
1 minute read
ċertifikat mediku blu ‑ monitoraġġ
Arsa Enerali
Dan is‑servizz online juri dawk iċ‑Ċertifikati Mediċi Blu li inti ppreżentajt lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali minn ħames (5) snin ilu. Iċ‑ċertifikati mediċi blu huma elenkati skont is‑sena u huma ppreżentati b’mod kronoloġiku.
Advertisement
F’każ ta’ perjodu ta’ mard fit‑tul, iċ‑ċertifikat mediku blu għandu jiġi sottomess lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali kull erbatax‑il (14) ġurnata.
Persuna m’għandhiex għalfejn tissottometti l‑kopja taċ‑ċertifikat mediku blu lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, jekk il‑perjodu ta’ mard huwa ta’ (tlett) 3 ijiem jew anqas. Għalhekk, wara din id‑data, ċertifikat ta’ (tlett) 3 ijiem jew anqas mhux ser ikun elenkat f’dan is‑servizz.
Iċ‑ċertifikat mediku blu irid jiġi mimli mit‑tabib tal‑familja u jiġi sottomess lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali fi żmien għaxart (10) ijiem mill‑ewwel ġurnata tal‑mard. L‑uniċi eċċezzjonijiet aċċettati huma f’każ ta’ sptar jew trattament barra minn Malta.
x’se tingħata
Ladarba awtentikat, iċ‑ċittadin se jaċċessa lista ta’ ċertifikati mediċi blu tiegħu / tagħha. Filwaqt li ċ‑ċertifikati mediċi blu fihom infushom mhumiex indikazzjoni ta’ talbiet għal Benefiċċju għall‑Mard, dawn iżda jipprovdu informazzjoni fuq iċ‑ċertifikati sottomessi lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali. Huma biss dawk iċ‑ċertifikati mediċi blu ta’ l‑aħħar ħames (5) snin li jkunu ġew ivverifikati mis‑sezzjoni tal‑backoffice, li huma viżibbli b’dan is‑servizz.

Kemm jekk it‑talba għall‑benefiċċju tal‑mard ġietx ipproċessata jew le, int xorta tista’ taċċessa l‑informazzjoni taċ‑ċertifikat mediku blu, ta’ dawn l‑aħħar ħames (5) snin. Din l‑informazzjoni tinkludi: in‑numru taċ‑ċertifikat; id‑dati tal‑eżaminazzjoni tat‑tabib, meta ħdimt l‑aħħar, meta rritornajt għax‑xogħol u meta d‑dipartiment irċieva ċ‑ċertifikat; jekk hemmx firma tal‑benefiċjarju; id‑dettalji ta’ isem it‑tabib, in‑numru tar‑reġistrazzjoni tiegħu u l‑firma; it‑tip ta’ kundizzjoni medika u l‑status ta’ tip ta’ ċertifikat.
Mis‑servizz ta’ Servizzi Relatati ta’ Pagamenti, tkun tista’ tara l‑ħlas tal‑benefiċji għal mard ta’ dawn l‑aħħar ħames (5) snin li jkunu relatati mas‑sottomessjoni taċ‑ċertifikat mediku l‑blu. Intant, fejn hemm ftehim bejn min iħaddem jew kumpaniji u d‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, fejn tali pagamenti ma jitħallsux lill‑benefiċjarju, il‑pagamenti ma jkunux viżibbli minn dan il‑menu. Dawn jinkludu d‑Dipartimenti tal‑Gvern u xi Entitajiet, fejn l‑impjegat ma jkollux tnaqqis mill‑paga tiegħu/tagħha minħabba talbiet għall‑benefiċċji tal‑mard.
Eli Ibbilt
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
• Kull ċittadin li jissottometti ċertifikat mediku blu għal mard ta’ erbat (4) ijiem jew aktar lid‑Dipartiment tas‑Siġurtà Soċjali.
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta.
kif taċċessa s‑servizz
Tista’ tagħmel monitoraġġ taċ‑Ċertifikat Mediku Blu billi tiskannja l‑Kodiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt.

cermonitoraggdss.gov.mt
Inti għandek tirċievi l‑ħlas fi żmien għoxrin (20) ġurnata jekk id‑dettalji meħtieġa jiġu sottomessi u li int tkun eliġibbli.