
1 minute read
Avvanz Fil‑kawża Tal‑Qdusija
dokumenti oħra nġabru matul il‑fażi djoċesana tal‑kawża tagħha, li ntemmet fl‑2017.
Papa Franġisku avvanza l‑kawża tal‑qdusija ta’ Sor Luċija dos Santos, it‑tifla l‑kbira li rat id‑dehriet ta’ Fatima. F’digriet iffirmat fit‑22 ta’ Ġunju, il‑Papa għaraf il‑virtù erojka ta’ Luċija u ddikjaraha venerabbli. Il‑Knisja issa trid tapprova miraklu attribwit għall‑interċessjoni tagħha qabel ma tkun tista’ tiġi bbeatifikata. Papa Franġisku diġà kkanonizza liż‑żewġ viżjonarji l‑oħra ta’ Fatima, Ġaċinta u Franġisku Marto, fl‑2017. Iż‑żewġt itfal rgħajja, li mietu ta’ 10 u 11‑il sena rispettivament, huma l‑iżgħar qaddisin mhux martri fl‑istorja tal‑Knisja.
Luċija, li kellha 10 snin fi żmien id‑dehriet Marjani tal‑1917, għexet aktar mill‑viżjonarji l‑oħra b’għexieren ta’ snin; sa 97 sena. Hija qattgħet l‑aħħar 50 sena ta’ ħajjitha f’kunvent tal‑Karmelitani f’Coimbra, il‑Portugall. Bħala l‑uniku viżjonarju ta’ Fatima li tkellmet mal‑Verġni Marija waqt is‑sensiela ta’ dehriet, il‑memorji bil‑miktub tagħha pprovdew rendikont importanti tal‑messaġġ ta’ Fatima. Il‑kawża ta’ kanonizzazzjoni ta’ Luċija infetħet fl‑2008, tliet snin wara mewtha, wara li Papa Benedittu XVI ta dispensa għall‑perijodu ta’ stennija ta’ ħames snin li normalment ikun meħtieġ. Aktar minn 15,000 ittra, xhieda u
Fid‑digriet maħruġ mid‑Dikasteru tal‑Vatikan għall‑Kawżi tal‑Qaddisin, Papa Franġisku approva l‑martirju ta’
Manuel González‑Serna
Rodríguez u 19 oħra maqtula b’mibegħda għall‑fidi waqt il‑Gwerra Ċivili Spanjola fl‑1936. Il‑Papa għaraf ukoll il‑virtù erojka ta’ erba’ qaddejja oħra t’Alla: Madre Mary Lange (1789–1882), li emigrat lejn l‑Istati Uniti minn
Kuba u waqqfet l‑ewwel kongregazzjoni reliġjuża
Afrikana Amerikana, Arċisqof Brażiljan
Antônio de Almeida
Lustosa (1886‑1974), Patri Franġiskan Taljan Antonio Pagani (1526–1589) u Soru Taljana Anna Cantalupo (1888–1983).
Sors: Aġ enzija tal‑Aħbarijiet Kattolika CNA

