
1 minute read
Tfal Orfni bl‑ HIV
Filwaqt li fil‑pajjiżi moderni nsibu sistemi ta’ saħħa u trattamenti effettivi biex jikkontrollaw l‑HIV, f’pajjiżi anqas żviluppati dan il‑vajrus għadu jinxtered faċilment. Eżempju ċar insibuh f’Arusha t‑Tanżanija fiċ‑Ċentru Canaan li huwa orfanatrofju li jilqa’ fih tfal orfni kawża tal‑AIDS.

Fost l‑orfni hemm tliet aħwa li lkoll għandhom l‑HIV. L‑iżgħar wieħed minnhom, Pemda għad għandu biss sentejn u nofs.
Flimkien ma’ ħutu David u
Manuel, Pemda jgħix f’dan l‑orfanatrofju għax ommu u missieru mietu riċentament bl‑AIDS. L‑ewwel mietet l‑omm u ftit wara l‑missier. Wara dan saru jafu li t‑tliet ulied huma infettati bil‑vajrus tal‑HIV.
Suppost f’dan l‑orfanotrofju jaċċettaw biss tfal minn tliet snin ’il fuq, imma meta raw li din it‑tarbija se tispiċċa tinfired minn ħutha, raw kif għamlu biex ma jifirdux l‑aħwa. Peress li fl‑orfanatrofju ma kinux iżommu trabi, l‑istaff ħa ħsieb jixtri dak kollu meħtieġ biex jieħdu ħsieb lit‑tarbija. Saħansitra waħda mill‑ħaddiema ddeċidiet li volontarjament tmur tgħix fiċ‑ċentru sakemm Pemda jikber u trabbih daqslikieku binha. Minħabba li Pemda kien għadu żgħir wisq meta mietu l‑ġenituri tiegħu, ma jafx min hi ommu u mingħalih li din il‑mara hija ommu. Meta ħaduh l‑orfanotrofju sabu li apparti l‑HIV, Pemda kellu saqajh imdawrin (club foot) kif ukoll it‑tuberkulożi. Biex jikkurawh mit‑tuberkulożi, barra mit‑trattament meħtieġ, iċ‑ċkejken kellu jagħmel anke l‑kwarantina waħdu.
Jekk tixtieq tgħin liċ‑Ċentru Canaan ikompli jieħu ħsieb u jikkura lil dawn it‑tfal orfni morda bl‑HIV bħal

Pemda u ħutu, tista’ tagħmel id‑donazzjoni tiegħek fuq wieħed minn dawn in‑numri li jidhru hawn.
Tfal Missjunarji
Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini.
●Kull nhar ta’ Tlieta fis‑2:30pm

●Kull nhar ta’ Ħamis fis‑2:30pm
●Kull nhar ta’ Sibt fis‑7:25pm
●Kull nhar ta’ Ħadd fis‑2:30pm
Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).

