01 ħarsa ġenerali
Id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali (DSS) huwa impenjat li jipprovdi liċ‑ċittadini b'aċċess faċli għas‑servizzi. F'dawn l‑aħħar snin, nidejna numru sinifikanti ta' servizzi online disponibbli għall‑pubbliku. Dawn is‑servizzi huma mfassla biex ikunu aċċessibbli, sikuri u konvenjenti. Barra minn hekk, is‑servizzi huma disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil‑ġimgħa. Żidna wkoll karatteristiċi ġodda u tejjibna dawk eżistenti biex tagħmilha aktar faċli għaċ‑ċittadini biex jużaw is‑servizzi online tagħna.
Wieħed mis‑servizzi online l‑aktar popolari huwa mySocialSecurity. Din il‑pjattaforma tnediet tliet snin ilu biex tipprovdi liċ‑ċittadini b’għażliet ta’ self‑service online sikuri, faċli u konvenjenti. L‑utenti jistgħu jaċċessaw firxa wiesgħa ta’ għażliet ta’ self‑service, inkluż l‑immaniġjar tad‑dettalji personali, l‑aġġornament tad‑dettalji bankarji, l‑użu ta’ kalkolaturi u servizzi oħra. L‑App tal‑Website nħolqot bil‑għan li s‑servizzi jkunu disponibbli għall‑pubbliku f'varjetà ta' formati inkluż kompjuters, laptops, mowbajls u tablets.

L‑utenti jistgħu jaċċessaw diversi servizzi personalizzati tas‑sigurtà soċjali fuq mySocialSecurity, li wħud minnhom jeħtieġu awtentikazzjoni tal‑e‑ID għal aktar sigurtà. Dawn is‑servizzi jinkludu: monitoraġġ tal‑applikazzjoni u taċ‑ċertifikat mediku blu, iċċekkjar jew indirizzar ta’ kwalunkwe’ nuqqasijiet fil‑Kontribuzzjonijiet tas‑Sigurtà Soċjali tiegħek, ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet kemm tal‑qligħ (FS3), tal‑ebda qligħ jew ta’ pagamenti maħruġa għal sena speċifika fl‑aħħar ħames (5) snin, ħlas lura ta’ pagament żejjed, irrappurtar ta’ pagament mhux riċevut, sottomissjoni ta’ dokumenti, skedi ta’ rati ta’ benefiċċji u dati ta’ ħlas, aġġornament tad‑dettalji tal‑bank, ta’ kuntatt, kif ukoll tara dettalji personali tiegħek.
Barra minn hekk, mySocialSecurity toffri wkoll firxa ta’ kalkulaturi għal benefiċċji bħall‑Allowance tat‑Tfal, Kontribuzzjoni għal dħul f’Dar tal‑Anzjani, Benefiċċju ta’ Waqt l‑Impjieg, Pensjoni tal‑Irtirar, Benefiċċju tal‑Mard, Tnaqqis Gradwali tal‑Benefiċċji, Benefiċċju għal Diżimpjieg u Pensjoni tar‑Romol. Dawn il‑kalkulaturi jipprovdu liċ‑ċittadini b'mod faċli kif jistmaw l‑ammont ta' benefiċċji li jistgħu jkunu eliġibbli għalihom u jistgħu jgħinuhom jieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati.
Tista’ tikkuntattja lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali billi tiskannja l‑kodiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt jekk għandek xi mistoqsijiet. kuntattdss.gov.mt
oħloq il‑kont tal‑e‑ID tiegħek biex taċċessa s‑servizzi tas‑Sigurtà Soċjali online
Kont tal‑e‑ID b’xejn u sigur jipprovdi għodda personalizzata għal kulħadd sabiex taċċessa s‑servizzi online tas‑Sigurtà Soċjali, kemm jekk tirċievi benefiċċji kif ukoll jekk le. Tista’ tuża l‑kont tal‑e‑ID tiegħek biex tapplika online għal benefiċċji u servizzi, tiċċekkja l‑istatus ta’ applikazzjoni jew timmaniġġja l‑benefiċċji li diġà tirċievi. Kollha minn kullimkien! Biex toħloq kont tal‑e‑ID idħol fil‑URL konteid.gov.mt.


Jekk diġà għandek kont tal‑e‑ID, tista’ taċċessa s‑servizzi online tas‑Sigurtà Soċjali billi tiskenja il‑Kodiċi QR jew idħol fil‑URL t’hawn taħt applikazzjonijietdss.gov.mt
għaliex għandek toħloq kont tal‑e‑ID? mod effiċjenti
Il‑kont tal‑e‑ID tiegħek jagħtik aċċess immedjat għal informazzjoni u għodda personali, u jpoġġik fil‑kontroll tal‑ħin tiegħek!
huwa sigur
Aħna impenjati li nużaw l‑aħjar teknoloġiji disponibbli biex nipproteġu l‑informazzjoni personali tiegħek. Miżuri ta’ sigurtà jżommuk sikur u protett.
huwa faċli
L‑aċċess għal mySocialSecurity bil‑kont tal‑e‑ID tiegħek huwa konvenjenti sabiex tkun tista’ tevita l‑vjaġġ!


03 applikazzjonijiet u servizzi ‑ A sa Z
ħarsa ġenerali
Id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali għamilha faċli għall‑applikanti biex jaċċessaw l‑applikazzjonijiet u s‑servizzi online kollha f'post wieħed. Meta tikklikkja fuq il‑link ipprovdut, tiġi dirett għal‑lista kollha tal‑applikazzjonijiet u servizzi b’mod alfabetiku mingħajr ma jkollok għalfejn tinnaviga permezz ta’ folji ta’ informazzjoni għal kull applikazzjoni jew servizz individwali.
x’se tingħata
Meta tuża din il‑lista ċentralizzata, ser ikollok aċċess għal ġabra komprensiva ta’ applikazzjonijiet u servizzi online li huma relatati mad‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali. Dawn l‑applikazzjonijiet jistgħu jitlestew f'inqas minn 10 sa 15‑il minuta, jekk wieħed jassumi li għandek il‑prerekwiżiti kollha meħtieġa disponibbli. Għas‑servizzi, l‑informazzjoni meħtieġa tintwera fuq l‑iskrin, u tagħmilha faċli għalik biex taċċessaha u tużaha.


eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Il‑maġġor parti tal‑applikazzjonijiet u s‑servizzi disponibbli permezz tad‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jeħtieġu li jkollok kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta. Dan il‑kont tal‑e‑ID se jintuża għal skopijiet ta’ awtentikazzjoni.
s‑servizztaċċessa
Biex tara l‑lista tal‑applikazzjonijiet u s‑servizzi kollha relatati mad‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jekk jogħġbok skannja il‑Kodiċi QR jew idħol fil‑URL t’hawn taħt
04 applikazzjoni ‑
monitoraġġ

ħarsa ġenerali
L‑enfasi ta’ dan is‑servizz hu li jipprovdi lil benefiċjarju bid‑dettalji tal‑benefiċċji li huma kurrenti u attivi. Dan jinkludi ukoll benefiċċji li għadhom pendenti li qed jistennew assessjar u awtorizzazzjoni mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali.
x’se tingħata
Lista bid‑dettalji ta’ l‑applikazzjoni/jiet jew talba/talbiet għar‑reviżjoni magħmula minnek f’ dawn l‑aħħar tnax‑il (12) xahar. Minn hawn inti tista’ tivverifika jekk it‑talba tiegħek tkunx ġiet ipproċessata u r‑riżultat relevanti.
esklużjonijiet:
• Pensjoni tal‑Irtirar: Evalwazzjoni Tentattiva.
• Benefiċċju tal‑Mard: Talbiet taċ‑Ċertifikat Mediku Blu.
eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta.
kif s‑servizztaċċessa
Jekk jogħġok skannja l‑Kodiċi QR jew idħol fil‑URL t’hawn taħt biex tagħmel monitoraġġ tal‑applikazzjonjiet eżistenti jew mitluba minnek.

ċertifikat mediku blu ‑ issottometti
ħarsa ġenerali
Tista’ tissottometti kopja oriġinali taċ‑ċertifikat mediku blu online. Il‑Benefiċċju għal Mard jista’ jingħata lil persuna li għadha ma laħqitx l‑età tal‑irtirar u għandu jimtela ċertifikat mediku blu minn tabib. Iċ‑ċertifikat mediku blu għandu jiġi sottomess lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali fi żmien għaxart (10) ijiem mill‑ewwel jum tal‑mard. L‑uniċi eċċezzjonijiet aċċettati huma dovuti għad‑dħul fl‑isptar jew trattament barra mill‑pajjiż. Min‑naħa l‑oħra, il‑kopja taċ‑ċertifikat mediku blu għandha tingħata lil min iħaddem. Jekk il‑mard ikun iktar minn erbatax‑il (14) ġurnata iċ‑ċertifikat mediku blu għandu jiġi mġedded kull żewġ (2) ġimgħat, sakemm l‑persuna tkun tajba biex terġa’ tmur lura x‑xogħol.
kif tista’ tissottometti ċertifikat mediku blu
Tista’ tissottometti kopja oriġinali taċ‑ċertifikat mediku blu billi tiskannja il‑Kodiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt

certifikatdss.gov.mt
Inti għandek tirċievi l‑ħlas fi żmien għoxrin (20) ġurnata jekk id‑dettalji meħtieġa jiġu sottomessi u li int tkun eliġibbli.

ċertifikat mediku blu ‑ monitoraġġ
ħarsa ġenerali
Dan is‑servizz online juri dawk iċ‑Ċertifikati Mediċi Blu li inti ppreżentajt lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali minn ħames (5) snin ilu. Iċ‑ċertifikati mediċi blu huma elenkati skont is‑sena u huma ppreżentati b’mod kronoloġiku.
F’każ ta’ perjodu ta’ mard fit‑tul, iċ‑ċertifikat mediku blu għandu jiġi sottomess lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali kull erbatax‑il (14) ġurnata.
Persuna m’għandhiex għalfejn tissottometti l‑kopja taċ‑ċertifikat mediku blu lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, jekk il‑perjodu ta’ mard huwa ta’ (tlett) 3 ijiem jew anqas. Għalhekk, wara din id‑data, ċertifikat ta’ (tlett) 3 ijiem jew anqas mhux ser ikun elenkat f’dan is‑servizz.
Iċ‑ċertifikat mediku blu irid jiġi mimli mit‑tabib tal‑familja u jiġi sottomess lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali fi żmien għaxart (10) ijiem mill‑ewwel ġurnata tal‑mard. L‑uniċi eċċezzjonijiet aċċettati huma f’każ ta’ sptar jew trattament barra minn Malta.
x’se tingħata
Ladarba awtentikat, iċ‑ċittadin se jaċċessa lista ta’ ċertifikati mediċi blu tiegħu / tagħha. Filwaqt li ċ‑ċertifikati mediċi blu fihom infushom mhumiex indikazzjoni ta’ talbiet għal Benefiċċju għall‑Mard, dawn iżda jipprovdu informazzjoni fuq iċ‑ċertifikati sottomessi lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali. Huma biss dawk iċ‑ċertifikati mediċi blu ta’ l‑aħħar ħames (5) snin li jkunu ġew ivverifikati mis‑sezzjoni tal‑backoffice, li huma viżibbli b’dan is‑servizz.

Kemm jekk it‑talba għall‑benefiċċju tal‑mard ġietx ipproċessata jew le, int xorta tista’ taċċessa l‑informazzjoni taċ‑ċertifikat mediku blu, ta’ dawn l‑aħħar ħames (5) snin. Din l‑informazzjoni tinkludi: in‑numru taċ‑ċertifikat; id‑dati tal‑eżaminazzjoni tat‑tabib, meta ħdimt l‑aħħar,
meta rritornajt għax‑xogħol u meta d‑dipartiment irċieva ċ‑ċertifikat; jekk hemmx firma tal‑benefiċjarju; id‑dettalji ta’ isem it‑tabib, in‑numru tar‑reġistrazzjoni tiegħu u l‑firma; it‑tip ta’ kundizzjoni medika u l‑status ta’ tip ta’ ċertifikat.
Mis‑servizz ta’ Servizzi Relatati ta’ Pagamenti, tkun tista’ tara l‑ħlas tal‑benefiċji għal mard ta’ dawn l‑aħħar ħames (5) snin li jkunu relatati mas‑sottomessjoni taċ‑ċertifikat mediku l‑blu. Intant, fejn hemm ftehim bejn min iħaddem jew kumpaniji u d‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, fejn tali pagamenti ma jitħallsux lill‑benefiċjarju, il‑pagamenti ma jkunux viżibbli minn dan il‑menu. Dawn jinkludu d‑Dipartimenti tal‑Gvern u xi Entitajiet, fejn l‑impjegat ma jkollux tnaqqis mill‑paga tiegħu/tagħha minħabba talbiet għall‑benefiċċji tal‑mard.
eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Kull ċittadin li jissottometti ċertifikat mediku blu għal mard ta’ erbat (4) ijiem jew aktar lid‑Dipartiment tas‑Siġurtà Soċjali.
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta.
kif taċċessa s‑servizz
Tista’ tagħmel monitoraġġ taċ‑Ċertifikat Mediku Blu billi tiskannja l‑Kodiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt.

cermonitoraggdss.gov.mt
Inti għandek tirċievi l‑ħlas fi żmien għoxrin (20) ġurnata jekk id‑dettalji meħtieġa jiġu sottomessi u li int tkun eliġibbli.
07 dati tal‑pagamenti
ħarsa ġenerali
Huwa sempliċi li ssir taf meta tantiċipa li tirċievi l‑pagamenti tal‑benefiċċji tiegħek grazzi għall‑kalendarju tad‑Dati tal‑Pagamenti tas‑sigurtà soċjali għas‑sena kurrenti li huwa organizzati skont il‑grupp. Id‑dati tal‑pagamenti għall‑benefiċċji tas‑sigurtà soċjali, li jistgħu jsiru għal perjodu ta' kull ġimgħa, erba' (4) ġimgħat, jew tlettax (13)‑il ġimgħa, huma murija f'sekwenza kronoloġika. Nhar ta’ Sibt, il‑pagamenti isiru permezz ta’ kreditu dirett, li jfisser li jiġu trasferiti direttament fil‑kont bankarju tiegħek.
Jekk id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali nnotifikak li l‑applikazzjoni tiegħek għal benefiċċju tas‑sigurtà soċjali ġiet approvata, tista’ tkun qed tistaqsi meta ser tirċievi l‑ewwel ħlas tiegħek. Għaldaqstant, id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jibgħatlek ittra fejn jinfurmak bl‑ammont u d‑data tad‑depożitu tal‑ewwel pagament.
x’se tingħata
Ara skeda tad‑dati tal‑pagmenti għall‑benefiċċji tas‑sigurtà soċjali għas‑sena kurrenti, organizzati skont il‑grupp.
Gruppi tad‑Dati tal‑Pagamenti għall‑Benefiċċji:

• Benefiċċji għall‑Familja.
• Benefiċċji mhux Kontributorji.
• Għajnuna Medika.
• Għotjiet, Bonuses u Skemi.
• Pensjonijiet Kontributorji.
• Xogħol, Inċentivi u Benefiċċji għal Diżimpjieg.
eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Kull ċittadin jista’ jaċċessa l‑iskeda tad‑dati tal‑pagamenti għall‑benefiċċji tas‑sigurtà soċjali.
kif taċċessa dan is‑servizz
Biex taċċessa s‑servizz ta’ Dati ta’ Pagamenti skannja l‑Kodiċi QR jew idħol fil‑URL t’hawn taħt.

08 dettalji personali
ħarsa ġenerali
Tista' tara l‑informazzjoni personali tiegħek miżmuma mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali billi tuża dan is‑servizz. Informazzjoni personali, madankollu, ma tistax tiġi emendata.
x’se tingħata
Tista’ tara l‑informazzjoni personali tiegħek li jinkludu:
• Isem u Kunjom.
• Kunjom ta’ Xebba (fejn applikabbli).
• Numru tal‑Karta tal‑Identità.
• Numru tas‑Sigurtà Soċjali.
• Numru tal‑Pensjoni (fejn applikabbli).
• Data tat‑Twelid.

• Sess.
eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta.
kif taċċessa s‑servizz
Biex taċċessa s‑servizz tad‑Dettalji Personali hekk kif miżmuma
mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali skannja l‑Kodiċi QR jew idħol fil‑URL t’hawn taħt

gov.mt

09 dettalji bankarji
ħarsa ġenerali
Permezz ta’ dan is‑servizz tista’ tbiddel id‑dettalji ta’ kif titħallas għall‑benefiċji kif miżmuma mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali. Jekk preżentament tirċievi l‑pagamenti tal‑benefiċji permezz ta’ ċekk, trid tbiddel id‑dettalji sabiex tibda tirċievi l‑pagament b’depożitu dirett il‑bank. Jekk diġà qed titħallas permezz ta’ depożitu dirett il‑bank, tista’ tbiddel kemm il‑bank kif ukoll in‑numru tal‑kont (Numru Internazzjonali tal‑Kont Bankarju ‑ IBAN).
Tista’ tagħżel ukoll li tirċievi notifika permezz ta’ SMS bid‑data tad‑depożitu tal‑benefiċċju tiegħek. Minn dan is‑servizz ma tistax tbiddel id‑dettalji sabiex titħallas permezz ta' ċekk.

x’se tingħata
B’dan is‑servizz, ser ikollok aċċess għall‑karatteristiċi li ġejjin:
• Faċilità sabiex tbiddel id‑dettalji bankjari hekk kif miżmuma mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali online.
• Faċilità sabiex tbiddel il‑metodu tal‑pagament tiegħek minn ċekk għal depożitu dirett il‑bank.
• Faċilità sabiex tirċievi notifika permezz ta’ SMS biex tkun infurmat bid‑data tad‑depożitu tal‑benefiċċju tiegħek.
• Jekk jawtentika bil‑e‑ID tiegħu/tagħha stess, ċittadin li jkollu/ha drittijiet ta’ Aġent, Amministratur jew Aġent maħtur minn Amministratur fuq benefiċjarju li jkun irreġistrat mad‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, hemm il‑faċilità li jiġu emendati d‑dettalji bankarji tal‑benefiċjarju li l‑Aġent, l‑Amministratur jew Aġent maħtur minn Amministratur huwa resposabbli għalih/a.
eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Persuna reġistrata taħt l‑Att tas‑Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), tista’ taġġorna d‑dettalji bankarji tagħha hekk kif miżmuma mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, anke jekk s’issa mhux benefiċjara.
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta.
informazzjoni addizzjonali
• Il‑kont tal‑bank indikat irid ikun Kont ta’ Tfaddil jew Kurrenti, iżda mhux Kont ta' Self.
• Il‑kont tal‑bank indikat irid ikun f’isem il‑benefiċjarju/a, jew f’isem l‑amministratur tal‑benefiċjarju/a reġistrat/a mad‑dipartiment.
• Jekk persuna mhix benefiċjarja, iżda hija reġistrata taħt l‑Att dwar is‑Sigurtà Soċjali, id‑dettalji bankarji miżmuma mid‑dipartiment xorta jridu jiġu aġġornati u l‑kont bankarju indikat irid ikun f'isem il‑persuna reġistrata.
• Il‑kont indikat jintuża ukoll għall‑benefiċċji oħra li l‑benefiċjarju/a i/tkun qeda titħallas għalihom.
• Jekk il‑benefiċjarju/a ikollu/ha sekwestru tal‑bank, għandu/ha j/tkellem il‑bank preferut dwar l‑emenda għall‑Artikolu 381 tal‑Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12.), biex ikollu/ha kont bankarju maħruġ f'ismu/ha kif meħtieġ.
• Skont Artikolu 381(1)(b) 381 tal‑Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12.), ma jistgħux jinħarġu mandati ta’ sekwestru fuq ‑ benefiċċju, pensjoni, allowance jew għajnuna msemmija fl‑Att dwar is‑Sigurtà Soċjali jew pensjoni privata jew kwalunkwe pensjoni, benefiċċju jew allowance oħra maħruġa mill‑Gvern jew gvern barrani ieħor: Iżda fil‑każ ta’ pensjonijiet privati u pensjonijiet maħruġa minn gvernijiet barranin l ammont li mhux sekwestrabbli m’għandux jeċċedi l‑ammont stabbilit għall‑ogħla pensjoni maħruġa mill‑Gvern.
kif s‑servizztaċċessa
Aċċessa d‑Dettalji tal‑Bank tiegħek kif miżmuma mid‑Dipartment tas‑Sigurtà Soċjali billi tiskannja l‑Kodiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt.
bankarjidss.gov.mt

10 dettalji ta’ kuntatt
ħarsa ġenerali
Permezz ta’ dan is‑servizz tista’ tbiddel id‑dettalji ta’ kuntatt tiegħek kif miżmuma mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, li jinkludi d‑dettalji tal‑indirizz postali, indirizz tal‑email, linja fissa, mobajl u n‑ notifika permezz ta’ SMS tal‑pagament kif meħtieġ. Din l‑aħħar għażla hija attivata biss għal dawk il‑benefiċċjarji li qed jirċevu l‑pagamenti b’depożitu dirett il‑bank. Biex tkun tista’ tagħmel din il‑bidla, l‑ewwel trid tibdel id‑dettalji tiegħek ma’ Identity Malta.
Indirizz postali f'Malta u Għawdex jikkonsisti minn numru tad‑dar, kif ukoll kwalunkwe żieda man‑numru tad‑dar u n‑numru tal‑appartament (jekk jeżistu), l‑isem tat‑triq, il‑belt jew ir‑raħal u l‑kodiċi postali.
Jekk inti toqgħod barra minn Malta u d‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali huwa diġa nfurmat, tista tibdel id‑dettalji tiegħek minn dan is‑servizz, sakemm il‑pajjiż ta' residenza huwa l‑istess. Imma biex tbiddel minn indirizz malti għal indirizz barrani u viċeversa, jew inkella minn indirizz barrani għal indirizz ta' pajjiż differenti, ma tistax tagħmlu minn dan is‑servizz. Biex tagħmel din il‑bidla trid tidħol fil‑URL kuntattbarrani‑dss.gov.mt. F’dan il‑każ din l‑informazzjoni ma tkunx mibdula instantanjament peress li qabel ikunu jridu jsiru l‑verifiki meħtieġa.
x’se tingħata
• Facilità sabiex tbiddel id‑dettalji ta’ kuntatt tiegħek online u l‑bidla tkun instantanjament.
• Jekk l‑indirizz postali fuq il‑Karta tal‑Identità tiegħek u dak li għandu d‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali ma jaqblux, inti tingħata l‑għażla li jew iżżomm dak li hu miżmum mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jew inkella li tibdel għal dak li hemm fuq il‑Karta tal‑Identità preżenti tiegħek.
• Facilità sabiex tirċevi notifika permezz ta’ SMS bid‑data tad‑depożitu tal‑benefiċċju tieġhek.

eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta.
• L‑indirizz postali li jista’ jinbidel għalih f’dan is‑servizz, jista’ jkun biss dak l‑indirizz postali li għandek fuq il‑Karta tal‑Identità preżenti.
kif taċċessa s‑servizz
Tista’ taġġorna d‑Dettalji ta’ Kuntatt tiegħek billi tiskannja l‑Kodiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt.
kuntatt‑dss.gov.mt

11 dikjarazzjoni tal‑qligħ ‑ FS3
ħarsa ġenerali
Dan is‑servizz jippermetti lill‑benefiċjarji tas‑sigurtà soċjali joħorġu Dikjarazzjoni tal‑Qligħ (FS3) għall‑pagamenti tas‑sigurtà soċjali li saru f'sena speċifika matul l‑aħħar 5 snin. Peress li dan huwa dokument elettroniku, ma jeħtieġx firma.
x’se tingħata
• Meta tagħżel ‘Iġġenera d‑Dikjarazzjoni tal‑Qligħ (FS3)’ ta’ dawn l‑aħħar 5 snin, l‑utent tingħatalu għażla sabiex iniżżel Dikjarazzjoni tal‑Qligħ f’format ta’ PDF jew jirċievi d‑dokument b’email.
• Jekk l‑utent jagħżel li jirċievi d‑dikjarazzjoni permezz tal‑email, u tkun l‑ewwel darba li qed jintuża dan is‑servizz, jista’ jispeċifika l‑indirizz tal‑email u jiddeċiedi jekk iħallix dan l‑inidirizz tal‑email bħala dak li jrid li d‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jikkomunika bih. Wara l‑użu sessegwenti tas‑servizz, dan l‑indirizz tal‑email imniżżel jiġi muri awtomatikament.
eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta.
kif taċċessa s‑servizz
Sabiex taċċessa s‑servizz biex tiġġenera Dikjarazzjoni ta’ Qligħ ‑ FS3 biex tara l‑lista ta’ Pagamenti tas‑Sigurtà Soċjali skannja il‑Kodiċi QR jew idħol fil‑URL t’hawn taħt.

dikjarazzjonifs3dss.gov.mt

12 dikjarazzjoni ta' ebda qligħ
ħarsa ġenerali
Dan is‑servizz jippermetti liċ‑ċittadini joħorġu Dikjarazzjoni mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali li tiċċertifika li ma rċevew l‑ebda pagamenti ta’ benefiċċju tas‑sigurtà soċjali f’sena speċifika f’dawn l‑aħħar 5 snin, sad‑data ta’ meta nħarġet id‑Dikjarazzjoni.
Peress li dan huwa dokument elettroniku mhemmx bżonn ta’ firma. Intant, din id‑Dikjarazzjoni ġġenerata mhiex FS3 u ma bhekk ma tistax tintuża għall‑skopijiet ta’ taxxa.
x’ser jingħata
• Meta tagħżel ‘Iġġenera Dikjarazzjoni tal‑Ħlasijiet Maħruġa’ għal sena speċifika f’dawn l‑aħħar ħames (5) snin, l‑utent tingħatalu l‑għażla sabiex iniżżel Dikjarazzjoni tal‑Ħlasijiet Maħruġa f’format ta’ PDF. Meta tikklikkja fuq il‑buttuna ‘Ara d‑Dikjarazzjoni tal‑Ħlasijiet Maħruġa‘, l‑utent jista’ jissejvja jew jipprintja din id‑dikjarazzjoni. L‑utent għandu ukoll l‑għażla li jirċievi dan l‑istess dokument b’email.
• Jekk l‑utent jagħżel li jirċievi d‑dikjarazzjoni permezz tal‑email, u tkun l‑ewwel darba li qed jintuża dan is‑servizz, jista’ jispeċifika l‑indirizz tal‑email u jiddeċiedi jekk iħallix dan l‑inidirizz tal‑email bħala dak li jrid li d‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jikkomunika bih. Wara l‑użu sessegwenti tas‑servizz, dan l‑indirizz tal‑email imniżżel jiġi muri awtomatikament.
eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Ċittadin li bħalissa mhuwiex benefiċjarju mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali.
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta.
kif tapplika
Sabiex tiġġenera Dikjarazzjoni tal‑Ebda Qliegħ mid‑Dipartiment tas‑Siġurtà Soċjali skannja il‑Kodiċi QR jew idħol fil‑URL t’hawn taħt

dhuldss.gov.mt

13 dikjarazzjoni tal‑pagamenti maħruġa
ħarsa ġenerali
Dan is‑servizz huwa maħsub sabiex benefiċjarju jkun jista’ jiġġenera Dikjarazzjoni tal‑Pagamenti Maħruġa tas‑Sigurtà Soċjali għal sena speċifika f’dawn l aħħar ħames (5) snin. Din id‑dikjarazzjoni mhijiex FS3 u ma tistax tintuża għal skopijiet ta’ taxxa. Peress li dan huwa dokument elettroniku, ma jeħtieġx firma.

x’se tingħata
• Meta tagħżel ‘Iġġenera Dikjarazzjoni tal‑Pagamenti Maħruġa’ għal sena f’dawn l‑aħħar 5 snin, l‑utent tingħatalu għażla sabiex iniżżel Dikjarazzjoni tal‑Pagamenti Maħruġa f’format ta’ PDF jew jirċievi d‑dokument b’email
• Jekk l‑utent jagħżel li jirċievi d‑dikjarazzzjoni permezz tal‑email, u tkun l‑ewwel darba li qed jintuża dan is‑servizz, jista’ jispeċifika l‑indirizz tal‑email u jiddeċiedi jekk iħallix dan l‑indirizz tal‑email bħala dak li jrid li d‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jikkomunika bih. Wara l‑użu sessegwenti tas‑servizz, dan l‑indirizz tal‑email imniżżel jiġi muri awtomatikament
eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta.
kif taċċessa s‑servizz
Sabiex tiġġenera
Dikjarazzjoni tal‑Ebda Qliegħ mid‑Dipartiment tas‑Siġurtà Soċjali skannja il‑Kodiċi QR jew idħol fil‑URL t’hawn taħt.

14 dokumenti ‑ issottometti
ħarsa ġenerali
Dan is‑servizz jipprovdilek l‑faċilità sabiex ittella’ online kopji tad‑dokumenti mitluba mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali f’ittra ta’ notifikazzjoni lill‑klijent, magħrufa bħala Ittra ta’ Sejħa. B’riżultat ta’ dan id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali tibgħat Ittra ta’ Sejħa lill‑klijent/a, biex j/tiġi nfurmat/a dwar aktar dokumenti li jkun hemm bżonn biex jitkompla l‑proċess biex tiġi pproċessata talba għall‑applikazzjoni ġdida jew talba għal reviżjoni ta’ applikazzjoni.


x’se tingħata
Dan is‑servizz jippermetti liċ‑ċittadin itella' online kopji tad‑dokumenti mitluba mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali. Meta ċ‑ċittadin jirċievi l‑Ittra ta’ Sejħa, id‑dokumenti mitluba jridu jiġu ppreparati minn qabel bħala kopji skannjati biex ikunu jistgħu jittellgħu online. Matul dan il‑proċess, tista’ tintalab aktar informazzjoni. Id‑data sakemm għandek ċans biex tagħmel sottomessjoni, tkun imniżżla fuq l‑Ittra ta’ Sejħa. Jekk l‑informazzjoni mitluba ma’ tkunx riċevuta fil‑ħin, l‑intitolament għal benefiċċju, jew parti minnu, jista’ jew jittardja biex jingħata jew jintilef id‑dritt għalih.
L‑annessi kollha mibgħuta jiġu ssejvjati immedjatament fir‑Repożitorju tad‑Dokumenti tad‑Dipartiment wara li jittellgħu. Id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali mbagħad jivverifika dawn għall‑eżattezza u l‑validità.
Apparti li jkun qed jiġi addottat il‑prinċipju ta’ darba għal dokumentazzjoni użata f’sezzjonijiet differenti, ma jkunx hemm aktar il‑bżonn li d‑dokumenti li jintbagħatu jridu jiġu pprintjati, peress li l‑informazzjoni tkun tiġi disponibbli online. B’hekk tkun qed tiżdied l‑effiċjenza, waqt li jiġu ffrankati l‑flus fuq dokumenti biex jiġu pprintjati u ssejvjati. Barra minn hekk, il‑klijent/a j/tista’ j/tissottometti online d‑dokumenti kollha meħtieġa fil‑ħin tiegħu/tagħha, u j/tkun qed j/telimina l‑bżonn li j/tattendi f’xi ċentru ta’ servizz.gov.
eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Kull persuna li tapplika għal xi benefiċċju, jew li bħalissa tirċievi xi benefiċċju mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, u tirċievi Ittra ta’ Sejħa biex jintbagħatu aktar dokumenti neċessarji.
rekwiżiti
Biex tuża dan is‑servizz ikollok bżonn:
• In‑Numru tad‑Dokument hekk kif indikat fl‑Ittra ta’ Sejħa, jekk tagħżel li tawtentika bil‑e‑ID, maħruġa minn Identity Malta.
• In‑Numru tad‑Dokument flimkien man‑Numru tal‑Karta tal‑Identità, jekk tagħżel li ma tawtentikax bil‑e‑ID.
• L‑iskannjar tad‑dokumenti sottomessi, jista' jsir bl‑użu ta' kwalunkwè tip ta' apparat. Id‑daqs ta' kull dokument m'għandux ikun ta' aktar minn 5MB, sa total ta' 10MB għas‑sottomissjoni sħiħa.
kif taċċessa s‑servizz
Ladarba r‑rikorrent jirċievi Ittra ta’ Sejħa maħruġa mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, tista’ tissottometti d‑dokumenti tiegħek billi tiskannj il‑Kodiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt.
15 ħlas lura ta’ pagament żejjed ‑ min iħaddem
ħarsa ġenerali
Dan is‑servizz jipprovdi l‑faċilità lil min iħaddem li jirċievi ittra ta' avviż ta' ħlas żejjed b'rabta ma' talba għal tnaqqis gradwali tal‑benefiċċji, iħallas online l‑ammont dovut lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali. L‑informazzjoni pprovduta fl‑ittra ta’ avviż għandha tintuża sabiex isir l‑ħlas lura online tal‑pagament żejjed.
x’ser jingħata
Ladarba min iħaddem jirċievi Avviż ta’ Ħlas Żejjed mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, il‑ħlas żejjed jista' jitħallas lura online. Min iħaddem jista’ jawtorizza rapreżentant tiegħu biex jagħmel ħlas lura f'ismu/isimha.
eliġibbiltà
• Kull persuna li tħaddem impjegat/a, u kien jirċievi Tnaqqis Gradwali tal‑Benefiċċji relatat ma’ dan l‑impjegat/a.
rekwiżiti
Biex tuża dan is‑servizz, ser ikollok bżonn:
• L‑ittra ta’ Avviż li tkun intbagħtet mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, fejn ikun hemm indikazzjoni ta’ informazzjoni li trid titniżżel fl‑applikazzjoni biex isir pagament b’suċċess.
dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
• Sabiex tagħmel ħlas lura online mingħajr mhemmx il‑bżonn li tawtentika bil‑e‑ID.


• Ser ikollok bżonn l‑informazzjoni li ġejja: Numru tal‑PE, Isem tal‑Kumpanija, Isem u Kunjom tar‑rappreżentant ta’ min iħaddem, Numru tal‑Karta tal‑Identità tal‑Impjegat u l‑Ammont Sħiħ ta’ Ħlas Żejjed Oriġinali. (numri biss għandhom jiddaħħlu fl‑ispazju tal‑ammont).
kif tħallas lura ħlas żejjed
Biex tħallas lura ħlas żejjed dovut lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali skannja il‑Kodiċi QR jew idħol fil‑URL t’hawn taħt.
hlasluraempdss.gov.mt
ħlas lura ta’ pagament żejjed
ħarsa ġenerali
Ħlas żejjed iseħħ meta d‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali (DSS) iħallas benefiċjarju aktar benefiċċji tas‑sigurtà soċjali milli kien dovut, ħafna drabi minħabba li d‑dħul, ir‑riżorsi, l‑istat ċivili, is‑sitwazzjoni tal‑għajxien inbidel jew minħabba żball amministrattiv.

Il‑benefiċjarji tal‑benefiċċji tas‑sigurtà soċjali huma meħtieġa li jinformaw lid‑Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) bi kwalunkwe bidliet fid‑dħul, impjieg, sitwazzjoni tal‑għajxien, jew stat ċivili fost oħrajn. Għadd kbir ta’ pagamenti żejda huma kkawżati minn benefiċjarji li jonqsu milli jagħmlu dan. Kun żgur li żżomm lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali infurmat dwar dawn il‑bidliet, sabiex tevita li tħallas ħlasijiet żejda li jkunu ta’ inkonvenjent u potenzjalment għoljin.
x’ser jingħata
Meta d‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jiskopri li sar ħlas żejjed, jibgħat Avviż ta’ Ħlas Żejjed lill‑benefiċjarju biex jinfurmah dwar:
• L‑ammont ta’ benefiċċji tas‑sigurtà soċjali mhux dovuti.
• Ir‑raġuni(jiet) għall‑ħlas żejjed.
• Il‑mod kif id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jipproponi li jirkupra l‑ammont li tħallas żejjed.
Meta tiġi deċiża r‑rata tal‑ħlas lura, id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jħares lejn il‑fatturi li ġejjin:
• Il‑kapaċità tal‑benefiċjarju li jħallas lura.
• Kwalunkwe fatti jew ċirkostanzi rilevanti li ġew imressqa mill‑benefiċjarju.
• L‑ammont ta’ ħlas żejjed u kif ġara.
eliġibbiltà
Kriterji ġenerali ta’ kif id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jista’ jitlob lill‑benefiċjarju biex iħallas lura l‑ħlas żejjed billi jew:
• Jagħmel ħlas wieħed biex iħallas lura l‑ħlas żejjed kollu
• Jagħmel ħlas lura permezz ta’ flus kontanti ta' kull ġimgħa jew kull xahar sakemm jitħallas il‑ħlas żejjed
• Jekk għadu jirċievi pagament ta’ benefiċċju tas‑sigurtà soċjali, jitnaqqas mil‑ħlas dovut
rekwiżiti
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta sabiex tagħmel pagement online, jew

• Id‑dettalji tal‑benefiċjarju (Numru tal‑Karta tal‑ID, Isem u Kunjom u l‑Ammont Oriġinali) biex isir rifużjoni ta' ħlas żejjed online mingħajr l‑użu tal‑e‑ID. Huma biss numri li għandhom jiddaħħlu fl‑ispazju tal‑ammont.
Kif tħallas lura ħlas żejjed
Ladarba l‑benefiċjarju jirċievi Avviż ta’ Ħlas Żejjed mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, il‑ħlas żejjed jista' jiġi solvut billi jew:
• Jitħallas lura ħlas żejjed dovut lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali billi tiskannja il‑Kodiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt. Wieħed jista' jagħmel ħlas lura f'isem persuna oħra. Għal dan is‑servizz, l‑utent għandu jipprovdi d‑dettalji tal‑ħlas żejjed tal‑benefiċjarju inkluż l‑Isem u l‑Kunjom, in‑Numru tal‑Karta tal‑Identità u l‑Ammont Oriġinali (€). Huma biss numri li għandhom jiddaħħlu fl‑ispazju tal‑ammont. Din l‑informazzjoni tista’ tinstab fuq l‑ittra ta’ notifika li tintbagħat lill‑benefiċjarju jew lill‑aġent/ amministratur. Tintbagħat email ta’ konferma bħala riċevuta lill‑persuna li tagħmel il‑ħlas.
Tista’ tagħmel ħlas lura ta’ pagament żejjed billi tiskannja il‑Kondiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt
hlasluradss.gov.mt
17 irrapporta pagament mhux riċevut
ħarsa ġenerali
Dan is‑servizz jipprovdi sabiex benefiċjarju jirrapporta li pagament tal‑Benefiċċju tas‑Sigurtà Soċjali ma ġiex irċevut jew kreditat, inkella jitlob informazzjoni skont l‑istat tal‑pagament marbut mat‑tipi differenti tal‑metodi ta' pagament ‑ Ċekk, Kreditu Dirett u Kreditu tal‑Benefiċċju tal‑Enerġija.
x’se tingħata
1) Issottometti rapport online fuq il‑pagament tal‑benefiċċju tas‑Sigurtà Soċjali magħmul minn ċekk mhux riċevut:
• L‑utent jista’ jagħżel minn pagament ta’ ċekk fejn jidher li hu fi stat ta’ Mħallas jew Maħruġ fejn talinqas trid tkun għaddiet ġurnata mid‑data li jista’ jissarraf.
• Meta l‑utent jagħżel ‘Ma rċevejtux?’ l‑utent jiġi milqugħ biex idaħħal l‑email.

• Meta ‘Issottometti Rapport’ tiġi magħfusa, l‑proċess tat‑twaqqif tal‑pagament jiġi attivat.
• Notifika permezz ta’ email tintbagħat lil utent biex tinfurmaħ li r‑rapport ġie mdaħħal fid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali.
jew
Il‑benefiċjarju jew l‑amministratur / aġent jista’ jagħżel li jagħmel dikjarazzjoni fiċ‑Ċentru ta’ servizz.gov tal‑għażla tiegħu fejn jindika li ċ‑ċekk huwa mitluf, imqatta’ jew li ma jistax jiġi msarraf wara:
• Isir rapport biex jitwaqqaf il‑pagament billi issir sottemessjoni online biex jinbeda l‑proċess.
• Id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jivverifika mal‑Bank Ċentrali ta’ Malta dwar l‑istatus taċ‑ċekk.
• Fil‑każ ta’ ċekk mitluf, jekk jinstab li ġie msarraf, ir‑rapport dwar il‑waqfien tal‑pagament jintbagħat lura liċ‑Ċentru ta’ servizz.gov u l‑benefiċjarju/a j/tiġi nfurmat/a. Jekk il‑benefiċjarju/a jew l‑amministratur/aġent j/temmen li ċ‑ċekk ma ġiex imsarraf minnu/ha, wieħed irid imur fl‑eqreb ċentru ta’ servizz.gov biex tintwera il‑firma fuq l‑kopja taċ‑ċekk. Jekk il‑benefiċjarju/a j/tibqa’ j/tinsisti li l‑firma mhux tiegħu/tagħha, l‑aġent tas‑servizz.gov jagħmel rapport online għal ċekk imsarraf minn terza persuna biex tkun tista’ tibda investigazzjoni.
• Fil‑każ fejn jinstab li ċ‑ċekk mhux imsarraf, jinħareġ ċekk ta’ sostituzzjoni u jintbagħat lil benefiċjarju.
Din il‑proċedura ġeneralment tieħu bejn 10 sa 15‑il ġurnata biex tiġi ffinaliżżata, sakemm ma jkunx hemm talba għall‑investigazzjoni. Jekk iċ‑ċekk mitluf jinstab mill‑benefiċjarju qabel is‑sostituzzjoni, l‑benefiċjarju għandu jinforma lill‑aġent f’wieħed miċ‑ċentri ta’ servizz.gov mill‑aktar fis possibbli.
2) Issottometti Rapport online, għal Pagament ta’ Kreditu Dirett għall‑Benefiċċju tas‑Sigurtà Soċjali jew Kreditu tal‑Benefiċċju tal‑Enerġija mhux ikkreditat:
• L‑utent jista’ jagħżel kwalunkwe’ transazzjoni ta’ pagament mil‑lista ta’ pagamenti
• Id‑dettalji tal‑pagament rispettiv jiġu murija.
• Meta ‘Ma rċevejtux?’ tiġi magħfusa, l‑utent jiġi milqugħ b’aktar informazzjoni fuq it‑transazzjoni.
• L‑utent jista’ jagħżel li jsaqsi għal aktar informazzjoni billi jdaħħal l‑email u jagħfas fuq il‑buttuna Issottometti Rapport.
• Notifika permezz ta’ email tintbagħat lil utent biex tinfumah li r‑rapport ġie mibgħut lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali
jew
Il‑benefiċjarju / amministratur / aġent jista’ jagħżel li jagħmel dikjarazzjoni fiċ‑Ċentru ta’ servizz.gov tal‑għażla tiegħu fejn jindika li kreditu dirett għall‑Benefiċċju tas‑Sigurtà Soċjali jew kreditu tal‑Benefiċċju tal‑Enerġija ma ġiex riċevut. Wara:
• Jekk ikun hemm xi problema bin‑numru tal‑IBAN minn naħa tal‑klijent, jinħareġ ċekk f’isem il‑klijent u jintbagħatlu. Hekk kif il‑problema tiġi solvuta, il‑klijent jista’ jerġa japplika biex jirċievi l‑pagamenti dirett il‑bank.
• Jekk jinstab li l‑klijent mgħadux intitulat għall‑benefiċċju / pensjoni, il‑klijent jiġi nfurmat.
• Fil‑każ ta’ benefiċċju tal‑Enerġija li ma jkunx ġie kkreditat, id‑dipartiment jivverifika jekk il‑klijent għadux intitulat għall‑benefiċċju u jkun infurmat kif meħtieġ.
eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Persuna li tirċievi xi benefiċċju, assistenza jew pensjoni.
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta biex l‑utent jiġi awtentikat.
kif taċċessa s‑servizz
Biex tagħmel rapport online tista’ tiskannja il‑Kodiċi QR jew idħol fil‑URL t’hawn taħt

pagamentidss.gov.mt

18 kontribuzzjonijiet tas‑siġurtà soċjali ‑ nieqsa
ħarsa ġenerali
Dan is‑servizz huwa maħsub biex jiggwidak tidentifika nuqqasijiet fil‑Kontribuzzjonijiet li għandek fir‑rekord ta' Kontribuzzjonijiet tas‑Sigurta Soċjali tiegħek u x'azzjonijiet tista' tieħu biex tindirizzahom.

Jekk wara l‑età ta’ 16‑il sena kien hemm perjodi li ma kontx taħdem bi qligħ, jew ma kontx tgħix f’Malta, jew kont uffiċjalment eżentat milli tħallas il‑Kontribuzzjonijiet tas‑Sigurtà Soċjali, huwa normali li jkollok Kontribuzzjonijiet tas‑Sigurtà Soċjali neqsin f’dawn il‑perjodi indikati.
x’se tingħata
Tista' tiċċekkja l‑istatus tiegħek fir‑rigward tal‑kontribuzzjonijiet tas‑sigurtà soċjali, u jekk jiġu identifikati nuqqasijiet, tista' tiddeċiedi kif tindirizza n‑ nuqqasijiet abbażi tal‑informazzjoni ppreżentata.
eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta.

kif taċċessa s‑servizz
Biex tidentifika nuqqasijiet fil‑kontribuzzjonijiet fir‑rekord ta' Kontribuzzjonijiet tas‑Sigurta Soċjali tiegħek u x'azzjonijiet tista' tieħu biex tindirizzahom tista’ tiskannja il‑Kodiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt
19 kontribuzzjonijiet tas‑sigurtà soċjali ‑ rekord
ħarsa ġenerali
Permezz ta’ dan is‑servizz tista’ tara rekord ta' Kontribuzzjonijiet tas‑Sigurtà Soċjali tiegħek. Kontribuzzjonijiet tas‑Sigurtà Soċjali għas‑sena l‑oħra jiġu murija f’Diċembru tas‑sena ta’ wara. Għal kull sena mħallsa jigu murija dawk il‑kategoriji ta’ Kontribuzzjonijiet tas‑Sigurtà Soċjali u krediti ta’ Klassi 1 li jirreferu għal persuni mpjegata, kif ukoll Kontribuzzjonijiet tas‑Sigurtà Soċjali u krediti ta’ Klassi 2 / Klassi 3 li jirreferu għal persuni li jaħdmu għalihom infushom / jimpjegaw lilhom infushom.
x’se tingħata
• Rekord ta' Kontribuzzjonijiet tas‑Sigurtà Soċjali tiegħek.
eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta.

Biex tara r‑rekord ta' Kontribuzzjonijiet tas‑Sigurtà Soċjali tiegħek tista’ tiskannja il‑Kodiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt.

20 pagamenti tas‑sigurtà soċjali
ħarsa ġenerali
Dan is‑servizz huwa maħsub għall‑benefiċjarji tas‑Sigurtà Soċjali li jixtiequ jaraw il‑lista ta’ pagamenti tal‑benefiċċji mħallsa f’dawn l‑aħħar ħames (5) snin.
x’se tingħata
• Ara l‑pagamenti tal‑Benefiċċji tas‑Sigurtà Soċjali tiegħek mħallsa permezz ta’ Ċekk, Kreditu Dirett jew Kreditu tal‑Enerġija għal dawn l‑aħħar ħames (5) snin.

• Agħżel pagament mil‑lista u ara dettalji addizzjonali bħal intitolament, dettalji tal‑kont bankarju, dettalji tal‑indirizz rispettivi għat‑tip ta' pagament (Ċekk jew Kreditu Direttu, eskluż il‑Kreditu tal‑Enerġija).
eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta.
kif taċċessa s‑servizz
Biex tara l‑lista ta’ Pagamenti tas‑Sigurtà Soċjali skannja il‑Kodiċi QR jew idħol fil‑URL t’hawn taħt

21 rati tal‑benefiċċji
ħarsa ġenerali
Tista’ tara l‑informazzjoni dwar ir‑Rati ta’ Benefiċċji tas‑sigurtà soċjali li int intolat/a għalihom, u huma organizzati skont il‑grupp. L‑informazzjoni mogħtija dwar ir‑Rati tal‑Benefiċċji hija tal‑aħħar ħames (5) snin, u tinkludi sal‑aħħar tas‑sena kurrenti. Ir‑rati tal‑benefiċċji tas‑sigurtà soċjali huma murija f'ordni kronoloġika u japplikaw kemm għall‑koppji, kif ukoll għal persuni waħedhom.
x’se tingħata
Il‑faċilità biex tara informazzjoni dwar rati tal‑benefiċċji tas‑sigurtà soċjali ta’ matul l‑aħħar ħames (5) snin, sa l‑aħħar tas‑sena kurrenti, organizzati skont il‑grupp. Ħlief fejn speċifikat mod ieħor, kull benefiċċju għandu rata ta' kull ġimgħa.
Gruppi tar‑Rati tal‑Benefiċċji:
• Benefiċċji għall‑Familja.
• Benefiċċji mhux Kontributorji.
• Għajnuna Medika.
• Għotjiet, Bonuses u Skemi.
• Pensjonijiet Kontributorji.
• Xogħol, Inċentivi u Benefiċċji għal Diżimpjieg.
eliġibilità
Kriterji ta’ eliġibilità ġenerali:
• Kull ċittadin jista’ jaċċessa din l‑informazzjoni dwar ir‑rati tal‑benefiċċji tas‑sigurtà soċjali.

kif taċċessa is‑servizz
Ara r‑Rati tal‑Benefiċċji billi tiskannja l‑Kodiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt
ratidss.gov.mt

Grazzi tal‑interess tiegħek f’mySocialSecurity. Napprezzaw ir‑rispons tiegħek u aħna qiegħdin hawn biex nisimgħuk jekk tixtieq tissuġġerixxi kif nistgħu ntejbu s‑servizzi tagħna jew għandek xi mistoqsija dwar xi servizz, jekk jogħġbok skannja il‑Kodiċi QR jew idħol fil‑URL t’hawn taħt.
kuntattdss.gov.mt
Nittamaw li sibtu din l‑informazzjon ta’ għajnuna u nistednuk tiċċekkja l‑website tagħna ta’ spiss.

