
4 minute read
It‑Triq Ta’ Santa Marija
ngħaddi minnhom jiena wkoll. Ħa ngħid fil‑qosor xi ħaġa fuq dawn il‑mumenti.
Iż‑Żjara ta’ Marija lil
Eliżabetta. Marija marret biex tħobb u taqdi lil kuġintha fil‑bżonnijiet tagħha. Eliżabetta kellha qalbha miftuħa għall‑misteri t’Alla, u hekk Marija
Ix‑xahar t’Awwissu għalina l‑Maltin ma jfissirx biss sħana, vaganzi u safar, imma qabel kollox ifisser: Santa Marija. Kemm hija maħbuba u kemm għandha post speċjali fil‑qalb ta’ kull Malti Santa Marija!
Biżżejjed dan? Jiena, ngħid għalija, inħoss li l‑Madonna hija aktar minn hekk.
Il‑Madonna hija Ommi u nħobbha aktar minn ommi stess. In‑nies kemm‑il darba jgħiduli: “Kemm tixbah lil ommok!”, u jiena nifraħ meta jgħiduli hekk. Imma kemm nixtieq kieku jgħiduli kemm tixbah lil Ommok, mhux tant lis‑sinjura Agius, imma Ommi li hija Omm Ġesù. Id‑differenza minn waħda għall‑oħra hija li ommi naturali m’għażilthiex jien filwaqt li l‑oħra hija b’deċiżjoni tiegħi li nista’ nsir nixbahha. Marija hija l‑mudell ta’ Nisrani ta’ veru. Marija għaddiet minn mumenti speċjali li b’xi mod fil‑Magnificat setgħet taqsam ma’ kuġintha dak li Alla għamel magħha fil‑ħajja tagħha. Bħal Marija jiena wkoll nagħżel lil Alla bħala l‑ideal ta’ ħajti u nara kif din l‑għażla ngħixha billi konkretament inħobb u naqdi ’l‑proxxmu tiegħi. Xi kultant jiena wkoll nista’ naqsam mal‑oħrajn dak li Alla qed jagħmel f’ħajti meta ngħix il‑Vanġelu.
Fl‑Annunzazzjoni, Marija qalet l‑‘iva’ tagħha għall‑pjan ta’ mħabba li Alla kellu għaliha. “Ikun minni skont kelmtek” u tul ħajjitha kollha Marija kostantament sal‑aħħar baqgħet dejjem tgħid iva għal dan il‑pjan. Fil‑ħajja tiegħi, jiena nista’ nimxi fuq l‑eżempju ta’ Marija billi dejjem ngħid l‑‘iva’ tiegħi u nżomm dejjem lil Alla fl‑ewwel prijorità ta’ ħajti.



Fit‑Twelid ta’ Ġesù Marija welldet fiżikament lil Ġesù. Fil‑ħajja tiegħi, meta nħobb lill‑oħrajn, din l‑imħabba lejn xulxin tiġġenera l‑preżenza ta’ Ġesù f’nofsna.
“Għax fejn tnejn jew tlieta huma miġbura f’ismi, hemm jien f’nofshom.” B’imitazzjoni
Fil‑Preżentazzjoni, kien mument ta’ ferħ għal Marija, imma kien ukoll mument ta’ sofferenza għax Xmun qalilha: “U sejf jinfidlek qalbek.” Fuq it‑triq ta’ Marija, dawk li jimxu fuq l‑eżempju tagħha, malajr jitgħallmu li biex timxi fuq din it‑triq hemm bżonn li inti wkoll tgħid l‑‘iva’ tiegħek lis‑salib. Il‑misteru ta’ Ġesù msallab u abbandunat jiġi mħabbar bħala l‑pedament għall‑ħajja ta’ għaqda vera ma’ oħrajn u bażi għall‑komunità.



Wara dan il‑kliem ta’ Xmun, fil‑Ħarba lejn l‑Eġittu, Marija tgħaddi minn persekuzzjoni ta’ Erodi. B’xi mod fis‑sitwazzjonijiet tagħna, dawk minna li jippruvaw jgħixu f’xi forma ta’ komunità m’għandhomx għax jistagħġbu meta jsibu rwieħhom f’sitwazzjoni ta’ oppożizzjoni jew kritika għall‑mod kif issa qed ngħixu b’mod differenti minn qabel. Flok taqta’ qalbek u tieqaf, bħal Marija tgħannaq is‑salib ma’ qalbek, lil Ġesù, li huwa l‑veru ppersegwitat. B’dan il‑mod l‑Irxoxt jibqa’ jiddi f’qalbek.
Isegwi mbagħad l‑episodju meta Ġesù Ntilef fit‑Tempju Marija u Ġużeppi ħassew li Ġesù kien mitluf, u meta sabuh Marija qaltlu: “Ibni,

Jien. Int. Aħna. Flimkien. (VO/1178)
Int tista’ tagħti daqqa t’id. Missio għandu bżonn il‑voluntiera. Jekk int interessat, ċempel 21236962 għaliex għamiltilna hekk?
Missierek u jiena konna mnikktin infittxuk.” Forsi f’ħajjitna xi drabi ngħaddu minn xi ħaġa simili, meta wara snin inħossu li tlifna lil Ġesù. Dak l‑entużjażmu tal‑bidu qisu jisparixxi u nsibu lilna nfusna ngħidu aħna wkoll: “Ġesù għaliex tlaqtni?” Nistgħu mbagħad inkunu mfakkra minn Ġesù li t‑tajjeb u s‑sabiħ kollu li esperjenzajna ġew mill‑grazzja t’Alla u mhux bil‑ħila tagħna. Marija esperimentat il‑‘lejl tas‑sensi’ tagħha meta Tilfet lil Ġesù fit‑Tempju, u aħna wkoll jeħtieġ li ngħaddu minn xi ħaġa simili.
Imbagħad, Marija għaddiet ħafna snin f’intimità ma’ Ġesù. Fuq it‑triq ta’ Marija, jekk inkomplu fuq it‑triq tagħha, aħna nistgħu nikbru fl‑intimità ma’ Ġesù aktar ma jgħaddu s‑snin, anki jekk nibqgħu niffaċċjaw ħafna slaleb.
Ġesù jidħol fil‑ħajja pubblika, u Marija ssegwih fil‑missjoni tiegħu. F’din it‑triq ta’ Marija, il‑ħajja ta’ Ġesù fina u fostna tista’ tikkawża xi affarijiet, bħal mirakli ta’ konverżjoni. U Ġesù jista’ jagħmel affarijiet pubbliċi oħra permezz tal‑preżenza fina. qasmet fl‑abbandun ta’ Ġesù. Fuq it‑triq ta’ Marija, Alla jista’ jippermetti li xi persuni jesperjenzaw dak li l‑qaddisin isejħulu ‘il‑lejl tal‑ispirtu’, meta, pereżempju, Alla jippermetti li huma jgħaddu minn mumenti twal ta’ prova fejn iħossuhom abbandunati minn Alla, jew fejn il‑fidi, it‑tama u l‑karità jidhru li sparixxew minn ħajjithom.

Waqt il‑passjoni u l‑mewt, Marija kienet wieqfa taħt is‑salib. Bil‑mod tagħha, Marija, bħala d‑deżolata,
F’Pentekoste, fiċ‑ċentru taċ‑Ċenaklu, Marija kienet hemm. Wara n‑niżla tal‑Ispirtu s‑Santu, Marija tieħu rwol ieħor. Issa Marija tkompli taħdem bil‑mod tagħha biex il‑Knisja tikber.


Fl‑aħħar għandna l‑Assunta, meta Alla jsejħilha/jsejħilna għall‑Ġenna.
Jalla Marija tgħix u tidher fina, għall‑Knisja u għall‑umanità li tant għandha bżonn tal‑imħabba ta’ Marija biex tagħtihom lil Ġesù s‑Salvatur tad‑dinja.
Il‑festa t‑tajba u kunu mberkin.

1. Darba r‑raħħala ddeċidew li jitolbu għax‑xita. Meta nġabru, tifel wieħed biss mar bl‑umbrella. Din hija l‑FIDI.
2. Meta tgħolli tarbija fl‑ajru, tibda tidħak għax taf li ser tilqagħha. Din hija l‑FIDUĊJA .
3. Kull filgħaxija mmorru fis‑soddu bla ebda assigurazzjoni li l‑għada filgħodu ser inqumu, iżda xorta nissetjaw l‑alarm biex iqajjimna. Din hija t‑TAMA .
4. Aħna nippjanaw affarijiet kbar għall‑għada, minkejja li ma nafu xejn dwar il‑futur. Din hija l‑KUNFIDENZA .
5. Qed naraw id‑dinja dejjem sejra lura, imma xorta

Seba’ Ġawhriet
niżżewġu u jkollna t‑tfal. Din hija l‑IMĦABBA .
6. Darba raġel xiħ kiteb din is‑sentenza fuq il‑flokk tiegħu: “Jien m’għandix 90 sena ... jien żagħżugħ ta’ 16‑il sena b’74 sena esperjenza!” Din hija l‑ATTITUDNI.
7. Aktar ma nikbru, u allura aktar nimmaturaw, bil‑mod nibdew nirrealizzaw li jekk:
nilbsu arloġġ li jiswa €300 jew €30, xorta t‑tnejn li huma juru l‑istess ħin.
ikollna portmoni/ kartiera li tiswa €300 jew €30, l‑ammont ta’ flus ġo fihom huwa l‑istess.
nixorbu flixkun inbid li jiswa €300, €30 jew €3, xorta waħda l‑għada nqumu mdamdmin.
id‑dar li ngħixu fiha hija 30,000m², 3,000m² jew 300m², is‑solitudni hija xorta għax il‑ferħ ma jiġix mill‑affarijiet materjali.
insiefru ‘first class’ jew ‘economy class’ u l‑ajruplan jaqa’, xorta waħda se mmutu u jekk l‑ajruplan jilħaq id‑destinazzjoni tiegħu, xorta waħda kulħadd se jasal fl‑istess ħin.
Għalhekk, għandna nintebħu li għandna ħbieb u aħwa li magħhom nistgħu ngħidu kelma, niċċajtaw, niddiskutu, inkantaw u nitkellmu fuq elf ħaġa. Din hija l‑veru KUNTENTIZZA .
Għall‑Jum Dinji Taż‑Żgħażagħ.
Nitolbu sabiex il‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ f’Lisbona jgħin liż‑żgħażagħ ħalli jgħixu u jixhdu għall‑Evanġelju fil‑ħajja tagħhom.