2 minute read

JIBBRILLAWX U JFALLU FIL-BAŻIKU

Il-Viċi Kap approvat għall-Parlament Ewropew fl-istess ġimgħa li nqabad li ma jafx li l-pensjonijiet mhumiex taxxabbli u l-Kelliem għall-korpi dixxiplinati jipproponi biex il-Pulizija tal-Komunità jwettqu inforzar tal-liġi kif fil-fatt diġà jsir

Il-fatt li l-Partit Nazzjonalista taħt Bernard Grech qed ikompli jinxef, mhux biss min-nies, imma anke mill-ħeġġa u millideat jibqa’ sintomatiku u konsistenti, kif rifless fl-aħħar ġimgħa fejn żewġ deputati ewlenin tiegħu – il-Viċi Kap David Agius u Joe Giglio – inqabdu ma jafux ilfatti fuq ix-xandir. Meta intervistati fuq suġġetti li huma direttament responsabbli għalihom fix-Shadow Cabinet, ukoll spiċċaw jiġu rredikolati.

Advertisement

Agius, li hu wkoll il-Kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali, inqabad iħawwad dwar il-pensjonijiet u ma kienx jaf li Gvern Laburista fl-2013 neħħa t-taxxa fuq il-pensjonanti meta wkoll ra li l-Paga Minima Nazzjonali ma tinqabadx għal fini ta’ ġbir midDipartiment tat-Taxxi Interni.

F’inqas minn 24 siegħa wara kien imiss din id-darba lil Giglio li jgħid affarijiet skorretti fuq il-Pulizija filKomunità tant li kellha tintervjeni

David Agius (xellug) u Joe Giglio (fin-nofs), li fl-aħħar jiem inqabdu ma jafux il-bażiku f’temi importanti li suppost jispeċjalizzaw fihom, flimkien mal-Kap tagħhom Bernard Grech, li wkoll ma jagħmlilhomx għajb

Kriminali, inzerta hu wkoll il-Kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi.

Biex tgħaxxaq, tlett ijiem biss wara ż-żelqa tiegħu, Agius ġie approvat mittmexxija Nazzjonalista bħala kandidat ġdid għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla.

F’dibattitu fuq TVM, Agius kien qed jargumenta mal-Ministru għall-Politika Soċjali Michael Falzon, fuq temi soċjali, inkluż il-pensjonijiet meta ddikjara li, qabelxejn, “naħseb li l-pensjonanti m’għandhomx jinqabdu bit-taxxa”.

Il-Ministru Falzon kien pront jikkoreġih meta rrimarkalu li “fil-verità ma jinqabdux … il-pensjoni ma tinqabad xejn u qatt.” Hu kompla jżid li “meta nbidlet l-amministrazzjoni fl-2013, il-Gvern il-ġdid Laburista ma biddel xejn mill-Baġit li kien sar taħt amministrazzjoni differenti. Biddilna ħaġa waħda biss … li l-minimum konna għamilnieha mhux taxxabbli. Jiġifieri le l-pensjoni mhijiex taxxabbli.”

Il-Viċi Kap Nazzjonalista wkoll deher skomdu għall-aħħar hekk kif il-Ministru fakkar li, għal 22 sena sħaħ, il-PN qatt ma ta żieda waħda lill-pensjonanti.

“Ta’ min juri li bejn l-1994 u l-2016 – 22 sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista – f’dawk is-snin kollha, il-pensjonanti ma ħadux żieda waħda,” qal Falzon. Agius ipprova jiġbor ġieħu billi jgħid li mhux veru u aċċenna għal żidiet filkumpens tal-għoli tal-ħajja. Iżda millġdid il-Ministru pront reġa’ kkoreġieh u qallu li “l-pensjoni mhux il-COLA (Cost Of Living Adjustment), tidħakx bin-nies. Il-COLA mhijiex żieda fil-pensjoni.”

Min-naħa l-oħra, fi programm fuq irradju tal-Knisja, il-Kelliem Nazzjonalista għall-Intern saħaq li l-Pulizija talKomunità, proġett li introduċa dan ilGvern, għandhom ikollhom is-setgħa li jinforzaw l-ordni fit-triq.

Hu qal “jekk membru tal-Community Police tirrikorrilu xi kontravenzjoni, jirrikorrilu li xi ħaġa li mhux kif suppost, jirrikorrilu li għandu bżonn jirrapporta xi ħaġa, inħoss li l-Community Policing għandhom ikunu mrawmin ukoll biex dak li jaraw, dak li jirrapportaw, dak li jiskopru, ikunu jistgħu jaħdmu fuqu.” Dlonk ikkoreġietu l-Ispettur Gabria Gatt, li kienet qed tieħu sehem fl-istess programm u tmexxi reġjun ta’ Pulizija fil-Komunità. “Xtaqt inkellem lil Dr Giglio fuqha wkoll, għax smajtha diġà darb’oħra f’intervista li kellu qabel. IlCommunity Police hu pulizija kif hemm fid-distrett. Jiġifieri jekk jiltaqgħu ma’ krejn bla permess ħadmuh, ma ċemplux l-għassa biex jinvestigaw huma, jiġifieri Community Policing għandhom l-istess poteri bħal pulizija kwalunkwe … ilpoteri huma l-istess,” tenniet l-Ispettur, li wkoll irrimarkat kif hi weġgħa għaliha li kummenti ta’ Giglio jitfgħu f’dawl differenti lill-Pulizija fil-Komunità.

Għal din ir-reazzjoni, Dr Giglio kellu jammetti fil-programm li ma kienx jaf il-bażiku.

This article is from: