
1 minute read
Paskalina u Stefania
Paskalina hija tfajla mit‑Tanżanija li għandha 20 sena u ma timxix. Hija tuża s‑siġġu tar‑roti, u għalhekk għandha bżonn min jitmagħha u jieħu ħsiebha 24 siegħa kuljum.

Minħabba l‑kundizzjoni tagħ ha, Paskalina ma tistax toqgħod bilqiegħda fuq siġġu waħedha, għalhekk tqatta’ l‑ġurnata kollha mimduda, jew id‑dar fuq saqqu jew barra fuq biċċa xugaman mal‑art.
Madwar 10 snin ilu, il‑ġenituri ta’ Paskalina mietu u oħtha Stefania, li dak iż‑żmien kellha biss 13‑il sena, iddedikat ħajjitha biex tieħu ħsiebha. Ma kien faċli xejn għal Stefania, li kellha tieqaf tmur l‑iskola sabiex tieħu ħsieb oħtha. Fit‑Tanżanija, g ħajnuna mill‑istat ma teżistix, allura Stefania minbarra li tieħu ħsieb lil oħtha, ikollha taħdem diversi xogħlijiet li ssib biex ikollhom kemm kemm jgħaddu bl‑eżatt. Stefania tbati ħafna minħabba l‑kundizzjoni t’oħtha. Meta kienet tkellem xi ġuvintur u dawn isiru jafu b’oħtha, malajr jitilfu l‑interess u għalhekk Stefania ddeċidiet li ma tiżżewwiġx. B’hekk tkun tista’ tibqa’ tieħu ħsieb lill‑għażiża oħtha. Stefania tieħu lil Paskalina fiċ‑ċentru ta’ riabilitazzjoni Ġwanni
Pawlu II biex tagħmel il‑fiżjoterapija u b’hekk jittaffilha xi ftit l‑uġigħ.
Kif mistenni, ħafna drabi l‑foqra ma jkollhomx biex jixtru siġġu tar‑roti u fil‑bidu Paskalina ma kellhiex wieħed. Għalhekk Stefania kien ikollha ġġorr lil oħtha fuq daharha, flimkien ma’ xi basktijiet li jkollhom bżonn u siġġu tal‑plastik sabiex Paskalina jkollha fejn tpoġġi. Dawn iż‑żewġt aħwa kien ilhom snin twal għaddejjin hekk. Imma grazzi għal Missio Malta, illum il‑ġurnata Paskalina għandha siġġu tar‑roti li jippermettilha tgħix ħajja ftit iktar indipendenti, filwaqt li oħtha mhux ħa jkollha bżonn iġġorrha aktar fuq daharha kull fejn ikollhom bżonn imorru. Ir‑rikonoxximent f’għajnejn dawn iż‑żewġt aħwa kien indiskrivibbli meta ngħataw is‑siġġu tar‑roti!
Jekk tixtieq tgħin lill‑persuni f’sitwazzjonijiet simili tal‑aħwa Paskalina u Stefania, u tagħti donazzjoni b’risq siġġu tar‑roti, inti tista’ tagħmel id‑donazzjoni tiegħek fuq wieħed minn dawn in‑numri li jidhru hawn.


Tfal Missjunarji
Programm għat‑tfal bi produzzjoni ta’ MissioTfal u preżentazzjoni ta’ Claudia Cini.
●Kull nhar ta’ Tlieta fis‑2:30pm
●Kull nhar ta’ Ħamis fis‑2:30pm
●Kull nhar ta’ Sibt fis‑7:25pm
●Kull nhar ta’ Ħadd fis‑2:30pm qrib biss ta’ ftit nies. Billi tkun f’Alla, li hu qrib tagħna, fil‑fatt jinsab fina lkoll, Marija taqsam magħna din il‑qrubija t’Alla.
Fuq Radju Marija 102.3FM (Malta) 107.8FM (Għawdex).


Billi tkun f’Alla u ma’ Alla, hija qrib ta’ kull wieħed u waħda minna, taf qalbna, tista’ tisma’ t‑talb tagħna, tista’ tgħinna bil‑qalb tajba ta’ omm u ngħatat lilna, kif qal il‑Mulej, proprju bħala ‘omm’ lejha nistgħu nduru f’kull mument.”

Papa Benedittu XVI kien il‑kap tal‑Knisja Kattolika u sovran tal‑Istat tal‑Belt tal‑Vatikan mid‑19 t’April 2005 sar‑riżenja tiegħu fit‑28 ta’ Frar 2013. L‑elezzjoni ta’ Benedittu bħala Papa seħħet fil‑konklavi papali tal‑2005, wara l‑mewt ta’ San Papa Ġwanni Pawlu II.
