MSFC Familja 09 REBBIEGĦA 2020

Page 28

Arti Art Club 2000 f’Tigne Point

B

ejn it-3 ta’ Diċembru 2019 u 3 ta’ Jannar 2020 ittellgħet wirja kollettiva ta’ Arti ġewwa l-Foyer ta’ Tigne Point. Ix-xogħol kien jinkludi tiżwiqa ta’ Arti, kemm viżiva u skultura b’varjetà ta’ xogħol u medja diversi.

Mary Anne Zammit Artista u Kittieba

Din kienet parti minn sensiela ta’ esibizzjonijiet li ttellgħu din is-sena. Dawn kienu ġewwa Palazzo Notabile, Mdina, fis-sala tal-Ministeru għal Għawdex u waqt il-festa tal-Mellieħa. Art Club 2000 ilu għaddej b’suċċess għal dawn l-aħħar għoxrin sena u l-iskop ewlieni hu li jinħoloq spazju sabiex jeduka u tingħata opportunità lil persuni ta’ kull età sabiex jaqsmu x-xogħol tagħhom. L-iskop hu li tgħaqqad l-arti u ġġib flimkien artisti, kemm dawk stabbiliti u kemm dawk ġodda. Sabiex fl-aħħar mill-aħħar jesebixxu għal udjenzi wiesgħa. Ma’ dan ukoll jiġu offruti korsijiet ta’ crafts fejn madwar 70 studenti intbagħtu barra minn xtutna biex jistudjaw Afresco l-Italja u l-Polonja. L-aħħar opportunità kienet f’Ruma fejn permezz ta’ fondi, 9 artisti ingħataw l-opportunità li jattendu għal workshops ta’ mużajk, ċeramika u skultura rispettivament.

L-istess Club ġie fdat ukoll li jieħu ħsieb il-Mużew Tunnara fil-Mellieħa. Dan jinkludi diversi stadji mill-istorja ta’ Malta, inkluż fortifikazzjonijiet millKavallieri ta’ San Ġwann u ta’ Malta taħt l-Imperu Ingliż. Paġna 28

familja Ħarġa Nru. 9 - April 2020


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
MSFC Familja 09 REBBIEGĦA 2020 by MSFC-Familja.media - Issuu