3 minute read

Awwissu 2023

Next Article
Kumbinazzjoni

Kumbinazzjoni

Meta nitkellmu dwar i ż żg ħa żag ħ inkunu qeg ħdin nitkellmu dwar il‑futur fil‑qrib tassew tad‑dinja. Għalhekk id‑dinja g ħandha tag ħ mel minn kollox biex tieħu ħsieb din il‑ġenerazzjoni żag ħżug ħa li ħafna drabi sfortunatament tkun suġġetta għat‑tmaqdir u g ħall‑kritika li mhux dejjem ikunu ġ usti fil‑konfront ta ż żg ħa żag ħ .

Anke fil‑Knisja ż‑żg ħa żag ħ jistg ħu jkunu dik l‑enerġ ija essenzjali u bżonnjuża sabiex il‑Knisja tkompli twettaq il‑ħ idma tag ħ ha g ħax‑xandir tal‑Evanġelju ta’ Kristu.

Dan kien il‑messa ġġ li xtaq iwassal Papa

Franġ isku fl‑2013 permezz tal‑eżortazzjoni appostolika ‘Evangelii Gaudium’.

Proprju ż żg ħa żag ħ, ir‑rebbieg ħa tal‑Knisja ispirati mill‑Madonna

Omm il‑Knisja, jistg ħu jaslu bl‑g ħajnuna t’Alla biex iwieġ bu huma wkoll mill‑qrib g ħas‑sejħat li qed jag ħ mlilhom il‑Mulej, kemm g ħas‑saċerdozju, kemm g ħall‑ħajja reliġ ju ża u kkonsagrata, u kemm g ħal dik tal‑familja ħalli

Charity Shop

No.92, Qormi Road, Hamrun

Opening hours:

Monday‑Friday 8.30am‑12.30pm

Saturday 8.30am‑3.00pm

We sell:

Clothing for men, women, children and babies: Jackets, trousers, t‑shirts, shirts, tops, socks, ties, suits, dresses, bags, gloves, baby grows, hats, etc.

Baby essentials: Push chairs, cots, car seats, potties, baby high‑chairs, etc.

Accessories: Jewellery juru lid‑dinja kollha li l‑ferħ veru jinsab biss fi Kristu. Il‑Madonna ħafna drabi dehret lit‑tfal u li ż żg ħa żag ħ biex permezz tag ħ hom twassal il‑messa ġġ t’Alla, u g ħalhekk hija tassew ta’ ispirazzjoni u eżempju għaż‑żgħażagħ tal‑lum.

Books: Educational, classic, fiction, foreign, religious, etc.

School Items: Stationery, pencils, covers, etc.

Toys: Soft toys, games, puzzles, etc.

Għalhekk nitolbu sabiex i l‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ li se jiġi mfakkar f’dan ix‑xahar f’Lisbona fil‑Portugall jagħmel lill‑Knisja aktar żagħżugħa u miftuħa għal Alla. 

Cards: Birthday, anniversary, Holy Communion, Christmas, Easter, Wedding, Christening, etc.

Kitchenware: Crockery, cutlery, plates, bowls, glasses, utensils, waterjugs, etc.

Glassware: Adverts

Homeware: Ornaments, statuettes, china, frames, carpets, sheets, pillowcases, crochet, doilies, knitwear, prints, paintings, decorations, etc.

Household Goods: Shades

Gifts: Occasional cards, Holy Communion, Confirmation, Wedding party souvenirs, etc.

Bric & Brac: Knick knacks, and much more.

We accept plastic bottle caps.

Ruma 2023

Missio Malta huwa magħruf fil‑Knisja

Universali bħala

‘Opri Missjunarji Pontifiċji’

(OMP). Kull sena ssir

Assemblea Ġenerali li fiha jiltaqgħu l‑Pro‑Prefett għall‑Evanġelizzazzjoni l‑Kardinal Louis Antonio

Tagle, il‑President l‑Arċisqof Nappa, is‑Segretarji Ġenerali tal‑erba’ opri u l‑120 Direttur

Nazzjonali tal‑OMP mid‑dinja kollha. Jiena kont wieħed minn dawn id‑diretturi li nirrappreżenta lil Malta u Għawdex. Din għalija kienet l‑ewwel darba li attendejt għal din l‑assemblea.

Ġeneralment, f’din l‑assemblea jingħataw aġġornamenti fuq diversi attivitajiet sbieħ li jkunu qed isiru fil‑Knisja mad‑dinja kollha bħala evanġelizzazzjoni u missjoni, u jiġi diskuss x’inhu l‑aħjar li jista’ jsir biex jissolvew xi diffikultajiet li jkunu nqalgħu f’xi postijiet. Fit‑tieni parti tal‑assemblea jingħataw ir‑rapporti finanzjarji għal din l‑aħħar sena u l‑prospetti għas‑sena d‑dieħla. F’dawn l‑aħħar snin il‑ġbir tal‑flus naqas ħafna . Ta’ min jgħid li din it‑tendenza ’l isfel bdiet minn qabel il‑pandemija u għadha sejra ’l isfel sal‑lum. Imma l‑isbaħ mument ta’ din l‑assemblea kien meta fit‑3 ta’ Ġunju kellna udjenza ma’ Papa Franġisku. Għalija personali kien mument li żgur mhu se ninsa qatt, għaliex meta wieħed wieħed ersaqna biex insellmu lill‑Papa, jiena u nirringrazzjah, il‑ħarsa ta’ għajnejh u għajnejja ltaqgħu, u hemm rajt u ħassejt min hu verament il‑Papa! Uman għall‑aħħar u qaddis ta’ veru, li fih tara u tħoss l‑imħabba personali ta’ Alla lejk.

Il‑messaġġ li tana l‑Papa huwa l‑programm li ġibt lura miegħi Malta biex ngħixu u biex, bi mħabba kbira nagħtih lilkom. Il‑Papa jgħidilna biex f’dan il‑mument partikolari li għaddejja minnu d‑dinja, huwa importanti li niftakru li l‑komunità Nisranija min‑natura tagħha stess hija missjunarja. Fil‑fatt kull Nisrani jirċievi d‑don tal‑Ispirtu s‑Santu, u huwa mibgħut biex ikompli l‑opra ta’ Ġesù biex iħabbar il‑ferħ tal‑Evanġelju lil kulħadd, u biex iwassal is‑serħan u l‑fejqan f’ħafna sitwazzjonijiet tal‑istorja tant feruta, fid‑dinja tagħna. Dawk li jħallu l‑imħabba ta’ Kristu tiġbidhom lejh u hekk isiru dixxipli tiegħu, jesperjenzjaw ukoll ix‑xewqa li jwasslu lil kulħadd il‑ħniena u l‑kompassjoni li tfur mill‑qalb ta’ Ġesù.

Il‑Papa semmielna l‑Qalb ta’ Ġesù li matul ix‑xahar ta’ Ġunju tant naħsbu fuqha b’ħafna devozzjoni, u waqt li naħsbu fuq il‑ħniena tiegħu nirriflettu fuq il‑kariżma u l‑missjoni tal‑OMP. Aħna mibgħuta biex inkomplu l‑missjoni ta’ Ġesù: “Li nkunu sinjali tal‑qalb ta’ Ġesù u l‑imħabba tal‑Missier li jħaddan miegħu l‑umanità kollha.”

Din hija l‑‘qalb’ tal‑missjoni

Evanġelika tal‑Knisja: li nilħqu lil kulħadd b’dan ir‑rigal li Alla qiegħed jagħti lil kulħadd. Il‑vokazzjoni tal‑OMP hija li nkunu strumenti biex nippromwovu r‑responsabilità għall‑missjonijiet min‑na ħa ta’ kull mg ħammed u s‑sapport ta’ dawk il‑knejjes li għadhom fil‑bidu tagħhom. Għalhekk, l‑OMP mhix sempliċement aġenzija biex tqassam il‑fondi lil dawk fil‑bżonn, imma organizzazzjoni biex tissapportja l‑missjoni tal‑evanġelizzazzjoni fil‑Knisja, kemm universali u kemm lokali, u biex tixpruna l‑ispirtu missjunarju fost il‑Poplu t’Alla. Il‑Papa kompla jħeġġiġna biex ma nieqfu qatt noħolmu fuq ‘era ġdida ta’ attività missjunarja fost il‑komunitajiet Insara’. U talabna: “Jekk jogħġobkom, żommu din il‑ħolma ħajja! Kemm nixtieq li intom tibqgħu dejjem imħeġġa b’żelu appostoliku

This article is from: