3 minute read

L‑ G ħanja Ta’ Ħabib

Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna

Ftit taż‑żmien ilu l‑Arċisqof Charles

Jude Scicluna ħareġ ktieb bl‑isem ‘L‑Għanja Ta’ Ħabib ’ dwar il‑poeżiji li kiteb mis‑sena 1975 sas‑sena 2022, miktubin sew bl‑ilsien Malti kif ukoll bl‑Ingliż, u ġew stampati għall‑ewwel darba din is‑sena mill‑Istamperija Kite Group.

Il‑ktieb fih 208 paġna u g ħandu ħafna ritratti sbieħ. Fl‑introduzzjoni tal‑Professur

Charles Briffa, niskopru li l‑Arċisqof

Scicluna beda jikteb il‑poeżiji kważi ħamsin sena ilu, meta kellu biss 16‑il sena, fl‑1975.

Huwa ggradwa bħala avukat fl‑1984 u sentejn wara sar saċerdot. Fil‑poeżiji li kiteb niskopru l‑qima tiegħu lejn Alla u l‑ġ ieħ kbir lejn il‑Madonna. Huwa jipprova jfittex l‑għan kulturali tal‑arċisqof, u waqt li ta lista ta’ diversi poeti Maltin li kitbu skont il‑ħsieb tagħhom, bħalhom Mons. Scicluna rabat il‑poeżiji tiegħu mal‑ħajja tal‑bniedem. Bħala żagħ żugħ tas‑Seklu 20, ipprova jeħles mit‑toqol u t‑tagħbija lingwistika tan‑niket billi jdaħħal minflok l‑hena. Kulħadd ikollu ħsibijiet differenti skont il‑perspettiva ta’ dak li jkun. Għalkemm ikun hemm interpretazzjonijiet differenti dawn ma jvarjawx wisq minn xulxin.

Il‑poeta jgħidilna li kien milqut ħafna mill‑poeta romantiku Ingliż John Keats (1795‑1821) fil‑poeżija Narcissa Rexit tal‑1975, A Sonnet of Youth 1975, an Ode so Sad 1978, u fil‑Kunċert għall‑poeżija Francesco D’Assisi 1978 u bħal Keats iħobb il‑ġ miel u jemmen fl‑emozzjoni li l‑arti biss tista’ twassal fil‑poeżija, A Man Shall Find Beauty In Everything 1976. Huwa jipprova jistudja l‑potenzjalità ta’ Scicluna u jdaħħal żewġ xejriet lessikali li jikkompetu bejniethom. Juża wkoll il‑ġ ustopożizzjonar fit‑temi tal‑poeżiji billi jimraħ minn suġġett għall‑ieħor. F’‘Lejla Sajfija’ maħruġa fit‑3 t’Ottubru 1975, fejn il‑vokabolarju jħaddan nomi astratti, bħal ‘sħarijiet’, ‘sikta bla nikta’, ‘imħabba bla dnewwa’ u ‘seħer’, li huma mħalltin ma’ nomi konkreti, bħal ‘stilel’,

‘siġar’, ‘żgħażagħ’, ‘xebbiet’ u ‘maħbubin’. Naraw xi siltiet:

L‑għabex jixtered fuq l‑għoljiet u l‑knejjes Bil‑mod resqin l‑ilwien tad‑dlamijiet Daqt kollox jintemm, jintemmu l‑ħsejjes, Jibda dalwaqt il‑lejl tas‑sħarijiet.

Qtajja’ stilel titlellex fis‑sikta, Żmien l‑imħabba għaż‑żgħażagħ bla dnewwa Il‑konkret jeħodna lejn dak reali u L‑astratt lejn il‑mistħajjel.

U fit‑tieni aspett it‑toqol mistagħdra, Għawġ , biki, għedewwa, Mal‑ifflowtjar tal‑ħsieb bħal lwien tad‑dlamijiet, Tgħum f’tas‑sema l‑mistagħdra qamrija.

Dan il‑proċess mentali tal‑poeta Scicluna jwassal sens ta’ ħeffa minkejja t‑toqol tal‑ħajja li jilħaq il‑qofol pożittiv tiegħu bil‑barka t’Alla.

Qalb il‑għawġ, qalb il‑biki u l‑għedewwa, Alla berikna biż‑żewġ maħbubin.

Il‑poeta juri ż‑żgħożija tiegħu fil‑kuntest immaġinarju tal‑‘imħabba bewsija’, kliem ġdid li jolqot il‑kunċett astratt tal‑imħabba li tbus ta’ sikwit b’sens li tgħaqqad lill‑maħbubin aktar ma’ xulxin. In‑nom ‘bews’ jitpoġġa f’għaqda aġġettivali biex turi l‑imħabba tal‑bews li tintrabat f’rima mat‑titlu ‘Lejla Sajfija’. Din il‑ġustopożizzjoni titħaddem fis‑sena 1975 mill‑ poeta żagħ żugħ u saħansitra dehret meta laħaq arċisqof fi ‘Sliem Salvatur Tagħna’ tal‑2020 fit‑toqol tal‑ħajja ‘dnewwa’, ‘morda’, ‘ġerħa’ mal‑ħeffa ta’ Kristu, ‘ ħarstek ’, ‘ ħelwa’, ‘tabib’, ‘fejjaq’, ‘ragħaj’ u ‘kelmtek’, ‘soda’, ‘nar l‑imħabba’ fejn moħħu jperreċ u jiġri lejn ‘Sliem Salvatur’ u din l‑alliterazzjoni turi x‑xejra tal‑fidwa. Fil‑poeżija ‘Sliem Salvatur Tagħna’ tas‑17 ta’ Lulju 2020, insibu:

Sliem Salvatur tagħna

Itfa’ ħarstek ħelwa

Fuq il‑poplu tagħna Ħarsu minn kull dnewwa.

Sliem Tabib tal‑morda

Fejjaq fis kull ġerħa

Qawwi l‑qlub għajjiena

Kun għalina drawwa.

Din il‑ġustopożizzjoni twassal ċaqliq minn terminu għal ieħor. Fis‑sunett ‘The Way to Happiness’ tal‑1975, il‑mużika titlaqqa’ mal‑ħeffa li sfortunatament ma jwasslux għall‑ħeffa f’qalbu, ‘soft music’, ‘bold sound’ u ‘soft perfumes’.

Never in my heart gladness arose.

F’qalbu jinsabu t‑toqol u l‑għeja, ‘needy moat’, ‘void of hope’, ‘recklessness’, u ‘sorry fate’, malajr jaqbeż bil‑ħeffa f’ruħu, ‘My spirit leapt with happy merriness’, u dan jagħtih l‑oppotunità li jgħin lill‑proxxmu, u minħabba f’hekk jimtela bl‑hena ta’ Kristu għall‑Ispirtu Kristjan li juri:

I roamed in the fields, amid the flowers of May and June, The lily and the rose, Yet never in my heart gladness arose.

Your heart will never find a time of glee

Unless your soul endowed is with good deeds.

Fis‑sunett ‘On Nobility’ maħruġ fit‑13 ta’ Diċembru 1975, idaħħal il‑kunċett ta’ nobbiltà bħala klassi soċjali għolja man‑nobbiltà f’ ħajjet il‑bniedem li wieħed jagħmel il‑ġid . Hawnhekk tispikka ħafna l‑ġustopożizzjoni tal‑poeta Scicluna li turi r‑realtà poetika tal‑kuntest li jaqbeż minn dehra għal oħra:

Nobility lies not in veins of blood, Nor in huge castles silver paved

Nor has it semblance of golden floors Of painted fragile, courtly dames But certainly lies only in one’s soul

And in his humbleness, his kindly love.

Nobility is born to all mankind distiku li jikkostitwixxu l‑għeluq tas‑sunett, pereżempju ‘Omm l‑Imħabba’ miktuba fil‑21 ta’ Settembru 2018.

Yet few succeed in life the gift to find.

Fil‑ħemda tal‑għorfa mimlija bid‑dawl, Int xbejba tas‑safa miġbura fit‑talb, Għedt iva lill‑Anġlu li wassal l‑aħbar U l‑qawwa tal‑għoli għollietek bħal tron.

Fil‑ġ uf safi tiegħek issawwar fil‑kenn, Il‑verb etern li dejjem hu l‑Iben Etern, Sar iben, sar bniedem, u qalbu tal‑laħam, Issawret fil‑hena ta’ ġufek bla sawm.

Dik qalbek ta’ mara, ta’ omm il‑ħallieq, Li twieżen b’imħabba qalb sid is‑sidien.

Għandu bosta sunetti b’forma fissa ta’ 14‑il vers li fl‑Ingliż jinqeda bil‑‘iambic pentameter’, filwaqt li fil‑Malti juża l‑vers endekasillabu. Huwa juża skema ta’ rima u jesprimi tema jew emozzjoni waħda. Scicluna kiteb bosta suġġetti Ingliżi u ftit Taljani. Huwa juża l‑vers dekasillabu f’Lejla Sajfija 1975 minflok l‑endekasillabu. Fis‑sunett Taljan, l‑ewwel tiġi l‑ottava mbagħad is‑sestet. Fis‑sunett Ingliż għandu tliet kwartini li jintemmu b’‘couplet’ finali ta’ żewġ versi msejħa

Hemm bosta affarijiet oħra xi tgħid dwar l‑element għani fir‑reliġjon li mhux possibbli li nirreferi għalih fil‑limiti li għandi. Inħoss li għandi nifraħlu u nirringrazzjah talli kien kapaċi li joħroġ dan il‑kapolavur artistiku u letterarju, minkejja x‑xogħol kbir u importanti li għandu bħala Arċisqof ta’ Malta. 

This article is from: