
1 minute read
Beata Marija Mercedes Prat
(1880‑1936) Verġni u Martri
Mercedes Prat twieldet f’Barċellona fis‑6 ta’ Marzu 1880 u l‑għada għammduha. Kienet il‑kbira fost erba’ aħwa. Mercedes irċeviet l‑Ewwel Tqarbina fit‑30 ta’ Ġunju 1890.
Minn ċkunitha ngħatat kompletament għal Alla u ma kinitx tgħaddi ġurnata li ma tersaqx biex tirċievi l‑Ewkaristija. Kellha mħabba kbira għall‑proxxmu u għamlet dak li setgħet sabiex tnibbet din il‑kwalità ta’ mħabba f’ħaddieħor. Meta kienet l‑iskola, kienet magħrufa għat‑tjubija u għad‑dedikazzjoni fl‑istudju. Kienet ukoll teċċella fil‑ħjata u fit‑tpinġija għaliex kienet imżejna bit‑talent tal‑arti.
Fl‑1904 ingħaqdet mas‑Soċjetà ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù, f’Tortosa, u bdiet in‑novizzjat tagħha.
Mercedes għamlet l‑ewwel professjoni tagħha fl‑1907. Fl‑1920, Sor Mercedes intbagħtet fil‑Motherhouse, f’Barċellona fejn kien hemm taqlib sħiħ. Il‑Gvern kien anti‑Kattoliku u ma kellu l‑ebda simpatija lejn il‑Knisja. Minn hawn beda l‑martirju għal Sor Mercedes. Fid‑19 ta’ Lulju 1936, il‑komunità kellha tħalli l‑iskejjel tagħha u taħrab. Fit‑23 ta’ Lulju, peress li kienet waħda mir‑reliġjużi, Mercedes sfat arrestata u xkubettjata, għaliex kienet soru. L‑ewwel jiem tal‑Gwerra Spanjola għamlu minnha waħda mill‑ewwel vittmi tal‑gwerra. Kienet arrestata mill‑militanti flimkien ma’ soru oħra tal‑komunità. Għamlu ġurnata jiġu ttorturati u filgħaxija l‑militanti sparawlhom flimkien ma’ priġunieri oħra. Sor Mercedes sfat feruta u l‑aħħar kliem tagħha kien biċċa mill‑‘Missierna’ ... “aħfrilna bħalma naħfru...”
Meta l‑militanti semgħuha titlob, reġgħu sparawlha sakemm mietet fis‑sigħat bikrin ta’ filgħodu, wara agunija twila, imma laħqet ħafret lill‑esekuturi tagħha. Wara, ġisimha ġie maħruq f’Barċellona. Is‑soru li kienet magħha, Giocchina Miguel, għexet biex tkun ix‑xhieda prinċipali għall‑proċess tal‑beatifikazzjoni tagħha.
Il‑Beata Marija Mercedes
Prat kienet reliġjuża għall‑qalb t’Alla, sinċiera, dejjem prudenti fi kliemha, kalma, ġentili u ta’ tjieba kbira ma’ kulħadd, iżda ta’ karattru sod. Hija tħarrġet b’żelu u dedikazzjoni fl‑appostolat tat‑tagħlim f’diversi skejjel. Il‑ħajja reliġjuża tagħha kienet immarkata minn sempliċità qawwija u għotja sħiħa ta’ mħabba lejn Alla u lejn il‑proxxmu. Alla kien il‑maħbub tagħha u l‑imħabba tagħha għalih kompliet dejjem tikber, sal‑punt li kienet lesta li tagħti ħajjitha għal Alla. Il‑proċess tal‑beatifikazzjoni tagħha beda fl‑1969 minn Papa Pawlu VI u l‑beatifikazzjoni saret minn Papa Ġwanni Pawlu II fid‑29 t’April 1990. Il‑festa tagħha

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom:
Indirizz:
Belt/ Raħal: Kodiċi Postali:
Tel:
N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.