
1 minute read
ħlas lura ta’ pagament żejjed
Arsa Enerali
Ħlas żejjed iseħħ meta d‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali (DSS) iħallas benefiċjarju aktar benefiċċji tas‑sigurtà soċjali milli kien dovut, ħafna drabi minħabba li d‑dħul, ir‑riżorsi, l‑istat ċivili, is‑sitwazzjoni tal‑għajxien inbidel jew minħabba żball amministrattiv.
Advertisement

Il‑benefiċjarji tal‑benefiċċji tas‑sigurtà soċjali huma meħtieġa li jinformaw lid‑Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali) bi kwalunkwe bidliet fid‑dħul, impjieg, sitwazzjoni tal‑għajxien, jew stat ċivili fost oħrajn. Għadd kbir ta’ pagamenti żejda huma kkawżati minn benefiċjarji li jonqsu milli jagħmlu dan. Kun żgur li żżomm lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali infurmat dwar dawn il‑bidliet, sabiex tevita li tħallas ħlasijiet żejda li jkunu ta’ inkonvenjent u potenzjalment għoljin.
x’ser jingħata
Meta d‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jiskopri li sar ħlas żejjed, jibgħat Avviż ta’ Ħlas Żejjed lill‑benefiċjarju biex jinfurmah dwar:
• L‑ammont ta’ benefiċċji tas‑sigurtà soċjali mhux dovuti.
• Ir‑raġuni(jiet) għall‑ħlas żejjed.
• Il‑mod kif id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jipproponi li jirkupra l‑ammont li tħallas żejjed.
Meta tiġi deċiża r‑rata tal‑ħlas lura, id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jħares lejn il‑fatturi li ġejjin:
• Il‑kapaċità tal‑benefiċjarju li jħallas lura.
• Kwalunkwe fatti jew ċirkostanzi rilevanti li ġew imressqa mill‑benefiċjarju.
• L‑ammont ta’ ħlas żejjed u kif ġara.
Eli Ibbilt
Kriterji ġenerali ta’ kif id‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali jista’ jitlob lill‑benefiċjarju biex iħallas lura l‑ħlas żejjed billi jew:
• Jagħmel ħlas wieħed biex iħallas lura l‑ħlas żejjed kollu
• Jagħmel ħlas lura permezz ta’ flus kontanti ta' kull ġimgħa jew kull xahar sakemm jitħallas il‑ħlas żejjed
• Jekk għadu jirċievi pagament ta’ benefiċċju tas‑sigurtà soċjali, jitnaqqas mil‑ħlas dovut
Rekwi Iti
• Kont tal‑e‑ID maħruġ minn Identity Malta sabiex tagħmel pagement online, jew

• Id‑dettalji tal‑benefiċjarju (Numru tal‑Karta tal‑ID, Isem u Kunjom u l‑Ammont Oriġinali) biex isir rifużjoni ta' ħlas żejjed online mingħajr l‑użu tal‑e‑ID. Huma biss numri li għandhom jiddaħħlu fl‑ispazju tal‑ammont.
Kif tħallas lura ħlas żejjed
Ladarba l‑benefiċjarju jirċievi Avviż ta’ Ħlas Żejjed mid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali, il‑ħlas żejjed jista' jiġi solvut billi jew:
• Jitħallas lura ħlas żejjed dovut lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali billi tiskannja il‑Kodiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt. Wieħed jista' jagħmel ħlas lura f'isem persuna oħra. Għal dan is‑servizz, l‑utent għandu jipprovdi d‑dettalji tal‑ħlas żejjed tal‑benefiċjarju inkluż l‑Isem u l‑Kunjom, in‑Numru tal‑Karta tal‑Identità u l‑Ammont Oriġinali (€). Huma biss numri li għandhom jiddaħħlu fl‑ispazju tal‑ammont. Din l‑informazzjoni tista’ tinstab fuq l‑ittra ta’ notifika li tintbagħat lill‑benefiċjarju jew lill‑aġent/ amministratur. Tintbagħat email ta’ konferma bħala riċevuta lill‑persuna li tagħmel il‑ħlas.
Tista’ tagħmel ħlas lura ta’ pagament żejjed billi tiskannja il‑Kondiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt hlasluradss.gov.mt