
1 minute read
Missio Jżur l‑Anzjani Maltin


Bl‑għajnuna t’Alla rġajna bdejna nżuru lill‑anzjani fid‑djar residenzjali f’Malta. Ikun mument sabiħ meta
Dun Victor Agius, Direttur Nazzjonali ta’ Missio Malta, jiltaqa’ mal‑anzjani u jqaddes quddiesa. Kelma ta’ kuraġġ tinżel tajjeb ħafna, kif ukoll l‑esperjenza ta’ x’inhu l‑missjunarju fil‑ħajja tal‑lum.
Kellna x‑xorti niltaqgħu ma’ Antoine Vella li ilu jaħdem bħala ‘hairdresser’ f’Villa Messina għal dawn l‑aħħar ħamsa u għoxrin sena. Antoine huwa wkoll membru fil‑MUSEUM u jħobb ħafna l‑missjoni.

Fid‑dar tal‑anzjani fejn jaħdem, dejjem jirsisti biex ixerred l‑imħabba li għandu lejn il‑missjoni.

Ftit taż‑żmien ilu, Antoine mar jagħti servizz b’xejn lill‑‘barboni’, nies li jiġġerrew fit‑toroq ta’ Ruma mingħajr ebda kenn u li huma neqsin minn kollox. Dan il‑proġett huwa idea ta’ Papa Franġisku li ħareġ bl‑idea li l‑Vatikan jipprovdi post fejn dawn in‑nies jistgħu jinħaslu u jaqtgħu xagħarhom bl‑għajnuna ta’ voluntiera minn madwar id‑dinja kollha li jmorru jagħtu sehemhom f’din il‑kawża ġusta.
Fir‑ritratti jidhru mumenti sbieħ f’Casa Maria f’Tas‑Sliema u f’Villa Messina fir‑Rabat.