2 minute read

MUMENTI TA’ ENZO GUSMAN

Dan l-aħħar sirt naf li hawn il-mara tal-mibki kantant

Enzo Gusman hawn Malta mill-Kanada, u peress li kont naf li kienet għadha kif ippubblikat ktieb dwar l-aħħar mumenti t’Enzo stess, ħadt l-opportunità kkuntattjajtha u ltqajt magħha sabiex din l-intervista saret possibbli. Qed nirreferi għal Carmen Gusman.

Advertisement

Iltqajt magħha Buġibba, u nistqarr li mal-ewwel ħassejtni komda magħha, daqslikieku ilna nafu lil xulxin mitt sena.

Personalment qatt ma ltqajt ma’ Enzo wiċċ imb wiċċ, iżda peress li huwa Slimiż mis-Sacro Cuor, ta’ kull sena kont insegwih ikanta l-innu fuq iz-zuntier tal-knisja, millkażin ta’ faċċata waqt il-ħruġ tal-Madonna tas-Sacro Cuor. Festa li hija għal qalbi ħafna, apparti li jiena mgħammda fl-istess parroċċa, minn tarbija l-ġenituri tiegħi kienu jeħduni flimkien m’oħti għal din il-festa wisq għażiża għal missieri li kien ukoll minn din l-istess parroċċa.

Dan l-aħħar Enzo flimkien ma’ martu Carmen u wliedhom kienu qed jgħixu l-Kanada. Fil-fatt, miet u ndifen il-Kanada stess ukoll.

Iżda kif qaltli Carmen, xorta kien baqa’ viċin Malta u l-Maltin. “Kien baqa’ xorta jsegwi l-aħbarijiet ta’ Malta mill-Kanada, u anke kien baqa’ għaddej bil-programmi tiegħu jirrekordja mid-dar stess.”

Illum il-ġurnata, Carmen ta’ spiss tmur ħdejh fuq il-qabar għax iċ-ċimiterju mhux bogħod wisq minn fejn toqgħod. Tħossha viċin tiegħu, daqslikieku għadu hawn u kultant lanqas tkun trid temmen li verament m’għadux f’din id-dinja. Carmen inkarigat ruħha tikteb u tippubblika ktieb dwar l-aħħar mumenti li għex Enzo Gusman proprju mit-28 ta’ Lulju 2020 sas-17 ta’ Diċembru 2021 u l-ktieb semmietu Id-Djarju ta’ Enzo, maħruġ minn Klabb Kotba Maltin.

“Ħassejt li din hi xi ħaġa li kelli nagħmel, jiġifieri nispjega x’ġara, kif ġara u l-konsegwenzi u d-diffikultajiet li kellna ngħaddu minnhom flimkien, bħala familja. Żammejna kollox fil-privat kemm stajna, għax ma xtaqniex li d-diżgrazzja ta’ Enzo tiġi sensazzjonalizzata. Issa li għadda kollox, inħoss li kieku Enzo kien għadu magħna, kien jieħu gost jaqsam din l-esperjenza li għadda minnha, mal-ħbieb u

Ħassejt li din hi xi ħaġa li kelli nagħmel, jiġifieri nispjega x’ġara, kif ġara u l-konsegwenzi u d-diffikultajiet li kellna ngħaddu minnhom flimkien, bħala familja. Żammejna kollox fil-privat kemm stajna, għax ma xtaqniex li d-diżgrazzja ta’ Enzo tiġi sensazzjonalizzata mas-semmiegħa tiegħu, kif kien ta’ spiss iħobb jagħmel,” bdiet tgħidli Carmen dwar kif nibtet ix-xewqa li tikteb dan il-ktieb dwaru.

Fi kliem ieħor, kompliet tgħidli li xtaqet li tkun hija stess il-vuċi tiegħu, u tkompli bid-djarju tiegħu mit-28 ta’ Lulju 2020 – meta seħħ l-inċident, sas-17 ta’ Diċembru 2021, il-jum li ħalla din id-dinja. “B’hekk permezz talktieb dwaru u anke bil-bust tiegħu f’Tas Sliema, Enzo ser jibqa’ ħaj bihom it-tnejn.”

Ta’ min ngħidu li l-bust ta’ Enzo Gusman inħadem millħabib tiegħu Indri Attard. Dan il-bust tpoġġa f’The Imperial, Tas-Sliema, b’tifkira tiegħu.

Il-qligħ kollu tal-ktieb se jmur għal diversi istituzzjonijiet u kawżi ġusti f’Malta

Illum il-ġurnata permezz ta’ dan il-ktieb dwaru, tħoss li kompliet timxi fuq il-passi tiegħu u għalqet kapitlu dwaru, u b’hekk tħoss bħal serħan f’qalbha.

Damet tiktbu madwar sitt xhur, imbagħad kellha taqilbu bil-Malti u għalhekk ilproċess sakemm ħareġ ħa ftit aktar xhur. Ta’ min jgħid ukoll, li l-qligħ kollu tal-kotba mibjugħin, bil-prezz ta’ €20 għal kull ktieb, ser imur għal diversi istituzzjonijiet u kawżi ġusti f’Malta stess.

Ġralu eżatt bħal Christopher

Reeve li kien interpreta l-parti ta’ superman

Carmen stqarret miegħi li sfortunatament Enzo bl-aċċident li kellu, ġralu eżattament bħall-attur Christopher

Reeve li kien interpreta lil superman. It-tnejn li huma bl-aċċident spiċċaw kisru għonqhom u minn hemm ’il quddiem ħajjithom marret lura.

Carmen tiddeskrivi lil Enzo bħala bniedem li ma kienx hawn bħalu, innovattiv, perfezzjonist, kellu widna ma’ kulħadd, qalbu tajba u jħobb jgħin.

Kurżità ħelwa dwar Car-

This article is from: