MSFC Familja 09 REBBIEGĦA 2020

Page 20

www.sapport.gov.mt Tel: 2256 800

Ċentru ta’ Matul il-Jum ġdid f’Baħar iċ-Ċagħaq Biċ-Ċentri tal-Aġenzija Sapport qed jintlaħqu 500 persuna b’diżabilità Melissa Pace Senior Exective Marketing

F

il-bidu tas-sena, Aġenzija Sapport inawgurat il-11-il-ċentru ta’ matul il-jum f’Baħar iċ-Ċagħaq. Dan iċ-ċentru jippromwovi għajxien indipendenti, awtonomija u inklużjoni fis-soċjetà. Is-servizz qiegħed jingħata lil 17il żagħżugħ/a b’diżabilità, tal-età bejn it-22 u t-23 sena. Dawn ġejjin minn diversi lokalitajiet differenti madwar Malta li qegħdin jingħataw l-opportunità biex itejbu l-abbilitajiet tagħhom u jiżviluppaw ħiliet ġodda bissapport u riżorsi meħtieġa. Is-servizzi li jingħataw huma personalizzati skont il-bżonnijiet ta’ kull benefiċċjarji f’dan iċ-Ċentru. Ilbenefiċċjarji huma wkoll inkoraġġiti jagħżlu huma l-attivitajiet li jixtiequ jagħmlu u jkunu involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet li jirrigwardjawhom.

Paġna 20

familja Ħarġa Nru. 9 - April 2020

Il-programmi li jiġu pprovduti minn dan iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum jinkludu fost oħrajn: ▪ ▪ ▪ ▪

Kif tuża komputjer Programmi ta’ diskussjoni Ħjata Eżerċizzju fiżiku, passatempi u ħruġ ▪ Għajxien indipendenti, bħal kif tipprepara xi ikliet ħfief, manjieri ta’ madwar il-mejda tal-ikel u iġene personali. Dan huwa possibbli permezz ta’ professjonisti bħal Social Workers u Occupational Therapists, bl-għajnuna tas-Support Workers li jaħdmu b’mod kontinwu sabiex iwasslu programmi interattivi u inklussivi skont ilbżonnijiet tal-benefiċċjarji kollha. Fil-ħidma tagħha, l-Aġenzija qed tkompli tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet sabiex il-persuni b’diżabilità li jagħmlu użu mis-servizzi tagħha jkollhom ċans akbar li jsibu mpjieg. Eżempju ta’ dan, iċ-Ċentru f’Baħar iċ-Ċagħaq qed jaħdem sabiex jistabbilixxi kuntatti li jwasslu biex jibdew jinbigħu prodotti tal-ikel tal-friża magħmula millbenefiċċjarji lil stabbilimenti lokali. Permezz ta’ dan iċ-Ċentru, u ċ-Ċentri l-oħra ta’ matul il-jum li tmexxi l-Aġenzija li jinsabu, tnejn fl-Mtarfa, Raħal Ġdid, Ħal Far, Tas-Sliema, Swatar, Isla, Birgu, Fleur de Lys u f’Għajnsielem ġewwa Għawdex, l-Aġenzija Sapport qed tilħaq ‘il fuq minn 500 persuna b’diżabilità. B’hekk qed tkompli ssaħħaħ is-servizzi tagħha u timxi aktar ‘il quddiem waqt li tkun eqreb lejn il-persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
MSFC Familja 09 REBBIEGĦA 2020 by MSFC-Familja.media - Issuu