
1 minute read
Kumbinazzjoni
Kumbinazzjoni rajt in‑nemel
Iġorru l‑ikel tagħhom Xi ħadd ipprovdihulhom U ġarrewh fil‑bejta magħhom.

Kumbinazzjoni rajt il‑friefet Jittajru u jinżlu fuq il‑fjuri Tgħaxxaqt inħares lejhom Imżewqa b’ħafna kuluri.
Kumbinazzjoni smajt għasfur Jgħanni veru b’għanjiet sbieħ Bqajt ċass nisma’ dik l‑għana Għax veru tpaxxejt bih.
Kumbinazzjoni dħalt f’qoxorti Għedt xi ġmiel hawn fil‑ħolqien Il‑mara sejħitli biex niekol Sibt platt mimli b’ikel bnin.
Kumbinazzjoni għadda minn moħħi U għedt Alla kemm hu ħanin Żgur xejn ma sar kumbinazzjoni Imma l‑bniedem mexa ħażin.
Rivista missjunarja b’40 paġna, kollha bil‑kulur, maħruġa minn Missio
(Uffiċċju Missjunarju) għal aktar minn 90 sena
Aġġorna ruħek fuq id‑Dinja Missjunarja.
Abbona fir‑Rivista Malta Missjunarja fejn issib:

Aħbarijiet mid‑dinja missjunarja | Intenzjoni tax‑xahar
Esperjenzi missjunarji Maltin u Għawdxin | Ċajt u kompetizzjonijiet
Dan kollu għall‑prezz ta’ €21 għal abbonament ta’ sentejn li jinkludi wkoll Kalendarju MIssjunarju b‘xejn.
Tista’ tabbona online fuq: www.missio.org.mt