
1 minute read
ċertifikat mediku blu ‑ issottometti
Arsa Enerali
Tista’ tissottometti kopja oriġinali taċ‑ċertifikat mediku blu online. Il‑Benefiċċju għal Mard jista’ jingħata lil persuna li għadha ma laħqitx l‑età tal‑irtirar u għandu jimtela ċertifikat mediku blu minn tabib. Iċ‑ċertifikat mediku blu għandu jiġi sottomess lid‑Dipartiment tas‑Sigurtà Soċjali fi żmien għaxart (10) ijiem mill‑ewwel jum tal‑mard. L‑uniċi eċċezzjonijiet aċċettati huma dovuti għad‑dħul fl‑isptar jew trattament barra mill‑pajjiż. Min‑naħa l‑oħra, il‑kopja taċ‑ċertifikat mediku blu għandha tingħata lil min iħaddem. Jekk il‑mard ikun iktar minn erbatax‑il (14) ġurnata iċ‑ċertifikat mediku blu għandu jiġi mġedded kull żewġ (2) ġimgħat, sakemm l‑persuna tkun tajba biex terġa’ tmur lura x‑xogħol.
Advertisement
kif tista’ tissottometti ċertifikat mediku blu
Tista’ tissottometti kopja oriġinali taċ‑ċertifikat mediku blu billi tiskannja il‑Kodiċi QR jew tidħol fil‑URL t’hawn taħt certifikatdss.gov.mt

Inti għandek tirċievi l‑ħlas fi żmien għoxrin (20) ġurnata jekk id‑dettalji meħtieġa jiġu sottomessi u li int tkun eliġibbli.