4 minute read

Iċ‑Ċentru Kidist Mariam

Kollox Beda b’Ħolma

Eluf ta’ nisa fl‑Etjopja jħarsu barra minn art twelidhom biex ifittxu xogħol minħabba opportunitajiet limitati għal dawk mingħajr edukazzjoni jew taħriġ. Imma dak li ħafna jsibu, huwa ċiklu ta’ abbuż u sfruttament li diffiċli biex jaħarbuh. Wara li żaret xi familji fil‑belt remota ta’ Meki, il‑missjunarja lajka, Marija Jose Morales, ġiet esposta għal din ir‑realtà. Ispirata mill‑istejjer tagħhom, Marija ġiet imsejħa biex tagħti lura u fetħet iċ‑Ċentru Kidist Mariam. Imwaqqaf biex jipprovdi ambjent sigur ta’ appoġġ u edukattiv, iċ‑ċentru ra kważi 3,000 mara jlestu korsijiet ta’ taħriġ u jibnu futur isbaħ għalihom infushom u għall‑familji tagħhom. Iżda hemm ħafna aktar nisa li għandhom bżonn l‑appoġġ u t‑taħriġ li Marija u t‑tim tagħha jipprovdu permezz taċ‑ċentru. Marija u l‑għalliema tagħha fiċ‑Ċentru Kidist Mariam jagħtu lin‑nisa l‑opportunitajiet li jixirqilhom sabiex in‑nisa ma jkomplux jinqabdu f’ċiklu ta’ sfruttament u abbuż, imma jkollhom tamiet ta’ ħajja aħjar.

“Iċ‑ċentru beda minħabba ħolma. Skoprejna li f’ħafna djar kien hemm nisa żgħażagħ li ma spiċċawx l‑istudji tagħhom. Ħafna minnhom kellhom it‑tfal u ma kellhom l‑ebda opportunitajiet ta’ xogħol. Ħafna oħrajn kienu ġejjin lura minn pajjiżi Għarab,” tgħid Marija.

Saba hija waħda minn ħafna tfajliet, li wara li kibret fil‑faqar, fittxet futur aħjar għaliha u għall‑familja tagħha. Mimlija ottimiżmu, Saba għamlet il‑mixja lejn Bejrut, bit‑tama li ssib impjieg, iżda reġgħet lura d‑dar sitt snin wara bla xogħol, bla flus, imkissra fl‑ispirtu u tbati minn dipressjoni. Imma dan ma kienx it‑tmiem għal Saba. Fl‑iktar punt baxx tagħha, ħabiba offritilha opportunità ta’ salvataġġ u introduċietha ma’ qassis li kien jaf bil‑ħidma ta’

Ottubru 2022 23 ta' Ottubru 2022 - Ġurnata Missjunarja KOLLOX JIBDA B'HOLMA ‑

“Għalija, kull persuna fiċ‑ċentru hija unika. Kull persuna hija mimlija ferħ u tamiet. U l‑ħolma tiegħi hija li

narahom kollha ferħana.” Marija

“Fil‑futur jien beħsiebni niftaħ in‑negozju tiegħi tal‑ħjata.”

Zoya

“L‑għan għall‑futur tiegħi huwa li nispiċċa t‑taħriġ tal‑kura tax‑xagħar u niftaħ il‑ħanut tiegħi.”

Behati

“Naħseb li se mmur il‑kulleġġ, minbarra li nilħaq koka.”

Saba

Marija ma’ nisa f’ċirkustanzi simili. Sa fl‑aħħar, seba’ snin wara li rritornat, Saba tħossha kunfidenti fil‑futur tagħha. Qed tistudja kors fil‑preparazzjoni tal‑ikel u toħlom li ssir koka. Diġà għamlet sitt xhur mill‑kors ta’ sena u nofs.

“Jien tifla ta’ familja fqira. Għandi lil ommi, lil ħija u lil oħti. Missierna huwa mejjet. Wara li spiċċajt l‑10 sena skola, mort f’pajjiż Għarbi. Imbagħad imradt. Il‑livell tal‑għajxien tagħna mar għall‑agħar għaliex m’hemmx min jgħin,” tgħid Saba. “Kelli ħabiba, Kattolika. Hija kellmet lil Dun Tesfaye u kien hu li ħadni biex nikseb l‑għajnuna. Dak kien il‑bidu. Meta ġejt lura, kienu qed jgħallmu hawn: fiċ‑Ċentru Kidist Mariam. Naħseb li mingħajr dan iċ‑ċentru, kont inkun barra fit‑triq. Ma kien hemm l‑ebda alternattiva oħra.”

Ispirati minn Marija u l‑ħidma tagħha biex tipprovdi lin‑nisa b’opportunitajiet vitali, kburin ngħidu li Missio Malta qed jissieħeb ma’ Marija u ċ‑Ċentru Kidist Mariam f’Meki, biex jgħinhom ikomplu l‑missjoni tagħhom. Sabiex jipprovdi lin‑nisa bl‑opportunità li jitgħallmu ħiliet vokazzjonali li jistgħu jintużaw biex jiżguraw impjieg u futur isbaħ. Ir‑rispons tiegħek jista’ jagħmel differenza fil‑ħajja ta’ nisa bħal Saba u jgħin biex ikomplu l‑ħidma tagħhom missjunarja bħal Marija. Ingħaqad magħna u ssieħeb maċ‑Ċentru Kidist

Mariam permezz ta’ donazzjoni ġeneruża li tikkontribwixxi fost oħrajn għax‑xiri ta’ tagħmir għall‑kors ta’ preparazzjoni tal‑ikel, bħall‑fran. Għajnuna vitali oħra hija li n‑nisa matul il‑kors progressiv tagħhom, ikollhom aċċess għall‑magni tal‑ħjata biex jipprattikaw u jirfinaw il‑ħiliet tagħhom, kif ukoll tagħmir meħtieġ biex itejbu t‑taħriġ tagħhom fil‑kura tax‑xagħar u s‑sbuħija. Dan kollu jista’ jkun utli sabiex jiksbu impjieg u dħul xieraq. Iċ‑ċentru qed jipprovdi lin‑nisa bl‑opportunità li jiġu edukati u jsostnu dħul permezz tal‑ħila tagħhom, billi joffri korsijiet li jinkludu: Preparazzjoni tal‑Ikel, Ħjata u Kura tax‑Xagħar. Barra minn hekk, jipprovdi wkoll spazju sikur fejn jieklu u jorqdu, u jingħata l‑kuraġġ minn nisa oħra.

“Għalija, kull persuna fiċ‑ċentru hija unika. Kull persuna hija mimlija ferħ u tamiet. U l‑ħolma tiegħi hija li narahom kollha, mhux biss dawk li jiġu hawn, imma anke dawk li qed jistiednu, u kull persuna li tiġi fiċ‑ċentru, sabiex tħossha ferħana u tħoss li qed tagħmel minn kollox.” Marija Jose Morales, Direttriċi taċ‑Ċentru Kidist Mariam. 

Kif int tista’ tgħin lis-seminaristi fl-Asja, fl-Afrika jew fl-Indja:

Ftakar fihom fit‑talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit‑talb tagħhom.

Intenzjoni għal Quddiesa ‑ €5 Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor ‑ €24 Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil‑missjoni ‑ €35 Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju f’Myanmar ‑ €43 Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa ‑ €143

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is‑snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L‑għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek tagħmel differenza kbira.

• Borża ta’ Studju għall‑edukazzjoni ta’ seminarista fl‑aħħar 4 snin:

€480 (parti mill‑ispejjeż) ‑ €600 (kwart tal‑ispejjeż) €2400 (l‑ispejjeż kollha)

Ibgħat id‑donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 7, Triq il‑Merkanti, Valletta VLT 1171

Jew fuq: www.missio.org.mt Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21236962 fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju. GRAZZI MILL‑QALB

This article is from: