
2 minute read
Is-Sur Tonio Bonello
Qaddisin tal-lum
Il-qalb tħabbat ta’ kull Malti u Għawdxi mimlija ġenerożita twassal biex ta’ kuljum isiru tant mirakli, forsi bil-wisq aktar milli kienu jsiru mirakli fi żmien il-ħajja ta’ Kristu fuq din l-art! Dawn il-gżejjer, partikolarment tul dawn l-aħħar nofs seklu provdew lid-dinja għad bla qies ta’ missjunarji; Patrijiet, Sorijiet, Saċerdoti, tfajliet u ġuvintur, nisa u rġiel, saħanistra familji li għamlu d-differenza kull fejn marru.
Illum, il-folja qed tinbidel. Fiż-żjarat li kont qed nagħmel reċentament f’tant kunventi u monasteri stajt nara u nesperjenza numru mhux żgħir ta’ reliġjużi li għamlu l-parti kbira ta’ ħajjithom fil-missjoni, ġejjin lura lejn art twelidhom biex jgħaddu l-aħħar snin ta’ ħajjithom ma’ dawk l-aktar għeżież tagħhom u f’arthom. Dan il-moviment qawwi ta’ ritorn wassal għal evolvement u bidla’ filkunċett, l-użu u l-operat ta’ dak li darba kien kunvent. Fejn dahri dawn il-binjiet kienu jimirħu b’numri mhux żgħar ta’ vokazzjonijiet, illum instab mottiv ieħor għall-eżistenza tagħhom. Uħud minn dawn diġa’ bdew trasformazzjoni tal-binja biex tkun suffiċjenti għal dan l-użu ġdid. Forsi, f’kuntest modern jista’ jingħad qed issir rivoluzzjoni ħolistika, minn ċentri ta’ vokazzjonijiet għaż-żgħażagħ għal djar tal-anzjani reliġjużi. Hu biss sentiment ta’ apprezzament u gratitudni li dawn l-imsejkna li taw l-aħjar ta’ ħajjithom f’dawk l-aktar zoni fqar u mbiegħda fid-dinja, li issa jiġu milqugħa b’tant għożża u mħabba biex jistrieħu u jgħixu l-kumplament tażżmien bl-aktar mod seren u sigur. Qed ngħid sigur għaliex, waqt li ntervistajt Patri Għawdxi fost dawn, nistqarr ħallieni bla kliem rakkont tiegħu. Għex il-parti l-kbira ta’ ħajtu fir-reġjun ta’ Garissa ġewwa l-Kenja fejn dan isemmi kif darba, wara jum xogħol meta miġburin fil-kunvent ħabbat il-bieb. Flimkien ma’ tnejn oħra resaq lejn il-bieb ta’ barra u fetaħ. Fil-pront dawk fuq barra fetħu n-nar fuqhom u daħlu ġewwa biex jisirqu. Dan il-Patri nzerta kien fin-nofs bejn żewġt Sorijiet. Waħda ntlaqtet minn tiri u niżlet fl-art feruta gravi waqt li l-oħra, Soru Tabiba Amerikana inqatlet quddiemu dak il-ħin stess. Stqarr miegħi fost emozzjonijiet kbar kif ilbalal intenzjonati lejh għaddew żbrixx minn fuq rasu u ma jafx kif, jew forsi aħjar, b’miraklu, hu kien li baqa’ ħaj. Tassew li fostna, madwarna, għad għandna nies li jien insejħilhom, ilQaddisin ta’ żminijietna. Persuni li b’ħafna kuraġġ, fidi, tama u mħabba taw ħajjithom għall-imħabba taloħrajn. Persuni li minkejja dan kollu, qatt ma ngħataw xi midalja jew ġieh, jew xi forma oħra ta’ rikonoxximent. Għax jemnu u konvinti li l-bniedem mhux ta’ din id-dinja!
Ġurnalist