1 minute read

Minn Kollox Tara Fis‑Sajf

nimmaġina kieku Alla kellu joħloq kulur wieħed, jew kieku għamilna kollha tal‑istess daqs u l‑istess wiċċ. Hija fid‑DNA tagħna li rridu d‑diversità.

joħloq dak li ma jinsabx fih u allura meta nħarsu lejn il‑ħolqien bil‑grazzja t’Alla, insibu lil Alla.

Naturalment, id‑dimonju

Ix‑xahar ta’ Lulju huwa mmarkat l‑ewwel nett mis‑sajf, mis‑sħana, mill‑baħar, mill‑festi, mill‑vaganzi u mis‑safar. Nieqaf hawn għax tant hemm xi tgħid li l‑lista ma tispiċċa qatt! Hemm min jogħġbu u hemm min idejqu dan iż‑żmien tas‑sena. Aħna magħmulin hekk, kulħadd u kollox huwa differenti minn xulxin. U din hija s‑sbuħija tal‑ħajja. Ma nistax

Faċli tgħidu dan, imma mhux faċli tgħixu dan id‑don sabiħ tad‑diversità li huwa maħluq hekk minn Alla. L‑oriġini tad‑diversità nsibuh f’Alla stess u għalhekk ħalaqna differenti minn xulxin għax f’Alla stess hemm id‑diversità: Missier, Iben u Spirtu s‑Santu. Imma l‑aktar li tidher f’Alla hija l‑unità u allura, filwaqt li huma tlieta, huma fuq kollox Alla wieħed. L‑unità f’Alla mhix realtà matematika, imma sbuħija ta’ armonija. Meta Alla ħalaq, ma setax mhux biss m’għandux, imma jobgħod l‑unità u l‑armonija. Fejn m’hemmx għaqda u armonija mhux Alla hemm, imma d‑dimonju. Tiskanta kemm dan huwa veru. Kemm isir faċli ssib lil Alla fil‑bnedmin u fil‑ħolqien meta jkun hemm l‑għaqda u l‑armonija fir‑relazzjonijiet ta’ bejniethom u mal‑ħolqien! Bħalissa f’Malta għandna realtà li qatt ma kellna qabel: numru kbir ta’ ħaddiema barranin, kif ukoll numru kbir ta’ turisti, speċjalment fis‑sajf. Dawn iġibu f’artna diversità enormi. Aħna kif qed nirreaġixxu għal din is‑sitwazzjoni? Aħna ppreparati biex ngħixu f’armonija magħhom jew sempliċement qed inħallu lilna nfusna niġu assorbiti minn monokultura, jew kif ngħidu bil‑Malti nsiru bħan‑nagħaġ ta’ Bendu?

L‑Evanġelizzazzjoni, li bħala Nsara għandna ngħixu, issir billi bi mħabba kbira nagħtu bħala don ta’ mħabbitna t‑tjubija u s‑sbuħija tal‑kultura tagħna ta’ Maltin. Kemm jieħdu gost il‑barranin meta jaraw li lill‑Maltin jistgħu jafdawhom, ikellmuhom u jistaqsuhom dak li jkollhom bżonn, li jsibu l‑indafa u l‑armonija fit‑toroq tagħna, u l‑attenzjoni għal xulxin. Lil Malta nistgħu nagħmluha bħal perla prezzjuża fil‑Mediterran jekk fiha jkunu jidhru ċari l‑għaqda u l‑armonija bejn in‑nies u fl‑ambjent li noħolqu. Ispirat mill‑Eżortazzjoni

Appostolika ta’ Papa Franġisku ‘Il‑Ferħ Tal‑Vanġelu’ par.117

Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel 21236962

Għall‑Ħajja Ewkaristika.

Nitolbu sabiex il‑Kattoliċi jpoġġu ċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ewkaristija fil‑qalba tal‑ħajja tagħhom, u jittrasformaw ir‑relazzjonijiet umani b’mod profond u miftuħa għal‑laqgħa m’Alla u ma’ ħuthom kollha.

This article is from: