
1 minute read
Riona D’Souza
Din it‑tfajla Indjana twieldet nhar il‑25 t’Ottubru 2006, f’familja fqira. Missierha Richard, li huwa trux u mutu, jaħdem bħala bennej, filwaqt li ommha Celine hija mara tad‑dar. Riona għandha żewġ ħutha subien. It‑tfajla tħobb ħafna tistudja u tmur tajjeb fl‑istudji tagħha. Sabiex tattendi l‑Iskola Sekondarja ta’ San Sebastjan f’Mangalore, ta’ kuljum ikollha timxi mat‑tliet mili. Meta kienet iżgħar, kienet tattendi l‑Iskola Primarja ta’ Panir li tinsab f’Mangalore wkoll. Għalhekk tista’ tgħid li sa minn ċkunitha kienet timxi tant mili biex tirċievi l‑edu kazzjoni xierqa.


Permezz ta’ sponsorizzazz joni mingħand benefattur ta’ Missio Malta, Riona bdiet u għadha tista’ tkompli bl‑istudji tagħha, għaliex sew il‑miżata kif ukoll tal‑benefattur. Barra minn hekk, Riona qiegħda tgħix f’kunvent tas‑sorijiet qrib ħafna tal‑iskola bħala ‘border’ u għalhekk m’għandhiex bżonn aktar timxi ta’ kuljum tant mili.
Ommha żżurha ta’ spiss, u t‑tfajla żżomm kuntatt regolari mal‑ġenituri tagħha u ma’ ħutha. Riona tħobb ħafna l‑annimali u l‑passatempi tagħha huma l‑kant u ż‑żfin. Fil‑fatt, it‑tfajla tieħu sehem f’ħafna festivals Indjani organizzati minn żmien għal żmien. Fil‑ħin liberu tagħha, Riona tagħti sehemha fil‑kura tal‑ġnien tal‑kunvent.

Illum il‑ġurnata, Riona għandha 16‑il sena. Ix‑xewqa tagħha hija li tiggradwa u ssir għalliema.
€150 – edukazzjoni għal sena sħiħa lil tifel jew tifla fil‑bżonn.
Bis‑saħħa tal‑programm ‘Missio Child Sponsorship’, int tkun raġġ ta’ dawl fil‑ħajja ta’ dawn it‑tfal foqra. Kull min jisponsorja tifel jew tifla jingħata ritratt u tagħrif dwarhom.
Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171 Jew fuq www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju.