3 minute read

Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija

Santissima B ħala Missjunarja

IS‑SEBGĦA U GĦOXRIN PARTI

quddiem xbieha tal‑ġibs tal‑Madonna tal‑Għar tas‑Seklu 19. It‑talb instama’ u l‑marida fieqet. Dan xandru Patri E. Nastasi O.P. fil‑ktejjeb tiegħu tas‑Seklu 20 dwar il‑Madonna tal‑Għar. Grazzja kbira oħra nqalgħet lis‑Sur

Karmenu Zerafa, fl‑1932, kaċċatur mir‑Rabat, wara li talab quddiem kwadru tal‑Madonna fil‑Ġnien tal‑Isqof, fi Triq il‑Buskett. Zerafa kellu tniġġiża serja f’ilsienu li minkejja l‑kura minn diversi professuri, ma fieqx. Kellu l‑ħsieb li jsiefer għall‑kura, iżda waqt li kien għall‑kaċċa, iltaqa’ ma’ Ċensu Azzoppardi, bidwi li ħajru jagħmel wegħda mal‑Madonna tal‑Għar u f’inqas minn sena fieq għalkollox. B’radd ta’ ħajr, fl‑1933 għamel xbieha ftit

Id‑Dehra tal‑Madonna tal‑Għar, fir‑Rabat, Malta – It‑Tieni Parti

Fl‑ ewwel parti ta’ dan l‑artiklu, semmejna xi grazzji u fejqan li seħħew bl‑interċessjoni tal‑Madonna tal‑Għar. Matul is‑snin seħħew diversi fejqan u grazzji, fosthom il‑fejqan mid‑difterija li kienet wasslet lin‑nobbli Pawlina Sant fi tmiem ħajjitha.

Waqt li ħassitha tifga talbet lil uliedha jitolbu għaliha kbira minquxa fil‑ġebla ta’ Malta minflok il‑gwarniċ bix‑xbieha tal‑Madonna stampata u qiegħed quddiemha fanal sabiħ għall‑mixegħla taż‑żejt li baqa’ jixgħel anki matul l‑għaks tat‑Tieni Gwerra Dinjija.

Il‑Madonna tal‑Għar

Tibki Dmugħ tad‑Demm

Wara li fl‑1957 il‑Madonna tal‑Għar ġiet inkurunata mill‑Arċisqof Mikiel

Gonzi, il‑festa tagħha ma baqgħetx fil‑5 t’Awwissu, jum il‑Madonna tas‑Silġ, imma bdiet issir f’Ħadd qrib it‑2 ta’ Ġunju, id‑data tal‑Inkurunazzjoni. Din il‑festa tagħlaq b’pellegrinaġġ li fih ix‑xbieha tal‑Madonna tiddawwar mat‑toroq tar‑Rabat b’għadd kbir ta’ devoti, Patrijiet Dumnikani u kleru mir‑Rabat, bir‑reċita tar‑Rużarju mmeditat u bil‑kant tal‑Misteri tar‑Rużarju. Minħabba l‑qdumija tal‑Madonna tal‑irħam alabastru, il‑patrijiet kienu wisq beżgħana li ċ‑ċaqliq tax‑xbieha mis‑Santwarju għall‑Knisja, seta’ jkun ta’ ħsara kbira; peress li kienet diġà miksura f’bosta bċejjeċ u msewwija. Għalhekk, f’Ġunju 1980 id‑Dumnikani qablu li jagħmlu replika tal‑irħam tal‑Madonna tal‑Għar, biex l‑oriġinali tibqa’ fis‑Santwarju.

Ix‑xogħol sar mill‑iskultur

Rabti Ġużeppi Galea, li offra jagħmel il‑mudell bla ħlas.

Dan intbagħat lid‑Ditta

Fratelli Bramanti S.d.F., magħrufa għax‑xogħlijiet artistiċi tal‑irħam, fl‑Italja biex tinħadem ir‑replika tal‑irħam. F”Ġunju 1981, ir‑replika b’xebh tajjeb u mirqum mal‑oriġinal, waslet Malta. Inħadmu żewġ kuruni biex jitqiegħdu fuq l‑irjus tal‑Madonna u tal‑Bambin, u bradella sabiħa biex il‑Madonna ġdida tintrama fuqha fil‑kappella ta’ San Tumas ta’ Akwinu. Kollox tlesta għall‑festa tal‑Madonna tal‑Għar tal‑1982, fil‑25 Anniversarju mill‑Inkuranazzjoni tal‑Madonna. Din il‑festa baqgħet issir kull sena, iżda minħabba festi oħra li jaħbtu f’Ġunju, fl‑1999 imxiet għall‑bidu ta’ Mejju.

Xi jiem wara l‑festa, intlemħet minn xi persuni dabra sewda m’għajn il‑Madonna li kienet għadha armata fuq il‑bradella. Persuna oħra ħasbet li kien xi insett. Ħadd ma tkellem b’li ra, qabel il‑fenomenu li seħħ waranofsinhar tal‑Ħamis 6 ta’ Mejju 1999. Għalkemm l‑istqarrijiet ta’ dawk li raw xi ħaġa ma’ wiċċ il‑Madonna ma jistgħux jiġu ppruvati kif ġieb u laħaq, il‑fatti li seħħew dakinhar u l‑Ġimgħa 7 ta’ Mejju, ma jħallu ebda dubju dwar il‑fenomenu straordinarju li l‑Madonna bkiet dmugħ imdemmi. Waranofsinhar tas‑6 ta’ Mejju 1999 xi nisa ġabu bħas‑soltu lit‑tfal tagħhom għad‑duttrina maġenb is‑sagristija tal‑knisja. Fosthom kien hemm is‑Sinjuri Rita Mallia, Marija Versace u Rita Bugeja. Bejn l‑4:30pm u l‑4:45pm, Rita Mallia daħlet il‑knisja tinvista bħas‑soltu lill‑Madonna. Kif ħarset lejn ix‑xbieha fuq il‑bradella lemħet bħal insett fuq wiċċ il‑Madonna, resqet lejha u rat li kien hemm demgħa ħamranija m’għajn il‑leminija tal‑Madonna. L‑omm bagħtet lil binha l‑kbir jitlob lil Marija Versace tħares lejn il‑Madonna. Versace marret u impressjonat ruħha ħafna b’dak li rat tant li fis ħarġet tlissen xi Avemarijiet.

Versace qalet lil Mallia: “Int rajt tajjeb, huwa demm.” Imbeżża’, Versace reġgħet daħlet ħdejn il‑Madonna flimkien ma’ Rita Mallia, Dun Joseph Okech, saċerdot mill‑Kenja li kien għand id‑Dumnikani, u oħrajn. Mallia u Versace semgħu lil

Dun Joseph jgħid: “Jidher li hu demm,” u talabhom isejħu lil xi patri ieħor għax hu ried iqaddes lill‑anzjani f’Villa Messina. Dak il‑ħin kien hemm Rita Bugeja u xi persuni oħra li daħlu fil‑knisja għall‑ħabta tal‑4:35pm u raw demgħa nieżla. Bugeja stqarret li d‑demgħa roża friska ċarċret ftit min‑naħa ta’ ġewwa t’għajn il‑leminija tal‑Madonna, imbagħad waqfet u saret ħamra. Kulħadd, mistagħġeb bil‑fenomenu li ra, fehem li kienet xi ħaġa straordinarja, tant li damu xi jiem ma ġew f’sikkithom.

Rita Mallia, li kienet l‑ewwel waħda li rat id‑demgħa mdemmija ma’ wiċċ il‑Madonna, dehrilha li kellha tgħarraf lill‑Pirjol Patri Pawl Cremona. Daħlet fis‑sagristija, ċemplet lill‑Provinċjal Patri

Charles Fenech u talbitu jgħid lill‑pirjol jinżel sa ħdejn il‑Madonna. Dan niżel minnufih u malli ra li ma’ wiċċ il‑Madonna kien hemm xi likwidu kulur id‑demm, tela’ jgħarraf lill‑provinċjal u talbu biex jinżel sal‑knisja huwa wkoll.

Patri Charles Fenech niżżel miegħu l‑kamera tar‑ritratti biex ikollu dokument ta’ dak li kien ġara.

Il‑provinċjal u l‑pirjol dehrilhom li kellhom jgħarrfu b’dan lis‑sagristan tal‑knisja, Patri Martin Caruana. Ċemplulu l‑Baħrija fejn kien jgħallem il‑katekiżmu lit‑tfal u talbuh jiġi malajr sal‑knisja. Kif wasal staqsewh x’kien qiegħed jara u hu wieġeb: “Għal din?” u mesaħha.

Il‑provinċjal u l‑pirjol baqgħu ddiżappuntati b’dan. Xi persuni li kienu ħdejn il‑Madonna, fosthom Rita Mallia u Marija Versace, semgħu lill‑pirjol jgħid: “Jekk hu miraklu, terġa’ tibki!” Dwar dan kollu nżamm skiet perfett, tant li l‑għada l‑ebda gazzetta ma ħabbret il‑fenomenu tad‑demgħa ħamranija fuq ir‑replika tax‑xbieha tal‑Madonna tal‑Għar.

Tagħrif meħud mill‑ktejjeb:

IL‑MADONNA

TAL‑GĦAR TIBKI

DMUGĦ TAD‑DEMM (Malta 2000), ta’ Patri Mikiel Fsadni O.P.

F’ħarġa oħra nkomplu nitkellmu aktar dwar din il‑ġrajja straordinarja.

Id‑Dehriet tal‑Madonna fuq Radju Marija

Id‑Dehriet tal‑Madonna fl‑Istorja tal‑Kristjaneżmu:‑ Sensiela ta’ programmi fuq Radju Marija bi produzzjoni u preżentazzjoni tal‑koppja Manwel u Lilian Cutajar.

Dawn id‑dehriet Marjani li ġew jew għad iridu jiġu ppubblikati f’Malta Missjunarja bit‑titlu ta’ Il‑Ħidma Evanġelika ta’ Marija Santissima Bħala Missjunarja, qed jinqraw minn Lilian b’xi riflessjonijiet u talb Marjan fl‑istess programm fuq Radju

Marija fl‑iskeda l‑ġdida tas‑sajf 2023, kull nhar ta’ Erbgħa fis‑2:30pm b’ripetizzjoni l‑għada l‑Ħamis fid‑9:30pm.

This article is from: