1 minute read

San Alberto Hurtado SJ

(1901‑1952)

Alberto Hurtado twieled fiċ‑Ċili f’Jannar tal‑1901. Tilef lil missieru meta kellu biss 4 snin. Dejjem trabba f’familja bi problemi finanzjarji, imma rnexxa fl‑iskola u kiseb borża ta’ studju li biha seta’ jattendi skola tal‑Ġiżwiti f’Santiago. Wara studja l‑liġi fl‑Università Kattolika

Pontifiċja taċ‑Ċili. Huwa beda n‑novizzjat mal‑Ġiżwiti fl‑1923. Wara li studja l‑filosofija u t‑teoloġija fi Spanja u l‑Belġju, ġie ordnat qassis fl‑1933. Alberto kien studja l‑liġi tax‑xogħol qabel ma daħal ġizwita u xtaq ħafna jgħin lill‑fqar. Meta fl‑1936 mar lura ċ‑Ċili, wara li laħaq qassis, sar għalliem fl‑Università Kattolika

Pontifiċja, fejn seta’ jilħaq lill‑fqar, speċjalment dawk żgħażagħ.

Fl‑1940, Alberto beda jaħdem għall‑Azzjoni

Kattolika u wara sena sar id‑direttur nazzjonali taż‑żgħażagħ ta’ din l‑organizzazzjoni. Kien f’dan iż‑żmien li kiteb ktieb bl‑isem ‘Is Chile A Catholic Country?’, ktieb li sfida lil dawk li kellhom twemmin konservattiv. Dan il‑ktieb ikkawża kontroversja kbira, tant li ħafna kkritikawh u ttimbrawh bħala ‘komunist’. Alberto Hurtado waqqaf l‑organizzazzjoni tiegħu għaż‑żgħażagħ fqar u abbandunati li sejħilha ‘Hogar de Cristo’ (Home of Christ). Din kienet tikkonsisti f’diversi djar li jilqgħu lil dawn iż‑żgħażagħ u joffru saqaf fuq ras dawk foqra u abbandunati. Dawn ix‑xelters xterdu maċ‑Ċili kollu u laqgħu fihom eluf ta’ żgħażagħ. Hurtado waqqaf ukoll it‑‘Trade Union Association of Chile’ u ppubblika b’kollox tliet kotba u rivista bl‑isem ‘Mensaje’. Jum fost l‑oħrajn kellu jiddaħħal l‑isptar malajr minħabba li kien muġugħ ħafna. Sabu li kellu kanċer fil‑frixa. Huwa miet ftit wara u l‑aħbar tal‑mewt tiegħu xterdet ma’ kullimkien.

Hurtado kien ibbeatifikat fl‑1994 u kkanonizzat minn Papa Benedittu XVI f’Ottubru 2005. Il‑festa tiegħu hija ċċelebrata fit‑18

Hurtado huwa l‑patrun taċ‑Ċili, tal‑fqar, tat‑tfal abbandunati u tal‑ħaddiema soċjali, fost oħrajn.

Qiegħed nibgħat il‑ħlas ta’ € .................................. permezz ta’ ċekk pagabbli lil Missio Malta biex isiru Quddies fil‑missjoni għar‑ruħ/għall‑erwieħ ta’:

Isem u kunjom:

Indirizz:

Belt/ Raħal: Kodiċi Postali:

Tel:

N.B. Napprezzaw il‑kontribuzzjoni ta’ mill‑inqas €5 għal kull quddiesa. Il‑quddies kollu jitqaddes fil‑pajjiżi tal‑missjoni.

This article is from: