7 minute read

KURŻITAJIET TA’ ŻMIEN L-ORDNI

Kull era tħalli warajha ċerti ħwejjeġ li maż-żmien joħolqu kurżità. U aħna bħala Maltin, li bqajna nħarsu lejn l-Ordni ta’ San Ġwann bħala katalista għalina, bilfors niltaqgħu ma’ qagħdiet jew okkażjonijiet li nibbtu kurżità. Nafu li qabel il-wasla tal-Ordni, pajjiżna kien art għerja, bla ebda riżorsa, apparti x-xemx u l-baħar. Għalhekk tul il-ħakma tagħha f’pajjiżna għal 268 sena, bla dubju ta’ xejn ħalliet ċerti kurżitajiet. Dawn se nittrattahom ma’ ANTOINE BONELLO, studjuż fuq l-istorja tal-Ordni f’pajjiżna.

Minn CHARLES B. SPITERI

Advertisement

Il-lupu u l-kolonna

Fl-1582 Hughes Loubenx de la Verdalle laħaq Gran Mastru wara La Cassier. Verdalle kien bniedem pjuttost kwiet u mhux kattiv. Hu għamel mill-aħjar li seta’ biex iżomm l-armonija fl-Ordni, fejn l-għadu tagħha dejjem kien fiha stess.

Terġa’ l-Ordni iżjed iġġieldet ġlied intern u ta’ piki fi żmien ta’ paċi, milli fi żmien ta’ gwerra. Fil-fatt, fi żmien ta’ gwerra, l-Ordni kienet tingħaqad u tissaħħaħ.

Darba fost l-oħrajn, il-Gran Mastru Verdalle talab lill-Papa jintervjeni fil-kwistjonijiet interni li kellu f’pajjiżna. Nafu li l-Papa kellu rispett kbir lejn dan il-Gran Mastru; tant li fl-1587 għamlu Kardinal, bit-tama li dik id-dinjità ġdida tiksiblu aktar ġieħ u rispett mill-Kavallieri li ma kinux kuntenti bil-ħatra tiegħu.

Iżda l-ħatra ta’ Kardinal ma ntgħoġbitx minn ċertu ċirku ta’ nies f’Ruma, fosthom mill-Kardinal Ascanio Colonna. Dan il-Kardinal kien responsabbli mill-ikla li kienet issir lill-Kardinali l-ġodda, liema ikla kienet issir fid-dar tiegħu.

Insibu li Verdalle ma kellux il-merħba li stenna mill-Kar- dinal Ascanio, għax dan wasal biex umiljah pubblikament waqt l-ikla. Hu kien qabad ferħ ta’ lupu u żammu b’katina taħt saqajh tul l-ikla kollha.

Għaliex għamel dan il-ġest?

Irridu nkunu nafu li fl-araldika tal-familja Verdalle, hemm lupu. U biex il-Kardinal juri lill-Gran Mastru li hu kien aqwa minnu, qabad dak ilferħ ta’ lupu u qiegħed saqajh fuqu.

Il-Gran Mastru baqa’ sieket waqt l-ikla, iżda malajr ħaseb x’kellu jagħmel. U kkumbatta dak is-sarkażmu b’sarkażmu ieħor. X’għamel? Meta wasal Malta, ħallas biex tinbena kolonna twila quddiem il-Palazz, fil-Belt Valletta u fuqha qiegħed statwa ta’ lupu.

Il-messaġġ li ried iwassal kien li l-kolonna (kunjom il-Kardinal Ascanio) qiegħda taħt il-lupu. Jiġifieri li f’Ruma seta’ jagħmel li għamel, iżda f’Malta jikkmanda Verdalle. Il-messaġġ wasal. U bnieha b’riżultat ta’ dik l-offiża, li Verdalle tant kien ħadha bis-serjetà li saħansitra ħalla l-flus biex wara mewtu tibqa’ tinżamm u tkun restawrata għal żmien twil.

Tromba fuq Malta dik li bdiet bħala tromba fuq il-baħar, kompliet tikber u żviluppat f’uragan, f’perjodu qasir ta’ żmien. Dan l-uragan kellu effetti kbar fil-Port il-Kbir. Tant hu hekk li erba’ galjuni tal-Ordni: is-Santa Fe, is-San Mikiel, is-San Filippu u s-San Claudio, inqalbu ta’ taħt fuq, u mill-inqas ħallew 600 ruħ mejta. Fi ftit minuti, il-flotta tal-Ordni żvintat. Insibu kitba li tgħid li l-Port il-Kbir kien mimli b’biċċiet tal-injam, arbli tax-xwieni u nies mejta.

Din it-telfa tant kienet kbira li t-teżorerija tal-Ordni ma kinitx f’qagħda li terġa’ tibni l-bastimenti. Iżda biex jagħti l-eżempju, il-Gran Mastru de la Sengle, ikkummissjona galera f’Messina u ħallasha minn butu. Dan il-ġest kien imitat mill-Kavallier de Brock, il-Prijur ta’ San Gives, li kkummissjona u ta lill-Ordni galjun kbir. Warajh, il-Kavallier Francois de Lorena, Prijur ta’ Franza, ippreżenta wkoll żewġ galjuni u l-Prinċep Philip it-Tieni ta’ Spanja wkoll ta żewġ galjuni lill-Ordni.

Però l-istorja ma ntemmitx hemm. F’dik l-istess sena, Dragut ġie Malta b’seba’ galjuni; invada l-kampanja u ħa numru ta’ lsiera miegħu. B’xorti tajba, forza ta’ mad war 300 Kavallier, immexxija mill-Kavallier Louis de Lastic, irnexxielha tħarbat dan l-attakk u toqtol ħafna mill-Misilmin u ħarrbu u salvaw lillMaltin li kienu nqabdu.

F’din l-okkażjoni, Dragut irnexxielu jaħrab. Kieku nqabad, jaf kienet titbiddel l-istorja tiegħu.

Sfortunatament, fl-1557 ħames galeri mill-flotta li kienet regalata lill-Ordni, taħt il-Kavallier Francois de Lorena ltaqgħu ma’ forza Musulmana ftit ’il barra mill-kosta ta’ Rodi u sofrew tkissir estensiv. Dak li kien fadal minn dik il-flotta wasal f’Malta fis-17 ta’ Ġunju tal-istess sena u l-Gran Mastru de La Sengle tant ħadha bi kbira, li kif insibu, saħħtu marret ilbaħar u miet ftit wara.

Il-mewt ta’ Dragut

Din il-mewt hi ċirkundata b’misteru, għax min jgħid li miet f’jum u min jgħid f’jum ieħor. Min jgħid li miet kawża ta’ ħaġa u min jgħid li miet b’kawża oħra. Allura l-verità ma jafha ħadd, għax mewtu kienet insatret. Dan ġara għax Dragut kellu ċerta fama u importanza waqt l-assedju, u meta kien imut xi ġeneral importanti ovvjament kienu jinħolqu ċerti riperkussjonijiet. Fosthom tkun iddemoralizzata l-armata. Meta miet, li naħsbu li miet tal-kolp, ittieħed f’tinda fejn qalu li nżamm għall-kura. Ingħatat l-aħbar ta’ mewtu nofs siegħa wara li t-Torok kienu qabdu l-fortizza ta’ Sant’Elena. Dan biex l-attakki fuq il-fortizza jkomplu.

X’ġara fir-realtà? Hemm ħafna teoriji li jqanqlu dibattiti, iżda ħafna jgħidu li jew kien tir sparat mill-Forti Sant’Iermu, jew miet kawża ta’ friendly fire, jiġifieri minnaħa tal-Musulmani nfushom, u oħrajn li jsemmu raġunijiet oħra.

Fir-realtà jekk nieħdu lil Francesco Balbi ta’ Correggio, dan jgħid li t-Torok kienu ħaffru trinek u Dragut kien qed iħares lejn il-Forti Sant’Iermu u nnota li l-kanuni kienu qed jisparaw għoli ħafna mid-direzzjoni ta’ fejn riedhom jikkonċentraw l-isparar. U ta ordni biex ibaxxu l-mira. Reġgħu bdew jisparaw u ra li xorta kienu għadhom fil-għoli. Tahom struzzjonijiet biex ibaxxu aktar. Din id-darba wieħed mill-kanuni kien qed jimmira fil-baxx wisq, spara fejn kien hemm Dragut u ġebla li kien hemm maġenbu taret u laqtitu fuq rasu. Hawn min jgħid li laqtitu fuq nagħsu, iżda nsibu li rasu kienet miftuħa ktieb.

Verżjoni oħra interessanti kienet ta’ storiku Tork, Gelieolulu Mustafa Ali. Dan fl1591 kiteb li Dragut la miet għax sparawlu mill-fortizza u lanqas kif qal Balbi, bi sparatura ta’ kanun. Hu qal li Dragut miet flimkien mal-Kmandant tal-Artillerija Soli Agra u l-mewta kienet aċċidentali minħabba tiswija mhux adatta fuq kanun. Jgħid li l-mewt ta’ Dragut kienet istantanja u nsatret għal ftit jiem; mit18 sat-23 ta’ Ġunju, biex ma jiddemoralizzawx lis-suldati fil-kisba tagħhom ta’ Sant’Iermu.

L-ewwel ġebla tal-Belt Valletta

Ħafna huma tal-fehma li l-ewwel ġebla tal-Belt Valletta mqiegħda mill-Gran Mastru de Valette kienet fejn hemm il-knisja tal-Vitorja. Il-verità hi, li minn dak li sibna miktub, l-ewwel ġebla tpoġġiet fit-28 ta’ Marzu tal-1560, taħt St John’s Bulwark. Taħtha tqiegħdu wkoll medalji tad-deheb u tal-fidda bil-kitba “Melita Reborn”. Il-ġebla tat-tifkira twaħħlet b’taħlita ta’ trab tal-franka u ramel mill-Gran Mastru de Valette.

Dan kollu jagħmel sens, għax jekk naraw l-ewwel pjanti tal-belt, l-ewwel ma bdew jinbnew ma kinux il-knejjes u d-djar iżda s-swar. Il-bini talbereġ, tad-djar u l-Katidral saru wara. Is-St John’s Bulwark jinsab fejn il-lum hemm il-Ġnien ta Hastings, viċin Putirjal. Illum għadna nsibu viċin il-bini tal-Kavallier ta’ San Ġakbu u tal-Kavallier ta’ San Ġwann u barra Putirjal, (illum midfunin) żewġ Kavallieri oħra, wieħed fejn hemm il-grawnd tal-futbol u ieħor fejn hemm it-terminus talkarozzi tal-linja.

“Dan kollu jindika li l-ewwel ġebla ma kinitx il-knisja tal-Vitorja jew l-inħawi iżda parti mis-sur.”

Ras il-Beatu Ġerardu

Il-kranju tal-Beatu Ġerardu, fundatur tal-Ordni ta’ San Ġwann, jinsab Malta, fil-monasteru tas-sorijiet tal-klawsura ta’ Sant’Ursola. Din ir-ras kienet ġiet minn Franza.

L-Ordni ma twaqqafx ta’ malajr, iżda żviluppa skont l-esiġenzi taż-żminijiet. Hu kien ingħaqad mal-Ordni Benedittina meta kiber. F’madwar l-1080 mar Ġerusalemm fejn serva fl-Abbazija ta’ Santa Marija tal-Latini. Hemmhekk raw il-ħiliet tiegħu u ħatruh responsabbli mill-isptar ta’ San Ġwann. Hu u oħrajn baqgħu jieħdu ħsieb lill-morda u lill-fqar sal-1199, meta l-Kristjani tkeċċew mill-Belt.

Maż-żmien meta ġie ffurmat ir-renju ta’ Ġerusalemm, l-isptar beda jiffunzjona aħjar milli taħt il-Musulmani. Ħafna nobbli kkontribwew għallisptar, li kien important ferm. Irridu nifhmu wkoll li dak iżżmien, fejqan ma tantx kien hemm, għax ma kienx hemm mediċini, iżda kienu jdewwu lil dak li jkun kif setgħu u jgħinuh jgħaddi għal ħajja oħra.

Fil-fatt, u din baqgħet sa tard fl-Ordni, min jidħol fi sptar mhux jaraw x’għandu, iżda l-ewwel prijorità kienet li jqerr, jitqarben u jikteb ilwirt. Għall-isptarijiet kollha ta’ dak iż-żmien l-importanza ma kinitx li jsalvaw in-nies mill-mard, iżda li jsalvaw ruħ dak li jkun. Jiġifieri l-pazjent daħal, qerr, tqarben u għamel it-testment. U jdewwuh kif jistgħu wara.

Interessanti li għalkemm aħna nsibuha bħala l-Ordni ta’ San Ġwann il-Battista, oriġinarjament dan l-isptar li kien jopera minnu l-Beatu Ġerardu, ma kienx imsemmi għal dan il-qaddis, iżda għal

Ġwann ieħor The Alms Giver, qaddis tas-seklu 7. L-isptar kien jinsab maġenb monasteru dedikat lil San Ġwann il-Battista u probabbilment maż-żmien kien iktar faċli għan-nies li jssemmu dan il-monasteru biex jindikaw eżatt lill-pellegrini fejn kien jinsab u b’hekk sar magħruf bħala l-isptar ta’ San Ġwann il-Battista.

Meta l-Beatu Ġerardu waqqaf l-ordni adotta regoli mill-kodiċi ta’ San Benedittu u Santu Wistin. Dan biex imexxi l-isptar aħjar u b’dixxiplina.

L-Ordni ma kienx twaqqaf b’xi pjan strateġiku u għall-bidu ħadd ma ta kasu, iżda mażżmien l-esiġenzi nbidlu u ġiet riorganizzata biex tħares iktar lill-morda u lill-foqra.

Għax meta kienu jagħmlu pellegrinaġġ, kienu jdumu sitt xhur sejrin u forsi 25% biss kienu jaslu jwettquh, għax jew joqtluhom il-furbani biex jisirquhom, jew jimirdu, jew imutu huma u jirritornaw lejn pajjiżhom. Il-bżonn għal esiġenza militari kiber u għalhekk l-Ordni ftit wara bdiet tħaddem merċenarji biex jieħdu ħsieb lill-istess sptar, biex ma jkunx attakkat jew misruq. Is-serq kien jikkonsisti fl-ikel, xi forma ta’ mediċina u utensili tal-fidda. Fil-bidu, kien hemm regoli fejn il-membri tal-Ordni ta’ San Ġwann lanqas setgħu jaqbdu armi b’idejhom.

Ġara iżda li l-Ordni bdi- et tikber, in-nies tas-sigurtà saru suldati u mbagħad l-istess armata li dejjem bdiet tikber għas-sigurtà, ingħatat ċerta dixxiplina u pożizzjonijiet. Aktar tard kienu ffurmati l-Kavallieri, il-kmandanti, il-Balliji, eċċ., li ffurmaw ġerarkija, u l-istess membri tal-Ordni bdew jiffurmaw parti minnha. Issa, l-Beatu San Ġerardu jaħsbu li miet bejn l-1118 u l-1121. Ġismu kien priservat għal ċertu żmien u żammewh fil-monasteru ta’ Ġerusalemm. Wara ttieħed f’Acre u meta din waqgħet f’idejn il-Musulmani, ittieħed fil-pajjiżi Ewropej. Il-katavru poġġewh f’kaxxa tal-fidda f’kappella fi Provenza u l-kranju nġieb Malta fl-1749. Fir-Rivoluzzjoni Franċiża sar diżastru u l-fdal tiegħu tferrxu ma’ kullimkien.

Il-famuża ‘Wiċċ Laskri’

L-użu tal-maskri fil-karnival kienet ħaġa normali. Kienu żminijiet li kien hemm nuqqas ta’ dixxiplina. F’Marzu 1639, il-Gran Mastru Paolo Lascaris ipprojbixxa lin-nisa milli jilbsu l-maskra u jipparteċipaw fil-ballijiet organizzati mill-Kavallieri fil-bereġ tagħhom. Il-penali kienet swat bil-frosta fil-pubbliku. Il-Kavallieri waħħlu fil-Ġiżwiti għal dawn il-projbizzjonijiet u tant qam inkwiet li l-Ġiżwiti kellhom jitkeċċew minn Malta.

L-idjoma Maltija ‘Wiċċ

Laskri’ bdiet tintuża għal bniedem imdejjaq u bin-nervi. Lascaris ma kienx kattiv. Kien bniedem monastiku li għall-Kavallieri kien antikwat. Hu pprova jdaħħal id-dixxiplina fl-Ordni li fis-seklu 17 illaxkxat. Tant hu hekk li sa minn dak iż-żmien daħlet il-kelma “zoccola” li għadha tintuża fit-Taljan.

Il-prostituzzjoni kienet enormi f’Malta u l-aktar klijenti tal-prostituti kienu l-istess Kavallieri li tnisslu min-nobbiltà u kellhom ilflus. Ma kinux se jmorru ma’ nisa tat-triq. Għalhekk biex jiġbdu l-attenzjoni tal-Kavallieri, il-prostituti kienu jilbsu sabiħ u dak iż-żmien kien hemm ċertu vestwarju li riedu jilbsu, biex jingħarfu li kienu zoccole. Għax bniedem kellu d-dritt ikun jaf bin-nisa ta’ dak ix-xogħol. U l-ewwel takkuna li kienet tinsab, kienet f’dawk iż-żraben tal-injam Olandiżi. Minn hemm ġejja l-kelma zoccola għax tixbah lid-difer tażżwiemel.

F’xi żmien, dawn in-nisa tkeċċew ukoll; l-ewwel mill-Belt Valletta u wara ntbagħtu lejn Sqallija. Wara li f’Malta kienu draw imorru mal-Kavallieri, sabuha faċli jisseduċu lill-gvernaturi u d-dinjitarji Sqallin u bdew jintegraw mas-soċjetà għolja. Kien minn hemm li ħareġ it-terminu zoccole; minħabba l-ilbies ta’ din it-takkuna biex jidhru itwal u b’patatthom fil-għoli.

This article is from: