1 minute read

Is-Sur Peter Miceli Saydon

Next Article
Is-Sa Joyce Grech

Is-Sa Joyce Grech

Il-Personalità ta’ ‘Familja’

Is-Sa Sandra Hili Vassallo

Peter Miceli Saydon

Prinċipal Jisimni Sandra (Catherine) Hili Vassallo u għandi 51 sena. Jiena mir-raħal taż-Żurrieq imma llum il-ġurnata noqgħod Birkirkara, jew aktar speċifikament Fleur-de-Lys. Irċevejt l-edukazzjoni tiegħi u studjajt fl-Immaculate Conception ta’ Ħal Tarxien, fis-Sixth Form tal-Imsida, u fl-Università ta’ Malta.

Studjajt il-Liġi mill-1987 sal-1993, għamilt żewġ Masters fl-1995 u reċentement fil-2017.

Inqis lili nnifsi bħala persuna introverta imma soċjevoli, determinata imma mhux rasi iebsa.

Fil-Policy Development and Programme Implementation fil-Ministeru għallFamilja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali nagħmel xogħol relatat mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropeja u konvenzjonijiet internazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ diversi suġġetti fosthom it-tfal. Għadu kif intemm fil-fatt proċess dwar ilparteċipazzjoni tat-tfal fil-qasam tal-policy making li tiegħu kont koordinatur.

Jiena miżżewġa lil Pierre Hili u għandna żewġt itfal, Nayeli (16-il sena) u Mireya (14-il sena) Inħobb naqra, nikteb, ngħum (fis-sajf biss), nimxi fil-kampanja (fix-xitwa biss), insajjar u nisma’ l-mużika (rock, indie). Meta kelli 8 snin ktibt l-ewwel poeżija u minn dakinhar bqajt nikteb. Għandi ippubblikati erba’ kotba għat-tfal u diversi stejjer qosra għall-kbar li ġew ippubblikati f’rivisti fosthom LEĦEN Il-MALTI.

Jiena membru tal-Istitut ta’ Riċerka dwar it-Tfulija li jagħmel parti millFondazzjoni Maltija għal-Ġid tasSoċjetà u nagħti xi lekċers l-Università. Il-jum tipiku tiegħi ngħaddih niġri wara l-ħin u l-ħin jiġri warajja. Fi tmiem il-ġimgħa nipprova ma niġrix daqshekk wara l-ħin u nsib ċans nistrieħ u nagħmel l-affarijiet li jogħġbuni. Kieku kelli nirbaħ miljun ewro l-ewwel inġib kejk kbir għall-kollegi kollha imbagħad insiefer, imbagħad naħseb niftaħ restorant żgħir u noqgħod insajjar. L-ikla favorita tiegħi hija platti bil-ħut u seafood u ħaxix u nuts u spajsis u ... l-ħelu … Żort diversi pajjiżi fosthom Il-Messiku, il-Marokk, it-Turkija, l-Istati Uniti. Għoddejthom jiġu 25 pajjiż, uħud aktar minn darba jew għext fihom. Nammira l-aktar nies li jgħixu ħajja kwieta u jagħmlu affarijiet kbar..., imma nsemmi b’mod partikulari l-Papa Franġisku. Il-ħolma ta’ ħajti hija li nara n-Northern Lights, li nitla’ f’hot air balloon, u li nirbaħ il-Booker Prize.

This article is from: