4 minute read

Jien Qiegħed Hawn Biex Inħobb u Mhux Biex Nobgħod

Fil‑preżent, madwar 1,500 student jirċievu l‑edukazzjoni tagħhom fl‑Istituzzjoni Kattolika ta’ San Stanislav, mill‑età tal‑kindergarten sas‑Sixth Form. Dan il‑kulleġġ jinsab sitt kilometri ’l bogħod mill‑belt ta’ Ljubljana, u huwa mdawwar bil‑ġmiel naturali tal‑kampanja u l‑muntanji tas‑Slovenja. Il‑missjoni prinċipali ta’ dan il‑Kulleġġ Kattoliku hija

F’April kont mistieden fuq missjoni edukattiva fil‑belt ta’ Ljubljana fis‑Slovenja fejn kelli l‑opportunità nżur waħda mill‑aqwa istituzzjonijiet edukattivi tal‑Knisja Kattolika f’dan il‑pajjiż li tissejjaħ l‑Istituzzjoni ta’ San Stanislav. F’dan il‑kulleġġ stajt nosserva l‑ħidma edukattiva, kulturali u pastorali siewja li l‑Knisja

Slovena qiegħda twettaq ma’ tant studenti f’dan il‑pajjiż, filwaqt li ħdimt fuq rapport edukattiv biex nippreżentah lill‑Ministeru tal‑Edukazzjoni f’Malta. Il‑Kulleġġ ta’ San Stanislav huwa istituzzjoni edukattiva u kulturali li jinkorpora fih sitt skejjel: l‑Iskola Djoċesana Klassika, il‑Jeglič Student Home, l‑Iskola Primarja Alojzij Šuštar, l‑Iskola taż‑Żgħar ir‑Ragħaj it‑Tajjeb, l‑Istituzzjoni tal‑Mużika Skola San Stanislav u l‑J.F. Gnidovec Residence Hall. dik li tgħin lil kull persuna tikber b’mod sħiħ fi spirtu ta’ komunità mdawla bil‑fidi, bit‑tama u bl‑imħabba Nisranija fi spirtu ta’ djalogu mad‑dinja biex b’hekk id‑dinja tkun aħjar. Dan il‑kulleġġ huwa mibni fuq bosta valuri, fosthom il‑valur tal‑Fidi Nisranija, l‑iżvilupp sħiħ tal‑persuna, l‑għerf u l‑kreattività, il‑komunità kif ukoll il‑valur tal‑multi‑kulturaliżmu tad‑dinja. F’dan il‑kulleġġ jinħass b’mod qawwi l‑kodiċi ta’ etika kemm fost l‑amministrazzjoni u l‑għalliema, kif ukoll fl‑istudenti. Dan jgħin biex ikompli jissawwar spirtu ta’ żvilupp u intelliġenza b’mod bilanċjat u naturali. L‑amministrazzjoni tal‑kulleġġ tikkonsisti f’direttur ġenerali, kapijiet kif ukoll diretturi spiritwali. Fil‑preżent, id‑Direttur Ġeneral huwa r‑Reverendu Dun Anton Česen M.A., li speċjalizza fil‑ministeru maż‑żgħażagħ. Huwa serva l‑ewwel bħala għalliem tar‑reliġjon u l‑kultura, u bħala direttur spiritwali. Imbagħad bejn l‑2013 u l‑2018 sar direttur u mexxej spiritwali tal‑‘Association Community of Catholic Youth in Slovenia’ kif ukoll responsabbli mill‑ministeru taż‑żgħażagħ fi ħdan il‑Konferenza Episkopali tas‑Slovenja. Kien proprju f’Settembru tal‑2018 li nħatar Direttur Ġenerali tal‑Istituzzjoni ta’ San Stanislav.

L‑Istituzzjoni ta’ San Stanislav tħares l‑obbligi kollha mnedija mill‑istat fir‑rigward tal‑kurrikulu u l‑programmi edukattivi meħtieġa għall‑iżvilupp akkademiku ta’ kull student. Però ma’ dan kollu huma jisħqu wkoll fuq formazzjoni komunitarja, relazzjonijiet sodi u b’saħħithom, tagħlim barra mill‑klassi, xogħol prattiku, kif ukoll fuq valuri etiċi u spiritwali msejsin fuq il‑prinċipji Nsara. F’dan il‑kulleġġ tinħass ħafna l‑kura pastorali li tgħin lil kull student jikber b’mod personali u indipendenti fil‑ħsieb kif ukoll fil‑fidi u l‑valuri Nsara. Il‑kamp tal‑kura pastorali joffri lill‑istudenti l‑possibilità ta’ bosta esperjenzi spiritwali sew fil‑pajjiż kif ukoll barra mill‑pajjiż. Il‑ħidma pastorali titmexxa mis‑saċerdoti f’kollaborazzjoni mal‑għalliema u l‑istudenti, u toffri servizz ta’ quddies u adorazzjonijiet Ewkaristiċi b’mod regolari, gwida spiritwali u involviment f’ħidmiet ta’ karità kemm fuq livell ta’ skola kif ukoll fuq livell djoċesan. Kull ġurnata l‑istudenti jibdew il‑jum tagħhom miġburin fi spirtu ta’ talb u meditazzjoni, u kull xahar tintgħażel sentenza spiritwali biex l‑istudenti jaħsbu fuqha matul ħajjithom. Ta’ min jgħid li l‑kamp tal‑ħidma pastorali fl‑Istituzzjoni ta’ San Stanislav joffri wkoll lill‑istudenti l‑opportunità li jipparteċipaw fi rtiri u f’attivitajiet marbutin mal‑festi liturġiċi.

Fl‑istituzzjoni jinħass qawwi ħafna l‑ispirtu ta’ karità Nisranija fejn kull student huwa mħeġġeġ jaħseb kif jista’ jgħin lill‑persuni oħra fil‑bżonn sabiex jimita lil Ġesù Kristu fil‑ħajja tiegħu. Huwa għalhekk li f’dan il‑kulleġġ bosta studenti jieħdu l‑inizjattiva li jwettqu bosta opri ta’ karità mal‑proxxmu fil‑bżonn.

Dan iwassal lill‑istudenti biex jingħaqdu ma’ bosta istituzzjonijiet volontarji ta’ karità u jipparteċipaw fis‑‘summer work camps’. L‑edukazzjoni klassika fl‑istituzzjoni hija waħda mill‑karatteristiċi li tagħmel dan il‑kulleġġ daqstant prestiġjuż. L‑istudji klassiċi tal‑kultura Griega u Latina jingħataw importanza kbira, u dan mhux biss fil‑lingwa Griega u Latina, iżda wkoll fil‑kultura antika taċ‑ċiviltà Ewropea. Dan l‑għarfien iwassal lill‑istudenti biex jifhmu iżjed iċ‑ċiviltà

Griega u Latina antika li fuqhom hija msejsa l‑kultura Nisranija Ewropea. Tingħata wkoll importanza kbira lill‑qasam tal‑arti u l‑mużika. Fil‑fatt, kull fejn tidħol f’dan il‑kulleġġ titpaxxa tara l‑arti kreattiva u oriġinali tal‑istudenti li tiġi esebita fid‑diversi kurituri tal‑kulleġġ. Fil‑qasam mużikali, il‑kulleġġ huwa magħruf għall‑korijiet vokali li jħaddan, speċjalment is‑‘St. Stanislav Girls’

Choir of the Diocesan Classical Gymnasium’ u s‑‘St. Stanislav Youth Choir of the Diocesan Classical Gymnasium’ li huma meqjusin fost l‑aqwa korijiet taż‑żgħażagħ fl‑Ewropa. Ta’ min jgħid li l‑fama tal‑‘Music

School of St. Stanislav’s Institution’ hija waħda prestiġjuża ħafna u toffri lill‑istudenti edukazzjoni ta’ kwalità għolja fil‑qasam mużikali.

Mal‑kulleġġ hemm marbuta storja twila li tmur lura għall‑1901, meta l‑Isqof ta’

Ljubljana, Monsinjur Anton Bonaventura Jeglič beda l‑bini ta’ din l‑istituzzjoni li bdiet topera fl‑1905 u tlestiet għalkollox fl‑1910. L‑isqof fundatur xtaq li mal‑faċċata tal‑binja jitwaħħlu l‑kelmiet ‘Għal Kristu, is‑Salvatur tad‑Dinja’. Matul l‑Ewwel Gwerra

Dinjija, il‑bini tal‑kulleġġ ġie mibdul fi sptar militari u matul it‑Tieni Gwerra

MissioTfal għandu bżonn kotba tal‑qari (mhux workbooks) bil‑Malti u bl‑Ingliż f’kundizzjoni tajba. Jekk jogħġbok ikkuntattja lis‑Sa Nancy Camilleri fuq nancy@missio.org.mt

Qegħdin niġbru ‘soft toys’ f’kundizzjoni tajba. Jekk tista’ tgħin, jekk jogħġbok ċemplilna fuq 21236962 u staqsi għas‑Sa Nancy Camilleri.

Dinjija, il‑bini ġie okkupat mill‑forzi militari Nażisti Ġermaniżi. Imbagħad, wara l‑1945 il‑bini nħataf mill‑armata Jugoslava u l‑madwar tal‑kulleġġ sar kamp ta’ konċentrament għal eluf ta’ rivoluzzjonarji Sloveni li iktar tard sfaw maqtula. Aktar tard, fl‑1991, wara l‑indipendenza tas‑Slovenja, l‑Arċidjoċesi ta’ Ljubljana reġgħet ħadet f’idejha l‑proprjetà ta’ dan il‑kulleġġ u proprju fit‑13 ta’ Novembru 1992, l‑Arċisqof Mons. Dr Alojzij Šuštar reġa’ fetaħ uffiċjalment l‑Istituzzjoni Kattolika ta’ San Stanislav, li sal‑lum għadha sservi lil tant żgħażagħ fil‑kamp edukattiv u kulturali. Fis‑17 ta’ Mejju 1996, il‑Qdusija Tiegħu San Papa Ġwanni Pawlu II għoġbu jżur il‑kulleġġ u bierek il‑binja kif ukoll lill‑amministrazzjoni, l‑għalliema u l‑istudenti kollha.

Ħaġa li messitli qalbi kienet monument memorabbli ddisinjat fl‑2015 mill‑arkitett Robert Dolinar, u li jikkommemora l‑mitt anniversarju mill‑Ewwel Gwerra Dinjija kif ukoll is‑sebgħin anniversarju mit‑Tieni Gwerra Dinjija.

Dan il‑monument ifakkar lill‑vittmi tal‑gwerra u jikkonsisti f’seba’ ġebliet kbar bil‑kliem: “Il‑Paċi Miegħek” miktubin bil‑lingwi ta’ dawk kollha li sofrew il‑ħruxijiet taż‑żewġ gwerer dinjin. Nagħlaq dan l‑artiklu bil‑motto tal‑iskola li jgħid: “Jien qiegħed hawn biex inħobb u mhux biex nobgħod” (Antigone, Sophocles). Jalla l‑Mulej iżomm idejh fuq din l‑Istituzzjoni Kattolika fis‑Slovenja sabiex b’hekk jibqgħu jikbru persuni b’mod sħiħ mibnija fuq il‑valuri www.adoptgrandparent.org

Tweġġa’ meta tħossok waħdek... iżda Missio, flimkien ma’ Newsbook.com.mt ħarġu b’inizjattiva li tagħtik il‑possibilità li ssib qalb ta’ ħbiberija permezz tal‑proġett Adopt a Grandparent. Jekk inti interessat tipparteċipa, ċempel fuq 2122 2001.

This article is from: