità lil Għawdex li tant ra bidla minn meta sab Gvern li beda jħares lejh bħala mutur ekonomiku u kontributur għall-ġid li qed jinħoloq.

L-inċentivi fiskali, flimkien ma’ għajnuna oħra li fassal ilGvern tul dawn l-aħħar snin, maħsuba biex jassistu lill-industrija f’Għawdex wasslu

f’Għawdex għandna dak l-ammont kollu impjegat fis-settur privat biss.

Din iċ-ċifra hija konferma li s-settur privat f’Għawdex hu wieħed ħaj u dinamiku, u mhux kif jippruvaw jagħtu l-impressjoni l-kelliema tal-Oppożizzjoni, li f’Għawdex, l-Għawdxin jaħdmu biss mas-settur pubbliku.

Ilkoll niftakru l-abbandun li fih kien jinsab il-Qasam Industrijali tax-Xewkija. Illum il-ġurnata, dan is-sit reġa’ ħa l-ħajja, tkattret l-attività u żdied

Matul is-snin li ġejjin ser inkomplu ninvestu fik u dan billi ser nibdew il-ħidma biex noħolqu l-akbar spazju miftuħ, ewlieni fosthom dak fil-qalba tal-Belt Victoria, hekk kif imwiegħed fil-Manifest Elettorali li ppreżenta l-Partit Laburista u li l-poplu għażel sena ilu. Però, dan l-investiment mhux ser ikun waħdieni hekk kif ftit taljiem ilu inawgurajna r-riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Munxar.

F’dan il-misraħ, organizzajna aħjar l-ispazji eżistenti tal-parkeġġ u żdiedu ż-żoni pedonali b’pavimentar ġdid li ta dehra ferm isbaħ lill-istess pjazza. Dan kollu sar ukoll fl-isfond ta’ diversi miri sostenibb-

Proġetti bħal dawn ikomplu jagħtu dehra ġdida liċ-ċentru tal-ibliet u l-irħula tagħna filwaqt li qed nagħmlu l-pjazez aktar aċċessibbli u b’hekk jitgawdew aktar mir-residenti u turisti li jżuru lil gżiritna u jfittxu l-qalba tar-raħal biex jesperjenzaw togħma awtentika ta’ pajjiżna.

Apparti t-tlestija tal-pjazza tal-Munxar, miexi ġmielu x-xogħol fuq Pjazza Santa Margerita f’Ta’ Sannat. Hawn ukoll qed naspiraw li nagħtu ħajja ġdida lil dan il-misraħ.

L-Għid f’Għawdex

Matul dawn il-jiem partikolari marbuta mal-Ġimgħa Mqadd-

Il-Ministeru għal Għawdex, kif għamel matul dawn l-aħħar snin apparti l-interruzzjoni xejn mixtieqa mill-pandemija, dejjem fassal programm impenjattiv għal żmien ilGħid biex kull min iżur il-gżira tat-tliet għoljiet isib xi ħaġa li tolqtu tistennieh. Iżda biex jiġi kkordinat programm hekk vast, jeħtieġ organizzazzjoni wiesgħa u dettaljata, u dan hu fdat f’idejn id-Direttorat talWirt Kulturali.

Nistedinkom issibu ħin u żżuru bosta attrazzjonijiet li ppreparajna biex tabilħaqq tesperjenzaw dan iż-żmien tas-sena.

Nawguralkom ilkoll l-Għid it-tajjeb!

L-IMPORTANZA TAL-KOSTRUZZJONI

zat b’daqshekk saħħa. Każ fejn il-Partit Nazzjonalista kejjel b’xibru għax il-medjokrità ekonomika kienet prevalenti u ħasbu li kienet se tibqa’ dejjem hekk.

Dan it-tkabbir ekonomiku fisser ukoll li pajjiżna żied id-domanda fil-proprjetajiet - bejn għax in-nies issa saru jaffordjaw jixtru post, fejn qabel ma setgħux, u bejn il-fatt li meta ekonomija tikber, tispiċċa wkoll iġġib iżjed nies minn barra għax il-qgħad jonqos.

aħjar u nissalvagwardjaw lillġirien jew lin-nies li joqogħdu viċin post ta’ kostruzzjoni.

Bliet barranin fl-Ewropa għandhom kostruzzjoni intensa wkoll iżda r-regoli qegħdin hemm u ftit issib kritika. Ma narax għalfejn f’pajjiżna, permezz ta’ dawn ir-regoli introdotti u infurzar tajjeb ma nilħqux dawk l-istandards.

b’tali mod li jkun effiċjenti flużu tal-enerġija. Dawn kollha importanti.

Fl-2006 il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern nieda r-reviżjoni tal-pjanijiet lokali, fejn fihom irreveda t-twessigħ tal-kostruzzjoni tal-proprjetajiet f’pajjiżna.Il-Partit Laburista fil-Gvern ma rrevediex pulzier minn dawk il-pjanijiet. Id-drittijiet ta’ bini tal-proprjetà ma nbidlux, però xi ħaġa oħra nbidlet.

Pajjiżna, taħt il-Partit Laburista, ra tkabbir ekonomiku bla preċedent. Dan it-tkabbir fisser li stajna għall-ewwel darba ngħollu l-pensjonijiet, insaħħu s-servizzi soċjali u mitt elf ħaġa oħra.

Is-sors ta’ ħafna kwistjonijiet imur lura għall-2006 għax dik ir-reviżjoni ma kkunsidratx li jaf ikollok xenarju ekonomiku tajjeb li jinċentiva li dak il-potenzjal jiġi rrealiz-

Dan l-impatt ekonomiku fisser li l-valur tal-proprjetajiet f’pajjiżna żdied. Meta tikkunsidra li 80% tal-Maltin u l-Għawdxin huma sidien ta’ djarhom, din hija xi ħaġa pożittiva.In-naħa l-oħra tal-munita tfisser ukoll li rridu nkomplu ngħinu liż-żgħażagħ jixtru d-dar tagħhom u rridu nkomplu nsaħħu s-sapport soċjali għal min għandu bżonn, xi ħaġa li l-Gvern ta’ Robert Abela għamel sena wara oħra wara oħra.

L-abbuż ħażin u ħażin dejjem u f’kollox. Xi ħadd isuq ħażin inwaqqfuh milli jsuq, mhux ngħidu ħadd ma jsuq iżjed. L-istess fis-settur tal-kostruzzjoni. Il-kritika li tiġi tkun ħafna drabi ġejja minn sfond ta’ abbuż, u dak ħażin. Għalhekk il-Gvern dan l-aħħar żied ir-regoli biex naraw li nżommu standards

L-eħfef ħaġa li tista’ tagħmel hija li tgħid inwaqqfu s-settur, xi ħaġa li l-ebda pajjiż ieħor fl-Ewropa ma tgħaddilu minn rasu. Din tfisser li wieħed mill-magni ekonomiċi tal-pajjiż imajna, u miegħu jbatu ħafna ħaddiema li jiddependu minn dan il-qasam.

Ma ninsewx li s-settur tal-kostruzzjoni jikkontribwixxi mhux biss direttament fl-ekonomija imma anke indirettament. Minn aġent tal-proprjetà sa mastrudaxxi u ħafna u ħafna impjiegi u negozji jiddependu minn dan is-settur li jkompli jikber.

Anke hawnhekk trid issir distinzjoni. Kif qal il-Prim Ministru riċentement, il-moderazzjoni għandha tkun l-ordni tal-ġurnata. Importanti li jinżammu standards. Importanti li ma jkunx hemm abbuż fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. Importanti li l-bini jqis l-estetika. Importanti li jsir kollox b’mod sostenibbli u li jinbena

Kif għedt l-abbuż ħażin u ħażin f’kollox. Però ejjew inħarsu wkoll lejn l-industrija mil-lenti ta’ kemm hi kruċjali għal eluf ta’ nies li jiddependu minnha wkoll. 7% tal-ekonomija hija ffurmata mill-kostruzzjoni u l-aġenti tal-proprjetà u meta tqis is-servizzi kollha li huma assoċjati ma’ bini ta’ proprjetà, mill-madum sa servizzi professjonali bħal designers u periti, dan faċilment jista’ jirdoppja.

Wieħed irid iqis ukoll li fi żminijiet diffiċli bħall-Covid-19 u l-irkupru li ġie wara, il-kostruzzjoni kienet parti importanti biex pajjiżna kompla għaddej f’dawk iż-żminijiet u llum qiegħed fuq saqajh. Bejn l-2014 u l-2021 l-oqsma tal-kostruzzjoni u r-real estate żied mal-10,000 impjieg ġdid, kien kontributur importanti biex ilGvern jiġbor iżjed taxxi kif ukoll rajna żieda sostanzjali fil-pagi tal-ħaddiema f’dan il-qasam.

Skont statistika tal-Bank Ċentrali il-Valur Gross Miżjud tas-settur żdied minn €290 miljun fis-sena 2000 għal xejn inqas minn €560 miljun fis-sena 2021.

Nistgħu nitkellmu fuq ilħtieġa ta’ diversi tipi ta’ riformi importanti li nemmen irridu

nkomplu naħdmu fuqhom. It-tisħiħ fir-regoli li sar riċentement bħal-liċenzjar tal-kuntratturi huwa pass importanti u għalkemm huwa minnu li jaf iżid l-ispiża, nemmen li mhux argument li ngħaddu mingħajru sempliċiment għax huwa spiża, għax huwa każ ta’ fejn irridu nsaħħu l-istandards u l-kwalità tax-xogħol li jipprovdi dan is-settur.

Kif jgħid il-Manifest tal-Partit Laburista: “Irridu niżguraw li kwalunkwe żvilupp isir bl-inqas inkonvenjent possibbli kemm għar-residenti u kemm għall-ambjent ta’ madwaru” kif ukoll “jiżdied l-infurzar fil-qasam tal-kostruzzjoni”. Hemm proposti wkoll ta’ building codes u tisħiħ tal-ħiliet tal-ħaddiema fis-settur. Dawn kollha affarijiet li dan il-Gvern kommess li jirriforma f’din il-leġiżlatura.

Hemm xi ħaġa li hija stat ta’ fatt. Imkien f’pajjiżi moderni m’għandek ekonomija mingħajr kostruzzjoni. Mil-lat ekonomiku huwa ċertament mutur importanti li jdawwar ir-rota. Li titfih għax hemm elementi li jridu jitjiebu mhijiex is-soluzzjoni.

Kull tip t’abbuż irid jinqata’ u l-Gvern diġà beda jindirizza dan kollu. Kif jgħid il-Malti, ilħobża la hija tajba nejja u lanqas maħruqa.

09.04.2023 13
Ministru CLINT CAMILLERI Membru Parlamentari OMAR FARRUGIA

SAN GIRGOR: IL-WEGĦDA MALTIJA

TA’ 480 SENA GĦALL-PAĊI EWROPEA

LURA BIL-KBIR WARA TLIET SNIN

L-ewwel Erbgħa fuq l-Għid il-Kbir titfakkar tradizzjoni lokali meta tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Girgor, anke jekk fl-aħħar tliet snin kienet ristretta għall-aħħar kawża tal-pandemija tal-COVID-19. Il-festa, li hi marbuta wkoll mal-ftuħ tal-istaġun tal-għawm, twieldet minn wegħda reliġjuża tal-poplu Malti biex ikun hemm il-paċi fil-kontinent Ewropew f’nofs is-Seklu 16.

Tlett ijiem oħra l-festa se tkun qed tirritorna bil-kbir, grazzi għal programm kulturali mid-Direttorat tal-Kultura li tħabbar mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici (inset) u mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli (inset).

Għalkemm tiġi ċċelebrata f’dan iżżmien, il-festa ta’ San Girgor m’għandha l-ebda relazzjoni mal-Għid. Fil-bidu kienet issir fit-12 ta’ Marzu, iżda minħabba li ġeneralment tinzerta fir-Randan, fi żmien l-Isqof Labini (1780-1807) kienet ittieħdet id-deċiżjoni li titmexxa għal ġurnata wara l-Għid.

Din il-festa tradizzjonali tmur lura 480 sena u kienet f’forma ta’ pellegrinaġġ li jinvolvi bosta konfraternitajiet mill-parroċċi kollha madwar Malta. Eluf ta’ nies kienu jinġabru għal dan il-pellegrinaġġ li għalih kien jieħu sehem il-kleru kollu talpajjiż u kien jinvolvi mixja twila mill-Imdina saż-Żejtun fejn imbagħad kien isir iddaqq tal-kitarri u l-għannejja Maltin, ikel u logħob antik, fosthom ukoll it-tombla.

Il-qofol dejjem kienet tkun quddiesa kkonċelebrata bil-kbir u li kienet ittul fil-ħin. Peress li f’din il-festa kien jinqala’ ħafna tilwim fuq in-normi tal-preċedenza, fl-1927 l-Isqof Mawru Caruana (1915-1943) kien ħareġ edit li minn dik is-sena ma ssirx aktar kif kienet qabel, imma min irid jista’ jorganizza l-pellegrinaġġ fil-parroċċa

tiegħu.

L-oriġini tagħha għal ħafna żmien ma kienx ċert għax kien hemm ħafna raġunijiet differenti għal din il-festa. Hemm min isostni li din il-festa bdiet bħala ringrazzjament lil Alla li ħeles lil pajjiżna mill-pesta fl-1519.

Kien hawn ukoll min isostni li darba kien hemm maltempata kbira u peress li ma saritx ħsara fin-naħat taż-Żejtun, saret din il-wegħda. Oħrajn qalu li dak iż-żmien flotta Torka, li kienet ġejja tattakka lil Malta, inqerdet proprju permezz tal-maltempata u allura bdiet issir din il-purċissjoni bħala ringrazzjament.

Diversi minn dawn it-teoriji fil-fatt insi buhom miktubin f’numru ta’ kotba.

Madanakollu, snin ilu, il-Patri Dumnikan Dun Mikiel Fsadni rnexxielu jiskopri meta bdiet din il-purċissjoni u għaliex. Hu sab din l-informazzjoni waqt li kien qiegħed jagħmel riċerka f’xi dokumenti tal-Kurja.

Fil-fatt, irriżulta li din il-purċissjoni votiva kien ordnaha l-Isqof Cubelles (15411566) fl-1543 (ftit snin qabel l-Assedju l-Kbir) bħala talba lil Alla biex issaltan il-paċi fost il-pajjiżi Ewropej fi żmien ta’ periklu kbir. F’dak iż-żmien wegħdi ta’ pellegrinaġġi simili kienu komuni ħafna.

Fiż-żminijiet li bdiet, ftit li xejn kien ikun hawn festi u ċelebrazzjonijiet. Qabel lanqas il-baned ma kienu jeżistu. Waqt xi festa, kienet issir quddiesa kantata u purċissjoni qasira, jekk kienu jagħmlu, u daqshekk.

Għaldaqstant, il-festa ta’ San Girgor kienet waħda kbira u importanti. Mas-se-

bħ fl-Imdina kien jiġi sparat tir u minn hemm kienu jitilqu l-monsinjuri bil-mixi. Kienu jaslu l-ewwel sal-Marsa u mbagħad Ħal Tarxien. Fl-istess ħin, mill-parroċċi kollha ta’ Malta kienu jitilqu l-kleru, il-qassisin u l-patrijiet kollha bl-ilbies u l-istandardi partikolari tagħhom. Kienet festa mill-ikbar, l-akbar festa ta’ Malta. Tant kienet ikkunsidrata din il-festa f’dawk iż-żminijiet, li fil-kitba taż-żwieġ, l-għarus kien iwiegħed lill-għarusa li kien se jeħodha għall-festa ta’ San Girgor u għal dik tal-Imnarja. Wara li nbniet il-knisja parrokkjali li hemm illum, kif kienu jaslu quddiemha, il-fratellanzi kienu jbaxxu l-istandardi u kienet teżisti d-drawwa li tfajliet jiġu mistiedna għaż-żwieġ. Hemmhekk kienu jkantaw l-antifona ta’ Santa Katerina u mbagħad kienu jibqgħu sejrin sal-Knisja ta’ San Girgor biex jagħmlu l-quddiesa, li għadha ssir sal-lum.

F’Għawdex ukoll hemm din il-festa tradizzjonali. Fir-raħal ta’ Kerċem dan il-qaddis hu meqjus bħala kotitulari u kienu joħorġu purċissjoni għax hemm statwa tiegħu. Din kienet meqjusa bħala festa pubblika u hu maħsub li kienet bdiet fl1852. Sal-1967 f’dik il-festa kien jiġi sparat kanun fl-erbgħa ta’ filgħodu li kien jimmarka li l-festa se ssir għax kien ikun il-bnazzi.

Fiż-żmien tal-lum din il-festa tilfet ħafna mill-importanza tagħha u l-biċċa l-kbira ta’ dawk li jieħdu sehem imorru dirett Marsaxlokk biex jiddevertu u xi wħud jazzardaw jieħdu l-ewwel għawma tas-sena.

Wara nuqqas mill-2020, nhar l-Erbgħa se jerġa’ jittella’ programm kulturali din il-festa tradizzjonali hekk kif id-Diret torat tal-Kultura ngħata l-inkarigu li jieħu ħsieb dawn il-festeġġjamenti. Fil-pro gramm, li tnieda f’konferenza stampa saret fiż-Żejtun, se ssir enfasi kbira l-aspett tradizzjonali tal-festa antika.

Il-Ministru Bonnici qal li hu essenzjali li bħala Gvern isir ix-xogħol meħtieġ festi tradizzjonali, bħalma hi San Girgor jibqgħu jimxu ’l quddiem u jgħaddu ġenerazzjoni għall-oħra. Hu saħaq li fit-tfas sil tal-programm tal-attivitajiet marbutin ma’ din il-festa tradizzjonali, id-Direttorat tal-Kultura ħadem id f’id mal-Kunsilli kali taż-Żejtun u ta’ Marsaxlokk.

“B’dan il-mod se nkunu qed norbtu l-aspett tradizzjonali Malti ma’ qawmien ta’ kuxjenza ta’ aspetti tal-wirt intanġibbli ta’ pajjiżna, bħall-ftira tradizzjonali Maltija u bħall-għana, li ġew rikonoxxuti fil-lista rappreżentattiva tal-UNESCO,” irrimarka l-Ministru.

Is-Segretarju Parlamentari Zerafa saħqet dwar ir-rwol importanti li għand hom l-attivitajiet kulturali fis-soċjetà spjegat li dawk marbutin ma’ San jgħinu fil-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet kulturali, jagħtu spinta lill-ekonomija li u jrawmu koeżjoni soċjali.

Fl-istess konferenza tal-aħbariji et, tnediet dehra ġdida għad-Direttorat tal-Kultura, bħala parti minn proċess ristrutturar intern, b’logo ġdid mid-disinn tal-maduma tradizzjonali ija. Id-Direttorat hu responsabbli mit-tfas sil u mill-implimentazzjoni tal-Po Nazzjonali tal-Kultura, waqt li jippromwovi l-edukazzjoni u r-riċerka fil-qasam tal-kul tura, bil-għan li jingħata spazju u mħarsa kulturi marġinali u

09.04.2023 14
l-komunitajiet.
Kitba u riċerka ta’ DAVID BARTOLO Ċelebrazzjoni tal-festa
żmien
ta’ San Girgor fi
ieħor

It-tombla u l-għawm fost it-tradizzjonijiet tal-festa

l-Erbgħa

kulturali għal id-Diretli jibda

Fil-prostampa li kbira dwar antika.

essenzjali meħtieġ ħalli Girgor, minn

fit-tfasmarbutin

id-Direttorat

mal-Kunsilli Lo-

norbtu dan qawmien

intanġibbli

Maltija

fil-lista irrimarka

Civelli

għandfis-soċjetà u Girgor

tat-tradizzjonijiet

lill-ekonomija loka-

tal-aħbariji-

għad-Direttorat

proċess ta’ ispirat

tradizzjonali Maltmit-tfas-

tal-Politika

romwovi

tal-kuljkunu

l-komunitajiet. L-istatwa ta’ San Girgor f’Kerċem Għawdex

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

09.04.2023 15
Il-Knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun

ĠID U ĠUSTIZZJA SOĊJALI

f’kisbiet.

“Aħna ma mmexxux dan il-pajjiż biex ikollna l-poter f’idejna. Dan il-moviment imexxi għax irid iwettaq il-ġid u jikseb il-ġustizzja soċjali ma’ kulħadd.”

Dan kien messaġġ qawwi li għadda l-Prim Ministru fid-diskors tiegħu ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, diskors li mmarka l-ewwel sena ta’ din il-leġiżlatura. Kien diskors eċċezzjonali li kien segwit minn diskors ieħor mill-aktar b’saħħtu li għamel il-Prim Ministru Robert Abela l-Birgu taħt il-Monument tal-Ħelsien fl-okkażjoni tat-tifkira tal-44 sena anniversarju mill-kisba tal-Ħelsien ta’ pajjizna.

Iċ-ċerimonja ta’ Jum il-Ħelsien, li l-Partit Laburista jfakkar kull sena, hija avveniment li kull attivist li jimmilita fil-Partit Laburista żgur li jżomm l-appuntament miegħu sabiex dakinhar fit30 ta’ Marzu filgħaxija jinżel il-Birgu u jsellem lil Malta Ħielsa.

Ngħid għalija din it-tifkira ma nbiddilha ma’ xejn u meta nitla’ flimkien ma’ sħabi fl-amministrazzjoni u fl-eżekuttiv tal-partit l-għolja mħarbta tal-ħelsien inħoss kburija li nifforma parti minn dan il-partit li ġġieled għall-ħelsien u f’qalbi nagħti gratitudni lill-protagonisti li ħadmu u batew sabiex jinkiseb il-ħelsien, partikolarment ħadd ħlief il-Perit Duminku Mintoff.

It-tifsira tal-Ħelsien tatha b’tant preċizjoni l-eks speaker tal-Parlament Malti, in-Nutara Myriam Spiteri Debono hekk kif fissret il-Ħelsien b’dan il-mod:

“L-aktar ħaġa li meta nsemmi l-Ħelsien niftakar, hija fil-frażi ‘ħelsien, ħobż’. Malta dejjem riedet ix-xogħol u għalhekk kien hemm min kellu l-kuraġġ u kellu ħobżu mal-forzi Ingliżi, xorta emmen fl-għajta ta’ ħelsien. Rajna f’idejna tfisser tliet prinċipji: il-ħelsien politiku biex tiddeċiedi, il-ħelsien ekonomiku li inti toħloq ix-xogħol biex in-nies jgħixu aħjar, u t-tielet fuq livell soċjali.’’

Intant immur lura sabiex nirreferi għall-aħħar żewġ diskorsi tal-Prim

Ministru Robert Abela fejn ma tistax ma tinnotax l-aċċenn tiegħu fuq tmexxija b’umiltà, element kruċjali li jżarma l-arroganza. Innota wkoll kif xejn ma jista’ jittieħed ovvju u għalhekk l-importanza tal-umiltà biex Gvern Laburista jkompli jgawdi mill-fiduċja tal-poplu biex ikun jista’ jsarrafha

Huwa saħaq fuq l-impenn u l-iffukar tal-Gvern sabiex inkomplu nwettqu l-ġid u l-ġustizzja soċjali u tkellem dwar il-prinċipji li jmexxu lil dan il-Gvern u li xprunaw l-ewwel sena fit-twettiq tal-manifest elettorali Malta Flimkien. Il-Prim Ministru fakkar il-kisbiet ta’ Gvern Laburista f’din il-leġiżlatura, li minkejja li għadha fl-ewwel sena tagħha, li rridu ngħidu li kienet ikkaratterizzata minn sfidi internazzjonali kbar, xorta qed issarraf f’investiment fin-nies mill-Gvern. Il-Prim Ministru sostna li l-Gvern kommess li jibqa’ jwieżen liż-żgħir u li se jibqa’ jħoss ilpolz tan-nies. Fil-fatt, il-Prim Ministru l-Birgu aċċenna li se jkompli jżid il-pensjonijiet u l-istipendji sena wara sena.

Il-Prim Ministru jaċċenna f’diskors wieħed wara l-ieħor dwar dan. Jaċċenna fuq il-ħidma li twettqet, kemm dan il-Gvern wieżen lill-poplu, kemm ta żidiet imma fuq kollox fuq kemm il-ħidma se tintensifika ruħha aktar fis-snin li ġejjin, fuq kemm se jwieżen aktar lil poplu u fuq kemm ser jibqgħu jingħataw iż-żidiet sena wara sena. Għax hekk ġie mwiegħed fil-manifest elettorali, li ngħata l-fiduċja mill-poplu b’maġġoranza kbira u li issa huwa l-programm tal-Gvern.

Għalhekk ma nifhimx kif wara li l-Prim Ministru semma li fis-snin li ġejjin, sena wara oħra ser jibqgħu jiżdiedu l-istipendji u l-pensjonijiet, joħroġ il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li Robert Abela semma ż-żidiet fl-istipendji u l-pensjonijiet għax qiegħed f’paniku u biex jiġbed is-simpatija. Infakkru lil Bernard Grech li fil-Manifest Malta Flimkien Proposta 146 tgħid li: Irridu nassiguraw li l-anzjani tagħna jkomplu jgħixu ħajja komda u ta’ kwalità.

Gvern Laburista ser ikun qed ikompli jsaħħaħ il-pensjonijiet billi jżidhom b’minn tal-anqas €15 fil-ġimgħa tul il-leġiżlatura. Din iż-żieda ma tinkludix iż-żieda tal-għoli tal-ħajja. Fil-ħames snin li ġejjin l-anzjani ser jerġgħu jaraw qabża oħra fil-pensjoni u d-dħul tagħhom jiżdied b’total ta’ €780 fis-sena. Proposta 260 tgħid li: L-istipendju huwa bżonn u mhux lussu. Għadna kif żidna l-istipendju b’10% u fil-leġiżlatura li jmiss ser nerġgħu nżidu dan l-ammont bi 15% oħra.

Imma ma niskantawx li Bernard Grech ma jafx li jeżistu dawn il-proposti fil-manifest elettorali tal-PL. Għax fil-verità hu u sħabu lanqas x’hemm fil-manifest elettorali tal-PN stess ma kienu jafu għax kampanja elettorali sħiħa għaddewha jbiddlu u jikkoreġu l-iżbalji u t-taħwid li kitbu huma stess.

Sadanittant, bit-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela nkomplu ninvestu fin-nies u b’umiltà nkomplu nibnu futur sabiħ għal pajjiżna. U dan nagħmluh għax għandna fiduċja f’pajjiżna u fiduċja f’xulxin bħala poplu wieħed Malti u Għawdxi magħqud, bieżel u ħabrieki.

Sur Editur, Illum l-Għid Imqaddes, ’k Alla jrid, allura l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd. Dalgħodu jien u Melda tiegħi mmorru naraw naqra l-ġirja tal-Irxoxt, neħodha sa fuq iz-zuntier biex titbierek, għax il-Prepostu jbierek il-figolli, nixtru qagħqa tal-Appostli u nerħula lura d-dar tlikki tlikki. Illum naqra xikel tal-ħaruf il-forn se nagħmlu. Tajtek naqra l-menù tal-ġurnata jien, Sur Editur.

Aktar pjaċevoli mill-menù tal-partit tagħhom żgur. Menù tal-ħdura u l-kattiverja, ja qatta intamati li huma. Taf kif iddeskrivewna f’editorjal tal-gazzetta tat-tħarbix li għandhom? Ara kemm huma fakin ħodor ta! “Il-Labour hu organizzazzjoni kriminali”. “Il-Partit Laburista sar ‘Cosa Nostra’ ...joperaw il-mażunerija u l-Mafia”.

Esperti biex jgħajru dawn. Imma mbagħad ħadd ma jista’ juri l-opinjoni tiegħu dwarhom. Għax tarahom jipprotestaw, u magħhom jingħaqdu skoss għaqdiet. U jitolbuk tiskuża ruħek magħhom ta’ dak li tkun għidt, ’k ma tridx! Imżammar! Kazzola ikbar minn dak Arnold f’għajnhom imma. X’kull waħda.

Issa dawn il-ħin kollu jitbekkew għax f’pajjiżna, skont huma, ma għandniex libertà tal-espressjoni. Ħalliha li għalihom teżisti għax jgħidu li jridu, imma jekk tgħid xi ħaġa inti fuqhom, Ummi ma! Le aħna tal-Labour ma nistgħux. Dak dritt tagħhom biss li jgħidu li jridu. U jmorru jsoddu ħalqhom b’ras ta’ sirena ta’ figolla x’kull waħda!

Qed nikteb dwar hekk u taf x’ġieni f’moħħi, Sur Editur? Ir-rejd li sar fi Brussell. Għandha biex qanna tiftaħar is-sbejħa tal-Parlament Ewropew, il-Metsola! U magħha David l-Għarukaża u Simon “it-teaboy” Busuttil! Ajma ħej x’tern dak e!

Mela fil-jiem li għaddew il-pulizija Belġjana u Ġermaniża għamlet rejd fuq il-kwartieri tal-Partit Popolari ta’ għajni Ewropew fi Brussell b’rabta ma’ allegata korruzzjoni. Mill-uffiċini tagħhom il-pulizija ġabret kompjuters u dokumenti relatati ma’ inkjesta li qed issir fil-Ġermanja.

Taf min tela’ b’saqajh mal-warrani Brussell, biex idendel poster u jipprotesta kontra l-korruzzjoni fil-Partit Popolari ta’ ras għajni Ewropew, li magħhom hemm il-Partit Nazzjonalista Malti? Robert “kollox hu” Aquilina. Il-President ta’ dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika u li għandhom id-dritt li jgħajru lil kulħadd, imma allaħares imqar tħares lilhom. Qed niċċajta ta, ma tarax! Mhux għax fihom x’tara, ta!

Qegħdin sew, Sur Editur. Issa taf ta’ min huma l-uffiċċji li sar rejd fihom? Le? Mela ħa ngħidlek jien, Sur Editur. Ta’ Manfred il-Weber, li huwa sostenitur kbir tal-partit tagħhom. Dan il-Weber kien ħatar lil Simon “qatt ma rifes l-għatba ta’ Kastilja” Busuttil bħala s-Segretarju tal-Grupp tal-Partit Popolari ta’ għajni Ewropew fil-Parlament Ewropew. Speċi ta’ Tea Boy. Hemmhekk jaħdmu id f’id mad-Deputati Parlamentari Ewropej tal-PeNe, Roberta l-Metsola u David l-Għarukaża. Ajma ħej x’għoqda dik.

Bħall-għoqda li għandhom fl-istonku huma, b’Robert tagħna. Mela fil-kampanja elettorali l-Prim tagħna kien ħabbar skoss miżuri li wiegħed li jiddaħħlu jekk il-Labour jerġa’ jitla’ fil-Gvern, kif għamel. U issa li qiegħed fil-gvern, ovvja qed idaħħal dak li wiegħed. Fost dawn żieda fl-istipendji u fiċ-Children’s Allowance.

Imma skont ir-rigal tal-Univers lil Malta, Robert “protesti waħdu” l-Aquilina, ħu Karol “il-boxer” l-Aquilina, id-deputat li jmexxi l-partit tagħhom, meta Robert tagħna ħabbar li wasalna biex inżidu l-istipendji u ċ-Children’s Allowance, qabżitlu.

Dan l-għaref tat-Tonn taż-Żejt qal li aħna qed indaħħlu dawn il-miżuri li minnhom se jgawdu skoss studenti u familji, biex naljenaw lill-poplu. Il-kelma miskin, lanqas biss toqgħodlu lil dan. Ara veru li kif jgħid l-Ingliż li empty vessels make more sound. Iktar mhu vojt, iktar jagħmel ħoss.

Dawn il-miżuri kienu parti mill-kampanja elettorali, tromba. U bħalma nafu nagħmlu aħna, dak li nwiegħdu, nwettqu. Imma l-ġid li qed noħolqu jagħtihom f’għajnhom lil dawn. Għalhekk qatta bla ħabel kontra kulma nagħmlu aħna.

Il-poplu sar jaf jagħżel bejn il-kummiedji u l-verità, Sur Editur. Għad-dieħla!

09.04.2023 16
Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL CATHERINE FENECH

IL-FESTIVAL TAN-NAR MINN SANT’ANĠLU

Il-pubbliku se jkollu l-opportunità rari li jgawdi l-ġmiel tal-Forti Sant’Anġlu fil-Birgu fl-istess ħin tal-wirjiet spettakolari offruti mill-Festival Internazzjonali tal-Logħob tanNar nhar il-Ħadd 30 t’April. Se jkunu miftuħin il-partijiet kollha tal-forti, li għandu storja ta’ mill-inqas 800 sena, ħlief in-naħa ta’ fuq, li hi amministrata mill-Ordni Sovran u Militari ta’ Malta. Se jkun hemm għall-bejgħ inbid u ikel ħafif. Dawk li jixtiequ jgawdu din l-esperjenza għandhom jixtru l-biljetti minn qabel. Il-prezzijiet tad-dħul huma €12 għalladulti, €8 għall-membri ta’ Heritage Malta u €5 għat-tfal. Il-biljetti jistgħu jiġu akkwistati minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta. Il-forti se jkun miftuħ mis-19:30 ’il quddiem.

Bejn is-Sibt 29 ta’ April u t-Tnejn 1 ta’ Mejju, il-Forti jilqa’ fih ukoll l-avveniment “Castrum Maris – The Marquisate of Malta”, b’rappreżentazzjonijiet storiċi mill-10:00 sas-18:00, bl-aħħar dħul fil-17:30. Il-biljetti jinxtraw biss mill-bieb, waqt li l-membri ta’ Heritage Malta u t-tfal jidħlu b’xejn.

TAL-OPPOŻIZZJONI” JISFIDA L-POLITIKA MALTIJA

Id-dramm ġdid ta’ Mario Philip Azzopardi se jkun qiegħed jittella’ fl-aħħar ta’ dan ix-xahar fit-Teatru Manoel

Bejn it-28 u t-30 ta’ dan ix-xahar fit-Teatru Manoel se jittella’ d-dramm bil-Malti msemmi “Il-Kap tal-Oppożizzjoni” fejn l-attur Vince Micallef Pulè se jinterpreta l-parti prinċipali.

Dan id-dramm il-ġdid ta’ Mario Philip Azzopardi, li ma jiddejjaqx mill-kontroversja, diġà beda jqajjem ftit kjass appena bdew jidhru r-reklami tiegħu. Id-direttur artistiku ta’ fama internazzjonali jistqarr li l-kritika li qed issir hi bbażata biss fuq suspetti infondati ta’ nies li ma jafu xejn dwar dan ix-xogħol teatrali.

“Il-politika f’Malta tinħass qisha reliġjon, b’rabtiet fanatiċi minn kull naħa, tant li hekk kif issemmi isem ta’ partit, dawk ta’ kontra jqumu qishom irwiefen mill-infern b’attakki u insulti personali,” tenna magħna l-awtur.

“Veru ħasra, għax dan id-dramm mhu xejn ħlief espressjoni artistika serja, u

I

iva, goffa, li tisfida l-udjenza biex tħares lejn din ir-realtà Maltija li qisha qed iżżommna maqbudin f’morsa intellettwali u emozzjonali,” kompla Azzopardi, li f’karriera twila, anke ċinematografika, idderieġa films bħal “Bone Daddy” (1998), “Saul: The Journey to Damascus” (2014) u s-serje televiżiva “Stargate: Atlantis” tal-MGM, fost ħafna oħrajn. B’kollox fit-tlett ijiem se jkun hemm erba’ rappreżentazzjonijiet tad-dramm “Il-Kap tal-Oppożizzjoni”, li japplika għal udjenza ta’ ’l fuq minn 14-il sena. Dawn huma l-Ġimgħa 28 u s-Sibt 29 t’April fit8:00 p.m., waqt li l-Ħadd 29 t’April ikun hemm waħda fit-3:00 p.m. u oħra fis7:00 p.m.

Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit uffiċjali tat-Teatru Manoel għallprezz ta’ €18, €22 u €24, b’roħs ta’ €4 għal studenti u anzjani f’kull livell.

09.04.2023 17
ieħeb www.partitlaburista.org 5160 2034 - €10 SMS fuq 50619275 - €11.65 (Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna) mal-Partit Laburista
“IL-KAP

PITTURA MARBUTA MA’ NIRIEN FIS-SNIN 80

Hawn bosta nies, anke Maltin li għadhom jemmnu fl-għajn, fil-magħmul jew fis-saħta. Jingħad li anke l-Knisja tuża żewġ arloġġi fil-kampnari, biex wieħed jagħti l-ħin u l-ieħor wieqaf, biex iqarraq bix-xitan! Madankollu, sa ftit snin ilu, il-ġurnali kienu sors ewlieni biex iwasslu l-aħbar ta’ kull fejn jemmnu jew jintqalilhom li eżistiet xi saħta. Hekk ġara fl-Ingilterra, u f’pajjiżna kellna wkoll numru ta’ pitturi ta’ tifel gustuż jibki, li ntrabat ma’ dan il-magħmul – li kull fejn ikun imdendel f’xi dar, dik id-dar tieħu n-nar. Temmnu? Ma temmnux? Jien naf nies li spiċċaw qattgħu, irmew jew ħarqu dan l-inkwatru.

Minn CHARLES B. SPITERI

F’nofsillejl fl-Ingilterra ta’ żmien Thatcher, dar f’Yorkshire tan-naħa t’isfel ċediet kaġun ta’ nirien. Il-sala spiċċat kollha nugrufun, b’lewn iswed wara l-ħruq. Id-drappijiet u l-għamara li kien hemm fiha ġew ridotti għal irmied. Minħabba n-nirien li tkebbsu, is-sidien tad-dar, Ron u May Hall, tilfu kważi kulma kellhom, għajr għal oġġett wieħed: pittura ta’ tifel jibki, b’għajnejh wesgħin iħarsu ’l barra mit-tifrik, li lanqas issewdu bid-duħħan li tela’ min-nar.

Din ma kinitx l-ewwel darba li nstabet stampa ta’ tifel jibki fost l-irmied ta’ dar li ħadet in-nar.

Fl-4 ta’ Settembru, 1985, il-ġurnal Ingliż The Sun ippubblika Blazing Curse of the Crying Boy Picture!, storja fuq pittura sfortunata ħafna li kkawżat nirien. Din kienet appoġġjata mill-kummenti ta’ uffiċjal tal-istazzjon tan-nar lokali, li qal li “dawn il-pitturi, b’mod misterjuż, kollha nstabu mhux mittiefsa wara n-nirien madwar ir-Renju Unit.” Kien rappurtat ukoll li n-nirien, kollha bdew spontanjament u żied li hu qatt ma joħlom li jkun sid ta’ din il-pittura misħuta.

Il-koppja kienet daħqet bit-twissijiet li ngħatawlha, li l-pittura tagħhom kienet misħuta, kitbet The Sun. Anzi rraġunat billi qalet: “Ippruvaw ħeġġu lil nies oħra jemmnu dak li qed tgħidu u forsi jagħtu kas tat-twissija tagħkom, u jekk iridu jeħilsu huma stess mill-pitturi ġganteski tagħhom ta’ tfal jibku.”

Ebda kas tat-twissija

Fil-fatt, jekk il-pitturi ta’ tfal jibku kienu jiddendlu filkmamar tas-salott ta’ djar imissu ma’ xulxin, il-proprjetarji qajla taw kas tattwissija. Jista’ jkun li b’ċajta kienu jistennew lill-familja ta’ maġenbhom hix se ġġar-

rab xi ħruq qabilhom, jew kienu jagħmlu l-qalb b’xulxin.

Il-pitturi, relikwa stramba ta’ arti stampata bil-massa, kienu faċilment disponibbli fil-ħwienet matul is-snin

1950-1970 u kellhom it-tendenza li jappellaw lil koppji żgħażagħ. Filwaqt li l-pitturi ma ġewx stampati mill-ġdid għal għexieren ta’ snin, issuġġett stramb u l-istorja ta’ wara, żammew il-leġġenda ħajja: minn leġġendi tal-internet ikkupjati, għal kotba ta’ tradizzjoni lokali.

Il-leġġenda tal-pittura tattifel jibki jidher li bdiet minn

The Sun, imsaħħa mill-oskurità tal-artist tal-pittura tat-tifel jibki. Ix-xogħlijiet tal-arti għandhom il-firma

prominenti ta’ ċertu Giovanni Bragolin, iżda għal xi żmien mhux ħażin ħadd ma seta’ jsib informazzjoni fuq dan irraġel.

Insibu li bdew jinħolqu xnigħat fuqu. Ingħad li hu kien pinġa mijiet ta’ tfal jibku, ħafna minnhom brikkuni li kienu jkunu jiġġerrew fit-toroq, jew fl-Italja jew fi Spanja. Fl-aħħar nett, ktieb li ħareġ fis-sena 2000 bi stejjer tat-tkexkix, bl-isem ta’ Haunted Liverpool, sostna li fl-1995, għalliem tal-iskola ‘rispettat ferm’ imsejjaħ George Mallory skopra li l-pittur kien fil-fatt figura misterjuża jisimha Franchot Seville.

L-istorja li ġejja, mis-se-

na 2000, tidher li hi taħlita ta’ rappurtaġġ minn The Sun u minn Mallory. Wieħed mit-tfal tat-triq imċerċrin li pinġa, kien tifel jismu Don Bonillo, li aċċidentalment beda nar li fih mietu l-ġenituri tiegħu fi Spanja. Minn dakinhar ’il quddiem, kull fejn mar it-tifel, beda jieħu n-nar, li wasslu biex jingħata l-laqam ta’ Xitan (Diablo).

Xi wħud jemmnu li t-tifel kien addottat kontra r-rieda ta’ qassis, u kien abbużat mill-pittur. Fis-snin 70 it-tifel kien inħaraq ukoll fin-nar, fi splużjoni kkawżata minn inċident bil-karozza.

Leġġenda b’kumbinazzjonijiet

Skont il-ġurnalist David Clark, li rriċerka l-leġġenda tat-tifel jibki għal Fortean Times , fuq is-sit elettroniku tiegħu, isostni li din il-leġġenda fiha ħafna kumbinazzjonijiet. Giovanni Bragolin u Seville jidhru li kienu wħud mill-ftit psewdonomi għall-pittur Spanjol Bruno Amadio, u Clark ma setax isib xhieda, li la George Mallory u lanqas Don Bonillo qatt eżistew.

Amadio x’aktarx pinġa minn 20 sa 30 minn dawn is-subien jibku. Dan għamlu wara li tħarreġ f’Venezja meta ntemmet it-Tieni Gwerra; stampi li nbiegħu fi ħwienet kbar matul is-snin 70, kiteb Clark. Artista oħra,

09.04.2023 18
Il-ħruq tal-pitturi u t-tpinġijiet

it-tifel ċkejken fuq il-pittura,” qalet lil Punt. Iktar tard, semgħet lill-pumpier li ra l-pittura, jgħid: “U le, mhux ieħor.” Wara dik li kienet deskritta bħala “serje ta’ koinċidenzi” u xorti ħażina, McCutchin spekulat li l-pittura kienet il-kawża tan-nar, u tħeġġet biex teħles minnha.

Il-biċċa l-kbira tan-nirien kellhom kawżi normali, bħal ġamar ta’ sigaretti, jew twaġen tqal tal-qali li ħadu n-nar.

Peress li l-biċċa l-kbira tal-ħrafa kienet iddur malfatt li kollox jinħaraq bin-nar għajr il-kwadru tal-pittura, Punt xtara l-pittura tat-tifel jibki; wara li ddewwem b’mod inspjegabbli fid-destinazzjoni tiegħu għal diversi drabi. Punt irrakkonta li beda jħossu daqsxejn nervuż minħabba l-possibbiltà li setgħet kienet is-saħta tal-pittura. Meta ttestja l-fatt li l-pittura ma qabditx bin-nar, qabbadha fil-preżenza tar-riċerkatur tal-kostruzzjoni Martin Shipp.

Fan clubs

Il-leġġenda tat-tifel jibki baqgħet ħajja fl-era tal-internet u saħansitra qanqlet fan clubs. Jekk illum tfittex dan online, sfortunatament issib li minn dak iż-żmien ilklabb ġie xolt, iżda x-xhieda tal-eżistenza tiegħu fl-2002 hi ppriservata fuq il-blogg preċedenti tal-artist u kodifikatur Mario Klingemann, meta kien hemm diskussjonijiet fuq il-bejgħ ta’ pittura tat-tifel jibki ma’ klabb ibbażat fl-Olanda.

Skont il-ġurnalist David Clark, li rriċerka l-leġġenda tat-tifel jibki għal Fortean Times, fuq is-sit elettroniku tiegħu, isostni li din il-leġġenda fiha ħafna kumbinazzjonijiet. Giovanni Bragolin u Seville jidhru li kienu wħud mill-ftit psewdonomi għall-pittur Spanjol Bruno Amadio, u Clark ma setax isib xhieda, li la George Mallory u lanqas Don Bonillo qatt eżistew

Anna Zinkeisen, kellha sensiela simili ta’ pitturi ta’ tfal jibku, li b’mod ugwali kienu meqjusin bħala misħutin.

F’ The Martians Have Landed , Robert Bartholomew u Benjamin Radford irrappurtaw li ħafna nies kitbu lil gazzetti oħrajn bi tweġiba għall-kopertura ta’ The Sun , inkluża mara waħda li ma setgħetx “taħseb f’raġuni li stampa sabiħa bħal din tista’ f’daqqa waħda titqies li twassal is-saħta.” Minkejja t-tweġibiet tax-xettiċi għaddwejjaq tal-pubbliku, permezz ta’ intervisti u ittri miftuħa, l-istorja baqgħet fuq fomm kulħadd.

Post fuq is-sit elettroniku

tal-Committee for Skeptical Inquiry tisħaq u tgħid li The Sun żiedet dettalji importanti, bħal li t-tifel imċerċer ġie ttrattat ħażin mill-pittur, bl-ispjegazzjoni li “dawn

in-nirien jistgħu jkunu saħta tat-tifel u l-mod tiegħu

biex jikseb vendetta.” Skont

Clark, The Sun kienet qed

tikkompeti għal biex tiġbed lejha qarrejja tad- Daily Mirror , meta f’salt sabet din l-opportunità li tiżviluppa l-istorja. U l-internet kompla kabbar ir-rakkont.

Nar fis-snin 80

Il-kummidjant u kittieb Steven Punt esplora wkoll

il-leġġenda fil-programm tar-radju tiegħu Punt PI . Hu pprova jsib id-djar involuti, u sab lil Jane McCutchin, li kienet dendlet il-pittura fis-salott tagħha fis-snin 80. McCutchin, omm ta’ żewġt itfal, kienet qed tnaddaf il-kċina tagħha meta f’salt wieħed u għal għarrieda sabet li d-drappijiet, il-persjani u l-purtieri li ħadmet hi stess, f’daqqa waħda kienu ħadu n-nar. Il-familja tagħha ħarbet u rnexxielha tibqa’ ħajja, iżda d-dar li kellhom inqerdet — għajr għal pittura waħda mdendla fil-salott tagħha, li kienet turi lil tifel jibki.

“Għadek tista’ tara wiċċ

Verniċ jiflaħ għan-nar Huma sabu li lil hinn mill-ispaga li kien imdendel minnha, ma tantx inħaraq. Filwaqt li l-pavru tal-ġakketta tat-tifel kien qajla maħruq u l-pittura sofriet toqba, ilħsara fil-kwadru waqfet pjuttost malajr. Dan seta’ kien dovut għal verniċ li jiflaħ għan-nar. Almenu hekk ħasbu Punt u Shipp u dan seta’ faċilment jispjega għaliex il-pittura qajla kienet tkun mimsusa fi djar maħruqa madwar ir-Renju Unit. Matul l-investigazzjoni tiegħu stess, Clark skopra wkoll li l-pittura kienet stampata fuq speċi ta’ injam kumpressat, li jagħmilha diffiċli biex jinħaraq.

Spjegazzjonijiet bħal dawn ma kinux ikunu biżżejjed fl1985. F’nofs l-aqwa żmien inizjali tal-istorja, The Sun iddeċidiet li tieħu l-leġġenda aktar ’il bogħod, u talbet lill-pubbliku jibagħtilhom il-pitturi li kellhom tat-tifel jibki biex jinqerdu. Skont l-editur ta’ The Sun , l-uffiċċju mtela bil-pitturi tat-tifel jibki, iżda l-editur irrifjuta li jesibixxi l-istampi fl-uffiċċju hu stess. “Il-pittura ġġorr is-saħta tan-nar”, irrapporta l-ġurnal.

Ġimgħa wara l-ewwel artiklu tagħha fuq is-saħta, The Sun ippubblikat Crying Boy Curse Strikes Again (Is-Saħta tat-Tifel Jibki Terġa’ Tattakka) —għalkemm il-pittura taħt it-titlu kienet pittura kompletament differenti ta’ tifel jibki. L-istorja kienet ferm l-istess; nar ordinarju li joħloq biża’, waqt li l-pittura mhix mittiefsa tat-tifel jibki, instabet imdendla fid-dar.

Klingemann l-ewwel daħal fil-leġġenda permezz tal-arti ta’ Laura Kikauka, li biddlet għajnejn tat-tifel jibki b’LEDs ħomor, li għalih, l-istramberija tal-pittura hi l-attrazzjoni. “Il-leġġenda hi żieda sabiħa... Naħseb li bħala tifel, lura fis-snin 70, meta konna għamilna vaganzi fl-Italja kont rajt ukoll dawk l-istampi mibjugħin f’xi kabini tat-toroq u dakinhar naħseb li sibthom pjuttost partikulari,” jirrakkonta Klingemann, li ħoloq ukoll ġeneratur tad-dmugħ għall-biki tat-tifel.

Klingemann ġabar bosta mill-pitturi, u kultant ressaq talbiet biex ibigħ jew jixtri mingħand dilettanti. Minkejja l-faxxinu tiegħu bl-istorja, Klingemann isostni li ma jemminx fis-saħta.

Skont Gail-Nina Anderson, fid-dokument tagħha fuq il-folklor tal-arti, il-leġġenda tat-tifel jibki kibret malajr, għax kulħadd seta’ jipparteċipa — il-pitturi kienu rħas u faċli biex jinstabu. Il-leġġenda tal-pittura tattifel jibki tant infirxet, li kibret biex tinkludi l-verżjonijiet kollha ta’ pitturi simili minn diversi artisti, inklużi pitturi ‘misħutin’ ta’ bniet jibku.

The Sun tefgħet il-biċċa l-kbira tal-isforz tagħha tal-leġġenda f’artiklu tal1985 fuq Halloween, bit-titlu Crying Flame!. Dan l-artiklu ngħata l-prominenza kollha fil-paġna ta’ quddiem. Il-ġurnal sostna li s-saħta setgħet titwarrab darba għal dejjem b’nar, billi jinħarqu xkejjer mimlijin b’pitturi, li ntbagħtu lilhom mill-pubbliku bi tweġiba għas-sejħa tagħhom.

In-nar inxtegħel u ħeġġeġ ħdejn ix-Xmara Thames, u b’hekk intqal li s-saħta nqerdet fid-duħħan. The Sun , li dejjem tfittex sorsi affidabbli, ikkwotat bniedem li ssejjaħ apposta għall-avveniment, li kien uffiċjal tat-tifi tan-nar, li b’serħan fi kliemu ried qisu jaċċerta li wara dak l-avveniment, jemmen li se jkun hemm ħafna aktar nies li jistgħu jserrħu moħħhom darba għal dejjem min-nirien fi djahom.

09.04.2023 19
Il-pittura tat-tifel jibki

IT-TRADIZZJONI TAL-PURĊISSJONI

TAL-PASSJONI F’MALTA

L-ewwel purċissjoni talĠimgħa Mqaddsa saret ir-Rabat, mingħajr dubju ta’ xejn bit-tħabrik tal-Patrijiet Franġiskani magħrufa aħjar bħala ta’ Ġieżu. Dan huwa l-ordni reliġjuż l-iktar marbut mal-postijiet fejn twieled, għex u miet Sidna Ġesù Kristu – l-Art Imqaddsa. Dari kienu magħrufa għall-prietki tagħhom fuq it-tbatijiet ta’ Kristu u dan qanqal ħafna interess fl-akbar ġrajja ta’ mħabba t’Alla lejn il-bniedem.

Ir-residenti tal-Imdina li kienu membri tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp u li kienu qrib tal-Gvern tal-Imdina, kienu ġejjin u sejrin bħala messaġġiera tal-Gvern għand ir-re ta’ Sqallija. Hemm setgħu jaraw b’għajnejhom il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa f’din il-gżira u impressjonati kif dawn il-manifestazzjonijiet bil-mod bdew idaħħluhom f’Malta, l-ewwel fir-Rabat tal-Imdina.

Ma’ dawn wieħed jista’ jobsor ukoll li l-Kavallieri ħallew l-impronta tagħhom fuq dawn il-manifestazzjonijiet reliġjużi. Wara r-Rabat, din il-manifestazzjoni sagra ġiet introdotta fil-Belt Valletta u l-ibliet tal-Kottonera segwew l-eżempju f’qasir żmien. Aktar tard bdew jinfirxu f’diversi rħula ta’ Malta u Għawdex tant li llum insibu 22 lokalità li jorganizzaw din l-attività.

Dawn il-purċissjonijiet, mhux mill-bidu tagħhom kienu joħorġu bl-istess numru ta’ vari li hemm illum.

Anzi l-ewwel purċissjonijiet kienu jsiru tard billejl u kienu jsiru biss bl-istatwa ta’ Kristu mejjet. F’bosta rħula fi Sqallija għadha tradizzjoni komuni sal-lum li tara purċissjonijiet tal-Ġimgħa

l-Kbira b’din l-istatwa biss. Lanqas ma kien mill-bidu li fil-purċissjoni kienu jieħdu sehem nies lebsin ta’ persunaġġi bibliċi.

Fl-antik il-purċissjonijiet kienu sempliċi u devoti għallaħħar. Fuq quddiem nett kien ikun hemm raġel idoqq it-tambur u ieħor bil-fifra.

Il-ħoss tagħhom kien jgħarraf lin-nies li l-purċissjoni qiegħda fil-qrib. Il-purċissjonijiet ta’ dari kellhom xeħta ħafna iktar penitenzjali minn dawk tal-lum li żvilup -

Fl-antik il-purċissjonijiet kienu sempliċi u devoti għall-aħħar. Fuq quddiem nett kien ikun hemm raġel idoqq it-tambur u ieħor bil-fifra. Il-ħoss tagħhom kien jgħarraf lin-nies li l-purċissjoni qiegħda fil-qrib

paw iktar fil-forma ta’ “pageant” jew wirja.

L-unika purċissjoni li tfakkar il-mudell oriġinali ta’ dak li kien isir dari, hija dik li toħroġ mill-Bażilika ta’ San Ġorġ Martri, fir-Rabat, Għawdex. Din ħarġet għall-ewwel darba fis-sena 1809. Wara kull statwa jimxu tfal lebsin

iż-żimarra u jżommu f’idejhom simboli tal-passjoni.

Jipparteċipaw ukoll bosta rġiel u żgħażagħ b’wiċċhom mgħammad, filwaqt li jġorru slaleb kbar u jkaxkru ktajjen ma’ saqajhom bħala wegħda jew ringrazzjament ’l Alla għal xi grazzja li jkunu qalgħu.

Dari, l-istatwi kienu jimxu

tista’ tgħid wara xulxin bil-parteċipanti jalternaw wara kull misteru tat-tbatija. Imbagħad qabel il-vara ta’ Kristu msallab magħrufa aħjar bħala l-vara l-kbira, kien ikun hemm bħalma għadha t-tradizzjoni sal-lum, tfal imfarfrin iżommu l-bandalori tal-aħħar seba’ kelmiet ta’ Ġesù fuq is-salib.

Fl-aħħar nett, il-purċissjoni kienet tagħlaq bl-istatwi ta’ Kristu mejjet magħruf aħjar bħala “l-monument” u dik ta’ Marija Addolorata. Din kienet bejn wieħed u ieħor kif kienet tkun imqassma l-purċissjoni ta’ żminijiet ilu. Nafu wkoll li dawn il-purċissjonijiet mhux dejjem kienu

jinħarġu nhar il-Ġimgħa

l-Kbira.

Pereżempju f’Ħadd

il-Palm kienet toħroġ

il-purċissjoni ta’ Ħal Qormi

filwaqt li dawk tal-Belt u ta’

l-Isla kienu joħorġu fil-lejl

ta’ Ħamis ix-Xirka. Min jaf

f’dawk iż-żminijiet x’deh-

ra li ssaħħrek kien ikun fi-

hom dawk il-purċissjonijiet

meta d-dalma tal-lejl kienet

tinkiser minn dak id-dawl

inemnem f’kull kantuniera

tal-bradelli tal-vari flimkien mad-dawl tal-fanali li kienu

jġorru t-tfal!

Il-purċissjonijiet tar-Rabat u ta’ Bormla minn dejjem kienu joħorġu fil-jum proprju tagħħom. Però,

fis-sena

1879 l-Isqof Carmelo Scicluna ordna li l-purċissjonijiet kollha jsiru fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira. Fil-Birgu kienu jsiru tliet purċissjonijiet, l-ewwel waħda nhar l-Erbgħa tat-Tniebri u li kienet toħroġ mill-Knisja tal-Karmnu. Fiha kienu jieħdu sehem skjavi mgħammdin u oħrajn ikkundannati biex jaqdfu fuq l-iġfna tal-Ordni.

Dawn kienu jkunu bil-ktjajjen u jġorru salib fuq spallejhom. Jista’ jkun li minn hawn ħarġet id-drawwa ta’ nies ħafjin bil-ktajjen ma’ saqajhom u jġorru salib mexjin wara l-vari tal-Ġimgħa l-Kbira b’sens ta’ penitenza jew bħala radd ta’ ħajr

09.04.2023 20
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

għal xi grazzja maqlugħa. Purċissjoni

oħra kienet

toħroġ nhar

Ħamis ix-Xirka

filwaqt li l-aktar

waħda importanti kienet issir f’jum il-Ġimgħa l-Kbira u kienet toħroġ mill-Knisja

Parrokkjali ta’ San Lawrenz.

Il-vari jew misteri kif kienu magħrufa bl-istess kelma li jirreferu għalihom fi Sqallija, normalment kienu jkunu jirrappreżentaw ilħames misteri tat-tbatija. Miżjuda magħhom kien ikun hemm ukoll il-Veronika, Kristu mejjet (magħruf bħala l-Monument) u l-Addolorata.

F’xi wħud mill-parroċċi fejn għadha ssir din il-manifestazzjoni żdiedu iktar statwi, u ddaħħlet il-parteċipazzjoni ta’ personaġġi bibliċi biex jagħmlu minn din l-attività wirja li tgħinek timmedita l-akbar ġrajja li qatt seħħet, dik tal-fidwa tagħna l-bnedmin. Il-fratellanzi, l-għaqdiet, jew l-individwi li jieħdu ħsieb dawn

il-vari jagħmlu ħilithom biex iżejnuhom bl-aħjar fjuri u aċċessorji biex jgħollu l-livell tagħhom. Biex din l-okkażjoni tkun tassew waħda solenni, jieħdu sehem ukoll il-baned tal-lokal li normalment insibuhom quddiem jew wara l-vara l-kbira.

Però, f’ċirkustanzi fejn jieħdu sehem iż-żewġ baned tal-lokal, waħda ddoqq quddiem l-istatwa tal-Ort u l-oħra quddiem il-vara l-kbira.

Fl-aħħar nett, dawn li ġejjin huma xi punti interessanti u kurjużi dwar il-purċissjonijiet tal-Passjoni f’Malta u Għawdex:

• B’kollox hawn 22 post li għandhom sett tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira (erbatax f’Malta u seba’ f’Għawdex)

• L-ewwel purċissjoni saret fir-Rabat tal-Imdina f’Malta.

• L-unika post li għandu żewġ purċissjonijiet huwa r-Rabat f’Għawdex fejn waħda toħroġ mill-Bażilika ta’ San Ġorġ u l-oħra mill-Knisja Katidrali.

• Il-personaġġi bibliċi ġew introdotti għall-ewwel darba fir-Rabat ta’ Malta wkoll.

• Is-sett tradizzjonali tal-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira kien magħmul minn tmien statwi: (a) L-Ort - Kristu u anġlu ħdejh b’kalċi u salib f’idejh (b) Il-Marbut - Kristu marbut ma’ kolonna (ċ) L-Ecce Homo - Kristu nkurunat bil-kuruna tax-xewk f’pożizzjoni bilqiegħda jew bil-wieqfa (d) Ir-Redentur - Kristu mgħobbi bit-toqol tas-Salib (e) Il-Veronika – Ilmara bil-maktur bil-wiċċ ta’ Kristu stampat fuqu f’idejha (f) Il-Vara l-Kbira - Kristu msallab u l-Madonna, San Ġwann u l-Madalena taħt is-salib (g) Il-MonumentKristu Mejjet espost f’urna (h) Id-Duluri - Il-Madonna mnikkta u San Ġwann appostlu jew anġlu ħdejha.

• Hawn erba’ postijiet li għandhom il-vari mlibbsin bil-ħwejjeġ veri – il-Birgu, il-Katidral u San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex u ż-Żebbuġ f’Għawdex ukoll.

• Hawn żewġ postijiet li għandhom il-vara li tirrappreżenta l-Aħħar ĊenaĦal Qormi (saret fl-1961 minn Salvatore Bruno minn Bari) u ż-Żebbuġ, Għawdex (saret fl-

1968 minn Wistin Camilleri)

• L-itwal purċissjonijiet

għandhom 12-il statwa - ĦalQormi (San Ġorġ) u ż-Żejtun.

• Fix-Xewkija, Għawdex hemm sett ta’ vari wkoll iżda ma ssirx purċissjoni nhar ilĠimgħa l-Kbira. Minflok issir purċissjoni bl-istil ta’ pageant nhar it-tifkira tad-Duluri, jumejn qabel Ħadd ilPalm.

• L-ewwel purċissjonijiet kienu jsiru b’vara waħda biss - il-Monument.

• L-eqdem statwa talĠimgħa l-Kbira f’Malta hija dik tal-Marbut fir-Rabat, Malta. Din għandha madwar 400 sena u nġiebet mill-Italja.

• Saverio Laferla kien l-ewwel statwarju Malti li introduċa l-istatwi tal-kartapesta fis-seklu 18.

• F’Għawdex l-istatwa tad-Duluri normalment tkun mingħajr salib warajha, jew anġlu jew xi statwa oħra bħal dik ta’ San Ġwann.

• F’Ħal Qormi ġew introdotti dawn il-vari għall-ewwel darba f’Malta – Il-Bewsa ta’ Ġuda (Carlo Darmanin - 1903), l-Aħħar Ċena (Sal-

vatore Bruno - Bari - 1961), Ġesù jiltaqa’ ma’ Ommu (Salvatore Bruno – Bari - 1961)

• Fiż-Żejtun il-vari ta’ Xmun iċ-Ċirinew (Angelo Capoccia – Lecce - 1962) u l-vara ta’ Pilatu (Angelo Capoccia – Lecce - 1962) kienu l-ewwel tattip tagħhom f’Malta.

• Il-vara tal-Pietà (il-Madonna bi Kristu mejjet fi ħdanha) ġiet introdotta f’Ħal Qormi (Salvatore Bruno - Bari) u fiż-Żejtun (Angelo Capoccia - Lecce) it-tnejn fl-istess sena - 1965.

• Fir-Rabat ta’ Malta ġiet introdotta l-vara li tirrappreżenta lil Kristu jiġi mneżża fuq il-Kalvarju. Din saret minn Salvatore Bruno f’Bari fl-1962.

• L-ewwel statwa tal-Ort tal-Ġetsemani li kellha żewġ anġli minflok wieħed saret minn Carlo Darmanin għal Bormla fl-1878.

• L-ewwel vara tal-Veronika mhux wieqfa waħedha saret minn Carlo Darmanin għall-Mosta fl-1895.

• In-Nadur għandhom statwa unika li tirrappreżenta l-laqgħa ta’ San Pietru ma Kristu.

09.04.2023 21

MICHEL ANGELO MUSCAT

TENUR GĦAWDXI B’DIVERSI SUĊĊESSI WARA ISMU

Il-persontalità li intervistajt illum, ġejja mix-xena tal-mużika, kif ukoll mill-gżira t’Għawdex. Qed nirreferi għal Michel Angelo Muscat.

Għandu 22 sena, joqgħod Għajnsielem u jaħdem fulltime kantant f’tiġijiet, funerali, kunċerti, programmi malbaned u avvenimenti oħra. Iħobb isegwi l-istejjer kurrenti.

Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem li jieħu l-impenji bis-serjetà, ċajtier, u jipprova jgħin lil min hu l-aktar filbżonn.

Illum il-ġurnata Michel Angelo huwa meqjus bħala tenur b’diversi suċċessi wara ismu. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar dwaru u dwar il-karriera tiegħu. “Ilni nkanta għal dawn l-aħħar 11-il sena. Kienu l-ġenituri tiegħi li skoprew u nkuraġġewni biex nibda l-kant. Sa minn età żgħira l-mużika klassika kienet il-passjoni tiegħi fejn kont nisma’ kantanti famużi bħal Luciano Pavarotti u Alfredo Kraus, żewġ tenuri li m’għandhom bżonn l-ebda introduzzioni,” beda jgħidli.

Mistoqsi fejn tgħallem

ikanta u x’sodisfazzjon tagħtih il-mużika klassika qalli: “Bdejt minn ta’ 11-il sena mal-Chorus

Urbanus taħt id-direzzjoni ta’

Dr. John Galea. Komplejt l-istudji tiegħi fuq kant operisti-

ku ma’ Juliette Bisazza Zanni u Dr. Andriana Yordanova.

Bħalissa qiegħed taħt il-gwida ta’ Prof. Michela Sburlati, għalliema fil-Conservatorio

Santa Cecilia f’Ruma. Tgħallimt minn diversi istituzzjonijiet edukattivi li attendejt

bħal Conservatorio Santa Cecilia f’Ruma u l-Malta School of Music, kif ukoll minn diversi masterclasses ma’ di-

versi professjonisti fis-settur bħal; Jose Cura, Miriam Gauci, Eteri Lamoris, Prof. Carlos Conde Gonźalez, Prof. Juliane Banse, Prof. Claudia Sasso u Dr. Andriana Yordanova fejn attendejt kemm fi xtutna kif ukoll barra minn xtutna.”

Ridt inkun naf jekk hux ġieli kkunsidra li jitgħallem xi strument, sabiex jabbinah mal-kant tiegħu. Fil-fatt, ikkonferma li tgħallem il-pjanu f’livell bażiku biex jgħinu għall-istudji tiegħu.

Malta m’hawnx fejn timraħ fil-kant operistiku

sfortunatament

Mistoqsi liema kien l-aktar avveniment li esponieh filkant, weġibni li kienet l-opra Blat li hi opera film bil-Malti imtellgħa mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, miktuba minn George Peresso u mmużikata minn Dr. Reuben Pace. Dan għaliex kienet l-ewwel opra li ħa sehem fiha li kienet tinvolvi reċtar li fi kliemu hija iktar ta’ sfida.

Miegħu ddiskutejt ukoll il-fatt jekk jaħsibx li hawn Malta, hawnx fejn timraħ sew fil-kant tal-opri jew jekk

Fil-kant operistiku hawn Malta m’hawnx fejn timraħ sfortunatament. Dan minħabba nuqqas ta’ avvenimenti u

minħabba l-fatt li ma jittellgħux opri ħlief erbgħa fis-sena.

Apparti minn hekk, fl-opri li jittellgħu l-protagonisti ewlenin

dejjem ikunu barranin bħallikieku l-artisti Maltin

mhumiex kapaċi daqs il-barranin

għadx fadlilna x’naqdfu. “Filkant operistiku hawn Malta m’hawnx fejn timraħ sfortunatament. Dan minħabba nuqqas ta’ avvenimenti u minħabba l-fatt li ma jittellgħux opri ħlief erbgħa fis-sena. Apparti minn hekk, fl-opri li jittellgħu l-protagonisti ewlenin dejjem ikunu barranin bħallikieku l-artisti Maltin mhumiex kapaċi daqs il-barranin. Dan huwa ta’ dispjaċir kbir għall-artisti Maltin u Għawdxin.”

Kompla jgħid li kull sena jorganizza sensiela ta’ kunċerti. Dan jinvolvi ħafna loġistika u preparamenti li jżidu mal-ħsibijiet li wieħed jista’ jkollu qabel kunċert.

Staqsejtu, bħala żagħżugħ tenur, kif jaħseb li jħarsu lejh żgħażagħ oħra. “Kemmil darba ġejt avviċinat minn żgħażagħ bħali li jgħiduli li jien ta’ ispirazzjoni għalihom li jixtiequ jiksbu karriera fil-mużika. Dan jimlieni b’sodisfazzjon kbir.”

Diversi preparamenti qabel ma jmur ikanta Ma’ Michel

09.04.2023 22
Angelo ddis
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

kutejt ukoll il-preparamenti qabel ma jkun sejjer ikanta. “Il-preparamenti jinkludu studju tal-parti, laqgħa mal-kunduttur biex niddiskutu kif ser tiġi esegwita l-parti, rehearsals mal-mużiċisti u fl-aħħar u mhux l-inqas ħafna mistrieħ.”

Ta’ min jgħid ukoll li bħala tenur, ipparteċipa f’diversi kunċerti barra minn xtutna fosthom fir-Renju Unit, l-Italja, l-Awstrija, il-Bulgarija, Dubai u l-Ġermanja. “L-esperjenzi li tieħu minn barra minn Malta huma kbar. Id-dixxiplina li għandhom fil-mużika hija ta’ livell ieħor, fejn kulħadd ikun għaddej b’xogħlu biex joħroġ l-ogħla livell ta’ mużika.”

Riċentement ukoll ingħata ċertifikat wara l-wirja mill-aqwa tiegħu fir-Rumanija fejn kien qed jikkompeti fis-sezzjoni ta’ kanzunetti tal-Milied fil-kat-

SKEDA ONE

egorija tal-kantanti solisti. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Din kienet kompetizzjoni ta’ innijiet u mużika relatata mal-Milied. Jien ħadt sehem b’O Holy Night u Gesù Bambino, akkumpanjat mill-pjanista brava tiegħi Christine Marie Gauci. Kien ta’ sodisfazzjon kbir għalija li nirbaħ l-ewwel post fil-kategorija tal-kantanti solisti professjonisti ta’ bejn id-19 u l-24 sena”.

Mill-kant, qlibt id-diskors dwar xi jdejqu fil-ħajja b’mod ġenerali. “L-inġustizzji li naraw ta’ kuljum madwarna speċjalment fejn tidħol innuqqas ta’ meritokrazija, li mhux kemm taf iżda lil min taf.”

Fl-aħħar nett, għadda messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Inħeġġeġ lil qarrejja biex jaħdmu u jippersistu f’dak li jagħmilhom

u ma

08.11.2020 09.04.2023 23
kuntenti
jħallu
ħadd jaqtgħalhom qalbhom.”
06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 Żona Sport 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pink Panther 09:15 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Ġmielek: Dokumentarju 10:20 Ieqaf 20 Minuta 10:45 Sport Malta Awards 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:15 Sabiħa l-Ħajja 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Empowerment 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Liquorish 22:40 Ira Losco waqt Mużika Mużika 22:55 Reboot Podcast 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Mal-Moll 07:20 L-Interdett 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 Dak li Jgħodd 09:35 Il-Missjoni Bżonnok 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:40 Brillanti 15:30 ONE News 15:35 F’idejna 16:05 Il-Missjoni Bżonnok 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:30 ONE NEWS 19:55 Rapport tat-Temp 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Il-Missjoni Bżonnok 23:30 ONE News 10-04 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Country Jamboree 07:35 Natura Maltija 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Aroma Kitchen 11:10 Empowerment 11:40 L-Interdett 12:15 Ġmielek: Dokumentarju 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 F’idejna 15:45 Prime Time 16:10 Mal-Moll 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Investigaturi tal-Mużika 17:15 Pink Panther 17:55 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 Reboot Podcast 21:15 Pultruna 21:30 The Local Traveller 22:00 Il-Willy 23:00 Popcorn 23:30 ONE News 12-04 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:50 Prime Time 07:05 The Local Traveller 07:35 Natura Maltija 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Konferenza Ġenerali Partit Laburista 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:40 Il-Missjoni Bżonnok 15:30 ONE News 15:35 Liquorish 16:05 Mal-Moll 16:40 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 L-Argument 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Diskors Prim Ministru 20:50 Il-Willy 22:00 Il-Missjoni Bżonnok 23:30 ONE News 16-04 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Popcorn 07:30 Mal-Moll 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Flimkien ma Nancy 11:10 Ieqaf 20 Minuta 11:35 Reboot Podcast 12:10 Ira Losco waqt Mużika Mużika 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:15 The Local Traveller 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Sittin+ 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Natura Maltija 21:00 L-Interdett 21:35 Ġmielek: Dokumentarju 21:45 Country Jamboree 22:25 Żona Sport 23:05 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News TLIETA 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Reboot 07:30 Empowerment 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Dak Li Jgħodd 11:10 Ieqaf 20 Minuta 11:30 Country Jamboree 12:05 Natura Maltija 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:15 Sittin+ 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Mal-Moll 21:00 Madwar Mejda 22:35 Ondroad 23:05 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Sittin+ 07:30 The Local Traveller 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Espressjoni 11:45 Telebejgħ 12:00 Il-Missjoni Bżonnok 12:30 ONE News 12:35 Il-Missjoni Bżonnok 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Il-Missjoni Bżonnok 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Prime Time 20:30 Brillanti 23:15 Pultruna 23:30 ONE News 14-04 ĠIMGĦA 13-04 11-04 15-04
lil

reċensjoni tal-ktieb

MAD-DAQQ TAL-VJOLIN

In-nies kienu deħlin il-Belt. Min mgħaġġel donnu mhux se jlaħħaq f’dak li jrid jagħmel jew għax inkella mhux se jiltaqa’ ma’ min kien miftiehem miegħu. Oħrajn mexjin bil-lajma donnhom huma li qegħdin jikkontrollaw il-ħin u mhux bil-maqlub. Żgħażagħ jifirqu l-folol biex jgħaġġlu aktar. Anzjani jieqfu ma’ kull ftit passi donnhom qed josservaw l-ambjent ta’ madwarhom, għalkemm fil-verità aktar biex ma jurux li jkunu għejew. Karozzi tal-linja jduru mat-Tritoni biex jieqfu fil-venda l-ġdida, fejn diġà hemm serbut passiġġieri jgergru għax ilhom jistennew.

Iżda hu ma jitħarrikx! Jibqa’ wieqaf! Dejjem hemm fl-istess post fil-bidu tal-pont, b’dahru mal-ħadid. Wieqaf dritt. Xi drabi jmil ftit lejn ix-xellug u jgħaddi l-ark minn fuq il-vjolin biex jagħmel enfasi akbar fuq in-noti. Bniedem solitarju, irqajjaq, twil, b’wiċċ ftit magħkus mir-radda taż-żmien. Dejjem iħares minn wara nuċċali skur. Fuq rasu, jostru mir-riħ u x-xemx, kappell qadim umgħakkar minn swaba’ maħmuġin bil-pizz ta’ quddiem milwi kemxejn ’l isfel.

Il-kotra ta’ nies għaddejja kienet tilmħu b’għajnejha ... iżda b’moħħha ma tarahx. Kulħadd medhi fid-dinja tiegħu. Kulħadd jisimgħu jdoqq iżda ħadd ma japprezza l-mużika. Il-ħsejjes u l-istorbju f’dak l-ambjent ma kinux iħalluk tifhem jew tapprezza. Iżda hu xorta waħda jibqa’ jdoqq – ukoll jekk ikunu biss ftit dawk li jindenjaw ruħhom iwaddbu xi ftit ċenteżmi fil-bott tal-plastik ħdejn riġlejh.

B’danakollu, hu kien jara kollox u jifli lil kulħadd. Minn wara dak in-nuċċali skur tax-xemx kien jilmaħ ulied iġebbdu driegħ ommhom għax għejew jimxu. Irġiel ixejru jdejhom fl-arja waqt xi argument dwar xi suġġett jaħraq tal-mument. Tfajliet żnelli għadhom fil-bidu ta’ żgħożithom, ferħanin ibandlu xagħarhom kull naħa huma u jżegilgu xi ftit iżżejjed il-warrani marsus f’jeans inkaxxat ma’ koxxithom, u xi drabi jogħxew minn taħt b’xi

kumment vulgari minn xi ġuvintur, għalkemm jagħmluha tabirruħhom li qed jiddejqu. Xi anzjana tħares jew iddawwar rasha lejhom b’ħarsa ta’ waħda li qed titkaża, imma mbagħad b’ċerta nostalġija tirrealizza kif għadda ż-żmien minn fuqha. Kollha b’karattri differenti deħlin jew ħerġin minn Bieb il-Belt. U huwa jibqa’ jħares waqt li jdoqq ilvjolin qadim tiegħu, xi drabi jagħmel sinjal b’rasu lejn min ifettillu jixħetlu xi ħaġa fil-bott.

Ħadd ma kien jafu. Ħadd ma interessah li jsir jaf min kien jew minn fejn ġie, lanqas biss jekk kienx Malti jew barrani jew b’liema lsien jitkellem. Kien wasal hemm darba fost l-oħrajn u ntasab fil-bidu tal-pont u beda jdoqq. Kien jibda minn filgħodu u jibqa’ sejjer sa filgħaxija, dejjem idoqq. Ħadd ma kellu kurżità jkun jaf kienx jieqaf jistrieħ jew xħin, kienx jixrob jew jiekol xi ħaġa matul il-jum. Xi drabi kienu jkunu xi barranin minn xi cruise liner li huma u għaddejjin jagħrfu l-melodija u japprezzaw tabilħaqq il-ħila tiegħu; xi wħud minnhom kienu jieħdu ritratt maġenbu u jixħtulu xi ewro fil-bott, imbagħad kienu jħaffu biex jilħqu lil dak tal-umbrella mlewna fuq quddiem li kien ifiehem lit-turisti sħabhom il-valur arkitettoniku u storiku tal-belt barokka Valletta.

Mir-rokna ta’ għajnejh id-daqqaq tal-vjolin ra mara żagħżugħa li dehret riesqa lejh. Fil-fatt hekk għamlet għax wara li xeħtet żewġ ewro fil-bott talbitu jdoqqilha s-silta li xtaqet. Id-daqqaq mejjel rasu biex juriha li fehemha u dikment beda jdoqq il-melodija. Hija tħarrket u bdiet miexja biex tidħol minn dak li darba kien il-bieb ewlieni talBelt.

Id-daqqaq issokta jdoqq. Issa l-folla kienet żdiedet sew, imma baqgħu biss ftit dawk li taw kas tiegħu u ta’ x’kien qed idoqq. Kulħadd imħabbat jew imtaqqal bi ħsibijiet oħra. Ħadd ma kellu moħħ melodiji, sbieħ kemm kienu sbieħ.

Fil-bidu tal-pont kienu resqin raġel u tifla mexjin fuq in-naħa tad-daqqaq. Hekk kif semgħetu,

Mistoqsija: Liema strument idoqq il-protagonist?

it-tifla daret fuq missierha u qaltlu, “Pa, ejja ntuh xi ħaġa, miskin!”

Il-missier qalilha xi kelma minn taħt iżda wara bħal donnu reġa’ bdielu. Daħħal idu fil-but, ħareġ ftit ċenteżmi mhux ħażin u xeħethom fil-bott. Iddaqqaq raddilhom ħajr b’rasu u tbissem lit-tifla li min-naħa tagħha radditlu lura t-tbissima tiegħu.

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb MAD-DAQQ TAL-VJOLIN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 16 ta’ April.

Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb KTIEB IX-XWEJJAĦ hija:

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Semmi attività li ser issir f’Għawdex f’dawn iż-żminijiet tal-Għid.

Isem:

Numru tat-telefown:

Tweġiba:

Indirizz:

09.04.2023 24
02
N.BRIFFA - KALKARA

IT-TIENI PARTI

Missier Hindley kien jaħdem fl-armata Ingliża u kien stazzjonat fl-Afrika ta’ Fuq, f’Ċipru u fl-Italja matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Hu kien raġel aħrax u ried li bintu tkun bħalu. Kien għalhekk li għallimha tiġġieled filwaqt li kien dejjem itanbar li trid tkun lesta biex tiddefendi lilha nnifisha. Meta Hindley kellha madwar tmien snin, kien hemm tifel li gifirha f’wiċċha. Ta’ tifla żgħira li kienet, hi marret tibki għand missierha u dan tal-aħħar heddidha li jsawwatha biċ-ċinturin jekk ma kinitx se tiddefendi lilha nnifisha. Kien għalhekk li Hindley marret sabet lil dan it-tifel u qabdet tagħtih daqqiet ta’ ponn.

Dan l-aġir wassal lil Hindley biex tkun esposta għal ħafna vjolenza kemm fid-dar kif ukoll barra mid-dar. Minflok jikkoreġiha, missierha kien ifaħħrilha dan l-aġir vjolenti. F’Ġunju tal-1957, ħabib ta’ Hindley, Michael Higgins ta’ 13-il sena, stedinha biex tmur tgħum miegħu u ma’ sħabu f’ġibjun li ma kienx għadu jintuża. Hindley ma marritx għax ħarġet ma’ xi ħbieb oħrajn iżda ddispjaċieha ħafna hekk kif semgħet li Higgins għereq fil-ġibjun. Hi bdiet tħossha ħatja għall-mewt tiegħu għax li kieku marret, setgħet issalvah peress li kienet għawwiema tajba.

L-ewwel xogħol ta’ Hindley kien bħala segretarja f’kumpanija lokali tal-inġinerija elettronika. Ta’ 17-il sena, hi tgħarrset wara ftit xhur iżda ħassret kollox għax l-għarus ma kienx matur biżżejjed u ma kienx jista’ jipprovdilha ħajja komda kif xtaqet. Hindley kienet tmur għal-lezzjoni tal-judo kull ġimgħa iżda ma tantx kienet issib ma’ min titħarreġ minħabba li kienet ftit vjolenti. Hi bidlet ix-xogħol u marret taħdem ma’ Bratby and Hinchliffe, kumpanija tal-inġinerija f’Gorton. Hindley tkeċċiet wara sitt xhur minħabba li kienet tfalli ħafna.

Kif iltaqgħu

F’Jannar tal-1961, Hindley bdiet taħdem ma’ Millwards. Waqt li bdiet taħdem hawn, Hindley tefgħet ħarsitha fuq Brady, minkejja li kienet taf li kiser difru mal-pulizija kemm-il darba. Hi rnexxielha trabbi l-kunfidenza u fis-27 ta’ Lulju tal-istess sena rnexxielha tkellmu għall-ewwel darba. F’Diċembru, Brady staqsa lil Hindley biex tmur tara film miegħu u minn hawnhekk bdew joħorġu flimkien ta’ spiss. Brady influwenzaha u beda jagħtiha kotba fuq l-atroċitajiet Nazisti x’taqra. Wara li saret taf bl-ideat Nazisti, Hindley biex tiżbogħ xagħarha isfar u bdiet tiżbogħ xufftejha b’kulur aħmar skur. Hindley bdiet tilbes differenti wkoll, bi dbielet qosra, ġkieket tal-ġil-

THE MOOR MURDERS

Magħmulin għal xulxin

da u bwiez bit-tromba twila. Il-koppja nqatgħu għalihom u bdew anke jkunu inqas soċjevoli mal-kollegi tagħhom. Huma kienu jqattgħu ħafna ħin il-librerija, fejn kienu jaqraw kotba fuq kriminalità, tortura u fuq il-filosofija bħal dik ta’ Friedrich Nietzsche.

Minkejja li Hindley ma kellhiex il-liċenzja tas-sewqan, hi xorta kienet issuq vann tal-kiri fejn il-koppja kienu joqogħdu fih biex jippjanaw xi serqiet tal-banek. Hindley għamlet ħbieb ma’ George Clitheroe, li kien il-President taċ-Cheadle Rifle Club, u flimkien kienu jmorru f’shooting ranges. Clitheroe ma setax jifhem l-interess tagħha fl-isparar peress li hi ma kellhiex mira tajba, iżda xorta waħda għenha

biex tixtri xkubetta minn Manchester. Hindley talbet lil Clitheroe biex tingħaqad fl-għaqda tal-pistoli iżda m’aċċettax għax ma kinitx tajba. Minkejja dan, hi xorta waħda rnexxielha tixtri żewġ pistoli bis-saħħa ta’ xi membri ta’ din l-istess għaqda.

L-interess biex iwettqu serqa għeb u minflok, Brady u Hindley bdew jinteressaw ruħhom fil-fotografija. Brady diġà kellu kamera tar-ritratti li kien jużaha biex jieħu ritratti ta’ Hindley u tal-kelb tagħha, Puppet. Dan l-interess wassal lil Brady biex jinvesti f’kamera tar-ritratti aħjar u saħansitra xtara xi għodda tar-ritratti. Huma kienu jieħdu ritratti ta’ xulxin, u t-tip ta’ ritratti li kienu jieħ-

du ma kinux addattati għaż-żminijiet li kienu jgħixu fihom. Minn mindu bdiet tagħmilha ma’ Brady, Hindley inbidlet mil-lejl għan-nhar. Hi ma baqgħetx tfajla mistħija li kienet tieħu skandlu kif tisma’ b’affarijiet li kellhom x’jaqsmu mas-sess.

Skont Hindley, f’Lulju tal-1963, Brady beda jitkellem magħha biex iwettqu “l-qtil perfett”. Hu kien isemmilha r-rumanz ta’ Meyer Levin, bl-isem ta’ Compulsion. L-istorja kienet fuq żewġ irġiel żgħażagħ li kienu ġejjin minn familja tat-tajjeb u li pruvaw iwettqu l-qtil perfett ta’ tifel ta’ 12-il sena. Dawn jirnexxilhom jevitaw il-piena tal-mewt minħabba l-età tagħhom.

09.04.2023 25
TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
Brady u Hindley Ian Brady mal-kelb ta’ Myra Myra Hindley f’Saddleworth Moors

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

09.04.2023 26
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Isem:

Indirizz:

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

M. VELLA - ĦAL GĦAXAQ

TISLIBA 481

MIMDUDIN:

1. Kompli l-qawl; Ħabba ....... ma ċċekċikx (5)

4. Tħares lura lejk (4)

7,11. Skjav (4)

WEQFIN:

1. Xeħet (6)

2,16. Annunzja (6)

3,5. Akkuża? (6)

5. Ara 3

9. Inħall (3)

10. Kunjom (6)

12. Tittiekel (6)

16. Ara 2

18,23. Park fin-Nofsinhar ta’ Malta

11. Ara 7

12,22. Fratas, mhux biss bla xagħar imma wkoll bla sieq (5)

6,19. Stat Amerikan (6)

8. Knisja (9)

13. Wieħed Ingliż (3)

14. Belt (6)

15. Tixbah

lill-bniedem din (6)

17. Kollha Ingliż (3)

21. Jilbsuh in-nisa (3)

22. Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

MIMDUDIN: 1. Ħanut, 4.Fejn, 7,9.Isfel, 10.Sapuna, 12.Żarġun, 18.MU, 19,21 wieqfa. Ifaqqa, 20.Ħażen, 24.Pawlu

WEQFIN: 1.Ħaffef, 2,21 mimduda. Nolqot, 3,16.Tisfir, 5.Eku, 6,11.Nsara, 8.San Ġużepp, 12,23.Żraben, 13.RMA, 14.Ninsew, 15.Daħħlu, 17.Ivo, 22.Tre

09.04.2023 27
(6) 19. Ara 6 20. Qalziet (5) 21. Mingħajr (3) 23. Ara 18
Bi 3 NUMRI 113 369 529 550 556 572 593 599 632 817 852 951 B’4 NUMRI 0242 0587 1329 1490 2711 2867 3328 3360 4599 5203 5365 5437 5656 5667 6074 6615 7538 8740 8942 9414 9522 9681 B’5 NUMRI 16409 19564 21697 22808 36242 55699 56085 63679 65958 69032 72787 75788 93389 95345 B’6 NUMRI 117287 133237 174687 389556 556157 598862 673102 846094 863421 884071 913272 924497 B’7 NUMRI 0425686 0920116 1598124 1811215 6452713 7516657 Bi 8 NUMRI 01178281 08221105 10087343 22802312 23932200 45210199 61274364 70241632
24. Piż (5)

RIFLESSJONIJIET TA’ XEJN

Editorjal

Il-Fariżej, li għadhom qawwijin fi żminijietna, ikunu pronti biex iħaġġru mill-ewwel lil ħaddieħor, iżda mbagħad jagħżlu li jostru kull travu li jinsab f’għajnejhom … ta’ dan jibqgħu jiġu ġġudikati kif jixraq!

Iżjed minn elfejn sena ta’ rakkonti jibqgħu mhux biżżejjed għal dawk li jogħxew iħaġġru l-iżbalji ta’ ħaddieħor, iżda fl-istess ħin jagħżlu li konvenjentement jostru t-travi kollha f’għajnejhom. Għal min jitkaża u jqatta’ ħwejġu biex jimpressjona, avolja jinkixef kemm hu ipokrita meta jaġixxi għalkollox bil-maqlub ta’ dak li l-ħin kollu jipprietka. Dawn mhumiex biss karattri bibliċi. Il-Fariżej qawwijin ukoll fi żminijietna.

Dawn il-jiem infakkru l-prezz qares ta’ sagrifiċċji li jġorru magħhom l-umiltà u l-altruwiżmu, inkluż meta t-tbatijiet jiġu instigati minn min moħħu biss biex iħares l-interessi personali u, bla ebda rimors, isallab lil min jipperikolalu dan il-ħsieb. Pajjiżna wkoll hu xhieda ħajja ta’ konġuri foloz kontra min, bil-fatti, iwettaq il-ġid komuni.

Ġimgħa u nofs ilu kellna lil dawk li għorku idejhom meta fil-Parlament Ewropew reġgħu ddawru l-kanuni fuq Malta. Assolutament ma kien hemm

l-ebda raġuni li jsir dan, ħlief għall-fatt li l-pajjiż għaddej b’saħħtu, minkejja ċ-ċirkostanzi, u l-poplu qed igawdi għaj-

xien dejjem aħjar mill-bieraħ.

It-tentattiv iddisprat minn dawk li jippretenduha tal-paladini demokratiċi twettaq ukoll biex jimminimizzaw il-problemi serji li jeżistu fis-saltna taddritt fil-Greċja, li hi mmexxija minn gvern ħabib Konservattiv. L-għan malinn tagħhom kien li jifirxu l-akkużi wkoll fuq gvernijiet li mhumiex daqshekk ħbieb, bħal Malta u Spanja, li jappartjenu lil grupp politiku avversarju.

Il-Gvern Grieg tal-Prim Ministru Kyriakos Mitsotakis, li, bħall-Partit Nazzjonalista Malti, hu affiljat fil-grupp tal-Partit Popolari Ewropew (EPP), kien qed jirrifjuta li jilqa’ f’pajjiżu lillKumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja, u l-Intern (LIBE) bliskuża tal-inċident ferrovjarju li seħħ xahar ilu fil-pajjiż.

Saħansitra l-EPP irtira lillmembri tiegħu fil-LIBE minn din iż-żjara li trid tinvestiga t-tħassib Ewropew u tal-poplu Grieg dwar it-tmexxija fil-pajjiż. Mur ġibu dik id-deċiżjoni ħadha Gvern Laburista Malti!

Il-President tal-Parlament Ewropew u Deputata Nazzjona-

lista Roberta Metsola nnifisha wkoll dabbret kritika qawwija wara li għażlet li żżomm fommha mitbuq f’dan ir-rigward u tkun selettiva meta tikkritika u lil min.

Hi tattika identika li sħabha fuq din l-art tagħna jagħżlu li jieħdu, kemm jekk ikunux kwistjonijiet f’livell Ewropew, bħalma ġara fl-iskandlu kbir ta’ tixħim u korruzzjoni magħruf bħala Qatargate, li fih Metsola wkoll spiċċat laqqtitha minn għaqdiet bħal Transparency International, u wisq aktar dawk li jseħħu lokalment fejn iżebilħu u jinjoraw lill-istituzzjonijiet il-ħin kollu.

Din il-ġimgħa issa faqqa’ l-iskandlu ta’ allegata korruzzjoni fil-qalba tal-EPP minn nies ingaġġati direttament mill-Kap Manfred Weber. Dan tal-aħħar kien ukoll inġieb fostna biex jippritkalna u jipponta s-swaba’ lejlet l-Elezzjoni Ġenerali ta’ sitt snin ilu mill-Kap Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien, Simon Busuttil, qabel dan tal-aħħar tlaħħaq Segretarju Ġenerali tal-istess grupp politiku Ewropew fejn għadu sal-lum.

Kuljum joħorġu żviluppi

f’dan l-iskandlu marbut malelezzjonijiet Ewropej ta’ erba’ snin ilu u t-tensjoni interna qed tkompli tikber, kif irrapportat mill-midja Ewropea. Din anke wasslet għal diverġenzi mill-Polonja fejn jingħad li l-predeċessur ta’ Weber fl-EPP, Donald Tusk, qed jirrifjuta li jorganizza laqgħa skedata talgrupp f’Varsavja din il-ġimgħa li ġejja.

Iżda waqt li dan kollu jkompli jirbombja f’livell internazzjonali, jibqa’ jsib is-skiet tal-psewdo-paladini tad-demokrazija u tal-ġustizzja soċjali fostna.

Il-PN, il-friegħi kollha tiegħu u anke midja suppost indipendenti, li ripetutament jonfħu każi meta fil-mira jkun hemm il-Partit jew il-Gvern Laburista, tefgħu kutra ħoxna fuq dan il-każ, u jagħżlu li ma jgħaddu l-ebda ġudizzju kif jagħmlu dejjem f’każi oħrajn, anke meta r-riħa tinten tkun teżisti biss fil-fantażija ta’ moħħhom.

Meta jinterpretaw u jgħawġu l-affarijiet, skont kif jaqbel lilhom, ikunu kull darba qed juru l-ilwien veri tagħhom … u, bħal fi żmien Kristu, jibqgħu jiġu ġġudikati kif jixraq!

09.04.2023 28
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.