
1 minute read
Il‑kanarin u l‑biża’
Povru kanarin li għandi fit‑tieqa jżommli kumpanija meta nkun f’kamarti! Kieku tafu kif jitwerwer miskin kull meta jgħaddi minn fuqna xi ajruplan, speċjalment il‑‘fighters’ li jgħaddu baxx u jwerwruna bil‑ħoss li jagħmlu. Jitwerwer, povru kanarin! U għalxejn nipprova nipperswadih li m’hemm l‑ebda periklu!
Imma int li qed taqra, ifhem li se ngħidlek u nittama li dan iserraħlek ftit moħħok u jnaqqaslek il‑biża’. Biża’? X’biża’? Le mhux tal‑ħoss tal‑ajruplani, imma biża’ ieħor! Veru jew mhux veru li xi kultant tħossok imbeżża’ għal xi raġuni jew oħra? Forsi tibża’ li għandek xi marda serja? Forsi tibża’ li se titlef lil xi persuna għażiża? Forsi tibża’ li ġidek mhux se jservik sabiex tgħix kif int? Forsi tibża’ li Alla nsiek jew li se titlef ruħek? Biża’! Kemm tagħmel ħsara l‑biża’! Ħsara fil‑moħħ għax il‑biża’ u t‑tħassib imermruk. U ħsara wkoll f’ruħek, għax il‑biża’ jtaqqal l‑ispirtu.
Issa billi l‑kanarin malli jgħaddi ajruplan jibża’ u joqgħod jittajjar fil‑gaġġa!? Int m’intx għasfur. Aħseb f’Alla, ittama fih u ntelaq f’idejh! Dejjem!
Kitba ta’ Monsinjur Dun Mikiel Azzopardi (1910‑1987) fundatur tad‑Dar tal‑Providenza.
