
1 minute read
RIEDA LI TAGĦTI
Wirt dejjiemi li jibdel il‑ħajjiet
Billi tiftakar f'Missio Malta fil‑wirt tiegħek, inti tista' tagħmel differenza għal dejjem fid‑dinja li l‑ġenerazzjoni li jmiss qed tikber fiha.
Rigal mingħandek jista', ħafna snin oħra, jidher fit‑tbissim tat‑tfal f'pajjiżi tat‑Tielet Dinja li ser jibbenefikaw mill‑ħniena u l‑kompassjoni tiegħek.
Il‑legati tiegħek li tħalli warajk dejjem ser iħallu tbissima ħajja fil‑qlub ta' nies oħra.
Ġejt lura Malta mħeġġeġ biex dan il‑messaġġ tal‑Papa, flimkien magħkom, nagħmluh realtà. Din il‑passjoni għall‑evanġelizzazzjoni minn kull wieħed minna tista’ tagħti libsa ġdida lill‑Knisja biex in‑nies tagħraf kemm il‑Knisja hija l‑preżenza ta’ Ġesù li llum ukoll għadu għaddej mit‑toroq tad‑dinja jfejjaq, isejjaħ u jagħti l‑ħajja lil dawk li jħossuhom mejta u qalbhom maqtugħa. F’idejna issa hija din il‑missjoni.
Jien. Int. Aħna. Flimkien.
VO/1178
Nru. 7, Triq il‑Merkanti, il‑Belt Valletta VLT 1171. Tel: (+356) 2123 6962 | E‑Mail: info@missio.org.mt www.missio.org.mt