Iż-żmien fil-ħajja tal-bniedem
torganizza lilek innifsek, il-ħin u ż-żmien tal-bniedem huwa dejjem hemm preżenti. Kull qawwa u suċċess tal-bniedem huma magħmula dejjem minn ħin ippjanat tajjeb u żmien organizzat bil-paċenzja. Napuljun Bonaparte li kien mexxej militari Franċiż kien jgħid: “Nista’ nitlef battalja, imma qatt ma nitlef minuta mill-ħajja.” Għalhekk għandna nieħdu vantaġġ mill-ħin preżenti għax il-ġranet huma qosra. Ma jiddispjaċinix mill-ħin li tlift mażżmien, imma jiddispjaċini miż-żmien li tlift ma’ ċertu nies għax fil-ħajja kollox jgħallem u l-bniedem jimmatura mażżmien u ma kull minuta li tgħaddi. Għalhekk ma nibqgħux dejjem naħsbu biex naqalgħu l-flus biss, imma hu aktar importanti, li niksbu l-ħin milli l-flus.
George Zammit Gwida u Lajk
F
il-ħajja hemm bosta affarijiet li jisirqulna l-ħin bla ma kultant inkunu nafu. Aħna ħafna drabi ma nindunawx, imma ż-żmien huwa element importanti ħafna f’ħajjitna. Kultant iż-żmien jidher li qatt ma jgħaddi. Snin oħra jidhru li jtiru. Li hu ċert hu li ż-żmien minn dejjem kien prezzjuż għal kulħadd u għal din ir-raġuni sempliċi rridu nippruvaw nippjanaw sewwa biex ma naħlux aktar żmien fix-xejn fil-ħajja tagħna, pereżempju billi nagħmlu affarijiet li ma nħobbux nagħmlu, għax xi darba se jiddispjaċina u jaf meta nintebħu jkun tard wisq. Mill-esperjenza naf li wieħed jista’ jgħix infinitament aħjar bi ftit flus u b’ħafna ħin liberu, milli b’aktar flus u b’inqas ħin, speċjalment mal-familja. Wara kollox dak li hu importanti mhuwiex is-snin ta’ ħajtek, imma l-ħajja li tpoġġi f’dawn is-snin. Jekk
Paġna 24
familja Ħarġa Nru. 9 - April 2020
Wasal iż-żmien li nibdew nimmaturaw u ma nagħmlux aktar żbalji billi noqogħdu niġġieldu kontra ż-żmien preżenti għax il-ħajja ta’ kull bniedem fuq din l-art hija tant qasira li m’hemmx ħin għall-argumenti u paroli fil-vojt, li aktarx iwasslu għall piki fil-familji u gwerer ta’ bejnietna. Imma hemm biss ħin għall-għaqda fraterna biex bħala poplu nħobbu aktar lil xulxin kif ħabbna Missierna fissmewwiet. Santa Tereża ta’ Calcutta, magħrufa bħala Madre Teresa li kienet Albaniża kattolika u soru missjunarja kienet tgħid frażi sabiħa ħafna: “Il-bieraħ għadda u għada għadu ġej, mela għandna llum biss, ejjew nibdew.” Mela nibdew napprezzaw aktar dak iż-żmien sabiħ u l-ħin volontarju meta dawn jingħataw lill-oħrajn, b’mod speċjali dawk fil-bżonn. Waħda millkliem tal-għerf hija li rridu noqogħdu attenti biex iż-żmien ta’ ħajjitna ngħixuh bil-galbu għax huwa tajjeb li tgawdi ħajtek, il-ħajja sabiħa ħafna. Jekk aħna jkollna din il-mentalità ġeneruża li ngħixu ż-żmien tal-ħajja tagħna tajjeb mal-oħrajn, ma jkollniex dlam ġewwa djarna u lanqas barra, imma dawl qawwi li jsebbaħ dawn ilgżejjer sbieħ tagħna f’nofs dan il-baħar Mediterran.