
1 minute read
01 ħarsa ġenerali
Id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali (DSS) huwa impenjat li jipprovdi liċ‑ċittadini b'aċċess faċli għas‑servizzi. F'dawn l‑aħħar snin, nidejna numru sinifikanti ta' servizzi online disponibbli għall‑pubbliku. Dawn is‑servizzi huma mfassla biex ikunu aċċessibbli, sikuri u konvenjenti. Barra minn hekk, is‑servizzi huma disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil‑ġimgħa. Żidna wkoll karatteristiċi ġodda u tejjibna dawk eżistenti biex tagħmilha aktar faċli għaċ‑ċittadini biex jużaw is‑servizzi online tagħna.
Wieħed mis‑servizzi online l‑aktar popolari huwa mySocialSecurity. Din il‑pjattaforma tnediet tliet snin ilu biex tipprovdi liċ‑ċittadini b’għażliet ta’ self‑service online sikuri, faċli u konvenjenti. L‑utenti jistgħu jaċċessaw firxa wiesgħa ta’ għażliet ta’ self‑service, inkluż l‑immaniġjar tad‑dettalji personali, l‑aġġornament tad‑dettalji bankarji, l‑użu ta’ kalkolaturi u servizzi oħra. L‑App tal‑Website nħolqot bil‑għan li s‑servizzi jkunu disponibbli għall‑pubbliku f'varjetà ta' formati inkluż kompjuters, laptops, mowbajls u tablets.
Advertisement

L‑utenti jistgħu jaċċessaw diversi servizzi personalizzati tas‑sigurtà soċjali fuq mySocialSecurity, li wħud minnhom jeħtieġu awtentikazzjoni tal‑e‑ID għal aktar sigurtà. Dawn is‑servizzi jinkludu: monitoraġġ tal‑applikazzjoni u taċ‑ċertifikat mediku blu, iċċekkjar jew indirizzar ta’ kwalunkwe’ nuqqasijiet fil‑Kontribuzzjonijiet tas‑Sigurtà Soċjali tiegħek, ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet kemm tal‑qligħ (FS3), tal‑ebda qligħ jew ta’ pagamenti maħruġa għal sena speċifika fl‑aħħar ħames (5) snin, ħlas lura ta’ pagament żejjed, irrappurtar ta’ pagament mhux riċevut, sottomissjoni ta’ dokumenti, skedi ta’ rati ta’ benefiċċji u dati ta’ ħlas, aġġornament tad‑dettalji tal‑bank, ta’ kuntatt, kif ukoll tara dettalji personali tiegħek.
Barra minn hekk, mySocialSecurity toffri wkoll firxa ta’ kalkulaturi għal benefiċċji bħall‑Allowance tat‑Tfal, Kontribuzzjoni għal dħul f’Dar tal‑Anzjani, Benefiċċju ta’ Waqt l‑Impjieg, Pensjoni tal‑Irtirar, Benefiċċju tal‑Mard, Tnaqqis Gradwali tal‑Benefiċċji, Benefiċċju għal Diżimpjieg u Pensjoni tar‑Romol. Dawn il‑kalkulaturi jipprovdu liċ‑ċittadini b'mod faċli kif jistmaw l‑ammont ta' benefiċċji li jistgħu jkunu eliġibbli għalihom u jistgħu jgħinuhom jieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati.
Tista’ tikkuntattja lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali billi tiskannja l‑kodiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt jekk għandek xi mistoqsijiet. kuntattdss.gov.mt