Intervista mal-Onorevoli Silvio Parnis Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità
Ritratt: DOI Omar Camilleri
Tonio Bonello Editur Media MFCS
► Linja ta’ għajnuna għall-anzjani u persuni b’diżabilità li qed jgħixu f’solitudni ► Prijorità biex persuni b’diżabilità jkollhom aċċess sħiħ anke f’postijiet kummerċjali ► Anzjani fid-Djar talGvern se jkunu jistgħu jwasslu l-ilmenti tagħhom b’mod anonimu ► Se tiġi fi tmiem il-lista ta’ stennija biex persuna tkun tistà tidħol f’Dar tal-Anzjani ► Pjanat titjib u tisħiħ tasservizz tal-Handyman ► Se tkun imnedija skema ta’ trasport mal-Kunsilli Lokali biex iwasslu l-anzjani fejn meħtieġ ► Infrastruttura ġdida fidDjar tal-Anzjani biex irresidenti jkollhom aċċess għat-teknoloġija ► Inċentivi ġodda biex l-anzjani jibdew jagħmlu użu minn stabbilimenti kummerċjali u possibbilment jivjaġġaw bi prezzijiet issussidjati
Paġna 6
familja Ħarġa Nru. 9 - April 2020
F
il-bidla tat-tmexxija tal-Gvern Ċentrali lejn nofs Jannar, sar ukoll tibdil f’numru ta’ Ministeri u d-dekasteri tagħhom rispettivament. Fost dawn, ħatra ġdida għal kumplament ta’ din il-leġislatura kienet dik tal-Onorevoli Silvio Parnis bħala Segretarju Parlamentari għallAnzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità. FAMILJA ħa ħsieb jagħmel din l-ewwel intervista mas-Segretarju Parlamentari Parnis li għoġbu jilqagħna fisSegretarjat tiegħu f’Palazzo Ferreria, il-Belt. Fost l-oħrajn, staqsejnieh: Xi tkopri l-ħidma tiegħek li inti esegwejt matul ħajtek fil-kuntest tal-qasam tal-kura tal-persuni anzjani u dawk b’diżabilità? Jien ilni f’dan il-qasam għal dawn l-aħħar 25 sena. Kont bdejt bilprogrammi, dak iż-żmien, “Problemi tal-Qalb” fuq l-istazzjon li f’dik l-epoka kien Super One u minn hemm kont bnejt rapport tajjeb ħafna mal-anzjani għaliex dan il-programm kien ta’ wens kbir għalihom. Minn hemm kibret fija dik l-imħabba lejn l-anzjani ta’ dan il-pajjiż għaliex jien nemmen li, kemm l-anzjani, kif ukoll il-persuni b’diżabilità jridu jħossu li hemm xi ħadd li lest jagħtihom dik l-attenzjoni li tixirqilhom. Imbagħad, kont bdejt niltaqa’ ma’ dawn l-anzjani u nkun qrib anki tal-istess familjari tagħhom u kienu jħossuhom komdi li jiftħu qalbhom miegħi u saħansitra jibku miegħi f’dak kollu li kienu jkunu għaddejjin minnu. Nistqarr, dawn kienu episodji li lili kienu impressjonawni ħafna f’ħajti.